Official Journal L 162 , 30/04/2004 P. 0054 - 0061
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2004 tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 dwar notifika ta' prezzijiet irreġistrati fis-swieq għal ċertu frott u ħaxix frisk IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħaxix [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 28(2) tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 jirrikjedi lill-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-prezzijiet għal ċertu frott u ħaxix frisk irreġistrati fis-suq rappreżentattiv. Ir-regoli ddettaljati għall-implimentar ta' dak ir-rekwiżit kienu preskritti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 659/97 [2], li hu stess kien irrevokat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 103/2004 tal-21 ta' Jannar 2004 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 dwar arranġamenti ta' intervent fis-settur tal-frott u ħaxix [3]. Regoli ddettaljati ġodda għandhom għalhekk ikunu adottati għan-notifika tal-prezzijiet irreġistrati fis-swieq għal ċertu frott u ħaxix frisk li, fl-interessi taċ-ċarezza, għandhom ikunu sseparati mir-regoli ddettaljati dwar intervent u rtirar fis-settur tal-frott u ħaxix. (2) Il-prezzijiet trasmessi lill-Kummissjoni għal kull prodott għandhom ikunu komparabbli. Definizzjoni raġonevolment armonizzata għandha għalhekk tapplika mal-Komunità kollha dwar l-istadju ta' marketing, preżentazzjoni, klassi ta' kwalità u, fejn applikabbli, il-varjetà jew tip. Is-swieq rappreżentattivi varji għal kull prodott ikkonċernat għandhom ukoll ikunu ddefiniti. Barraminhekk, l-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jipprovdu l-ispjegazzjonijiet meħtieġa lill-Kummissjoni dwar il-metodi u kriterji applikati biex ikunu kkalkolati l-prezzijiet ikkonċernati. (3) Biex tkun żgurata ċ-ċirkolazzjoni bil-ħeffa ta' informazzjoni, mezzi elettroniċi għat-trasmissjoni għandhom ikunu użati. (4) Fl-interessi tat-trasparenza, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri bil-prezzijiet irreġistrati mal-Komunità kollha u l-prezz medju Komunitarju. (5) Il-miżuri li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar Frott u Ħaxix Frisk, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Il-prezzijiet li għandhom ikunu irreġistrati taħt l-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 għandhom ikunu għall-prodotti tal-klassi I, eż stazzjon ta' imballaġġ, magħżula, ippakkjati u, fejn applikabbli, fuq pallets, espressi f'euro għal kull 100 kilogramma piż nett. 2. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw is-swieq rappreżentattivi li jirreferi għalihom l-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 fuq il-bażi ta': (a) jew transazzjonjiet imwettqa fi swieq li jistgħu jkunu identifikati fiżikament (swieq bl-ingross, irkantijiet u postijiet ta' laqgħat fiżiċi oħra ta' forniment u domanda fiż-żona ta' produzzjoni, (b) jew transazzjonijiet diretti bejn produtturi fiż-żona ta' produzzjoni u xerrejja individwali (bl-ingrossa, negozjanti, ċentri ta' distribuzzjoni u operaturi oħra), (ċ) jew tagħqid (taħlita) ta' tipi ta' transazzjonijiet li jirreferu għalihom l-(a) u l-(b) hawn iktar 'il fuq. Il-lista ta' swieq rappreżentattivi hija miġbura fl-Anness ma' dan. Artikolu 2 