16.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 425/21


IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2100

tal-15 ta’ Diċembru 2020

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2022/95 (2), (l-“investigazzjoni oriġinali”) il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li fil-mument tad-dħul fis-seħħ tar-regolament kienu jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 3102 30 90 u 3102 40 90 u li joriġinaw mir-Russja (“il-pajjiż ikkonċernat”). Skont investigazzjoni ulterjuri li stabbiliet li d-dazju kien qed jiġi assorbit, il-miżuri ġew emendati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 663/98 (3).

(2)

Wara l-ewwel reviżjoni ta’ skadenza u l-ewwel reviżjoni interim skont l-Artikoli 11(2) u 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (4), il-Kunsill, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 658/2002 (5), impona dazju anti-dumping definittiv ta’ EUR 47,07 għal kull tunnellata fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li fil-mument tad-dħul fis-seħħ tar-regolament kienu jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 3102 30 90 u 3102 40 90 u li joriġinaw mir-Russja.

(3)

Sussegwentement, twettqet reviżjoni interim tad-definizzjoni tal-prodott skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 u, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 945/2005 (6), ġie impost dazju anti-dumping definittiv li jvarja bejn EUR 41,42 għal kull tunnellata u EUR 47,07 għal kull tunellata fuq l-importazzjonijiet tal-fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż 80 % skont il-piż, li fil-mument tad-dħul fis-seħħ tar-regolament kienu jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 3102 30 90, 3102 40 90, ex 3102 29 00, ex 3102 60 00, ex 3102 90 00, ex 3105 10 00, ex 3105 20 10, ex 3105 51 00, ex 3105 59 00 u ex 3105 90 91 u li joriġinaw mir-Russja.

(4)

Wara t-tieni reviżjoni ta’ skadenza u t-tieni reviżjoni interim parzjali skont l-Artikoli 11(2) u 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, il-Kunsill, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008 (7), żamm il-miżuri fis-seħħ. Id-dazju ma nbidilx, għajr għall-grupp EuroChem, li għalih l-ammont fiss ta’ dazju kien ivarja bejn EUR 28,88 u EUR 32,82 għal kull tunnellata.

(5)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”), permezz tad-Deċiżjoni 2008/577/KE (8), aċċettat l-impjenji offruti b’limitu massimu kwantitattiv mill-produtturi Russi JSC Acron u JSC Dorogobuzh, membri tal-Acron Holding Company u mill-grupp EuroChem.

(6)

Permezz tas-Sentenza tal-10 ta’ Settembru 2008 (9), interpretata mis-sentenza tad-9 ta’ Lulju 2009 (10), il-Qorti Ġenerali annullat ir-Regolament (KE) Nru 945/2005 sa fejn kien jikkonċerna lil JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat (“Kirovo”), parti minn OJSC UCC UralChem (“Uralchem”). Il-Kunsill, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 989/2009 (11), emenda r-Regolament (KE) Nru 661/2008 kif meħtieġ. Konsegwentement, għall-kumpanija Kirovo d-dazju anti-dumping fil-mument tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (EUR 47,07 għal kull tunnellata) kien japplika biss għal importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 3102 30 90 u 3102 40 90.

(7)

Permezz tad-Deċiżjoni 2012/629/UE (12), il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tagħha tal-impenn offrut mill-Grupp EuroChem minħabba l-imprattikabilità tal-impenn.

(8)

Wara t-tielet reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (13), il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 999/2014 (14), żammet il-miżuri fis-seħħ. Din l-investigazzjoni minn issa ’l quddiem qed tissejjaħ “l-aħħar reviżjoni ta’ skadenza”

(9)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/226 (15) li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 999/2014 indirizza r-ristrutturar ta’ Kirovo bħala fergħa ta’ Uralchem.

(10)

Il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/415 (16), irtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal Acron Holding Company minħabba l-imprattikabbiltà tal-impenn.

(11)

Wara rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1722 (17), il-Kummissjoni emendat il-miżuri fis-seħħ. Din l-investigazzjoni qed tissejjaħ “l-aħħar reviżjoni interim”. Abbażi ta’ dan, l-ammont fiss ta’ dazju attwalment fis-seħħ ivarja bejn EUR 28,78 u EUR 32,71 għal kull tunnellata.

1.2.   Talba għal reviżjoni ta’ skadenza

(12)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti (18) tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja, il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(13)

It-talba tressqet fil-21 ta’ Ġunju 2019 minn assoċjazzjoni Ewropea ta’ manifatturi tal-fertilizzanti, Fertilizers Europe (“ir-rikjedent” jew “FE”), f’isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw aktar minn 25 % mill-produzzjoni tal-Unjoni tan-nitrat tal-ammonju.

(14)

It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-kontinwazzjoni u/jew għar-rikorrenza ta’ dumping ta’ dannu lill-industrija tal-Unjoni.

1.3.   Il-bidu

(15)

Wara li stabbiliet li kien hemm biżżejjed evidenza biex tinbeda reviżjoni ta’ skadenza, fit-23 ta’ Settembru 2019, permezz ta’ notifika ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (19) (“in-Notifika ta’ Bidu”), il-Kummissjoni ħabbret il-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

1.4.   Partijiet interessati

(16)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lir-rikjedent, lil produtturi magħrufa oħra tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi u lill-utenti fl-Unjoni li kien magħruf li kienu kkonċernati, u lill-awtoritajiet tar-Russja dwar il-bidu tar-reviżjoni ta’ skadenza u stednithom jipparteċipaw.

(17)

Il-partijiet interessati kollha kellhom l-opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tar-reviżjoni u jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali.

1.5.   Kummenti dwar il-bidu

(18)

Wara l-bidu, l-Assoċjazzjoni tal-Produtturi Russi tal-Fertilizzanti (“RFPA”) ikkummentat li t-talba ma pprovdietx biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping fuq in-nitrat tal-ammonju mir-Russja (“AN”)tkun tirriżulta f’kontinwazzjoni jew rikorrenza probabbli ta’ dumping jew ta’ dannu. Aktar speċifikament, l-RFPA kkummentat li billi t-talba oriġinali għal reviżjoni sottomessa fil-21 ta’ Ġunju 2019 (“it-talba oriġinali għal reviżjoni”) ma pprovdietx evidenza li kien qed isir xi bejgħ domestiku barra mill-kummerċ normali, il-kalkolu tal-marġni tad-dumping ibbażat fuq il-valur normali maħdum kien illegali. L-RFPA ressqet ukoll l-argument li t-talba għal reviżjoni tal-21 ta’ Ġunju 2019 ma kinitx tinkludi evidenza ta’ dumping abbażi tat-tqabbil tal-prezzijiet domestiċi effettivi mal-prezzijiet tal-esportazzjoni, u li r-rikjedent żied din l-evidenza biss fil-verżjoni riveduta tat-talba bbażata fuq ittra ta’ insuffiċjenza maħruġa mill-Kummissjoni.

