|
28.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 24/30 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2008 TAL-KUMITAT KONĠUNT KE-GŻEJJER FAROE
tas-17 ta’ Ġunju 2008
li temenda d-Deċiżjoni Nru 1/2001 li tistipula d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-Protokoll dwar kwistjonijiet veterinarji li jissupplementaw il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faroe, min-naħa l-oħra
(2009/74/KE)
IL-KUMITAT KONĠUNT KE-GŻEJJER FAROE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri, bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faroe, min-naħa l-oħra (1),
Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar kwistjonijiet veterinarji li jissupplementaw il-Ftehim (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu, l-ewwel sentenza tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-laqgħa tas-sottogrupp veterinarju tal-Kumitat Konġunt tal-KE-il-Gżejjer Faroe fis-26 ta’ Settembru 2005 fi Brussell ġew diskussi żewġ talbiet mill-Gżejjer Faroe. L-ewwel talba kienet li titħalla l-importazzjoni ta’ ekwidi rreġistrati direttament mill-Iżlanda, aktar milli permezz f’post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera approvat għal dak l-għan fi Stat Membru skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3). It-tieni talba kienet li jitħalla l-moviment ta’ ekwidi rreġistrati bejn il-Gżejjer Faroe u l-Istati Membri skont ir-regoli intra-Komunitarji dwar il-moviment. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 rigward il-kundizzjonijiet dwar saħħet l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (4), għandhom japplikaw ir-regoli stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jikkonċernaw il-kontrolli veterinarji u żootekniċi fil-kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti annimali ħajjin u fil-prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (5). |
|
(3) |
Il-Gżejjer Faroe ntrabtu li jittrasponu u japplikaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji stipulati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u li jistabbilixxu fil-post ta’ spezzjoni approvat fuq il-fruntiera allokat f’Tórshavn ċentru ta’ spezzjoni adattat għall-immaniġġjar ta’ ekwidi rreġistrati, importati direttament mill-Iżlanda skont il-kostruzzjoni u r-rekwiżiti tal-benessri tal-annimali stipulati fl-Anness A tad-Direttiva 91/496/KEE qabel id-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(4) |
Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni u l-esperti tal-Istati Membri qablu li l-qagħda ta’ saħħet l-annimali fil-Gżejjer Faroe kienet tippermetti l-emenda proposta tad-Deċiżjoni Nru 1/2001 tal-Kumitat Konġunt KE-Gżejjer Faroe (6). |
|
(5) |
L-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar kontrolli uffiċjali li jsiru biex tiġi żgurata l-verifika ta’ konformità mal-liġi tal-għalf u tal-ikel, ir-regoli ta’ saħħet l-annimali u tal-benessri tal-annimali (7), jistabbilixxi prinċipji ġodda għall-ġbir ta’ miżati jew ħlasijiet biex ikopru l-ispejjeż magħmula mill-kontrolli uffiċjali. B’konsegwenza ta’ dan, jidher xieraq li r-referenzi għall-ħlasijiet ikkonċernati fil-Komunità jiġu aġġornati bid-Deċiżjoni Nru 1/2001. |
|
(6) |
Ġiet introdotta sistema ġdida ta’ notifika bl-isem ta’ TRACES li tissostitwixxi s-sistema ANIMO u li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ annimali ħajjin u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali lejn l-Unjoni Ewropea u l-movimenti intra-Komunitarji ta’ annimali ħajjin. TRACES tippermetti l-iskambi elettroniċi ta’ data li tikkonċerna l-importazzjoni u l-kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali ħajjin u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali bejn l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kontroll ta’ saħħet l-annimali u tas-saħħa pubblika. B’konsegwenza ta’ dan, jidher xieraq li r-referenzi fis-sistemi ta’ tagħrif jiġu aġġornati bid-Deċiżjoni Nru 1/2001. |
|
(7) |
Is-sotto-grupp veterinarju għalhekk irrakkomanda li d-Deċiżjoni Nru 1/2001 tiġi emendata skont dan. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni Nru 1/2001 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 Kontrolli fuq annimali ħajjin li ġejjin minn pajjiżi terzi 1. Kontrolli fuq annimali ħajjin li ġejjin minn pajjiżi terzi u huma ddestinati għall-gżejjer Faroe għandhom jitwettqu f’postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri fl-Istati Membri mis-servizzi veterinarji tagħhom f’isem u għan-nom tal-awtoritajiet tal-Gżejjer Faroe. 2. Fil-każijiet stipulati, is-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (TRACES) għandha tintuża għan-notifiki rilevanti kollha. 3. L-importazzjonijiet kollha ta’ annimali ħajjin lejn il-Gżejjer Faroe għandhom ikunu suġġetti għal kontrolli veterinarji kif stipulat fid-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE (*1), u fir-regoli ta’ applikazzjoni tagħha stipulati fid-Deċizjonijiet rilevanti tal-Kummissjoni. Jekk ir-riżultati tal-kontrolli msemmija fl-ewwel paragrafu huma sodisfaċenti, is-servizzi veterinarji għandhom joħorġu Dokument Veterinarju Komuni ta’ Dħul (CVED) għal kull kunsinna. Is-servizzi Doganali għandhom jiżguraw li l-ħlasijiet sanitarji meħtieġa kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) jitħallsu qabel ma jibdew l-operazzjonijiet ta’ tranżitu doganali. (*1) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56." (*2) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1 kif ikkoreġut bil-ĠU L 191,28.5.2004, p. 1.”;" |
|
(2) |
L-Artikolu 5 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 5 L-iffinanzjar tal-kontrolli Il-Gżejjer Faroe qed jintrabtu li japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ħlasijiet fit-taqsimiet li ġejjin:
(*3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55, kif ikkoreġut bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22." |
|
(3) |
