Official Journal L 278 , 15/10/1998 P. 0030 - 0034
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Settembru, 1998 dwar regolament tekniku komuni għall-ħtiġiet ta' twaħħil ġenerali għal komunikazzjonijiet pubbliċi mobbli terrestri ċellulari diġitali pan-Ewropej Fażi II (it-2 edizzjoni) (notifikati taħt dokument numru K(1998) 2720) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (98/574/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 1998 li għandha x'taqsam mat-tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita, inkluż ir-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom [1], u partikolarment l-Artikolu 7(2), it-tieni inċiż, tiegħu, Billi l-Kummissjoni adottat il-miżura li tidentifika t-tip ta' tagħmir terminali tat-telekommunikazzjoni li għalih huwa meħtieġ regolament tekniku komuni, kif ukoll id-dikjarazzjoni dwar il-qasam ta' applikazzjoni assoċjat miegħu skond l-Artikolu 7(2) l-ewwel inċiż; Billi għandhom ikunu adottati l-istandards armonizzati korrispondenti, jew partijiet ta' dawn, li jimplimentaw il-ħtiġiet essenzjali li għandhom jitbiddlu f'regolamenti tekniċi komuni; Billi biex tkun assigurata kontinwità ta' aċċess għas-swieq għall-manifatturi, huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti disposizzjonijiet transitorji rigward tagħmir approvat taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/630/KE [2]; Billi d-Deċiżjoni 96/630/KE għandha tkun revokata b'effett minn tmiem il-perjodu transitorju; Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/526/KE [3] għandha tkun revokata fl-24 ta' Ottubru, 1998; Billi l-proposta ġiet sottomessa lill-Kumitat (ACTE), skond l-Artikolu 29(2); Billi r-regolament tekniku komuni adottat f'din id-Deċiżjoni huwa fi qbil ma’ l-opinjoni ta' l-ACTE, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal tagħmir terminali maħsub biex ikun imqabbad ma’ network pubbliku tat-telekomunikazzjonijiet u li jaqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-istandard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 2(1). 2. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regolament tekniku komuni li jkopri l-ħtiġiet ta' aċċess għal tagħmir terminali għan-network tat-telekomunikazzjonijiet mobbli terrestri ċellulari diġitali pan-Ewropej li jikkomprendi modulazzjoni kostanti ċċirkondata u u li jaħdem fil-firxa ta' frekwenza 900 MHz b'separazzjoni ta' bejn il-kanali ta' 200 kHz u li ġġorr kanali tat-traffiku skond il-prinċipju TDMA. Artikolu 2 1. Ir-regolament tekniku komuni għandu jinkludi l-istandard armonizzat imħejji mill-korp relevanti ta' standardizzazzjoni li jimplimenta sal-limitu applikabbli l-ħtiġiet essenzjali msemmija fl-Artikolu 5(ċ) sa (f) tad-Direttiva 98/13/KE. Ir-riferenza għall-istandard hija mniżżla fl-Anness I. Il-partijiet applikabbli jinsabu fl-Anness II. 2. It-tagħmir terminali kopert b'din id-Deċiżjoni għandu jkun jaqbel mar-regolament tekniku komuni msemmi fil-paragrafu 1, għandu jilħaq il-ħtiġiet essenzjali msemmija fl-Artikolu 5(a) u (b) tad-Direttiva 98/13/KE, u għandu jilħaq il-ħtiġiet ta' kull Direttiva oħra applikabbli, partikolarment id-Direttivi tal-Kunsill 73/23/KEE [4] u 89/336/KEE [5]. Artikolu 3 Korpi