|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3546 |
3.6.2024 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1603, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1602 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
(C/2024/3546)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u entitajiet li jidhru fl-Annessi II u III tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1603 (2), u fl-Annessi XV u XVI tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1602 (4) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni, l-entitajiet u l-korpi jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 u fir-Regolament (UE) Nru 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjonijiet ta' dawk il-persuni, l-entitajiet u l-korpi huma speċifikati fl-entrati korrispondenti fl-Annessi inkwistjoni.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati dwar il-possibbiltà ta' rikors lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 35 tar-Regolament).
Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel it-13 ta' Ġunju 2024, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu |
Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 36(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 u l-Artikolu 47(4) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1509.
L-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.
(2) ĠU L, 2024/1603, 31.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1603/oj.
(3) ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.
(4) ĠU L, 2024/1602, 31.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1602/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3546/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)