<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-39/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0039</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:327">EU:C:2012:327</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20120607">7.6.2012</DATE> — KAWŻA C-39/11</P><P>VBV — VORSORGEKASSE</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20120607">7 ta’ Ġunju 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Moviment liberu tal-kapital</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Fondi ta’ previdenza professjonali</KEYWORD><KEYWORD>Investiment tal-attivi</KEYWORD><KEYWORD>Fondi komuni ta’ investiment stabbiliti fi Stat Membru ieħor</KEYWORD><KEYWORD>Investiment f’tali fondi permess biss meta dawn jiġu awtorizzati li jikkummerċjalizzaw l-unitajiet tagħhom fit-territorju nazzjonali</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-39/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110110">10 ta’ Jannar 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20110128">28 ta’ Jannar 2011</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">VBV — Vorsorgekasse AG</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Finanzmarktaufsichtsbehörde (FMA),</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President tal-Awla, J. Malenovský, R. Silva de Lapuerta, E. Juhász (Relatur) u G. Arestis, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: V. Trstenjak,</P><P>Reġistratur: A. Impellizzeri, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20120112">12 ta’ Jannar 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal VBV — Vorsorgekasse AG, minn C. Leitgeb, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Finanzmarktaufsichtsbehörde (FMA), minn R. Hellwagner, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Očková, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn E. Montaguti u K.-P. Wojcik, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-moviment liberu tal-kapital, b’mod partikolari l-Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn VBV — Vorsorgekasse AG (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>VBV<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u l-Finanzmarktaufsichtsbehörde (awtorità ta’ sorveljanza tas-swieq finanzjarji, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>FMA<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar ix-xiri ta’ unitajiet ta’ fond komuni ta’ investiment stabbilit fi Stat Membru li ma huwiex ir-Repubblika tal-Awstrija.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE, tal-<DATE ISO="19851220">20 ta’ Diċembru 1985</DATE>, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 139), kif emendata bid-Direttiva 2001/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20020121">21 ta’ Jannar 2002</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 302, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Direttiva 85/611<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), li jifforma parti mill-ewwel taqsima tagħha, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>[I]d-dispożizzjonijiet ġenerali u l-qasam ta’ l-applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom japplikaw din id-Direttiva għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (hawnhekk iżjed ’il quddiem magħrufa bħala UCITS) li jinstabu fit-territorju tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, u soġġett għall-Artikolu 2, UCITS għandhom ikunu impriżi:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>li l-unika mira hija l-investiment kollettiv f’titoli trasferibbli u/jew f’assi likwidi finanzjarji oħrajn imsemmija fl-Artikolu 19(1) ta’ kapital miġbur mill-pubbliku u li jopera fuq il-prinċipju ta’ tixrid tar-riskju</P></ITEM></LIST><P>u</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>li l-unitajiet tagħhom huma, fuq it-talba tat-titolari, mixtrija mill-ġdid jew mogħtija lura, direttament jew indirettament, mill-assi ta’ dawk l-impriżi. Azzjoni meħuda minn UCITS sabiex jiġi assigurat li l-valur tal-borża ta’ l-unitajiet tagħha ma jvarjawx b’mod sinifikanti mill-valur nett tagħhom ta’ l-assi għandha titqies bħala ekwivalenti għal dan ix-xiri mill-ġdid jew il-fidwa.