(19)

Barra minn hekk, l-RFPA saħqet li l-kalkoli tal-kostijiet mir-rikjedent kienu bbażati fuq kost tal-manifattura li kien suġġett għal inflazzjoni. Huma saħqu wkoll li l-kalkoli ta’ valur normali maħdum kienu manifestament żbaljati, ibbażati fuq informazzjoni mhux affidabbli, internament inkonsistenti u skaduta, data li ma tinftehimx u sempliċiment stimi ta’ konsulent, u li l-Kummissjoni naqset milli tirrieżamina dawn il-kalkoli b’diliġenza.

(20)

Il-Kummissjoni tat bidu għar-reviżjoni ta’ skadenza abbażi ta’ talba għal reviżjoni kif ġiet sottomessa inizjalment fil-21 ta’ Ġunju 2019 u ssupplimentata b’informazzjoni addizzjonali (kollettivament imsejħa “talba għal reviżjoni kkonsolidata”). It-talba għal reviżjoni kkonsolidata, li tikkostitwixxi l-bażi għall-bidu ta’ din ir-reviżjoni ta’ skadenza, tqiegħdet fil-fajl miftuħ u tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati għal konsultazzjoni. Kif iddikjarat fil-punt 4.1 tan-Notifika, fit-talba għal reviżjoni tiegħu r-Rikjedent ipprovda evidenza ta’ valur normali bbażat fuq prezzijiet domestiċi effettivi u ħadem ukoll il-valur normali f’każ li l-prezzijiet domestiċi ma jitqisux affidabbli u li jirriflettu l-kummerċ normali. Il-fatt dwar jekk it-talba oriġinali ġietx issupplimentata b’valuri normali stmati abbażi tal-informazzjoni disponibbli dwar il-prezzijiet domestiċi attwali fil-pajjiż ikkonċernat huwa irrilevanti sa fejn il-Kummissjoni bdiet ir-reviżjoni ta’ skadenza fuq il-bażi tat-talba għal reviżjoni kkonsolidata.

(21)

Rigward in-nuqqas ta’ affidabbiltà tad-data użata mir-Rikjedent fl-allegazzjonijiet tiegħu, talba għal reviżjoni trid tinkludi biżżejjed evidenza meħtieġa biex jiġi sostnut il-bidu tar-reviżjoni. Il-kwalità ta’ din l-evidenza neċessarjament tkun limitata mill-kapaċità tar-rikjedent li jkollu aċċess għall-informazzjoni rilevanti, li fil-biċċa l-kbira mill-każijiet tkun kunfidenzjali. Madankollu, ineżattezzi potenzjali fit-talba tar-rikjedent li jinstabu matul l-investigazzjoni ma jrendux il-bidu ta’ din ir-reviżjoni ta’ skadenza illegali, u f’dan il-każ l-investigazzjoni tal-Kummissjoni fil-fatt ikkonfermat li l-bidu kien ġustifikat.

(22)

Wara l-iżvelar, l-RFPA (20) tenniet l-argument tagħha li ma tressqet l-ebda talba għal reviżjoni ta’ skadenza li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku sal-iskadenza legali. Skont l-RFPA, hija t-talba oriġinali għal reviżjoni li tikkostitwixxi l-bażi għall-bidu tar-reviżjoni ta’ skadenza u li abbażi tagħha għandu jiġi vvalutat ir-rekwiżit tas-suffiċjenza tal-evidenza. Acron u l-Gvern Russu pprovdew argumenti simili wara l-iżvelar finali. L-RFPA sostniet ukoll li filwaqt li l-produtturi tal-Unjoni setgħu jiċċaraw l-evidenza pprovduta fit-talba oriġinali għal reviżjoni, jenħtieġ li tiġi injorata evidenza kompletament ġdida dwar il-probabbiltà ta’ dumping jew ħsara ppreżentata barra mil-limitu legali (jiġifieri tliet (3) xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin). F’dan il-kuntest, l-RFPA irreferiet ukoll għad-Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew (21) dwar reviżjoni ta’ skadenza preċedenti kif ukoll għar-rakkomandazzjoni tal-Uffiċjal tas-Seduta lis-servizzi tal-Kummissjoni biex tiġi żvelata t-talba oriġinali għal reviżjoni fir-reviżjoni attwali.

(23)

Il-Kummissjoni tinnota li ma tqajjem l-ebda argument ġdid mill-RFPA. Għalhekk, il-Kummissjoni tfakkar fil-pożizzjoni tagħha stabbilita fil-premessa (20) li din ir-reviżjoni ta’ skadenza nbeda abbażi tat-talba għal reviżjoni kkonsolidata. Il-Kummissjoni tqis li t-talba fil-verżjoni tagħha ppreżentata sal-iskadenza ta’ tliet (3) xhur kien fiha biżżejjed evidenza li, soġġetta għall-kjarifiki pprovduti mir-rikjedenti wara l-proċess ta’ defiċjenza biex jissupplimenta t-talba inizjali tagħha, kienet tiġġustifika l-bidu tar-reviżjoni ta’ skadenza. Dan huwa konformi mad-Deċiżjoni tal-Ombudsman li fil-partijiet rilevanti jiddikjara:

“16.

L-Ombudsman jaqbel li l-perjodu ta’ tliet xhur huwa stabbilit għall-konvenjenza amministrattiva tal-Kummissjoni, li jeħtieġ li tivvaluta l-informazzjoni pprovduta mir-rikjedenti qabel ma tiddeċiedi jekk għandhiex tiftaħ proċedura ta’ reviżjoni ta’ skadenza. Loġikament, il-verifiki tal-Kummissjoni matul dan il-proċess jistgħu jinvolvu talbiet għal kjarifiki u anki informazzjoni addizzjonali mingħand ir-rikjedenti, u b’hekk iwasslu għal talbiet għal reviżjoni kkonsolidati.