notifikati nominati biex iwettqu l-proċeduri msemmmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 98/13/KE għandhom, fir-rigward ta' tagħmir terminali kopert bl-Artikolu 1(1) ta' din id-Deċiżjoni, jużaw jew jassiguraw l-użu tal-partijiet applikabbli ta' l-istandard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 2(1) wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Artikolu 4 1. Id-Deċiżjoni 96/630/KE għandha tkun revokata b'effett mid-data ta' tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. 2. Tagħmir terminali, approvat taħt id-Deċiżjoni 96/630/KE jista' jitkompla jitqiegħed fis-suq u mqiegħed fis-servizz sakemm din l-approvazzjoni tkun ingħatat sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. 3. Id-Deċiżjoni 97/526/KE għandha tkun revokata b'effett mill-24 ta' Ottubru 1998. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Settembru 1998. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 74, tat-12.3.1998, p. 1. [2] ĠU L 282, ta' l-1.11.1996, p. 79. [3] ĠU L 215, tas-7.8.1997, p. 54. [4] ĠU L 77, tas-26.3.1973, p. 29. [5] ĠU L 139, tat-23.5.1989, p. 19. -------------------------------------------------- ANNESS I Riferenza għall-istandard armonizzat applikabbli L-istandard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni huwa Ħtiġijiet ta' twaħħil għal sistema globali għal stazzjonijiet mobbli ta' komunikazzjonijiet mobbli (GSM) Aċċess ETSI Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni Segretarjat ta' ETSI TBR19 Edizzjoni 5: Marzu ta' l-1998 (eskluża d-daħla) Tagħrif addizzjonali L-Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni huwa rikonoxxut skond id-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE [1] L-istandard armonizzat imsemmi hawn fuq ġie prodott skond mandat maħruġ fi qbil ma’ proċeduri relevanti tad-Direttiva 83/189/KEE. It-test sħiħ ta' l-istandard armonizzat imsemmi hawn fuq jista’ jinkiseb mill-: Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni 650 Route des Lucioles F-06921 Sophia Antipolis Cedex | Kummissjoni Ewropea DG XIII/A/2 - (BU 31 1/7), Rue de la Loi/Wetstraat 200, B-1049 Brussels | jew minn kull organizzazzjoni oħra responsabbli milli tagħmel l-istandards ETSI disponibbli, li lista tagħhom tista’ tinstab fuq l-internet fl-indirizz www.ispo.cec.be. [1] ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 8. -------------------------------------------------- ANNESS II Partijiet applikabbli ta' TBR 19 (edizzjoni 5) Ħtieġa ta' TBR 19 11.1.1 | 11.1.2 | 11.2 | 11.3 | 11.4 | 11.5 | 12.1.1 | 12.1.2 | 12.2.1 | 12.2.2 | 13.1 | 13.2 | 13.3-1 | 13.4 | 14.1.1.2 | 14.1.2.2 | 14.2.1 | 14.2.2 | 14.2.3 | 14.2.4 | 14.3 | 14.4.1 | 14.4.2 | 14.4.4 | 14.4.5 | 14.5.1 | 14.5.2 | 14.6.1 | 14.6.2 | 14.7.1 | 14.8.1 | 14.8.2 | 15 | 16 | 17.1 | 17.2 | 18 | 19.1 | 19.2 | 19.3 | 20.1 | 20.2 | 20.3 | 20.4 | 20.5 | 20.6 | 20.7 | 20.8 | 20.9 | 20.10 | 20.11 | 20.12 | 20.13 | 20.15 | 20.16 | 20.17 | 20.19 | 21.1 | 21.2 | 21.3.1 | 21.3.2 | 21.4 | 22 | 25.2.1.1.1 | 25.2.1.1.2.1 | 25.2.1.1.2.2 | 25.2.1.1.2.3 | 25.2.1.1.3 | 25.2.1.1.4 | 25.2.1.2.1 | 25.2.1.2.2 | 25.2.1.2.3 | 25.2.1.2.4 | 25.2.2.1 | 25.2.2.2 | 25.2.2.3 | 25.2.3 | 25.2.4.3 | 25.2.5.1 | 25.2.5.2 | 25.2.6.1 | 