</P></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 19 ta’ din id-direttiva, li jifforma parti mit-Taqsima V ta’ din tal-aħħar, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Obbligi li jikkonċernaw il-poloz ta’ investiment ta’ UCITS<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jinkludi dispożizzjonijiet dettaljati dwar it-titoli li fihom UCITS tista’ tqiegħed l-assi tagħha, kif ukoll il-kundizzjonijiet u l-limiti ta’ dawn l-investimenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Awstrijak</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-Liġi dwar l-iskema ta’ previdenza tal-impjegati u tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom (Betriebliches Mitarbeiter- und Selbständigenvorsorgegesetz, BGBl, I, 100/2002), fil-verżjoni tagħha li tapplika għall-fatti fil-kawża prinċipali (BGBl I, 102/2007, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>BMSVG<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), tistabbilixxi,<?PAGE NO="3"?> fl-Artikolu 6(1) tagħha, li, sa fejn relazzjoni ta’ xogħol tkompli għal iktar minn xahar, il-persuna li timpjega għandha tipprovdi kontribuzzjoni permanenti li tammonta għal ċerta perċentwali tar-remunerazzjoni fix-xahar lil korp ta’ assigurazzjoni għall-mard li miegħu l-impjegat ikun affiljat, sabiex hija tiġi ttrasferita fil-fond ta’ previdenza professjonali. Skont l-Artikolu 14(1) tal-BMSVG, meta tintemm ir-relazzjoni ta’ xogħol, l-impjegat jista’ jinvoka d-dritt tiegħu għal kumpens minħabba tmiem ta’ impjieg quddiem il-fond ta’ previdenza professjonali li miegħu huwa jkun affiljat.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 18(1) u (2) tal-BMSVG, fond ta’ previdenza professjonali għandu jkun awtorizzat li jamministra u li jinvesti l-kontribuzzjonijiet mogħtija lilu, u, għalhekk, skont l-Artikolu 28(1) tal-istess liġi, huwa għandu joħloq impriża ta’ investiment kollettiv.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 30 tal-BMSVG, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Dispożizzjonijiet applikabbli għall-investimenti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="030.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>Il-fond ta’ previdenza professjonali għandu jamministra l-attivitajiet tiegħu fl-interess tal-benefiċjarji ta’ drittijiet potenzjali u għalhekk għandu jiddedika attenzjoni partikolari lis-sigurtà, lid-dħul u lill-ħtiġijiet f’likwidità kif ukoll li l-elementi tal-attiv jitqassmu u jiġi ddiversifikati b’mod xieraq.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="030.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA><P>L-attivi allokati lil impriża ta’ investiment kollettiv jistgħu jiġu investiti biss fl-attivi u l-istrumenti segwenti :</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>depożiti bankarji u likwidità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>self u krediti [...]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>titoli ta’ kreditu [...]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>titoli oħra ta’ kreditu kif ukoll titoli ta’ ishma;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>unitajiet ta’ fondi komuni ta’ investiment skont il-Kapitolu I u Ia tal-Liġi dwar il-Fondi ta’ investiment tal-1993 (Investmentfondsgesetz 1993, iktar ’il quddiem, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>InvFG<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) kif ukoll unitajiet ta’ fondi komuni ta’ investiment li l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom hija awtorizzata skont</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-Kapitolu II tal-InvFG jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-Kapitolu III tal-InvFG;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>fondi immobbiljari [...]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="030.003"><NO.PARAG>3)</NO.PARAG><ALINEA><P>L-investimenti msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jitwettqu biss abbażi tal-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet segwenti:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-investimenti msemmija fil-punt 5 tal-paragrafu 2</TXT></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għandhom jitwettqu minn kumpannija ta’ investiment li s-sede tagħha tinsab fi Stat Membru taż-[Żona Ekonomika Ewropea] (ŻEE) jew tal-[Organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni u ta’ żvilupp ekonomiku (OECD)] [...]