17

Madankollu, dawn il-kjarifiki u informazzjoni addizzjonali mhux se jissostitwixxu, iżda se jissupplimentaw il-kontenut tat-Talba oriġinali għal Reviżjoni. Konsegwentement, din tal-aħħar neċessarjament tintuża mill-Kummissjoni fis-sens tal-Artikolu 6(7) tar-Regolament Bażiku meta tiddeċiedi li tiftaħ investigazzjoni tar-reviżjoni ta’ skadenza. Fil-fatt, il-Kummissjoni tidher li tammetti dan meta tiddikjara, fl-opinjoni, li kienet it-Talba għal Reviżjoni “flimkien mal-kjarifiki sussegwenti ppreżentati bħala verżjoni kkonsolidata li ffurmat il-bażi ta’... [il-]ftuħ tal-investigazzjoni .” .

(24)

Barra minn hekk, wara l-iżvelar definittiv, l-RFPA u l-Gvern Russu sostnew li l-fatt li t-talba għal reviżjoni kkonsolidata kienet tikkostitwixxi l-bażi għall-bidu ma kienx appoġġat mir-rekord tal-investigazzjoni.

(25)

It-talba għal reviżjoni kkonsolidata tpoġġiet fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati fl-istadju tal-bidu. Ma hemm l-ebda ambigwità dwar il-fatt li r-reviżjoni ta’ skadenza nbeda fuq il-bażi ta’ din it-talba. Dan jista’ jiġi kkonfermat mill-qari tat-Taqsima 4.1 tan-Notifika ta’ Bidu, li rreferiet b’mod ċar għal evidenza li tirriżulta mit-talba għal rieżami konsolidata.

(26)

B’referenza għall-Artikolu 5(3) tar-Regolament bażiku, l-RFPA sostniet li l-Kummissjoni naqset milli teżamina l-preċiżjoni u l-adegwatezza tal-evidenza pprovduta mir-rikjedent. F’dan il-kuntest, l-RFPA nnutat ukoll li kemm it-talbiet għal reviżjoni oriġinali kif ukoll dawk konsolidati allegaw biss l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping, filwaqt li l-Kummissjoni ma għamlet l-ebda sejba dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping.

(27)

Il-Kummissjoni tinnota li l-argument huwa bbażat fuq nuqqas ta’ fehim tal-għan ta’ talba min-naħa waħda u l-għan ta’ investigazzjoni ta’ reviżjoni min-naħa l-oħra. L-għan ta’ talba huwa li jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni ta’ skadenza bbażata fuq l-evidenza raġonevolment disponibbli għar-rikjedent fir-rigward tal-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta’ dumping dannuż. Kif spjegat hawn fuq, it-talba kien fiha biżżejjed evidenza għal dan l-għan. Min-naħa l-oħra, l-għan tal-investigazzjoni tar-reviżjoni huwa li jiġi ddeterminat jekk l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u dannu abbażi tal-informazzjoni miġbura mid-diversi partijiet interessati matul l-investigazzjoni tar-reviżjoni. Huwa perfettament possibbli u legalment ammissibbli li l-evidenza disponibbli għar-rikjedent turi probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping filwaqt li l-investigazzjoni tistabbilixxi, abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-partijiet interessati u vverifikata magħhom, li d-dumping huwa fil-fatt probabbli li jerġa’ jseħħ. Għal dan l-għan, il-punt 5 fin-Notifika ta’ Bidu tistqarr li “[w]ara li ġie ddeterminat (…) li teżisti biżżejjed evidenza ta’ probabbiltà ta’ dumping u dannu biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni b’dan tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku”. In-Notifika ta’ Bidu tispeċifika wkoll li “[i]r-rieżami tal-iskadenza se jiddetermina jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dumping tal-prodott li qed jiġi rieżaminat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat, kif ukoll għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni”. Għalhekk, il-fatt li jkun hemm evidenza li turi kontinwazzjoni ta’ dumping huwa biżżejjed biex jagħti bidu għal investigazzjoni dwar jekk hemmx kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping. Għaldaqstant, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(28)

B’referenza għar-rapport tal-panel tad-WTO maħruġ fl-24 ta’ Lulju 2020 (22) (“ir-Rapport DS494”), l-RFPA u Acron sostnew li (i) ir-reviżjoni ta’ skadenza preċedenti f’dan li każ ma kellhiex tinbeda minħabba nuqqas ta’ evidenza suffiċjenti tal-probabbiltà ta’ dumping, u għalhekk jenħtieġ li l-Kummissjoni tirtira l-miżuri anti-dumping fuq in-nitrat tal-ammonju mir-Russja u (ii) li din ir-reviżjoni ta’ skadenza tiddgħajjef mill-istess żbalji bħal dawk tar-reviżjoni preċedenti u li għalhekk ma kellhiex tinbeda. F’dan il-kuntest, kemm l-RFPA kif ukoll Acron irreferew ripetutament għat-talba għal reviżjoni kif imressqa fil-21 ta’ Ġunju 2019 u għan-nuqqasijiet evidenzjarji tagħha. Pretensjonijiet simili ġew iddikjarati mill-ġdid minn RFPA u l-produtturi esportaturi wara l-iżvelar finali.

(29)

Il-kummenti tal-RFPA u ta’ Acron ikollhom jiġu rifjutati għar-raġunijiet li ġejjin. L-ewwel nett, is-sejbiet tar-Rapport DS494 huma suġġetti għal proċedimenti ta’ appell u għalhekk is-sejbiet tal-panel mhumiex finali. It-tieni, kif stipulat fil-premessa (20), il-bidu f’din ir-reviżjoni ta’ skadenza mhuwiex ibbażat biss fuq l-informazzjoni kif waslet fit-talba oriġinali għal reviżjoni tal-21 ta’ Ġunju 2019, iżda wkoll fuq aktar evidenza ssupplimentata mir-rikjedent qabel il-bidu u li ġiet inkluża fit-talba għal reviżjoni kkonsolidata (li fiha evidenza ta’ valur normali bbażat fuq prezzijiet domestiċi attwali kif ukoll valur normali maħdum f’każ li l-prezzijiet domestiċi ma jitqisux bħala affidabbli).

(30)

L-RFPA sostniet ukoll li kienu nkisru d-drittijiet tad-difiża tal-RFPA minħabba li l-Kummissjoni ċaħdet l-aċċess għal verżjoni sħiħa ta’ ċerti annessi tat-talba għal reviżjoni.

