|
3.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 29/16 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/183
tas-27 ta' Jannar 2017
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u partikolarment l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, kemm parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid xi subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ ta' oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Jannar 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Oġġett (l-hekk imsejjaħ “tatami puzzle mat”) magħmul mill-EVA (aċetat tal-etilen-vinil) fil-forma ta' madum tad-daqs ta' 100 × 100 cm b'wiċċ li ma jiżloqx, tal-ħxuna ta' madwar 3 cm. Il-madum għandhom sistema ta' llokkjar bl-interkonnessjoni bbażata fuq il-prinċipju tal-puzzles, u dawn jitqiegħdu b'mod sod fuq wiċċ ieħor u b'hekk jiffurmaw tapit. L-oġġett huwa ddisinjat biex jassorbi x-xokkijiet iġġenerati waqt li jsiru diversi attivitajiet sportivi, (pereżempju, il-yoga, il-ġinnastika, jew l-arti marzjali) permezz tal-istruttura ċellolari tat-tapit biex jipproteġi l-ġisem. Il-“tatami puzzle mat” huwa ddisinjat ukoll bħala iżolatur tal-istorbju, tas-sħana u tal-umdità. Dan iservi għalhekk bħala protezzjoni kontra l-ħsara tal-wiċċ ta' taħtu u bħala protezzjoni ta' persuni li jwettqu diversi attivitajiet oħrajn, pereżempju, meta jintuża min-nurseries jew minn artisti. Ara l-istampa (*1) |
3918 90 00 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċijiet NM 3918 u 3918 90 00 . Il-klassifikazzjoni bl-intestatura 9506 bħala oġġetti u tagħmir għall-eżerċizzju fiżiku ġenerali, għall-ġinnastika, għall-atletika, għal sports ieħor jew għal-logħob ta' barra hija eskluża għaliex it-tapit mhux immuntat tal-plastik mhuwiex biss għall-isport iżda wkoll bħala protezzjoni tal-wiċċ u bħala protezzjoni ta' persuni li jwettqu attivitajiet oħrajn. Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat skont il-materjal kostitwenti (il-plastik). Dan għandu għalhekk jiġi kklassifikat bħala kisi tal-art tal-plastik skont il-kodiċi NM 3918 90 00 . |
(*1) L-istampa tintuża biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.