25.2.6.2 | 25.2.7 | 26.2.1.1 | 26.2.1.2 | 26.2.1.3 | 26.2.2 | 26.2.3 | 26.2.4 pr1 | 26.2.4 pr2 | 26.2.4 pr3 | 26.2.4 pr4 | 26.2.4 pr5 | 26.2.4 pr6 | 26.2.4 pr7 | 26.2.4 pr8 | 26.5.1 | 26.5.2.1.1 | 26.5.2.1.2 | 26.5.2.2 | 26.5.2.3 | 26.5.3.1 | 26.5.3.2 | 26.5.3.3 | 26.5.3.4 | 26.5.4.1 | 26.5.5.1.1.1 | 26.5.5.1.1.2 | 26.5.5.1.2 | 26.5.5.2.1 | 26.5.5.2.3 | 26.5.5.3.1.1 | 26.5.5.3.2 | 26.5.6.1.1 | 26.5.6.1.2 | 26.5.6.2.1 | 26.5.6.2.4 | 26.5.6.3 | 26.5.7.1.1 | 26.5.7.1.3 | 26.5.7.1.4 | 26.5.7.2 | 26.5.7.3 | 26.6.1.1 | 26.6.1.2 | 26.6.1.3 | 26.6.1.4 | 26.6.2.1.1 | 26.6.2.1.2 | 26.6.2.1.3 | 26.6.2.2 | 26.6.2.3.1 | 26.6.2.3.2 | 26.6.2.4 | 26.6.2.5 | 26.6.3.1 | 26.6.3.2 | 26.6.3.3 | 26.6.3.4 | 26.6.3.6 | 26.6.4.1 | 26.6.4.2.2 | 26.6.5.1-1 | 26.6.5.1-2 | 26.6.5.1-3 | 26.6.5.1-4 | 26.6.5.1-5 | 26.6.5.1-6 | 26.6.5.1-7 | 26.6.5.1-8 | 26.6.5.2-1 | 26.6.5.2-2 | 26.6.5.2-3 | 26.6.5.2-4 | 26.6.5.2-5 | 26.6.5.2-6 | 26.6.5.2-7 | 26.6.5.2-8 | 26.6.5.2-9 | 26.6.5.2-10 | 26.6.5.3-1 | 26.6.5.3-2 | 26.6.5.4-1 | 26.6.5.4-2 | 26.6.5.4-3 | 26.6.5.4-4 | 26.6.5.5.1 | 26.6.5.5.2 | 26.6.5.6 | 26.6.5.7 | 26.6.5.8 | 26.6.5.9 | 26.6.6.1 | 26.6.7.1 | 26.6.8.4 | 26.6.8.5 | 26.6.12.1 | 26.6.12.2 | 26.6.12.3 | 26.6.12.4 | 26.6.13.3 | 26.6.13.5 | 26.6.13.6 | 26.6.13.8 | 26.6.13.9 | 26.6.13.10 | 26.7.1 | 26.7.2.1 | 26.7.2.2 | 26.7.3.1 | 26.7.3.2 | 26.7.4.1 | 26.7.4.2.1 | 26.7.4.2.2-1 | 26.7.4.2.2-2 | 26.7.4.2.3 | 26.7.4.2. pr1 | 26.7.4.3.1 | 26.7.4.3.2 | 26.7.4.3.3 | 26.7.4.3.4 | 26.7.4.5.1 | 26.7.4.5.2 | 26.7.4.6 | 26.7.5.3 | 26.7.5.5 | 26.7.5.7.1 | 26.8.1.2.2.1 | 26.8.1.2.2.2 | 26.8.1.2.3.2 | 26.8.1.2.3.5 | 26.8.1.2.3.6 | 26.8.1.2.4.2 | 26.8.1.2.4.3 | 26.8.1.2.4.4 | 26.8.1.2.4.5 | 26.8.1.2.4.6 | 26.8.1.2.4.7 | 26.8.1.2.4.8 | 26.8.1.2.4.13 | 26.8.1.2.5.2 | 26.8.1.2.5.3 | 26.8.1.2.6.2 | 26.8.1.2.6.3 | 26.8.1.2.6.5 | 26.8.1.2.6.6 | 26.8.1.2.7.1 | 26.8.1.2.7.3 | 26.8.1.2.8.1 | 26.8.1.2.9.1 | 26.8.1.2.9.2 | 26.8.1.2.9.4 | 26.8.1.3.1.1 | 26.8.1.3.3.1 | 26.8.1.3.3.3 | 26.8.1.3.3.4 | 26.8.1.3.4.2 | 26.8.1.3.4.3 | 26.8.1.3.4.8 | 26.8.1.3.5.2 | 26.8.1.3.5.3 | 26.8.1.3.5.4 | 26.8.1.3.5.5 | 26.8.1.4.2.1 | 26.8.1.4.3.1 | 26.8.1.4.3.2 | 26.8.1.4.5.1 | 26.8.2.1 | 26.8.2.2 | 26.8.2.3 | 26.8.3 | 26.9.2 | 26.9.3 | 26.9.4 | 26.9.5 | 26.9.6.1.1 | 26.9.6.1.2 | 26.9.6.2.1 | 26.9.6.2.2 | 26.10.2.1 | 26.10.2.4.1 | 26.10.2.4.2 | 26.12.1 | 26.12.2.1 | 26.10.2.2 | 26.10.2.3 | 26.10.2.5 | 26.10.3.1 | 26.12.2.2 | 26.12.3 | 26.12.4 | 26.12.5 | 27.3 | 27.4 | 27.5 | 27.6 | 27.7 | 27.10 | 27.11.1.1 | 27.11.1.2 | 27.11.1.3 | 27.11.1.4 | 27.11.1.5 | 27.11.2.1 | 27.11.2.2 | 27.11.2.3 | 27.11.2.4 | 27.11.3 | 27.12.1 | 27.12.2 | 27.14.3 | 27.14.4 | 27.17.1.1 | 27.17.1.2 | 27.17.1.3 | 27.17.1.4 | 27.17.1.5.1 | 27.17.1.5.2 | 27.17.1.5.3 | 27.17.1.5.4 | 27.17.2.1.1 | 27.17.2.1.2 | 27.17.2.2 | 27.17.2.3 | 27.17.2.5 | 27.18.1 | 27.18.2 | 27.19 | 27.20. | 27.21.1 | 27.21.3 | 27.21.4 | 29.3.2.6.7 | 29.3.2.6.9 | 29.3.3.2 | 29.3.3.3 | 29.3.3.5 | 31.6.1.1 | 31.6.1.2 | 31.6.1.5 | 31.6.1.6 | 31.6.1.7 | 31.6.1.8 | 31.6.2.1 | 31.6.2.2 | 31.6.2.3 | 31.6.2.4 | 31.6.2.5 | 31.8.1.1 | 31.8.3.1 | 31.10 | 32.11 | 32.12 | 33.6 | 34.2.1 | 34.2.2 | 34.2.3 | 34.2.5.3 | 34.3 | | | | --------------------------------------------------