12004V160

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU I - SUQ INTERN - Sezzjoni 4 - Kapital u pagamenti - Artikolu III-160

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0068 - 0068


Artikolu III-160

Fejn meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet previsti fl-Artikolu III-257, fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u attivitajiet marbuta miegħu, l-liġi Ewropea għandha tiddefinixxi qafas għal miżuri amministrattivi fir-rigward ta' moviment ta' kapital u ta' pagamenti, bħall-iffriżar ta' fondi, assi finanzjarji jew qligħ ekonomiku li jappartjenu għal, jew li jkunu proprjetà ta', jew miżmuma minn, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, minn gruppi jew minn entitajiet mhux statali.

Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta regolamenti Ewropej jew deċiżjonijiet Ewropej sabiex jimplimenta l-liġi Ewropea prevista fl-ewwel paragrafu.

L-atti previsti f'dan l-Artikolu għandhom jinkludu d-disposizzjonijiet meħtieġa dwar salvagwardji legali.

--------------------------------------------------