(31)

It-talbiet kollha għal aċċess għall-fajl li saru mill-partijiet interessati f’dan il-każ, inkluża l-RFPA, ġew eżaminati b’diliġenza. Il-Kummissjoni żgurat li l-partijiet ingħataw verżjonijiet mhux kunfidenzjali riveduti u sinifikanti tad-dokumenti kkontestati, inklużi l-annessi tat-talba għal reviżjoni.

1.6.   Kampjunar

(32)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tikkampjuna l-partijiet interessati, f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.6.1.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(33)

Fin-Notifika ta’ Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni proviżorjament. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv tal-bejgħ li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli, filwaqt li kkunsidrat ukoll il-pożizzjoni ġeografika. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni kkampjunati kienu jirrappreżentaw 40 % mill-volumi tal-produzzjoni tal-kumpaniji li ppreżentaw lilhom infushom fl-eżerċizzju permanenti u madwar 35 % mill-produzzjoni totali stmata fl-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju.

(34)

Xi partijiet interessati ppreżentaw xi kummenti fir-rigward tal-kampjun proviżorju. Il-Kummissjoni qieset il-kummenti u spjegat, fin-nota miżjuda mal-fajl miftuħ fl-14 ta’ Ottubru 2019, ir-raġunijiet għalfejn dawk il-kummenti ma setgħux jiġu aċċettati. B’riżultat ta’ dan, inżamm il-kampjun oriġinali.

(35)

Bosta partijiet interessati tennew u pprovdew pretenzjonijiet addizzjonali dwar il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni wara l-iskadenza biex jiġu ppreżentati l-kummenti u wara li l-kummenti inizjali tagħhom kienu ġew indirizzati fin-Nota għall-fajl miftuħ.

(36)

Żewġ partijiet interessati tennew il-pretensjoni tagħhom li l-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni ma kienx rappreżentattiv u talbu l-esklużjoni ta’ żewġ produtturi tal-Unjoni li għalihom instab dannu f’investigazzjoni oħra ta’ taħlitiet tal-urea u n-nitrat tal-ammonju (“il-każ UAN”) (23). Huma sostnew li s-soluzzjoni tan-nitrat tal-ammonju kienet prodott nofsu lest użat kemm għan-nitrat tal-ammonju kif ukoll għall-UAN. Għalhekk, dannu lil prodott wieħed awtomatikament iwassal għal dannu liż-żewġ prodotti. Barra minn hekk, in-nitrat tal-ammonju jiġi prodott bl-istess tagħmir; għalhekk, hemm kost tal-produzzjoni wieħed biss li huwa komuni. Konsegwentement, jekk il-linja ta’ produzzjoni tan-nitrat tal-ammonju ma tintużax biżżejjed minħabba l-produzzjoni u l-bejgħ imnaqqsa tal-urea u tan-nitrat tal-ammonju, il-kost fiss ogħla se jkollu impatt fuq il-profittabbiltà tan-nitrat tal-ammonju kemm għal użu ħieles kif ukoll għal użu kaptiv. Għalhekk, ma hemmx mod kif jinkiser xi indikatur mikroekonomiku bejn in-nitrat tal-ammonju użat għas-suq ħieles u dak għas-suq kaptiv.

(37)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din il-pretensjoni. Fl-investigazzjonijiet kollha, il-kostijiet jiġu allokati biss lill-prodott li jkun qed jiġi investigat. Fil-fatt, li kieku ma kienx hemm mezz biex il-kost tal-produzzjoni tal-produtturi integrati vertikalment jiġi allokat b’mod korrett u raġonevoli, jitqajjem dubju dwar l-informazzjoni pprovduta minn kwalunkwe produttur bħal dan li qed jiġi investigat (inklużi l-produtturi esportaturi fir-Russja li kkooperaw ma’ din l-investigazzjoni). Għalhekk, huwa fi ħdan prattika standard tal-Kummissjoni li l-indikaturi ekonomiċi kollha jirreferu b’mod distintiv għall-prodott inkwistjoni, inkluż l-indikatur tal-kost tal-produzzjoni. Għaldaqstant, waqt il-verifika tal-produtturi tal-Unjoni kkampjunati inkwistjoni li kienu integrati vertikalment, il-Kummissjoni żgurat li kien hemm distinzjoni ċara fil-kost imġarrab għal kull prodott manifatturat f’dawn il-kumpaniji. Għalhekk, l-argument tal-partijiet ġie miċħud.

(38)

Waħda mill-partijiet interessati saħqet li l-produzzjoni kemm tan-nitrat tal-ammonju kif ukoll dik tal-urea u n-nitrat tal-ammonju mhijiex komuni fost il-produtturi tal-Unjoni tan-nitrat tal-ammonju. Dan il-fatt jipperikola l-kampjun u jagħmlu mhux rappreżentattiv.

(39)

Iż-żewġ produtturi tal-Unjoni kkampjunati huma tnejn mit-tliet l-akbar produtturi tal-Unjoni tan-nitrat tal-ammonju f’termini tal-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ irrappurtati fl-eżerċizzju permanenti. Dan il-fatt jikkontradixxi l-allegazzjoni li l-produzzjoni kemm tan-nitrat tal-ammonju kif ukoll tal-urea u n-nitrat tal-ammonju mhijiex komuni fost il-produtturi tal-UE tan-nitrat tal-ammonju, u li din ma tkunx rappreżentattiva jew tipika tal-industrija tal-Unjoni. L-argument tal-parti ġie miċħud.

1.6.2.   Kampjunar tal-importaturi

(40)

Biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ kampjunar u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati kollha biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu.

(41)

L-ebda importatur ma ppreżenta ruħu biex jipprovdi l-informazzjoni mitluba fin-Notifika ta’ Bidu.

1.6.3.   Kampjunar tal-produtturi esportaturi

(42)

Minħabba li deher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fir-Russja, in-Notifika ta’ Bidu pprevediet kampjunar.

(43)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fil-pajjiż ikkonċernat biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. L-informazzjoni mitluba kienet tinkludi l-volum u l-valur tal-bejgħ, il-volum tal-produzzjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Russja għall-Unjoni biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi esportaturi oħra, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(44)

Tmien produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat, li jirrappreżentaw essenzjalment it-totalità tal-produzzjoni ta’ NA fir-Russja, ipprovdew l-informazzzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tliet produtturi esportaturi li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Dawn il-produtturi kienu l-akbar produtturi kif ukoll l-akbar esportaturi fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni (jew “PIR”).

