European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1972

16.7.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/1972

tal-15 ta’ Lulju 2024

li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 46(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li tistabbilixxi kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta’ Stati Membri parteċipanti (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-11 ta’ Diċembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315.

(2)

L-Artikolu 4(2), il-punt (e), tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315 jipprevedi li l-Kunsill għandu jistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO), li jirriflettu kemm appoġġ għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet kif ukoll il-forniment ta’ appoġġ sostanzjali skont il-mezzi u l-kapaċitajiet għal operazzjonijiet u missjonijiet tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK).

(3)

Fis-6 ta’ Marzu 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 (2) li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO.

(4)

Fis-6 ta’ Marzu 2018, il-Kunsill adotta wkoll Rakkomandazzjoni dwar pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tal-PESCO (3) (“ir-Rakkomandazzjoni”).

(5)

Il-paragrafu 9 tar-Rakkomandazzjoni speċifika li jenħtieġ li l-Kunsill jaġġorna l-lista ta’ proġetti PESCO sa Novembru 2018 biex tinkludi s-sett ta’ proġetti li jmiss, f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315, li tipprevedi b’mod partikolari li r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà jista’ jagħmel rakkomandazzjoni rigward l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ proġetti PESCO, abbażi ta’ valutazzjonijiet mogħtija mis-segretarjat tal-PESCO, għal deċiżjoni li tittieħed mill-Kunsill, wara parir militari mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (EUMC).

(6)

Fil-25 ta’ Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/909 (4) li tistabbilixxi sett komuni ta’ regoli ta’ governanza għall-proġetti PESCO.

(7)

Fid-19 ta’ Novembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1797 (5) li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340.

(8)

Fis-16 ta’ Novembru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/2008 (6) li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340.

(9)

Fit-22 ta’ Mejju 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/995 (7) li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340.

(10)

Fit-13 ta’ Novembru 2023, il-Kunsill adotta Rakkomandazzjoni li tivvaluta l-progress li sar mill-Istati Membri parteċipanti biex iwettqu l-impenji meħuda fil-qafas tal-PESCO (8).

(11)

Fit-30 ta’ April 2024, is-Segretarjat tal-PESCO informa lill-Kunsill li l-membri tal-proġetti “Grupp Ristrett li Jħaddem ir-Rispons għall-Kriżijiet tal-Forza mmexxija milll-Unjoni Ewropea (EUFOR CROC)” u l-“Kmand Mediku Ewropew (EMC)” iddeċidew li jagħlqu dawk l-proġetti.

(12)

Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 tiġi emendata u aġġornata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, jitneħħew il-proġetti li ġejjin, u l-entrati korrispondenti għan-numri tagħhom jitħallew vojta:

“1.

Kmand Mediku Ewropew;”; u,

“17.

Grupp Ristrett li Jħaddem ir-Rispons għall-Kriżijiet tal-EUFOR (EUFOR CROC);”

;

(2)

L-Anness II huwa sostitwit f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

NAGY I.


(1)   ĠU L 331, 14.12.2017, p. 57.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/340 tas-6 ta’ Marzu 2018 li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 65, 8.3.2018, p. 24).

(3)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Marzu 2018 dwar pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tal-PESCO (ĠU C 88, 8.3.2018, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/909 tal-25 ta’ Ġunju 2018 li tistabbilixxi sett komuni ta’ regoli ta’ governanza għall-proġetti PESCO (ĠU L 161, 26.6.2018, p. 37).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1797 tad-19 ta’ Novembru 2018 li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista tal-proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 294, 21.11.2018, p. 18).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2008 tas-16 ta’ Novembru 2021 li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 407, 17.11.2021, p. 37).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/995 tat-22 ta’ Mejju 2023 li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 135, 23.5.2023, p. 123).

(8)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2023 li tivvaluta l-progress li sar mill-Istati Membri parteċipanti biex iwettqu l-impenji meħuda fil-qafas tal-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) (ĠU C, C/2023/994, 14.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/994/oj).


ANNESS

L-Anness II tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS II

LISTA AĠĠORNATA KONSOLIDATA TAL-MEMBRI TAL-PROĠETTI GĦAL KULL PROĠETT INDIVIDWALI

 

Proġett

Membri tal-Proġett

1.