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 32(1) tal-BMSVG, il-fond ta’ previdenza professjonali għandu jappunta bank depożitarju biex iħares it-titoli trasferibbli ta’ proprjetà tal-impriża ta’ investiment kollettiv kif ukoll biex jamministra l-kontijiet li huwa jkollu. L-approvazzjoni tal-FMA hija meħtieġa sabiex bank depożitarju jingħata l-mandat jew sabiex dan jinbidel.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 43 tal-BMSVG, il-FMA għandha tordna l-ħlas ta’ interessi jekk il-fond ta’ previdenza professjonali jaqbeż il-limitu ta’ investiment previst fl-Artikolu 30 tal-istess liġi.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Kapitolu II tal-InvFG, li jirreferi għall-punt 5(a) tal-Artikolu 30(2) tal-BMSVG, huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Kapitolu II</P><P>Dispożizzjonijiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ unitajiet ta’ fondi komuni ta’ investiment barranin</P><P>Kamp ta’ applikazzjoni</P><ARTICLE IDENTIFIER="024"><TI.ART>Artikolu 24</TI.ART><PARAG IDENTIFIER="024.001"><NO.PARAG>1)</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu [...] japplikaw għall-offerti pubbliċi, fit-territorju nazzjonali, ta’ unitajiet li jirrappreżentaw attivi li huma suġġetti għal leġiżlazzjoni barranija, li huma investiti skont il-prinċipju ta’ tqassim tar-riskji (unitajiet ta’ fondi komuni ta’ investiment barranin).</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG></ARTICLE><P>Kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà ta’ offerta pubblika</P><ARTICLE IDENTIFIER="025"><TI.ART>Artikolu 25</TI.ART><ALINEA><P>L-offerta pubblika ta’ unitajiet ta’ fondi komuni ta’ investiment tkun legali jekk</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>il-kumpannija ta’ investiment barranija tindika lill-FMA stabbiliment ta’ kreditu li jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 23(1) u li hija taħtar bħala rappreżentant,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>l-attivi tal-fond ikunu mħarsa minn bank depożitarju jew minn stabbiliment awtorizzat li jeżerċita l-attività ta’ ħarsien tat-titoli [...]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>stabbiliment ta’ kreditu wieħed jew iktar li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1) jiġu nnominati bħala aġenziji ta’ ħlas, li permezz tagħhom il-proprjetarji tal-unitajiet jistgħu jwettqu jew jirċievu ħlasijiet ; [...]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></ARTICLE><P>[...]</P><P>Ir-rappreżentant</P><ARTICLE IDENTIFIER="029"><TI.ART>Artikolu 29</TI.ART><PARAG IDENTIFIER="029.001"><NO.PARAG>1)</NO.PARAG><ALINEA>Ir-rappreżentant jirrappreżenta lill-kumpannija ta’ investiment barranija fil-qasam ġudizzjarju u extraġudizzjarju. Huwa preżunt li huwa jkollu s-setgħa li jirċievi l-atti ddestinati lill-kumpannija ta’ investiment, lill-kumpannija ta’ amministrazzjoni, lill-kumpannija ta’ kummerċjalizzazzjoni u lill-awtur tal-offerta pubblika. Dawn is-setgħat ma jistgħux jiġu ristretti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="029.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA>Il-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha r-rappreżentant ikun iddomiċiljat għandha l-ġurisdizzjoni li tisma’ l-azzjonijiet imressqa kontra kumpannija ta’ investiment barranija, kumpannija ta’ amministrazzjoni jew kumpannija ta’ kummerċjalizzazzjoni marbuta mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ unitajiet ta’ fondi komuni ta’ investiment barranin fit-territorju nazzjonali, kif ukoll l-azzjonijiet kontra korp pubbliku. L-ebda ftehim ma jista’ jidderoga minn din ir-regola dwar il-ġurisdizzjoni.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><P>[...]</P><?PAGE NO="5"?><P>Obbligu ta’ notifika</P><ARTICLE IDENTIFIER="030"><TI.ART>Artikolu 30</TI.ART><PARAG IDENTIFIER="030.001"><NO.PARAG>1)</NO.PARAG><ALINEA>Il-kumpannija ta’ investiment barranija għandha tinnotifika lill-FMA bl-intenzjoni tagħha li tikkummerċjalizza fit-territorju nazzjonali unitajiet ta’ fondi komuni ta’ investiment barranin.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="030.