Għall-prodotti elenkati fl-Anness, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, mhux iktar tard minn 12.00 (ħin ta' Brussel) nhar ta' Erbgħa ta' kull ġimgħa, notifika bid-dettalji għal kull jum tas-suq tal-prezz medju f'euro għal kull 100 kilogramma rreġistrat fis-swieq elenkati fl-Anness għat-tipi u/jew varjetajiet ta' prodotti u d-daqsijiet u/jew kwalitajiet iddikjarati fl-Anness li għalihom kien hemm transazzjonijiet kif jirreferi għalihom l-Artikolu 1(2). Dawn in-notifiki għandhom jintbagħtu via s-sistema elettronika indikata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lill-Istati Membri, flimkien mal-prezz medju Komunitarju għal kull prodott ikkonċernat. Artikolu 3 1. Għat-talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu l-metodu li jużaw biex jikkalkolaw il-prezz medju li jirreferi għalih l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 2. Fejn il-prezzijiet mogħtija għat-tipi u/jew varjetajiet ta' prodotti kkonċernati huma għal daqsijiet u/jew preżentazzjonijiet barra dawk speċifikati fl-Anness, l-Istati Membri jistgħu jikkalkolaw il-prezz medju għad-daqsijiet u/jew preżentazzjonijiet fl-Anness billi jużaw koeffiċjenti ta' konverżjoni. L-iffissar tal-koeffiċjenti ta' konverżjoni għandu jkun inkluż fil-metodu li jirreferi għalih l-ewwel sub-paragrafu ta' dan il-paragrafu. 2. Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tikteb linji gwida komuni dwar il-metodu li jirreferi għalih il-paragrafu 1. Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' April 2004. Għall-Kummissjoni Franz Fishler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, pġ. 1. Regolament l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, tal-11.1.2003, pġ. 64). [2] ĠU L 100, tas-17.4.1997, pġ. 22. Regolament l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1135/2001 (ĠU L 154, tad-9.6.2001, pġ. 9). [3] ĠU L 16, tat-23.01.04, pġ. 3. -------------------------------------------------- ANNESS Prodott | Tip/varjetà | Preżentazzjoni/daqs | Swieq | Tadam | Tond | Daqs 57-67/67-82 mm f' bulk f'pakki ta' madwar 5-6 kg | Wien (AT) Flanders (BE) Praha (CZ) Lesithi (EL) Almeria (ES) Grenada (ES) Murcia (ES) Rhone-Mediterranee (FR) Bretagne (FR) Budapest (HU) Lecce (IT) Salerno (IT) Vittoria (IT) Westland (NL) Kalisko-plaszewski (PL) Algarve (PT) Komarno (SK) | Qatet | f 'bulk f'pakki ta' madwar 3-6 kg | Ċirasa (tadam żgħir) | Trays ta' madwar 250-500 g | Brunġiel | Żenguli jew tond | Daqs 40 mm u fuqhom għall-varjetajiet żengulin u 70 mm u fuqhom għall-varjetajiet tondi f'bulk f'pakki ta' madwar 5 kg | Lasithi (EL) Almeria (ES) Rhone-Mediterranee (FR) Salerno (IT) Foggia (IT) Vittoria (IT) Barendrecht (NL) | Dulliegħ | Biż-żerriegħa | F'bulk | Nicosia (CY) Helia (EL) Viota (EL) Almeria (ES) Valencia (ES) Budapest (HU) Lecce (IT) Latina (IT) Ribatejo (PT) | Bettieħ | Galia | Daqs 800-1250 g, pakki ta' madwar 5-10 kg | Helia (EL) Almeria (ES) Murcia (ES) Ciudad Real (ES) Rhone-Mediterranee (FR) Val de Loire-Centre (FR) Ferrara (IT) Lecce (IT) Ribatejo (PT) Algarve (PT) | Charentais/Cantaloups, | Daqs 800-1250 g, pakki ta' madwar 5-10 kg | Varjetajiet ta' Canary/isfar | Pakki ta' madwar 5-10 kg | Piel de Sapo | Melao Branco | Pastard | Ittrimmjat | Kbir (16-20 cm) maqtugħ pakki li fihom madwar sitta