Radju Sigur Ewropew definit b’Software (ESSOR)

Franza, Ġermanja, Spanja, Italja, Netherlands, Polonja, Portugall, Finlandja

2.

Network ta’ Ċentri Loġistiċi fl-Ewropa u Appoġġ għall-Operazzjonijiet (NetLogHubs)

Ġermanja, Belġju, Bulgarija, Greċja, Spanja, Franza, Kroazja, Italja, Ċipru, Litwanja, Lussemburgu, Ungerija, Netherlands, Polonja, Slovenja, Slovakkja

3.

Mobbiltà Militari

Netherlands, Belġju, Bulgarija, Ċekja, Danimarka, Ġermanja, Estonja, Greċja, Spanja, Franza, Kroazja, Italja, Ċipru, Latvja, Litwanja, Lussemburgu, Ungerija, Awstrija, Polonja, Portugall, Rumanija, Slovenja, Slovakkja, Finlandja, Żvezja

4.

Ċentru Ewropew ta’ Ċertifikazzjoni tat-Taħriġ għall-Armati Ewropej

Italja, Greċja

5.

Funzjoni Operazzjonali tal-Enerġija (EOF)

Franza, Belġju, Spanja, Italja, Slovenja

6.

Pakkett Militari għall-Istazzjonament ta’ Kapaċitajiet ta’ Għajnuna f’Każ ta’ Diżastru (DM-DRCP)

Italja, Irlanda, Greċja, Spanja, Kroazja, Awstrija

7.

Sistemi Marittimi (semi)Awtonomi għal Miżuri kontra l-Mini (MAS MCM)

Belġju, Irlanda, Greċja, Franza, Latvja, Netherlands, Polonja, Portugall, Rumanija, Żvezja

8.

Sorveljanza u Protezzjoni tal-Port u Marittimi (HARMSPRO)

Italja, Greċja, Polonja, Portugall

9.

Titjib tas-Sorveljanza Marittima (UMS)

Greċja, Bulgarija, Irlanda, Spanja, Franza, Kroazja, Italja, Ċipru

10.

Pjattaforma għall-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni dwar it-Theddid Ċibernetiku u r-Rispons għall-Inċidenti (CTISP)

Greċja, Irlanda, Italja, Ċipru, Ungerija, Portugall

11.

Timijiet ta’ Rispons Rapidu Ċibernetiku u Assistenza Reċiproka fis-Sigurtà Ċibernetika (CRRT)

Litwanja, Belġju, Danimarka, Estonja, Kroazja, Netherlands, Awstrija, Polonja, Rumanija, Slovenja

12.

Sistema Strateġika ta’ Kmand u Kontroll (C2) Sistema għall-Missjonijiet u l-Operazzjonijiet tal-PSDK (EUMILCOM)

Spanja, Ġermanja, Franza, Italja, Lussemburgu, Portugall

13.

Vettura Armata għall-Ġlied tal-Infanterija/Vettura Amfibja tal-Attakk/Vettura Ħafifa Armata (AIFV/AAV/LAV)

Italja, Greċja, Slovakkja

14.

Taħriġ bil-Ħelikopters f’Temperaturi u Altitudni Għoljin (Taħriġ H3)

Greċja, Italja, Rumanija

15.

Skola tal-Intelligence Konġunta tal-UE (JEIS)

Greċja, Ċipru

16.

Sistema Awtonoma tal-Art Integrata (iUGS)

Estonja, Belġju, Ċekja, Ġermanja, Spanja, Franza, Latvja, Netherlands, Polonja, Finlandja

17.

Sistemi ta’ Missili Tattiċi tal-Art Lil Hinn mil-Linja ta’ Viżjoni (BLOS) tal-UE

Franza, Belġju, Ċipru, Żvezja

18.

Pakkett ta’ Kapaċità ta’ Intervent Taħt l-Ilma Modulari Skjerabbli (DIVEPACK)

Bulgarija, Greċja, Franza, Italja, Rumanija

19.