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA><P>In-notifika għandha tinkludi d-dokumenti segwenti:</P><P>[Isegwu preċiżazzjonijiet dettaljati ħafna dwar id-dokumenti u l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża f’din in-notifika. Għandu wkoll jiġi ppreċiżat li l-ipproċessar tan-notifika huwa suġġett għall-ħlas ta’ taxxa ta’ EUR 3 700 lill-FMA, li għandha tingħata wkoll il-ħlas ta’ taxxa annwali ta’ EUR 1 700. In-nuqqas ta’ ħlas tat-taxxa fit-termini stabbiliti jikkostitwixxi raġuni biex il-kummerċjalizzazzjoni tiġi pprojbita.]</P><P>Terminu ta’ stennija — Projbizzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni</P></ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="031"><TI.ART>Artikolu 31</TI.ART><PARAG IDENTIFIER="031.001"><NO.PARAG>1)</NO.PARAG><ALINEA>Il-kummerċjalizzazzjoni ta’ unitajiet ta’ fondi komuni ta’ investiment barranin tista’ tinbeda biss wara li jkunu għaddew erba’ xhur minn meta tkun wasslet in-notifika kompluta mingħajr mal-FMA tkun ipprojbiet it-tnedija tal-kummerċjalizzazzjoni. It-tnedija tal-kummerċjalizzazzjoni għandha tiġi pprojbita jekk il-kumpannija ta’ investiment barranija ma tissodisfax il-kundizzjoni tal-Artikolu 25 jew ma tibdiex il-proċedura għan-notifika msemmija fl-Artikolu 30.</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG></ARTICLE><P>Miżuri pubbliċitarji</P><ARTICLE IDENTIFIER="032"><TI.ART>Artikolu 32</TI.ART><PARAG IDENTIFIER="032.001"><NO.PARAG>1)</NO.PARAG><ALINEA>Kull riklam li jsemmi s-setgħat mogħtija minn din il-liġi lill-FMA huwa pprojbit.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></ARTICLE></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Kapitolu III tal-InvFG jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet applikabbli għall-kummerċjalizzazzjoni tal-fondi komuni ta’ investiment suġġetti għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru taż-ŻEE. F’dan il-kapitolu, l-Artikolu 33 ta’ din il-liġi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Kundizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu [...] japplikaw għall-offerti pubbliċi, fis-sens tal-Artikolu 24(1), ta’ unitajiet li jirrappreżentaw attivi li jikkostitwixxu titoli trasferibbli, strumenti tas-suq monetarju u attivi finanzjarji likwidi oħra msemmija fl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 85/611 [...], li huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor taż-ŻEE u investiti skont il-prinċipju ta’ tqassim tar-riskji (unitajiet ta’ fondi komuni ta’ investiment fiż-ŻEE) meta l-unitajiet jinħarġu minn kumpannija ta’ investiment u meta d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 85/611 [...] jkunu ssodisfatti.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-artikoli segwenti ta’ dan il-kapitolu jinkludu dispożizzjonijiet simili għal dawk inklużi fil-Kapitolu II tal-InvFG, iċċitati iktar ’il fuq, bid-differenza, b’mod partikolari, li l-ammonti tat-taxxi mitluba għall-ipproċessar tan-notifika kif ukoll it-taxxi annwali huma inqas għolja u li t-terminu ta’ stennija ma huwiex ta’ erba’ xhur iżda ta’ xahrejn.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>VBV huwa fond ta’ previdenza professjonali awtorizzat fis-sens tal-Artikolu 18 tal-BMSVG, li għandu s-sede tiegħu fi Vjenna (l-Awstrija). Huwa awtorizzat jamministra u jinvesti l-kontribuzzjonijiet mogħtija lilu.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Bejn ix-xhur ta’ Novembru u ta’ Diċembru 2009, VBV kien is-suġġett ta’ verifika fil-post tiegħu, li kienet tirrigwarda b’mod partikolari l-osservanza tad-dispożizzjonijiet applikabbli fil-qasam tal-investiment previsti fl-Artikolu 30 tal-BMSVG. Matul din il-verifika, ġie kkonstatat li,<?PAGE NO="6"?> fit-<DATE ISO="20080822">22 ta’ Awwissu 2008</DATE>, VBV kien xtara, milli jidher lil hinn mit-territorju Awstrijak, għall-ammont ta’ EUR 5 000 200, unitajiet ta’ fond komuni ta’ investiment li s-sede tiegħu tinsab fil-Lussemburgu, liema fond huwa kkostitwit taħt l-għamla ġuridika ta’ kumpannija ta’ investiment b’kapital varjabbli (SICAV). Meta sar dan ix-xiri, dan il-fond ma kienx ġie suġġett għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-unitajiet tiegħu fl-Awstrija. B’deċiżjoni tal-FMA tat-<DATE ISO="20100628">28 ta’ Ġunju 2010</DATE>, VBV ġie kkundannat, abbażi tal-Artikolu 43 tal-BMSVG, iħallas l-ammont ta’ EUR 349 329.04 għaliex kien qabeż il-limitu previst fil-punt 5(a) tal-Artikolu 30(2) tal-BMSVG.