(45)

F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kkonċernati kollha, u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma tressqux kummenti. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ddeċidiet li żżomm il-kampjun propost u l-partijiet interessati kollha ġew infurmati kif meħtieġ dwar il-kampjun finali magħżul.

(46)

Il-Kummissjoni għażlet it-tliet produtturi esportaturi li ġejjin għall-kampjun:

—

Uralchem JSC (inklużi Berezniki Azot u Kirovo-Chepetsk Chemical works) (“Uralchem”)

—

il-grupp EuroChem (Joint Stock Company “Nevinnomyssky Azot”, Joint Stock Company “Azot”) (“Eurochem”)

—

il-grupp Acron (PJSC Acron, PJSC Dorogobuzh) (“Acron”)

(47)

Il-kampjun kien jirrappeżenta 65 % mill-produzzjoni rrappurtata tal-AN mir-Russja f’termini ta’ volum matul il-PIR, abbażi tat-tweġibiet għall-formoli ta’ kampjunar. Il-kampjun kien jinkludi żewġ produtturi esportaturi, Acron u Eurochem, li kellhom bejgħ ta’ esportazzjoni tal-prodott soġġett għal reviżjoni lejn l-Unjoni matul il-PIR. It-tielet kumpanija kkampjunata, Uralchem, esportat biss lejn l-UE n-nitrat tal-ammonju prodott mill-fergħa ta’ Kirovo tagħha, u li mhuwiex kopert mill-miżuri li qed jiġu riveduti kif spjegat fil-premessa (6).

1.7.   Kwestjonarji u żjarat ta’ verifika

(48)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni kkampjunati kollha, lill-produtturi esportaturi kkampjunati kollha u lill-assoċjazzjonijiet tal-utenti magħrufa kollha li ppreżentaw lilhom infushom wara l-bidu.

(49)

Waslu tweġibiet għall-kwestjonarji mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni kkampjunati, it-tliet produtturi esportaturi kkampjunati u żewġ utenti tal-prodott soġġett għal reviżjoni.

(50)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping, ta’ dannu li jirriżulta u tal-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku fil-post tan-negozju tal-kumpaniji/tal-assoċjazzjoni li ġejjin:

(a)

Produtturi tal-Unjoni:

—

AB Achema, il-Litwanja

—

Grupa Azoty Zaklady Azotowe Pulawyu S.A., il-Polonja

—

Yara France S.A., Franza

—

Assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni:

—

Fertilizers Europe, il-Belġju

(b)

Produtturi esportaturi fir-Russja:

—

EuroChem Group AG (Joint Stock Company “Nevinnomyssky “Azot” (Nevinka), Joint Stock Company “Azot” (NAK) u n-negozjant domestiku Eurochem Trading RUS LLC)

—

il-grupp Acron (PJSC Acron, PJSC Dorogobuzh, in-negozjanti domestiċi - Agronovas)

(c)

Negozjanti relatati tal-produtturi esportaturi:

—

EuroChem Trading GmbH, l-Iżvizzera u EuroChem Agro GmbH, il-Ġermanja

(51)

Minħabba t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri konsegwenti li ttieħdu biex tiġi indirizzata t-tifqigħa (“in-Notifika tal-COVID-19”), il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika fil-post tan-negozju tal-produtturi esportaturi kollha u tal-kumpaniji relatati tagħhom. Minflok, il-Kummissjoni wettqet kontroverifiki mill-bogħod (“RCCs”) tal-informazzjoni pprovduta mill-kumpaniji li ġejjin permezz ta’ vidjokonferenza:

(a)

Produtturi esportaturi fir-Russja:

—

il-grupp Uralchem (inklużi Berezniki Azot, Kirovo-Chepetsk Chemical works u Uralchem Trading House LLC)

(b)

Negozjanti relatati tal-produtturi esportaturi:

—

Uralchem Trading SIA, il-Latvja

—

Acron Switzerland AG, l-Iżvizzera

(52)

Barra mill-RCCs, il-Kummissjoni kkontroverifikat l-informazzjoni pprovduta mill-produtturi esportaturi mal-ilment, u vverifikat l-informazzjoni pprovduta mill-industrija tal-Unjoni u minn partijiet interessati oħra.

1.8.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni u l-perjodu li qed jiġi kkunsidrat

(53)

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2018 sat-30 ta’ Ġunju 2019 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni”). L-eżaminar tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni (“il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat”).

2.   PRODOTT SOĠĠETT GĦAL REVIŻJONI U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott soġġett għal reviżjoni

(54)

Il-prodott soġġett għal din ir-reviżjoni huwa l-istess bħal dak fl-aħħar reviżjoni interim, jiġifieri fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż 80 % skont il-piż, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 3102 30 90, ex 3602 00 00, 3102 40 90, ex 3102 29 00, ex 3102 60 00, ex 3102 90 00, ex 3105 10 00, ex 3105 20 10, ex 3105 51 00, ex 3105 59 00 u ex 3105 90 20 (kodiċijiet TARIC 3102290010, 3102600010, 3102900010, 3105100010, 3105100020, 3105100030, 3105100040, 3105100050, 3105201030, 3105201040, 3105201050, 3105201060, 3105510010, 3105510020, 3105510030, 3105510040, 3105590010, 3105590020, 3105590030, 3105590040, 3105902030, 3105902040, 3105902050, 3105902060, 3602000010) u li joriġinaw fir-Russja (“il-prodott soġġett għal reviżjoni”).

(55)

In-nitrat tal-ammonju (“AN”) huwa fertilizzant tan-nitroġenu solidu li jintuża komunement fl-agrikoltura, iżda jintuża wkoll għal skopijiet industrijali bħall-produzzjoni ta’ splussivi (pereżempju użati fl-estrazzjoni). L-AN użat kemm għal skopijiet agrikoli kif ukoll għall-isplussivi huwa kopert mill-miżuri anti-dumping fis-seħħ. Iż-żewġ tipi ta’ AN għandhom l-istess karatteristiki tekniċi u kimiċi, huma faċilment interkambjabbli u jitqiesu bħala l-prodott soġġett għal reviżjoni.