sa 12. | Wien (AT) Flanders (BE) Praha (CZ) Rheinland-Pfalz (DE) Thessaloniki (EL) La Rioja (ES) Bretagne (FR) Nord (FR) Budapest (HU) Taranto (IT) Salerno (IT) Barendrecht (NL) Krakowsko-proszowicki (PL London (UK) | Berquq | Tipi u varjetajiet kollha | Daqs 45-50 mm Traysjew pakki ta' madwar 6-10 kg | Argolida (EL) Murcia (ES) Valencia (ES) Rhone-Mediterranee (FR) Budapest (HU) Napoli (IT) Bologna (IT) | Nuċiprisk | Laħam abjad | Daqs A/B Traysjew pakki ta' madwar 6-10 kg | Hemathia (EL) Lleida (ES) Zaragoza (ES) Rhode-Mediterranee (FR) Ravenna (IT) Forli (IT) | Laħam isfar | Daqs A/B Trays jew pakki ta' Forli (IT) madwar 6-10 kg | Ħawħ | Laħam abjad | Daqs A/B Trays jew pakki ta' madwar 6-10 kg | Hemathia (EL) Pella (EL) Lleida (ES) Murcia (ES) Huesca (ES) Rhone-Mediterranee (FR) Budapest (HU) Caserta (IT) Forli (IT) Cova da Beira (PT) | Laħam isfar | Daqs A/B Trays jew pakki ta' madwar 6-10 kg | Għeneb tal-mejda | Muscatel | 5-12 kg trays jew pakki | Nicosia (CY) Korinthos (EL) Alicante (ES) Murcia (ES) Rhone-Mediterranee (FR) Sud-Ouest (FR) Budapest (HU) Bari (IT) Foggia (IT) Algarve (PT) | Chasselas | Alphonse Lavallee | Italia | Cardinal | Red Globe | Victoria | Matilde | Thomson bla żerriegħa u sultanas | Poires | Blanquilla | Daqs 55/60, pakki ta' madwar 5-20 kg | Flanders (BE) Hemathia (EL) Lleida (ES) Zaragoza (ES) Val de Loire – Centre (FR) Budapest (HU) Ferrara (IT) Modena (IT) Geldermalsen (NL) Grójecko-warecki (PL) Oueste (PT) | Conference | Daqs 60/65, pakki ta' madwar 5-20 kg | Williams | Daqs 65/70, pakki ta' madwar 5-20 kg | Rocha | Abbé Fetel | Daqs 70/75, pakki ta' madwar 5-20 kg | Kaiser | Doyenne du Comice | Daqs 75/80, pakki ta' madwar 5-20 kg | Tuffieħ | Delizzjuż tad-deheb | Daqs 70/80, pakki ta' madwar 5-20 kg | Gleisdorf (AT) Flanders (BE) Praha (CZ) Niedersachsen (DE) Hemathia (EL) Lleida (ES) Girona (ES) Rhone-Mediterranee (FR) Val de Loire - Centre (FR) Sud-Ouest (FR) Budapest (HU) Trento (IT) Bolzano (IT) Geldermalsen (NL) Grojecko-warecki (PL) Lubelsko-sandomierski (PL) Oeste (PT) | Braeburn | Jonagold (jew | Idared | Fuji | Shampion | Granny smith | Delizzjuż aħmar u varjetajiet oħra ħomor | Boskoop | Gala | Daqs 65/70, pakki ta'madwar 5-20 kg | Elstar | Cox orange | Satsumas | Il-varjetajiet kollha | Daqsijiet 1-X – 2 pakki Valencia (ES) ta' madwar 10-2 kg | Valencia (ES) | Lumi | Il-varjetajiet kollha | Daqsijiet 1-3, pakki ta' madwar 15 kg | Nicosia (CY) Achaia (EL) Alicante (ES) Murcia (ES) Catania (IT) Siracusa (IT) | Klementini | Il-varjetajiet | Daqsijiet 1-X – 2, kollha pakki ta' madwar 10-20 kg | Arta (EL) Castellon (ES) Valencia (ES) Corigliano (IT) Catania (IT) | Mandolin | Il-varjetajiet kollha | Daqsijiet 1-X – 2, pakki ta' madwar 10-20 kg | Nicosia (CY) Chios (EL) Castellon (ES) Valencia (ES) Palermo (IT) Catania (IT) Siracusa (IT) Algarve (PT) | Larinġ | Salustiana | Daqs 2/-4, pakki ta' madwar 15-20 kg | Nicosia (CY) Argolida (EL) Lakonia (EL) Alicante (ES) Valencia (ES) Sevilla (ES) Catania (IT) Siracusa (IT) Algarve (PT) | Navelinas | Navelate | Lanelate | Valencia tardiv | Taroco | Zukkini | Il-varjetajiet kollha | Daqs 14-21, sfużi fil-pakk | Wien (AT) Attiki (EL) Almeria (ES) Rhone-Mediterranee (FR) Bari (IT) Latina (IT) Barendrecht (NL) | Cerises | ħelwin