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>VBV ressaq azzjoni kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Verwaltungsgerichtshof u sostna li din id-dispożizzjoni tal-BMSVG tmur kontra l-moviment liberu tal-kapital, peress li l-fatt li l-legalità tax-xiri ta’ unitajiet ta’ fond komuni ta’ investiment stabbilit fi Stat Membru ieħor hija suġġetta għall-eżistenza ta’ awtorizzazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni fit-territorju nazzjonali jirrestrinġi b’mod sinjifikattiv il-possibbiltajiet ta’ investiment ta’ fond ta’ previdenza professjonali. Din ir-restrizzjoni hija sproporzjonata u ma hijiex meħtieġa għat-twettiq tal-għanijiet segwiti minn din il-leġiżlazzjoni. Fil-fatt, huwa ampjament biżżejjed li l-leġiżlatur nazzjonali jissuġġetta x-xiri ta’ unitajiet ta’ tali fond għall-osservanza, minn dawn tal-aħħar, ta’ ċerti limiti ta’ investiment jew ta’ kompożizzjoni tal-attivi u ta’ strateġiji ta’ investiment, u mhux għall-kriterju formali ta’ awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni fl-Awstrija. Fi kwalunkwe każ, ma huwiex konvenjenti għal fond komuni ta’ investiment stabbilit fi Stat Membru ieħor li jissuġġetta lilu nnifsu għal tali proċedura ta’ awtorizzazzjoni twila u għalja għal suq relattivament żgħir, bħalma huwa s-suq Awstrijak.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont il-FMA, l-għan segwit mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni huwa l-ħarsien tal-investituri u tal-konsumaturi. Li dan l-għan jiġi segwit huwa ta’ interess ġenerali, interess li għandu jitqiegħed fuq l-istess livell tal-ordni pubbliku. Peress li parti mill-popolazzjoni Awstrijaka għandha, abbażi tar-regoli applikati fil-qasam tad-dritt industrijali, tagħti kontribuzzjonijiet lill-fondi ta’ previdenza professjonali u tinvesti l-assi tagħha permezz tagħhom, proċedura ta’ notifika u ta’ awtorizzazzjoni għall-fondi komuni ta’ investiment barranin hija assolutament meħtieġa sabiex tali interessi nazzjonali ma jitqegħdux f’periklu. Fi kwalunkwe każ, tali proċedura hija standardizzata u tikkonsisti f’eżami formali li b’mod partikolari jeħtieġ il-ħatra ta’ rappreżentant nazzjonali, ta’ aġenzija nazzjonali ta’ ħlas u l-indikazzjoni ta’ bank depożitarju. Dan jippermetti li tiġi eskluża kull inċertezza legali għall-persuni kkonċernati.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Verwaltungsgerichtshof hija <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> tal-idea li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni tinkludi miżuri li jippreġudikaw id-dritt ta’ moviment liberu tal-kapital. Madankollu, hija tistaqsi jekk tali miżuri jistgħux jiġu ġġustifikati minn raġunijiet ta’ ordni pubbliku, fis-sens tal-Artikolu 65(1) TFUE. Fil-fatt, għandu jitqies l-interess ġenerali għaż-żamma tal-ordni pubbliku f’dak li jirrigwarda s-sigurtà tal-investiment ta’ parti mid-dħul professjonali tal-popolazzjoni. Fil-każ li tali interess ġenerali effettivament jitqies li huwa raġuni għal ġustifikazzjoni, b’mod partikolari, fid-dawl ta’ skema ta’ previdenza rregolata fil-qasam tal-ġejjieni u tat-tmiem ta’ impjieg, allura hemm bżonn li jiġi evalwat jekk tali miżuri jistgħux jitqiesu li huma proporzjonati għall-għanijiet segwiti.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Verwaltungsgerichtshof iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti :</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Dispożizzjoni li tawtorizza lil fond ta’ kumpens fil-każ li jintemm kuntratt ta’ xogħol jinvesti assi mogħtija lil fond ta’ investiment kollettiv biss f’ishma f’fondi ta’ investiment awtorizzati għall-bejgħ fl-Awstrija hija kompatibbli mal-moviment liberu tal-kapital kif stabbilit fl-Artikolu 63 TFUE <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Mill-proċess mibgħut lill-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax li l-impriża ta’ investiment kollettiv li kellha tinħoloq mill-fond ta’ previdenza professjonali, skont il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tikkostitwixxi UCITS fis-sens tad-Direttiva 85/611. Barra minn hekk, ma jidhirx li tali impriża tissodisfa<?PAGE NO="7"?> l-kundizzjonijiet previsti mid-definizzjoni ta’ UCITS mogħtija fl-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva, b’mod partikolari fit-tieni inċiż ta’ din id-dispożizzjoni. