11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 7/53


Rettifika tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 150 tal-14 ta' Ġunju 2018 )

(1)

Fil-paġna 37, il-punt (b) u (c) tal-Artikolu 30(5),

minflok:

“(b)

biss fil-lista ta’ ingredjenti, dment li:

(i)

anqas minn 95 % tal-ingredjenti agrikoli tal-prodott skont il-piż ikunu organiċi, u dment li dawk l-ingredjenti jikkonformaw mar-regoli tal-produzzjoni li jinsabu f’dan ir-Regolament; u

(ii)

l-ikel ipproċessat ikun konformi mar-regoli ta’ produzzjoni li jinsabu fil-punti 1.5, 2.1(a), 2.1(b) u 2.2.1 tal-Parti IV tal-Anness II u mar-regoli stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 16(3);

(c)

fid-deskrizzjoni ta’ bejgħ u fil-lista ta’ ingredjenti, dment li:

(i)

l-ingredjent prinċipali jkun prodott mill-kaċċa jew mis-sajd;

(ii)

it-terminu msemmi fil-paragrafu 1 hu relatat b’mod ċar mad-deskrizzjoni ta’ bejgħ għal ingredjent ieħor li jkun organiku u differenti mill-ingredjent prinċipali;

(iii)

l-ingredjenti agrikoli kollha l-oħra jkunu organiċi; u

(iv)

l-ikel ikun konformi mal-punti 1.5, 2.1(a), 2.1(b), u 2.2.1 tal-Parti IV tal-Anness II u mar-regoli stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 16(3).”,

aqra:

“(b)

biss fil-lista ta’ ingredjenti, dment li:

(i)

anqas minn 95 % tal-ingredjenti agrikoli tal-prodott skont il-piż ikunu organiċi, u dment li dawk l-ingredjenti jikkonformaw mar-regoli tal-produzzjoni li jinsabu f’dan ir-Regolament; u

(ii)

l-ikel ipproċessat ikun konformi mar-regoli ta’ produzzjoni li jinsabu fil-punti 1.5, 2.1(a), 2.1(b) u 2.2.1 tal-Parti IV tal-Anness II, bl-eċċezzjoni tar-regoli dwar l-użu ristrett tal-ingredjenti agrikoli mhux organiċi li jinsabu fil-punt 2.2.1 tal-Parti IV tal-Anness II, u mar-regoli stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 16(3);

(c)

fid-deskrizzjoni ta’ bejgħ u fil-lista ta’ ingredjenti, dment li:

(i)

l-ingredjent prinċipali jkun prodott mill-kaċċa jew mis-sajd;

(ii)

it-terminu msemmi fil-paragrafu 1 hu relatat b’mod ċar mad-deskrizzjoni ta’ bejgħ għal ingredjent ieħor li jkun organiku u differenti mill-ingredjent prinċipali;

(iii)

l-ingredjenti agrikoli kollha l-oħra jkunu organiċi; u

(iv)

l-ikel ipproċessat ikun konformi mar-regoli tal-produzzjoni li jinsabu fil-punti 1.5, 2.1(a), 2.1(b), u 2.2.1 tal-Parti IV tal-Anness II, bl-eċċezzjoni tar-regoli dwar l-użu ristrett tal-ingredjenti agrikoli mhux organiċi li jinsabu fil-punt 2.2.1 tal-Parti IV tal-Anness II, u mar-regoli stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 16(3).”;

(2)

Fil-paġna 38, il-punt (a) tal-Artikolu 30(6),

minflok:

“(a)

l-għalf ipproċessat ikun konformi mar-regoli ta’ produzzjoni li jinsabu fil-Partijiet II, III u V tal-Anness II u mar-regoli speċifiċi stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 16(3);”,

aqra:

“(a)

l-għalf ipproċessat ikun konformi mar-regoli ta’ produzzjoni li jinsabu fil-Partijiet II, III u V tal-Anness II u mar-regoli speċifiċi stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 17(3);”.