L-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 Sistemi ta’ informazzjoni 1. Il-Gżejjer Faroe għandhom jużaw is-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (TRACES) biex javżaw lill-Istati Membr dwar movimenti u kummerċ ta’ annimali ħajjin jew prodotti li joriġinaw mill-annimali, fejn meħtieġa skont id-dispożizzjonijiet tal-Komunità. L-arranġamenti prattiċi għas-sehem tal-Gżejjer Faroe f’din is-sistema għandhom jiġu ffinalizzati bejn il-Kummissjoni u l-uffiċjali tal-Gżejjer Faroe. 2. Il-Gżejjer Faroe għandhom jimplimentaw id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE (*5) u għandhom jipparteċipaw fis-Sistema ta’ Notifika tal-Mard tal-Annimali (ADNS). L-arranġamenti prattiċi għall-parteċipazzjoni tal-Gżejjer Faroe għandhom jiġu miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-uffiċjali tal-Gżejjer Faroe. |
|
(4) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 12a L-importazzjonijiet u l-movimenti tal-ekwidi rreġistrati 1. Il-Gżejjer Faroe qed jintrabtu li jistabbilixxu fuq il-post ta’ spezzjoni approvat fuq il-fruntiera llokat f’Tórshavn ċentru ta’ spezzjoni adattat għat-trattament ta’ ekwidi rreġistrati, importati direttament mill-Iżlanda. Il-faċilitajiet fiċ-ċentru ta’ spezzjoni għandhom jilħqu r-rekwiżiti rigward il-kostruzzjoni u l-benessri tal-annimali għall-approvazzjoni stipulati fl-Anness A tad-Direttiva 91/496/KEE. Qabel ma tinbeda l-kostruzzjoni tal-bini, l-awtoritajiet kompetenti tal-Gżejjer Faroe għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni Ewropea l-abbozz ta’ pjan ta’ dan iċ-ċentru għall-konsiderazzjoni u l-kummenti. Wara li l-faċilità miftiehma tinbena, l-Gżejjer Faroe għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni. 2. B’deroga mill-Artikolu 3(1), il-kontrolli ta’ ekwidi rreġistrati importati direttament mill-Iżlanda għandhom jitwettqu skont id-Direttiva 91/496/KEE u r-regoli ta’ applikazzjoni tagħha stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/794/KE (*6) mis-servizzi veterinarji tal-Gżejjer Faroe fiċ-ċentru ta’ spezzjoni msemmi fil-paragrafu 1. 3. Il-movimenti tal-ekwidi rreġistrati bejn il-Gżejjer Faroe u l-Istati Membri għandhom jitwettqu fuq il-bażi tar-regoli stipulati fil-Kapitolu II tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE (*7) u wara l-kontrolli mwettqa skont id-Direttiva 90/425/KEE. |
|
(5) |
Fl-Artikolu 15, jiżdied dan il-paragrafu: “4. Il-Gżejjer Faroe għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Komunità stipulati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni qabel is-17 ta' Ġunju 2008. Il-Gżejjer Faroe għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni sal-11 ta' Frar 2009 li jkunu ħadu l-passi meħtieġa biex jimplimentaw dawn id-dispożizzjonijiet.” |
|
(6) |
It-test li jidher fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiżdied bħala Anness. |
Artikolu 2
Id-dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmula f’Tórshavn, 17 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kumitat Konġunt
Il-President
Herluf SIGVALDSSON
(1) ĠU L 305, 30.11.1999, p. 25.
(2) ĠU L 305, 30.11.1999, p. 26.
(3) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.
(4) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42.
(5) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(6) ĠU L 46, 16.2.2001, p. 24.
(7) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1, kif ikkoreġut bil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.
ANNESS
“ANNESS
Dispożizzjonijiet tal-Komunità kif imsemmija fl-Artikolu 15(4):
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar verifiki veterinarji u żootekniċi li jgħoddu fil-Kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti annimali ħajjin u prodotti b’kull għan ta’ tlestija tas-suq intern (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29); |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kundizzjonijiet ta’ saħħet l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42); |
|
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/427/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kundizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tal-ekwidi (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 55); |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE tal-10 ta’ April 1992 dwar il-kundizzjonijiet ta’ saħħet l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-ammissjoni temporanja ta’ żwiemel irreġistrati (ĠU L 130, 15.5.1992, p. 67); |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE tat-2 ta’ Frar 1993 dwar il-kundizzjonijiet ta’ saħħet l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel irreġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja (ĠU L 86, 6.4.1993, p. 1); |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/196/KEE tal-5 ta’ Frar 1993 dwar il-kundizzjonijiet ta’ saħħet l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għal importazzjonijiet ta’ ekwidi għall-qatla (ĠU L 86, 6.4.1993, p. 7); |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE tal-5 ta’ Frar 1993 dwar il-kundizzjonijiet ta’ saħħet l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għal importazzjonijiet ta’ ekwidi rreġistrati u ekwidi għat-trobbija u l-produzzjoni (ĠU L 86, 6.4.1993, p. 16); |
|
(8) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/623/KEE tal-20 ta’ Ottubru 1993 li tistabbilixxi d-dokument ta’ identifikazzjoni (passaport) li jakkumpanja l-ekwidi rreġistrati (ĠU L 298, 3.12.1993, p. 45); |
|
(9) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/68/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/623/KEE u li tistabbilixxi l-identifikazzjoni ta’ ekwidi għat-trobbija u l-produzzjoni (ĠU L 23, 28.1.2000, p. 72); |
|
(10) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta’ Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ekwidi ħajjin u ta’ semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet 93/195/KEE u 94/63/KE (ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1); |
|
(11) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-ħarsien tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li jemenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1).”. |