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ser titlaq mill-premessa li tali impriża ma tikkostitwixxix UCITS.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-eżami tal-Qorti tal-Ġustizzja ser essenzjalment ikun ibbażat fuq id-dispożizzjonijiet tat-Trattat fil-qasam tal-moviment liberu tal-kapital.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>L-ewwel nett, huwa paċifiku li x-xiri ta’ unitajiet ta’ fond komuni ta’ investiment jikkostitwixxi investiment dirett fil-forma ta’ holding fil-kapital ta’ impriża finanzjarja u, għalhekk, moviment tal-kapital fis-sens tal-Artikolu 63 TFUE, kif huwa wkoll indikat fil-Punt IV tan-nomenklatura użata fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 88/361/KE, tal-<DATE ISO="19880624">24 ta’ Ġunju 1988</DATE>, għall-implementazzjoni tal-Artikolu 67 tat-Trattat [artikolu li tħassar bit-Trattat ta’ Amsterdam] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1, p. 10) u fin-noti ta’ spjega li jinsabu fl-imsemmi anness (ara, fir-rigward tal-pussess ta’ azzjonijiet u tax-xiri ta’ titoli, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20020604">4 ta’ Ġunju 2002</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-483/99" PAGE.ECR="I-4781" YEAR="2002">C-483/99, Ġabra p. I-4781</REF.DOC.ECR>, punt 37, u Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-503/99" PAGE.ECR="I-4809" YEAR="2002">C-503/99, Ġabra p. I-4809</REF.DOC.ECR>, punt 38).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi rrilevat li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, b’mod partikolari l-punt 5(a) u (b) tal-Artikolu 30(2) tal-BMSVG, permezz tar-riferiment għall-Kapitoli II u III tal-InvFG, tissuġġetta l-investiment tal-attivi tal-fond ta’ previdenza professjonali f’unitajiet ta’ fondi komuni ta’ investiment li jinsabu kemm f’pajjiż terz kif ukoll fi Stat Membru għall-kundizzjoni li dawn il-fondi jkunu kisbu l-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-unitajiet tagħhom fit-territorju nazzjonali u li, skont l-Artikolu 43 tal-BMSVG, in-nuqqas ta’ osservazzjoni ta’ din il-kundizzjoni jesponi lil dawn il-fondi għall-ħlas ta’ interessi.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ma jistax jiġi sostnut li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali timponi fuq tali fondi l-obbligu li jiġu suġġetti, fil-fatt, mhux għal proċedura ta’ awtorizzazzjoni iżda għal proċedura sempliċi ta’ notifika.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fuq dan il-punt, għandu jiġi enfasizzat li l-qorti tar-rinviju tikklassifika hija stess din il-proċedura bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. Barra minn hekk, il-Kummissjoni Ewropea ġustament tosserva li l-għan tan-notifika huwa li jippermetti lill-FMA li teżamina jekk il-kundizzjonijiet sostantivi, previsti minn din il-leġiżlazzjoni, humiex issodisfatti fil-każ inkwistjoni, b’mod li l-imsemmija proċedura għandha, neċessarjament, tiġi legalment ikklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>approvazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>. Barra minn hekk, anki jekk jiġi preżunt li din il-proċedura formalment tikkorrispondi għal notifika, il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti, b’mod partikolari l-ispejjeż amministrattivi u finanzjarji, il-ħatra ta’ rappreżentant nazzjonali kif ukoll il-ħatra ta’ aġenzija nazzjonali ta’ ħlas li għandha tkun stabbiliment ta’ kreditu tal-Istat Membru kkonċernat, imorru bil-bosta lil hinn mir-rekwiżiti li normalment jikkaratterizzaw proċedura ta’ notifika.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’, minn naħa, tiddisswadi u, fil-fatt, timpedixxi, minħabba s-sanzjoni pekunjarja prevista, lill-fondi ta’ previdenza professjonali milli jinvestu l-assi tagħhom fil-fondi komuni ta’ investiment stabbiliti fi Stat Membru ieħor u għandha, għalhekk, tiġi kklassifikata bħala restrizzjoni għall-moviment tal-kapital, fis-sens tal-Artikolu 63(1) TFUE, li hija bħala regola ġenerali pprojbita minn din id-dispożizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20000926">26 ta’ Settembru 2000</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-478/98" PAGE.ECR="I-7587" YEAR="2000">C-478/98, Ġabra