Sistemi Ewropej ta’ Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod b’Reżistenza Twila f’Altitudni Medja - MALE RPAS (Eurodrone)

Ġermanja, Ċekja, Spanja, Franza, Italja

20.

Ħelikopters ta’ Attakk Ewropej TIGER Mark III

Franza, Spanja

21.

Difiża kontra Sistema tal-Ajru mingħajr Bdot Abbord (C-UAS)

Italja, Ċekja, Żvezja

22.

Pjattaforma Ewropea ta’ Airships ta’ Atmosfera Għolja (EHAAP) – Kapaċità Persistenti ta’ Intelligence, Sorveljanza u Rikonjizzjoni (ISR)

Italja, Franza

23.

Post Uniku ta’ Kmand (CP) Skjerabbli għall-Kmand u l-Kontroll Tattiċi (C2) ta’ Forzi ta’ Operazzjonijiet Speċjali (SOF) għal Operazzjonijiet Konġunti Żgħar (SJO) — (SOCC) għal SJO

Greċja, Ċipru

24.

Kapaċità ta’ Gwerra Elettromanjetika u Programm ta’ Interoperabbiltà għal Kooperazzjoni Futura dwar l-Intelligence, is-Sorveljanza u r-Rikonjizzjoni (JISR)

Ċekja, Ġermanja, Latvja, Litwanja

25.

Sorveljanza Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u Nukleari (CBRN) bħala Servizz (CBRN SaaS)

Awstrija, Franza, Kroazja, Ungerija, Slovenja

26.

Element ta’ Koordinazzjoni tal-Appoġġ Ġeo-meteoroloġiku u Oċeanografiku (GeoMETOC) (GMSCE)

Ġermanja, Belġju, Greċja, Franza, Lussemburgu, Awstrija, Portugall, Rumanija

27.

Soluzzjoni ta’ Radjunavigazzjoni tal-UE (EURAS)

Franza, Belġju, Ġermanja, Spanja, Italja, Awstrija, Polonja, Żvezja

28.

Network ta’ Sensibilizzazzjoni tas-Sorveljanza Spazjali Militari Ewropew (EU-SSA-N)

Italja, Ġermanja, Spanja, Franza, Netherlands

29.

Ċentru Komuni Ewropew Integrat għat-Taħriġ u s-Simulazzjoni (EUROSIM)

Ungerija, Ġermanja, Franza, Polonja, Slovenja

30.

Hub tal-UE għall-Akkademja u l-Innovazzjoni fiċ-Ċibernetika (EU CAIH)

Portugall, Bulgarija, Spanja, Rumanija

31.

Ċentru ta’ Taħriġ Mediku għall-Forzi tal-Operazzjonijiet Speċjali (SMTC)

Polonja, Ungerija

32.

Żona ta’ Taħriġ Militari għad-Difiża Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u Nukleari (CBRN) (CBRNDTR)

Rumanija, Franza, Italja

33.

Network tal-Unjoni Ewropea ta’ Ċentri tal-Għadis (EUNDC)

Rumanija, Bulgarija, Ġermanja, Franza

34.

Sistema Marittima Awtonoma għal Kontra s-Sottomarini (MUSAS)

Portugall, Spanja, Franza, Żvezja

35.

Korvetta ta’ Pattulja Ewropea (EPC)

Italja, Greċja, Spanja, Franza, Rumanija

36.

Attakk Elettroniku fl-Ajru (AEA)

Spanja, Franza, Żvezja

37.

Ċentru ta’ Koordinazzjoni tal-Qasam Ċibernetiku u tal-Informazzjoni (CIDCC)

Ġermanja, Franza, Ungerija, Netherlands

38.

Twissija u Interċettazzjoni f’Waqthom Permezz ta’ Sorveljanza tat-Teatri mill-Ispazju (TWISTER)

Franza, Ġermanja, Spanja, Italja, Netherlands, Finlandja

39.

Materjali u komponenti għall-kompetittività teknoloġika tal-UE (MAC-EU)

Franza, Ġermanja, Spanja, Portugall, Rumanija

40.

Kapaċitajiet tal-UE għal Gwerra Kollaborattiva (ECoWAR)

Franza, Belġju, Spanja, Polonja, Rumanija, Żvezja

41.

