32005H0207

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat- 8 ta’ Marzu 2005 dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

Official Journal L 068 , 15/03/2005 P. 0040 - 0040
Official Journal L 159 , 13/06/2006 P. 0216 - 0216


Rakkomandazzjoni tal-Kunsill

tat- 8 ta’ Marzu 2005

dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

(2005/207/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 112(2)(b) u 122(4) tiegħu, u l-Artikoli 11.2 u 43.3 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Billi:

Il-perijodu tal-kariga tas-Sur Tommaso PADOA-SCHIOPPA jiskadi fil- 31 ta’ Mejju 2005. Għandu jiġi maħtur membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew,

B’HEKK JIRRAKKOMANDA LI:

Is-Sur Lorenzo BINI SMAGHI jiġi maħtur membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għal perijodu ta’ kariga ta’ tmin snin b’effett mill- 1 ta’ Ġunju 2005.

Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tiġi ppreżentata għal deċiżjoni mill-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern ta’ l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li l-munita tagħhom hija l-euro, wara li jiġi kkonsultat il-Parlament Ewropew u l-Kunsill Regolatorju tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, nhar it- 8 ta’ Marzu 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-C. Juncker

--------------------------------------------------