Official Journal L 038 , 13/02/2003 P. 0042 - 0043
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 174/2002 tas-6 ta' Diċembru 2002 li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawn aktar 'il quddiem imsejjaħ bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XX tal-Ftehim kien emend mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 149/2002 tat-8 ta' Novembru 2002 [1]. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/272/KE tal-25 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-eko-tikketta Komunitarja lil kisi iebes tal-paviment [2] għandha tiġi nkorporata ġol-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara punt 2eu (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/255/KE) t'l-Anness XX tal-Ftehim: "2ev. 32002 D 0272: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/272/KE tal-25 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-eko-tikketta Komunitarja lil kisi iebes tal-paviment (ĠU L 94, tal-11.4.2002, p. 13)." Artikolu 2 It-testi tad-Deċiżjoni 2002/272/KE bil-lingwi Islandika u Norveġika, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Diċembru 2002, bil-kondizzjoni li n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim saru lil Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-, u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-, Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussel, fis-6 ta' Diċembru 2002. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President Kjartan Jóhannsson [1] ĠU L 19, tat-23.1.2003, p. 21. [2] ĠU L 94, tal- 11.4.2002, p. 13. [3] L-ebda ħtiġiet kostituzzjonali huma indikati. --------------------------------------------------