(56)

Żewġ partijiet interessati saħqu li d-definizzjoni tal-prodott ta’ din ir-reviżjoni ta’ skadenza u l-miżuri jenħtieġ li jiġu riveduti. Skont dawn il-partijiet, is-Sentenza Kirovo (24) annullat ir-Regolament (KE) Nru 945/2005, li espanda d-definizzjoni tal-prodott (25) meta mqabbel mal-investigazzjoni inizjali. Għalhekk, ma kienx hemm bażi ġuridika biex ikomplu jiġu applikati dazji anti-dumping fuq dawn il-prodotti. Barra minn hekk, billi qatt ma nstabu dannu u dumping għal dawn il-prodotti addizzjonali, (b’mod kollettiv magħrufa bħala “AN stabbilizzat”) ma kienx hemmx bażi biex tiġi eżaminata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping. Qatt ma nstabu dumping jew dannu għall-AN stabbilizzat, għalhekk id-dumping u d-dannu la jistgħu jkomplu u lanqas jerġgħu jseħħu. Addizzjonalment huma sostnew li ma kienx hemm biżżejjed evidenza biex titwettaq reviżjoni ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ AN stabbilizzat, filwaqt li l-eżerċizzju permanenti tal-Kummissjoni u d-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma qabdux il-produtturi tal-AN stabbilizzat. Wara l-iżvelar, Acron tenniet l-argument li d-definizzjoni tal-prodott ta’ din ir-reviżjoni ta’ skadenza kienet illegali billi kienet tinkludi taħlitiet jew l-AN stabbilizzat.

(57)

Is-Sentenza inkwistjoni annullat ir-Regolament (KE) Nru 945/2005 biss sa fejn jikkonċerna produttur esportatur Russu partikolari wieħed, kif iċċarat mill-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Kawża T-348/05 INTP (26). Għall-produtturi Russi l-oħra kollha, id-definizzjoni applikabbli tal-prodott tibqa’ dik speċifikata fir-Regolament (KE) Nru 945/2005. Il-pretensjoni tal-parti ma ntlaqgħetx.

(58)

Wara l-iżvelar, bosta partijiet interessati (27) tennew il-pretensjoni li ma kien hemm l-ebda bażi legali biex jiġu applikati miżuri antidumping għall-AN stabbilizzat, peress li, kif iddeċidiet il-Qorti Ġenerali (28), ma kinux ikkunsidrati bħala prodotti simili għall-prodott tal-investigazzjoni inizjali.

(59)

Kif iċċarat mill-Qorti tal-Prim’ Istanza fil-Kawża T-348/05 INTP (29), is-Sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza tal-10 ta’ Settembru 2008, il-Kawża T-348/05 kienet tikkonċerna produttur esportatur Russu wieħed biss (ir-rikjedent). Għaldaqstant, l-annullament tar-regolament ikkontestat mir-rikjedent huwa limitat għar-rikjedent. Għalhekk il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(60)

L-RFPA argumentat ukoll li alternattivament, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni kienet żbaljata peress li naqset milli tikkunsidra l-AN stabbilizzat fl-analiżi tagħha. Skont l-RFPA, l-inklużjoni tal-AN stabbilizzat fil-prodott soġġett għal reviżjoni u l-prodott simili kienet twassal lill-Kummissjoni għal konklużjonijiet kompletament differenti fir-rigward tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping u ta’ dannu.

(61)

Ta’ min wieħed ifakkar li, bħala riżultat tas-Sentenza fil-Kawża T-348/05, l-AN stabbilizzat prodott mill-fergħa ta’ Kirovo ta’ Uralchem mhuwiex kopert mill-miżuri attwali u għalhekk ma kienx parti mill-analiżi tad-dumping u d-dannu tal-Kummissjoni fil-każ preżenti. Barra mill-prodott, prodott u esportat minn Kirovo, l-analiżi tal-Kummissjoni fil-kawża presenti kopriet il-prodott soġġett għal reviżjoni kollu kif definit fil-premessa (54), li jinkludi l-AN stabbilizzat. Għalhekk, l-argument imqajjem mill-RFPA kellu jiġi rifjutat.

(62)

Parti interessata oħra ddikjarat li t-talba għal reviżjoni għall-ewwel darba matul is-snin ta’ applikazzjoni tad-dazji tirreferi għall-grad industrijali tal-produtturi tal-AN, u li l-produtturi tal-AN ta’ grad industrijali kien imisshom għamlu parti mill-industrija domestika li allegatament ġarrbet dannu matul l-investigazzjoni oriġinali. Billi dawn ma kinux jagħmlu parti mill-industrija domestika f’dak iż-żmien u billi, għalhekk, qatt ma nstab dannu għall-produtturi tal-AN ta’ grad industrijali fl-Unjoni. Lanqas ma għandhom japplikaw dazji anti-dumping għall-AN ta’ grad industrijali. L-AN ta’ grad industrijali għandu jiġi eskluż ukoll mill-prodott soġġett għal reviżjoni.

(63)

Din il-pretensjoni ma għandhiex bażi. Sa fejn jissodisfa d-definizzjoni tal-prodott soġġett għal reviżjoni, in-nitrat tal-ammonju użat għal skopijiet industrijali, u b’riżultat ta’ dan l-industrija li tipproduċih, dejjem kienu koperti mill-investigazzjonijiet u l-miżuri. Il-fatt li t-tipi ta’ prodotti jistgħu jkollhom użu finali differenti huwa irrilevanti, dment li l-prodott jibqa’ fi ħdan id-definizzjoni tal-“prodott soġġett għal reviżjoni”. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

2.2.   Il-prodott simili

(64)

L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiki fiżiċi u tekniċi bażiċi, kif ukoll l-istess użu bażiku:

—

il-prodott soġġett għal reviżjoni;

—

il-prodott immanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tar-Russja;

—

il-prodott immanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(65)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-prodotti huma prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   IL-PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA’ DUMPING

3.1.   Kummenti preliminari

(66)

F’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti aktarx twassalx għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping.

3.2.   Il-probabilità ta’ kontinwazzjoni tad-dumping

(67)

Fir-rigward tal-esportazzjonijiet tal-Unjoni, matul il-PIR, il-produtturi esportaturi kkampjunati biegħu biss volumi insinifikanti lil klijenti fl-Unjoni. Fil-fatt, kif imsemmi fil-premessa (47), Acron u Eurochem biss kellhom bejgħ ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni fil-PIR. Dan il-bejgħ sar jew direttament jew permezz ta’ negozjanti relatati stabbiliti fl-Iżvizzera u fl-Unjoni. It-tielet produttur ikkampjunat, Uralchem, esporta lejn l-Unjoni AN stabbilizzat biss li kien prodott mill-fergħa ta’ Kirovo tiegħu, u li ma kienx kopert mill-miżuri attwali.

