|
2.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 28/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/173
tal-1 ta' Frar 2017
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1292/2008 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 887/2011, fir-rigward ta' isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni ta' Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 u Enterococcus faecium CECT 4515
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Norel SA ippreżentat applikazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 li tipproponi bidla fl-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1292/2008 (2) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 887/2011 (3). |
|
(2) |
L-applikant jiddikjara li Evonik Nutrition & Care GmbH akkwistat mingħand Norel SA d-drittijiet tal-kummerċjalizzazzjoni għall-addittivi tal-għalf Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 u Enterococcus faecium CECT 4515 b'effett mill-4 ta' Lulju 2016. L-applikant ippreżenta d-dejta rilevanti b'sosteniment għat-talba tiegħu. |
|
(3) |
Il-bidla proposta mid-detentur tal-awtorizzazzjoni hija ta' natura purament amministrattiva u m'hemmx għalfejn titwettaq valutazzjoni ġdida tal-addittivi ikkonċernati. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet mgħarrfa bl-applikazzjoni. |
|
(4) |
Sabiex Evonik Nutrition & Care GmbH tkun tista' tisfrutta d-drittijiet tagħha tal-kummerċjalizzazzjoni, hemm bżonn li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjonijiet rispettivi. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1292/2008 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 887/2011 għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. |
|
(6) |
Billi r-raġunijiet tas-sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-emendi magħmula permezz ta' dan ir-Regolament għar-Regolament (KE) Nru 1292/2008 u għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 887/2011, huwa xieraq li jiġi previst perjodu tranżitorju li matulu jkunu jistgħu jintużaw il-ħażniet kollha eżistenti. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1292/2008
Fil-kolonna 2 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1292/2008, it-terminu “Norel SA” huwa sostitwit bit-terminu “Evonik Nutrition & Care GmbH”.
Artikolu 2
Emenda fir-Regolament (UE) Nru 887/2011
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 887/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
fit-titolu, it-terminu “Norel SA” huwa sostitwit bit-terminu “Evonik Nutrition & Care GmbH”; |
|
(b) |
fil-kolonna 2 tal-Anness, it-terminu “Norel SA” huwa sostitwit bit-terminu “Evonik Nutrition & Care GmbH”. |
Artikolu 3
Miżuri tranżitorji
Il-ħażniet eżistenti tal-addittivi li huma konformi mad-dispożizzjonijiet li japplikaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw kollha.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1292/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-awtorizzazzjoni ta' Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 (Ecobiol u Ecobiol plus) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 36).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 887/2011 tal-5 ta' Settembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Enterococcus faecium CECT 4515 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Norel SA) (ĠU L 229, 6.9.2011, p. 7).