European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1350

12.6.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/1350

tat-8 ta’ Ġunju 2026

li taħtar membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mit-8 ta’ Ġunju 2026 sal-25 ta’ Jannar 2030 u li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2025/71

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 300(3) u l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Portugiż,

Billi:

(1)

L-Artikolu 300(3) tat-Trattat jipprevedi li l-Kumitat tar-Reġjuni jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali li, jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

L-Artikolu 305 tat-Trattat jipprevedi li l-membri tal-Kumitat tar-Reġjuni u għadd ugwali ta’ membri supplenti jinħatru mill-Kunsill għal mandat ta’ ħames snin f’konformità mal-proposti magħmula minn kull Stat Membru.

(3)

Ladarba l-mandat tal-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni skada fil-25 ta’ Jannar 2025, jenħtieġ li jinħatru membri u membri supplenti ġodda.

(4)

Fl-10 ta’ Diċembru 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2025/71 (2). B’dik id-Deċiżjoni, ħatar, għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030, il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni proposti mill-Gvern Estonjan, tal-Irlanda, Kroat, Ċiprijott, Latvjan, Lussemburgiż, Malti, Netherlandiż, Awstrijak, Portugiż, Sloven, Slovakk, Finlandiż u dak Żvediż. Bid-Deċiżjoni (UE) 2025/71, il-Kunsill ħatar ukoll għall-istess perjodu 12-il membru u disa’ membri supplenti proposti mill-Gvern Ċek, seba’ membri u disa’ membri supplenti proposti mill-Gvern Daniż, 23 membru u 19-il membru supplenti proposti mill-Gvern Ġermaniż, 11-il membru u 12-il membru supplenti proposti mill-Gvern Grieg, 20 membru u 20 membru supplenti proposti mill-Gvern Spanjol, 22 membru u 24 membru supplenti proposti mill-Gvern Taljan, 21 membru u 20 membru supplenti proposti mill-Gvern Pollakk u disa’ membri u disa’ membri supplenti proposti mill-Gvern Rumen. Il-membri u l-membri supplenti li fir-rigward tagħhom il-proposti għall-ħatra ma kinux ġew ikkomunikati lill-Kunsill qabel it-22 ta’ Novembru 2024 ma setgħux jiġu inklużi fid-Deċiżjoni (UE) 2025/71.

(5)

Fil-21 ta’ Jannar 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2025/201 (3). B’dik id-Deċiżjoni, ħatar, għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030, il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni proposti mill-Gvern Bulgaru, Litwan u Ungeriż, kif ukoll 10 membri u 10 membri supplenti proposti mill-Gvern Belġjan u 24 membru u 23 membru supplenti proposti mill-Gvern Franċiż. Barra minn hekk, bid-Deċiżjoni (UE) 2025/201, il-Kunsill ħatar żewġ membri u membru supplenti wieħed proposti mill-Gvern Daniż, fejn wieħed mill-membri kien inizjalment inħatar bħala membru supplenti bid-Deċiżjoni (UE) 2025/71. Huwa ħatar ukoll membru supplenti wieħed propost mill-Gvern Taljan wara r-riżenja ta’ membru supplenti maħtur bid-Deċiżjoni (UE) 2025/71. Il-membri u l-membri supplenti li fir-rigward tagħhom il-proposti għall-ħatra ma kinux ġew ikkomunikati lill-Kunsill qabel il-31 ta’ Diċembru 2024 ma setgħux jiġu inklużi fid-Deċiżjoni (UE) 2025/201.

(6)

Fit-18 ta’ Frar 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2025/378 (4). B’dik id-Deċiżjoni, ħatar, għall-perjodu mit-18 ta’ Frar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030, żewġ membri u żewġ membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni proposti mill-Gvern Belġjan, żewġ membri supplenti proposti mill-Gvern Ġermaniż, membru wieħed propost mill-Gvern Grieg, membru wieħed u membru supplenti wieħed proposti mill-Gvern Spanjol, żewġ membri proposti mill-Gvern Taljan, sitt membri u sitt membri supplenti proposti mill-Gvern Rumen, u membru supplenti wieħed propost mill-Gvern Pollakk. Barra minn hekk, bid-Deċiżjoni (UE) 2025/378, il-Kunsill ħatar membru wieħed propost mill-Gvern Ġermaniż wara r-riżenja ta’ membru maħtur bid-Deċiżjoni (UE) 2025/71. Il-membri u l-membri supplenti li fir-rigward tagħhom il-proposti għall-ħatra ma kinux ġew ikkomunikati lill-Kunsill qabel is-7 ta’ Frar 2025 ma setgħux jiġu inklużi fid-Deċiżjoni (UE) 2025/378.