(68)

F’termini ta’ volumi konkreti, skont id-data rrappurtata minn Uralchem u f’konformità mal-informazzjoni estratta mill-bażi ta’ data tal-Artikolu 14(6) (30), il-maġġoranza tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mir-Russja matul il-PIR, li jammontaw għal [50 000-100 000] tunnellata, kienet tikkonċerna AN stabbilizzat li mhuwiex soġġett għad-dazju anti-dumping tal-UE.

(69)

Għalhekk, l-importazzjonijiet totali tal-prodott kopert mill-miżuri anti-dumping (u minn din ir-reviżjoni) kienu jirrappreżentaw [38 000 - 43 000] tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni, li jikkorrispondi għal [0,4 - 0,8] % mill-konsum tal-Unjoni u għal [0,3 - 0,5] % mill-produzzjoni ta’ AN fir-Russja fil-PIR. Barra minn hekk, dan il-bejgħ kien limitat għal għadd żgħir ta’ klijenti fl-Istati Baltiċi, fil-Finlandja u fl-Iżvezja.

(70)

Is-sejbiet kienu bbażati fuq data vverifikata pprovduta mill-produtturi esportaturi kkampjunati, is-silta mill-bażi ta’ data tal-Artikolu 14(6) u huma konsistenti mal-komunikazzjoni tal-RFPA li l-importazzjonijiet ta’ NA mir-Russja naqsu sa livelli negliġibbli.

(71)

B’riżultat ta’ dan, il-bejgħ tal-esportazzjonijiet Russi lejn l-Unjoni ma tqiesx rappreżentattiv tal-prezz (u l-kwantitajiet) li għalihom il-produtturi esportaturi jbiegħu il-prodott soġġett għal reviżjoni lill-Unjoni fin-nuqqas ta’ miżuri. F’dawn iċ-ċirkustanzi, jitqies li l-bejgħ tal-Unjoni matul il-PIR ma setax jintuża biex jiġi vvalutat jekk id-dumping aktarx ikomplix li kieku l-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu.

(72)

Bi tweġiba għall-iżvelar, l-RFPA u l-Eurochem iddikjaraw b’referenza għall-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku li peress li l-istruttura tal-bejgħ Russu ma nbidlitx, l-istess metodoloġija użata biex jiġi stabbilit il-livell tad-dazju fl-aħħar rieżami interim (31) (jiġifieri abbażi tal-bejgħ tal-esportazzjoni ta’ Kirovo tal-AN stabbilizzat lejn l-Unjoni) kellha tintuża għall-fini tad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping f’dan il-każ. Bl-istess mod, Uralchem argumentat li jekk ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1722 jittratta l-AN stabbilizzat ta’ Kirovo bħala l-aħjar u l-unika evidenza disponibbli biex jiġi stabbilit il-livell tad-dazju għar-Russja b’mod ġenerali, il-Kummissjoni kienet meħtieġa tagħmel l-istess f’dan il-każ skont l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku. Uralchem kompliet tiżviluppa analiżi separata tad-dumping limitata għall-bejgħ tagħha tal-AN stabbilizzat.

(73)

Il-Kummissjoni tinnota li dawn il-pretensjonijiet jitilqu minn premessa żbaljata peress li l-Kummissjoni ma użatx il-prezz tal-esportazzjoni tal-AN stabbilizzat minn Kirovo biex tistabbilixxi l-livell tal-miżuri fl-aħħar reviżjoni interim. Fiż-żewġ każijiet, l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi kienu l-bażi għas-sejbiet tal-Kummissjoni. Madankollu, fir-reviżjoni interim, fin-nuqqas ta’ bejgħ Russu li jista’ jintuża fis-suq tal-UE u l-ħtieġa li jiġi kkalkulat marġni ta’ dannu bbażat fuq il-bejgħ lejn l-Unjoni, il-bejgħ ta’ AN stabbilizzat ta’ Kirovo lejn l-Unjoni nstab li kien l-aħjar valur ta’ sostituzzjoni disponibbli biex isir kalkolu tat-tqabbil tal-prezzijiet li jista’ jintuża biex jiġi stabbilit il-livell ta’ dazju l-ġdid. Barra minn hekk, sabiex dan il-valur ta’ sostituzzjoni jkun jista’ jitqabbel ma’ bejgħ Russu utilizzabbli lill-UE, il-prezzijiet ta’ AN stabbilizzat ta’ Kirovo ġew aġġustati għall-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz. Dan mhuwiex meħtieġ f’reviżjoni ta’ skadenza, li fiha l-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping tista’ tissejjes purament fuq tranżazzjonijiet reali ta’ bejgħ lil pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-metodoloġija applikata f’din ir-reviżjoni segwiet l-istess metodoloġija tal-użu tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi fil-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping li ġiet applikata fl-aħħar reviżjoni ta’ skadenza. Għalhekk, il-Kummissjoni rrispettat bis-sħiħ l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku. Għalhekk dawn il-pretensjonijiet ma ntlaqgħux.

(74)

Acron u Eurochem sostnew ukoll b’reazzjoni għall-iżvelar li matul il-PIR, il-bejgħ tiegħu lejn l-Unjoni kien stabbli, bi prezzijiet rappreżentattivi u f’volumi suffiċjenti li jippermettu analiżi tad-dumping u li ma hemm l-ebda sejba ta’ dumping.

(75)

Jenħtieġ li din il-pretensjoni tiġi rrifjutata. Kif innutat fil-premessa (67), il-produtturi esportaturi fil-kampjun biegħu biss volumi insinifikanti lil klijenti fl-Unjoni. Għalhekk, il-bejgħ tal-esportazzjoni Russu lejn l-Unjoni ma tqisx rappreżentattiv u għalhekk ma setax jintuża biex jiġi vvalutat jekk id-dumping ikunx probabbli li jkompli jekk il-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu (ara l-premessi (69) u (71) għal aktar dettalji).

3.3.   Il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping

(76)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet stipulati fil-premessi (67)-(71), il-Kummissjoni analizzat jekk kienx hemm evidenza tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping li kieku kellhom jiskadu l-miżuri. Il-Kummissjoni analizzat il-fatturi li ġejjin: il-prezz tal-esportazzjoni għall-bejgħ mir-Russja lejn destinazzjonijiet oħra, il-kapaċità produttiva u l-kapaċità żejda fir-Russja b’mod kumplessiv, u l-attraenza tal-Unjoni u ta’ swieq terzi oħra.