p. I-7587</REF.DOC.ECR>, punt 18, kif ukoll tat-<DATE ISO="20100708">8 ta’ Lulju 2010</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-171/08" PAGE.ECR="I-6813" YEAR="2010">C-171/08, Ġabra p. I-6813</REF.DOC.ECR>, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tipproduċi wkoll effett restrittiv fir-rigward tal-fondi komuni ta’ investiment stabbiliti fi Stati Membri oħra, inkwantu tobbligahom, meta jiġu biex iwettqu tranżazzjonijiet ta’ bejgħ tal-unitajiet tagħhom, li jkunu suġġetti għal proċedura ta’ awtorizzazzjoni fit-territorju nazzjonali prevista minn din il-leġiżlazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Tali leġiżlazzjoni timponi fuq il-fondi komuni ta’ investiment stabbiliti fi Stati Membri oħra proċedura ta’ awtorizzazzjoni fl-Awstrija, meta dawn il-fondi, regolarment stabbiliti u awtorizzati fl-Istat Membru li fih huma għandhom s-sede tagħhom, leġittimament jixtiequ jattiraw il-kapital li jkun ġej minn Stati Membri oħra. Għalhekk, dan ir-rekwiżit jikkostitwixxi ostakolu għall-moviment transkonfinali tal-kapital.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ġustifikazzjoni għal dan l-ostakolu, il-Qorti tal-Ġustizzja ripetutament iddeċidiet li l-moviment liberu tal-kapital jista’ jiġi limitat minn leġiżlazzjoni nazzjonali biss jekk din tkun iġġustifikata minn waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 65 TFUE jew minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-271/09" PAGE.ECR="I-13613" YEAR="2011">C-271/09, Ġabra p. I-13613</REF.DOC.ECR>, punt 55 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, għandu jiġi kkonstatat li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni ma tistax tiġi ġġustifikata minn raġunijiet marbuta mal-ordni pubbliku jew mas-sigurtà pubblika, previsti fl-Artikolu 65(1)(b) TFUE. Skont ġurisprudenza stabbilita, tali raġunijiet jistgħu jiġu invokati biss fil-każ ta’ theddida reali u suffiċjentement gravi, li taffettwa l-interess fundamentali tas-soċjetà, u ma jistgħux, barra minn hekk, jintużaw għal għanijiet purament ekonomiċi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19771027">27 ta’ Ottubru 1977</DATE>, Bouchereau, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="30/77" PAGE.ECR="1999" YEAR="1977">30/77, Ġabra p. 1999</REF.DOC.ECR>, punt 35, kif ukoll tal-<DATE ISO="20000314">14 ta’ Marzu 2000</DATE>, Église de scientologie, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-54/99" PAGE.ECR="I-1335" YEAR="2000">C-54/99, Ġabra p. I-1335</REF.DOC.ECR>, punt 17 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-argument li jipprovdi li r-restrizzjonijiet inkwistjoni huma ġġustifikati abbażi tal-Artikolu 65(1)(b) TFUE, li jistabbilixxi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>[i]d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 63 m’għandhom jippreġudikaw id-dritt ta’ l-Istat Membru […] li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jevitaw il-ksur tal-liġi u tar-regolamenti […] fil-qasam tas-superviżjoni prudenzjali ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li, għalkemm id-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni jistgħu jistabbilixxu l-kontenut materjali tar-regoli prudenzjali applikabbli għall-impriżi ta’ investiment kollettiv maħluqa mill-fondi ta’ previdenza professjonali, huma ma għandhomx, min-naħa l-oħra, l-għan li jiksru l-liġijiet u r-regolamenti fil-qasam tas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet finanzjarji. L-imsemmija dispożizzjonijiet ma jistgħux, għaldaqstant, jaqgħu taħt l-eċċezzjoni prevista fl-imsemmi artikolu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Polonja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 56).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tielet lok, tal-ġustifikazzjoni allegata dwar ir-raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, għandu jiġi rrikonoxxut li l-interess li tiġi ggarantita l-istabbilità u s-sigurtà tal-attivi amministrati minn impriża ta’ investiment kollettiv maħluqa mill-fond ta’ previdenza professjonali, b’mod partikolari bl-adozzjoni ta’ regoli prudenzjali, jikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tista’ tiġġustifika restrizzjonijiet għall-moviment liberu tal-kapital (ara, b’analoġija, fir-rigward tal-fondi ta’ pensjoni, is-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Polonja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 57).