|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2061 |
18.9.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2061
tas-17 ta’ Settembru 2026
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ narażina u diklażuril (Interban) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna u għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni: Elanco GmbH)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ narażina u diklażuril (Interban) Ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ narażina u diklażurillju bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna u għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, u titlob li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija “koċċidjostati u istomonostati”. |
|
(4) |
Fl-opinjoni (2) tagħha tas-6 ta’ Frar 2026, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-preparat tan-narażina u tad-diklażuril hu sikur għall-ispeċijiet fil-mira, kif ukoll għall-konsumaturi u għall-ambjent, meta jintuża fil-livell propost ta’ 50 mg narażina u 1 mg diklażuril/kg ta’ għalf komplet. Ikkonkludiet ukoll li l-limiti massimi tar-residwi fis-seħħ bħalissa għan-narażina u għad-diklażuril huma protettivi għall-konsumatur mal-irtirar ta’ 0 jiem. L-Awtorità kkonkludiet li l-preparat tan-narażina u tad-diklażuril mhux irritanti għall-ġilda, iżda jenħtieġ li jitqies bħala sensitizzatur tal-ġilda u respiratorju, u li l-esponiment mill-inalazzjoni u mill-ġilda jitqies bħala riskju għall-utent, filwaqt li ma setgħetx tikkonkludi dwar il-potenzjal ta’ irritazzjoni tal-għajnejn minħabba nuqqas ta’ data. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparat tan-narażina u tad-diklażuril hu koċċidjożi ta’ kontroll effikaċi fit-tiġieġ tas-simna meta jintuża fil-livell użat propost ta’ 50 mg narażina u 1 mg diklażuril/kg ta’ għalf komplet u estendiet dik il-konklużjoni għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd. Dehrilha li hemm bżonn rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara t-tqegħid fis-suq. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Barra minn hekk, l-Awtorità enfasizzat il-periklu tal-addittiv għall-ispeċijiet ekwini, għad-dundjani u għall-fniek, kif ukoll il-fatt li l-użu simultanju ma’ ċerti sustanzi mediċinali jista’ jiġi kontraindikat. |
|
(5) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni jidhrilha li l-preparat tan-narażina u tad-diklażuril jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, l-użu ta’ dak il-preparat jenħtieġ li jiġi awtorizzat. Jixraq jiġi previst monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq tar-reżistenza tal-Eimeria spp. għan-narażina u għad-diklażuril. Jixraq jiġi previst li fl-istruzzjonijiet għall-użu għandu jiġi indikat li l-addittiv hu perikoluż għal ċerti speċijiet u li l-użu simultanju tiegħu ma’ ċerti sustanzi mediċinali jista’ jiġi kontraindikat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jidhrilha li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati l-effetti avversi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Il-preparatspeċifikat fl-Anness, li jappartjeni għall-kategorija tal-addittivi “koċċidjostati u istomonostati”, hu awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Settembru 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) EFSA Journal. 2026;24:e9963, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2026.9963.
ANNESS
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Isem l-addittiv (isem kummerċjali) |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
Limiti massimi tar-residwi (MRLs) fl-oġġetti tal-ikel rilevanti ta’ oriġini mill-annimali |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: koċċidjostatiċi u istomonostati |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
51778 |
Elanco GmbH |
Narażina 100 mg/g u diklażuril 2 mg/g (Interban) |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’
Forma solida. Karatterizzazzjoni tas-sustanzi attivi Narażina granulata li fiha:
Prodotta b’fermentazzjoni bi Streptomyces spp. NRRL B-67771. Diklażuril: (±)-2,6-dikloro-α-(4-klorofenil)-4-(4,5-diidro-3,5-diokso-1,2,4-triażin-11-2(3H)-il)benzeneaċetonitril; C17H9Cl3N4O2. Numru CAS: 101831-37-2. Impuritajiet totali A sa I (1): ≤ 1,5 %. Prodotta b’sinteżi kimika. Metodi analitiċi (2) Għad-determinazzjoni tan-narażina fl-addittiv tal-għalf: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja li tuża derivatizzazzjoni postkolonna flimkien ma’ detezzjoni fotometrika (HPLC-PCD-UV-Vis). Għad-determinazzjoni tan-narażina fit-taħlitiet lesti minn qabel: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja li tuża derivatizzazzjoni postkolonna flimkien ma’ detezzjoni fotometrika (HPLC-PCD-UV-Vis) – EN ISO 14183. Għad-determinazzjoni tan-narażina fl-għalf kompost:
Għad-determinazzjoni tad-diklażuril fl-addittiv tal-għalf: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja flimkien ma’ detezzjoni fotometrika (HPLC-UV). Għad-determinazzjoni tad-diklażuril fit-taħlitiet lesti minn qabel: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja flimkien ma’ detezzjoni fotometrika (HPLC-UV) – ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (3). Għad-determinazzjoni tad-diklażuril fl-għalf kompost:
Għad-determinazzjoni tan-narażina fit-tessuti: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja flimkien ma’spettrometrija tal-massa f’tandem – AOAC 2011.24. |
Tiġieġ tas-simna Tiġieġ imrobbija għall-bajd |
— |
50 (narażina) 1 (diklażuril) |
50 (narażina) 1 (diklażuril) |
|
Is-8 ta’ Ottubru 2036 |
50 μg narażina/kg tat-tessuti mxarrbin kollha Diklażuril: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (5) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(1) Kif elenkat fil-Farmakopea Ewropea (Ph. Eur. 11.1.2023). (2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fis-sit web tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en. (3) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas- 27 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/152/oj). (4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/429/oj). (5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/37(1)/oj). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2061/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)