Sistema Ewropea ta’ Arkitettura għall-Inseriment Globali ta’ Sistema ta’ Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod (RPAS) (GLORIA)

Italja, Franza, Rumanija

42.

Ċentru ta’ Simulazzjoni u Ttestjar tal-Karru Armat Ewlieni (MBT-SIMTEC)

Greċja, Ċipru

43.

Sħubija Militari tal-UE (EU MilPart)

Franza, Estonja, Italja, Awstrija

44.

Elementi Essenzjali tal-Iskorta Ewropea (4E)

Spanja, Greċja, Italja, Portugall, Żvezja

45.

Vettura tal-Wiċċ Semi-Awtonoma ta’ Daqs Medju (M-SASV)

Estonja, Franza, Latvja, Rumanija

46.

Trasport Strateġiku bl-Ajru għat-Tagħbija Akbar min-Normal (SATOC)

Ġermanja, Ċekja, Franza, Netherlands

47.

RPAS Żgħira tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGSR)

Spanja, Ungerija, Portugall, Rumanija, Slovenja

48.

Stazzjon għad-Dokkjar għad-Droni fuq Inġenji tal-Ajru Kbar li Jaħdmu bir-Rotors (RDSD)

Italja, Franza

49.

Armi Żgħar b’Effetti Skalabbli (SSW)

Italja, Franza

50.

Poter tal-Ajru

Franza, Greċja, Kroazja, Żvezja

51.

Inġenji tal-Ajru Tattiċi Futuri ta’ Daqs Medju għall-Merkanzija (FMTC)

Franza, Ġermanja, Spanja, Italja, Żvezja

52.

Federazzjonijiet ta’ Ambjenti ta’ Taħriġ Ċibernetiku (CRF)

Estonja, Belġju, Bulgarija, Franza, Italja, Lussemburgu, Awstrija, Finlandja

53.

Sistema Awtomatizzata ta’ Mmudellar, Identifikazzjoni u Valutazzjoni tal-Ħsara ta’ Terren Urban (AMIDA-UT)

Portugall, Spanja, Franza, Awstrija

54.

Ċentru Komuni għall-Immaġnijiet tal-Gvern (CoHGI)

Ġermanja, Spanja, Franza, Litwanja, Lussemburgu, Netherlands, Awstrija, Rumanija

55.

Difiża tal-Assi Spazjali (DoSA)

Franza, Ġermanja, Spanja, Italja, Awstrija, Polonja, Portugall, Rumanija

56.

Trasport bl-Ajru għad-Difiża Ewropea — Akkademja għat-Taħriġ (EDA-TA)

Franza, Spanja, Italja, Ungerija, Portugall

57.

Sistema awtonoma tal-Art Integrata 2 (iUGS 2)

Estonja, Ġermanja, Franza, Italja, Latvja, Ungerija, Netherlands, Finlandja, Żvezja

58.

Sensuri tal-Kontrobatterija (CoBaS)

Franza, Netherlands

59.

Torpedo antitorpedo (ATT)

Ġermanja, Netherlands

60.

Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika f’Qiegħ il-Baħar (CSIP)

Italja, Belġju, Ġermanja, Spanja, Franza, Portugall, Żvezja

61.

Missila Futura mill-Ajru għall-Ajru ta’ Medda Qasira (FSRM)

Ġermanja, Spanja, Italja, Ungerija, Żvezja

62.

Ħelikopter ta’ Tagħbija Medja tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGMH)

Ġermanja, Franza, Spanja, Italja, Finlandja

63.

Sistema Integrata b’Diversi Saffi ta’ Difiża kontra l-Ajru u l-Missili (IMLAMD)

Italja, Franza, Ungerija, Żvezja

64.

Sistema ta’ Tagħmir u Sensuri għall-Kmand u l-Kontroll fl-Artiku (ACCESS)

Finlandja, Estonja, Franza, Żvezja

65.

Infrastruttura u Networks tal-Komunikazzjoni Robusti (ROCOMIN)

Żvezja, Estonja, Ġermanja, Franza

66.

ROLE 2F

Spanja, Belġju, Bulgarija, Franza, Portugall, Finlandja, Żvezja”


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1972/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)