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Madankollu, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq fond komuni ta’ investiment li jkollu s-sede tiegħu fi Stat Membru ieħor l-obbligu li jiġi ssuġġettat għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-unitajiet tiegħu fit-territorju nazzjonali, tmur ferm lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-għan imfittex ta’ verifika. Fil-fatt, minn naħa, kif jirriżulta mill-proċess mibgħut lill-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex ikun ġie awtorizzat jeżerċita l-attivitajiet tiegħu, fond ta’ previdenza professjonali jkun diġà ġie suġġett għal verifika u huwa l-ħin kollu s-suġġett ta’ sorveljanza partikolari fir-rigward tal-amministrazzjoni finanzjarja tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza, bħalma hija l-FMA, tista’ legalment timponi fuq fond ta’ previdenza professjonali l-obbligu li huwa jipprovdi, saħansitra f’intervalli regolari, kull informazzjoni meħtieġa dwar il-kompożizzjoni tal-kapital u l-valur tal-attivi ta’ fond komuni ta’<?PAGE NO="9"?> investiment stabbilit fi Stat Membru ieħor li fih dan l-imsemmi fond ikollu l-intenzjoni li jqiegħed jew diġà qiegħed parti mill-assi tiegħu; barra minn hekk, din l-informazzjoni hija obbligatorjament disponibbli fl-Istat Membru li fih dan il-fond ikollu s-sede tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, għandu jiġi konkluż li leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tinkludi miżuri sproporzjonati meta mqabbla mal-għan ta’ verifika mfittex.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>L-istess kunsiderazzjonijiet li jwasslu għall-konstatazzjoni tan-natura sproporzjonata ta’ tali leġiżlazzjoni japplikaw, fir-raba’ lok, fir-rigward tal-argument dwar il-ħarsien tal-benefiċjarji tal-ħlasijiet ta’ fond ta’ previdenza professjonali fir-rwol tagħhom ta’ konsumaturi bħala raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi osservat li l-iskema stabbilita mill-BMSVG ma taqax taħt is-sistema ta’ sigurtà soċjali tal-Awstrija. Fil-fatt, mill-proċess mibgħut lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li din l-iskema topera fuq il-bażi tal-prinċipju ta’ kapitalizzazzjoni, li abbażi tiegħu l-għoti, mill-persuna li timpjega, ta’ perċentwali mir-remunerazzjoni gross tal-ħaddiem ikkonċernat lill-fond ta’ previdenza professjonali, iservi biex jiġi ffinanzjat il-kumpens mogħti lil dan tal-aħħar fil-każ li tintemm ir-relazzjoni tiegħu ta’ impjieg. Fil-kuntest ta’ din l-iskema, il-korp ta’ assigurazzjoni għall-mard jintervjeni biss bħala intermedjarju. Konsegwentement, din l-iskema, minkejja l-għan soċjali tagħha, ma tistax titqies, fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni, li tifforma parti mis-sistema ta’ sigurtà soċjali ta’ Stat Membru (ara, b’analoġija, is-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Polonja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 40).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-kwistjoni dwar l-eventwalità li l-bilanċ finanzjajru ta’ tali sistema jiġi affettwat b’mod sinjifikattiv ma tistax tqum, b’mod li l-Artikolu 153(4) tat-TFUE ma jistax jiġi invokat bħala ġustifikazzjoni għal leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 63(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil fond ta’ previdenza professjonali, jew lil impriża ta’ investiment kollettiv maħluqa minn dan il-fond biex tamministra l-assi tagħha, jinvesti dawn l-assi f’unitajiet ta’ fond komuni ta’ investiment stabbilit fi Stat Membru ieħor biss jekk dan il-fond ikun ġie awtorizzat jikkummerċjalizza l-unitajiet tiegħu fit-territorju nazzjonali.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 63(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil fond ta’ previdenza professjonali, jew lil impriża ta’ investiment kollettiv maħluqa minn dan il-fond biex tamministra l-assi tagħha, jinvesti dawn l-assi f’unitajiet ta’ fond komuni ta’ investiment stabbilit fi Stat Membru ieħor biss jekk dan il-fond ikun ġie awtorizzat jikkummerċjalizza l-unitajiet tiegħu fit-territorju nazzjonali.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>