(7)

Fit-13 ta’ Mejju 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2025/954 (5). B’dik id-Deċiżjoni ħatar, għall-perjodu mit-13 ta’ Mejju 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030, membru wieħed u membru supplenti wieħed tal-Kumitat tar-Reġjuni proposti mill-Gvern Ġermaniż, u tliet membri supplenti proposti mill-Gvern Ċek. Barra minn hekk, permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2025/954, u wara t-tmiem, qabel il-bidu tal-mandat attwali, tal-mandat li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra membru Ġermaniż u li nħatar bid-Deċiżjoni (UE) 2025/71, il-Kunsill ħatar membru wieħed propost mill-Gvern Ġermaniż.. Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2025/954, u wara t-tmiem, qabel il-bidu tal-mandat attwali, tal-mandat li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra membru Awstrijak u li nħatar bid-Deċiżjoni (UE) 2025/71, il-Kunsill ħatar ukoll membru wieħed propost mill-Gvern Awstrijak. Il-membri supplenti li fir-rigward tagħhom il-proposti għall-ħatra ma kinux ġew ikkomunikati lill-Kunsill qabel it-30 ta’ April 2025 ma setgħux jiġu inklużi fid-Deċiżjoni (UE) 2025/954.

(8)

Fl-10 ta’ Ottubru 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2025/2119 (6). B’dik id-Deċiżjoni, ħatar, għall-perjodu mill-10 ta’ Ottubru 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030, żewġ membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni proposti mill-Gvern Ġermaniż. Il-membru supplenti li fir-rigward tiegħu l-proposta għall-ħatra ma kinitx ġiet ikkomunikata lill-Kunsill qabel il-15 ta’ Settembru 2025 ma setax jiġi inkluż fid-Deċiżjoni (UE) 2025/2119.

(9)

Is-Sur Rogério David SÁDIO DA SILVA u s-Sa Cristina de Fátima SILVA CALISTO nħatru bid-Deċiżjoni (UE) 2025/71 bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030. Madankollu, il-mandat li abbażi tiegħu ġew proposti għall-ħatra fil-Kumitat tar-Reġjuni ntemm qabel il-bidu tal-mandat attwali tal-Kumitat tar-Reġjuni. Wara t-tmiem ta’ dawk il-mandati, il-Gvern Portugiż ippropona li s-Sa Sónia Isabel FERNANDES SANFONA CRUZ MENDES u s-Sa Filomena PASCOAL SINTRA jinħatru bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. Għaldaqstant, jenħtieġ li s-Sa Sónia Isabel FERNANDES SANFONA CRUZ MENDES u s-Sa Filomena PASCOAL SINTRA jinħatru bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni u jenħtieġ li l-lista ta’ membri supplenti għall-Portugall fid-Deċiżjoni (UE) 2025/71 tiġi adattata skont dan.

(10)

Il-ħatra ta’ dawk iż-żewġ membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni b’din id-Deċiżjoni ser tiġi segwita f’data aktar tard bil-ħatra ta’ membru supplenti ieħor, li fir-rigward tiegħu l-proposta għall-ħatra ma ġietx ikkomunikata lill-Kunsill sal-1 ta’ Mejju 2026,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni bħala membri supplenti għall-perjodu mit-8 ta’ Ġunju 2026 sal-25 ta’ Jannar 2030.

Artikolu 2

Fil-lista tal-Portugall stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni (UE) 2025/71, jitħassru l-entrati li ġejjin:

 

“Is-Sur Rogério David SÁDIO DA SILVA

Presidente da Câmara Municipal de Fronteira (Sindku ta’ Fronteira)

 

Is-Sa Cristina de Fátima SILVA CALISTO

Presidente da Câmara Municipal de Lagoa (Sindku ta’ Lagoa)”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta’ Ġunju 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VAFEADES


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/852/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/71 tal-10 ta’ Diċembru 2024 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030 (ĠU L, 2025/71, 16.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/71/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/201 tal-21 ta’ Jannar 2025 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030 u li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2025/71 (ĠU L, 2025/201, 31.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/201/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/378 tat-18 ta’ Frar 2025 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mit-18 ta’ Frar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030 u li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2025/71 (ĠU L, 2025/378, 6.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/378/oj).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/954 tat-13 ta’ Mejju 2025 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mit-13 ta’ Mejju 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030 u li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2025/71 (ĠU L, 2025/954, 22.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/954/oj).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2119 tal-10 ta’ Ottubru 2025 li taħtar membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mill-10 ta’ Ottubru 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030 (ĠU L, 2025/2119, 16.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2119/oj).


ANNESS

ПРИЛОЖЕНИЕ – ANEXO – PŘÍLOHA – BILAG – ANHANG – LISA – ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ – ANNEX – ANNEXE – IARSCRÍBHINN – PRILOG – ALLEGATO – PIELIKUMS – PRIEDAS – MELLÉKLET – ANNESS – BIJLAGE – ZAŁĄCZNIK – ANEXO – ANEXA – PRÍLOHA – PRILOGA – LIITE – BILAGA

Заместник-членове / Suplentes / Náhradníci / Suppleanter / Stellvertreter / Asendusliikmed / Αναπληρωτές / Alternate members / Suppléants / Comhaltaí malartacha / Zamjenici članova / Supplenti / Aizstājēji / Pakaitiniai nariai / Póttagok / Membri Supplenti / Plaatsvervangers / Zastępcy członków / Suplentes / Supleanți / Náhradníci / Nadomestni člani / Varajäsenet / Suppleanter

PORTUGALL

 

Is-Sa Sónia Isabel FERNANDES SANFONA CRUZ MENDES

Presidente da Câmara Municipal de Alpiarça (Sindku ta’ Alpiarça)

 

Is-Sa Filomena PASCOAL SINTRA

Presidente da Câmara Municipal de Castro Marim (Sindku ta’ Castro Marim)


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1350/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)