kollha | Daqsijiet 22 u iktar, sfużi fil-pakk | Praha (CZ) Rheinland-Pfalz (DE) Pella (EL) Zaragoza (ES) Rhone-Mediterranee (FR) Budapest (HU) Bari (IT) Napoli (IT) Grojecko-warecki (PL) Cova da Beira (PT) | Ħjar | Varjetajiet lixxi | Daqsijiet 350-500 g, ippostjati fil-pakk | Wien (AT) Flanders (BE) Helia (EL) Almeria (ES) Val de Loire - Centre (FR) Budapest (HU) Bari (IT) Vittoria (IT) Barendrecht (NL) Kalisko-pleszewski (PL) Komarno (SK) Birmingħam (UK) | Kiwis | Hayward | Daqsijiet 105- 125 g, pakki ta' madwar 3-10 kg | Pieria (EL) Sud-Ouest (FR) Latina (IT) Cuneo (IT) Verona (IT) Grande Porto (PT) | Avocados | Hass | Daqsijiet 16-20, pakki ta' madwar 4-12 kg | Nicosia (CY) Chania (EL) Granada (ES) | Tewm | Abjad | Daqs 50-80 mm, pakki ta' madwar 2-5 kg | Evia (EL) Cuenca (ES) Cordoba (ES) Sud-Ouest (FR) Budapest (HU) Rovigo (IT) | Vjola | Karrotti | Il-varjetajiet kollha | Sfużi fil-pakk | Raasdorf (AT) Praha (CZ) Schleswig-Holstein (DE) Rheinland-Pfalz (DE) Cadiz (ES) Sud-Ouest (FR) Budapest (HU) Ragusa (IT) Barendrecht (NL) Warszawsko-leczycki (PL) Montijo (PT) Birmingham (UK) | Għanbaqar | Greengage | Daqs 35 mm u Iktar | Praha (CZ) Baden-Wurtemberg (DE) Murcia (ES) Sud-Ouest (FR) Budapest (HU) Modena (IT) Bologna (IT) Grojecko-warecki (PL) Alfandega da Fe (PT) | Għanbaqar Ewropew | Daqs 35 mm u Iktar | Santa Rosa | Daqs 40 mm u Iktar | Ġappuniż iktar (Golden Japan eċċ.) | Daqs 40 mm u Iktar | Bżarijiet ħelwin | Kwadru aħdar | Daqs 70 mm u iktar | Evia (EL) Almeria (ES) Murcia (ES) Budapest (HU) Brindisi (IT) Vittoria (IT) Westland (NL) Oeste (PT) Komarno (SK) | Kwadru kkulurit | Abjad | Daqs 50 mm u iktar | Żenguli aħdar | Daqs 40 mm u iktar | Asparagu | Abjad/vjola | Daqs 16 mm u iktar | Baden-Wurtemberg (DE) Brandenburg (DE) Pella (EL) Granada (ES) Navarra (ES) Rhone-Mediterranee (FR) Budapest (HU) Verona (IT) Grubbenvorst (NL) Nowotomysko-wolsztyiski (PL) | Aħdar | Daqs 10-16 mm | Basal | Isfar | Daqs 40 mm – 80 mm xkejjer ta' madwar 5-25 kg | Raasdorf (AT) Praha (CZ) Viotia (EL) Albacete (ES) Bourgogne (FR) Budapest (HU) Verona (IT) Zoetermeer (NL) Warszawsko-leczycki (PL) Birmingham (UK) | Abjad | Aħmar | Fażola | Needle (tonda) | Daqs 'fin', imqiegħed fil-pakkett | Evia (EL) Almeria (ES) Granada (ES) Val de Loire - Centre (FR) Salerno (IT) Vittoria (IT) | Ċatta | Imqiegħda fil-pakkett | Ħass | Iceberg | Daqs 400 g u iktar, pakki ta' 8 - 12 | Wien (AT) Flanders (BE) Nordrhein-Westfalen (DE) Mecklenburg-Vorpommern (DE) Attiki (EL) Almeria (ES) Murcia (ES) Rhone-Mediterranee (FR) Bari (IT) Grubbenvorst (NL) Oeste (PT) London (UK) | Varjetajiet oħra ta' ħass pakki ta' (inkluż Batavia) | Daqs 400 g u iktar, paketti ta' 8 - 12 | Fraises | Toutes varietes | Barquettes 250/500 g | Flanders (BE) Nordrhein-Wesfalen (DE) Huelva (ES) Sud-Ouest (FR) Salerno (IT) Barendrecht (NL) Plocki (PL) Algarve (PT) London (UK) | Kurrati | Il-varjetajiet kollha | Pakki ta' madwar 5-10 kg | Flanders (BE) Nordrhein-Westfalen (DE) Thessaloniki (EL) Manche (FR) Grubbenvorst (NL) London (UK) | Faqqiegħ Ikkoltivat | Magħluq | Daqs medju (30-65 mm) | Flanders (BE) La Roja (ES) Val de Liore - Centre (FR) Dublin (IE) Budapest (HU) Barendrecht (NL) Poznanski (PL) London (UK) | --------------------------------------------------