|
10.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 182/34 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 35/2008
ta' l-14 ta' Marzu 2008
li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
l-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 15/2008 ta' l-1 ta' Frar 2008 (1). |
|
(2) |
ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/339/KE tat-8 ta' Mejju 2006 dwar il-promozzjoni ta' l-elettriku mill-art għall-użu mill-bastimenti sorġuti fil-portijiet tal-Komunità (2) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 42 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/532/KE) ta' l-Anness XX tal-Ftehim:
|
“43. |
32006 H 0339: ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/339/KE tat-8 ta' Mejju 2006 dwar il-promozzjoni ta' l-elettriku mill-art għall-użu mill-bastimenti sorġuti fil-portijiet tal-Komunità (ĠU L 125, 12.5.2006, p 38).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Rakkomandazzjoni 2006/339/KE fil-lingwi Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Marzu 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE mehemuż mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 14 ta' Marzu 2008.
Għall-Kumitat Konġunt ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 154, 12.6.2008, p. 30.
(2) ĠU L 125, 12.5.2006, p. 38.
(*1) Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.