3.3.1.   Esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi

(77)

Il-produtturi esportaturi kollha li kkooperaw esportaw kwantitajiet sinifikanti lejn pajjiżi terzi u pprovdew informazzjoni dettaljata dwar dawn l-esportazzjonijiet. Fin-nuqqas ta’ volumi tal-esportazzjoni rappreżentattivi lejn l-Unjoni, tqiesu l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi oħra biex tiġi analizzata l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping li kieku l-miżuri jitħallew jiskadu.

(78)

Il-Kummissjoni sabet li matul il-PIR, il-produtturi esportaturi kkampjunati biegħu kważi 50 % (32) tal-kwantitajiet totali tal-bejgħ tagħhom lil swieq terzi. Aktar minn 70 % minn dan il-bejgħ fi swieq terzi kien orjentat prinċipalment lejn l-Amerka Latina (il-Brażil, il-Perù, il-Kolombja, l-Ekwador), iżda wkoll lejn pajjiżi bħall-Istati Uniti, il-Każakistan, il-Marokk, l-Ażerbajġan u ż-Żimbabwe. Il-volumi tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħra kienu baxxi ħafna.

(79)

Twettqet analiżi li tqabbel il-prezzijiet reali fis-suq domestiku mal-bejgħ lejn pajjiżi terzi fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. Wara t-tqabbil, il-Kummissjoni stabbiliet individwalment, għat-tliet produtturi esportaturi kollha kkampjunati, li l-prezz medju pponderat tal-esportazzjoni mill-fabbrika lejn is-swieq prinċipali tal-pajjiżi terzi tagħhom matul il-PIR kien aktar baxx mill-prezz domestiku medju pponderat effettiv mill-fabbrika jew minn dak pagabbli matul il-PIR.

(80)

Is-sejbiet ta’ hawn fuq kienu bbażati fuq data vverifikata pprovduta mill-produtturi esportaturi kkampjunati, li rrappreżentaw madwar 80 % mit-total tal-esportazzjonijiet Russi ta’ AN lejn pajjiżi terzi. Għalhekk, ma kienx meħtieġ li l-Kummissjoni tirrikorri għall-istatistika dwar l-esportazzjoni.

(81)

B’mod ġenerali, matul il-PIR il-prezz medju tal-esportazzjoni mill-fabbrika tat-tliet produtturi esportaturi kkampjunati lejn pajjiżi terzi kien ta’ EUR 133/tunnellata, filwaqt li l-prezz domestiku medju mill-fabbrika kien ta’ EUR 145/tunnellata. Għalhekk, tqies probabbli li, kieku l-miżuri attwali kellhom jitħassru, il-produtturi esportaturi Russi kienu jbiegħu lill-Unjoni f’livelli ta’ dumping.

(82)

Rigward il-prezzijiet domestiċi Russi, FE saħqet li teżisti sitwazzjoni partikolari fis-suq fir-rigward tal-ipprezzar tal-AN fis-suq domestiku Russu minħabba intervent mill-Istat fl-għamla ta’ restrizzjonijiet fuq il-prezz. Għalhekk, skont FE, il-prezzijiet domestiċi tal-AN ma kinux xierqa biex jintużaw fil-proċediment attwali. Wara l-iżvelar, FE tenniet il-konvinzjoni tagħha li hemm intervent mill-Istat prinċipalment ikkaratterizzat minn restrizzjonijiet fuq il-prezzijiet fir-Russja. Għal dan l-għan, FE irreferiet għal bosta sorsi u dokumenti miktuba minn diversi awtoritajiet pubbliċi, bħal listi tal-prezzijiet, ftehimiet, pjanijiet direzzjonali u laqgħat ta’ informazzjoni ospitati minn uffiċjali pubbliċi. Madankollu, id-dokumenti ppreżentati minn FE ġew datati barra mill-PIR u/jew FE naqset milli tispjega r-rilevanza u l-effett ta’ din l-evidenza fuq il-bejgħ domestiku tal-produtturi esportaturi u l-adegwatezza tal-użu tagħhom f’dawn il-proċedimenti. Fi kwalunkwe każ, ir-rilevanza ta’ dawn id-dokumenti fil-kuntest ta’ dawn il-proċedimenti hija dubjuża. Ladarba l-Kummissjoni stabbiliet il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping fl-UE, kif imsemmi fil-premessa (81), il-livell ta’ dumping partikolarment għoli jew ogħla ma jbiddilx din il-konklużjoni (ara wkoll il-premessa (85) dwar dan il-punt). Għalhekk, il-pretensjonijiet ta’ FE ma ntlaqgħux.

(83)

Wara l-iżvelar, FE argumentat li l-Brażil kien l-aktar eżempju rappreżentattiv tad-dumping Russu, ibbażat fuq rapporti ta’ statistika dwar l-esportazzjoni pubblika u rapporti domestiċi indipendenti lokali.

(84)

Is-sejbiet tal-Kummissjoni huma bbażati fuq data speċifika għall-kumpaniji u vverifikata pprovduta mill-produtturi esportaturi fil-kampjun, li tqieset aktar preċiża u affidabbli mill-istatistika pubblika aggregata. Barra minn hekk, il-Kummissjoni wettqet analiżi tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet lejn għadd ta’ swieq ta’ pajjiżi terzi meqjusa bħala rappreżentattivi tal-bejgħ totali lejn pajjiżi terzi għal kull wieħed mill-produtturi fil-kampjun (ara l-premessa (78)). Evalwazzjoni tal-bejgħ lil bosta pajjiżi terzi tqieset aktar rappreżentattiva minn evalwazzjoni tad-data għal pajjiż wieħed.

(85)

Barra minn hekk, FE sostniet, bi tweġiba għall-iżvelar, li l-Kummissjoni naqset milli tindirizza s-sitwazzjoni partikolari tas-suq tal-gass fir-Russja fil-valutazzjoni tagħha tad-dumping.

(86)

Kif spjegat fil-premessi minn (77) sa (81), il-Kummissjoni ma wettqitx kalkolu tad-dumping f’din ir-reviżjoni ta’ skadenza. Għalhekk, il-Kummissjoni ma qisitx li kien meħtieġ li tiġi vvalutata l-affidabbiltà tal-kostijiet tal-produzzjoni (inklużi l-kostijiet tal-gass).

(87)

Bi tweġiba għall-iżvelar, l-RFPA u Acron argumentaw li l-Kummissjoni naqset milli twettaq kalkolu tal-marġni tad-dumping, u b’hekk kisret l-Artikoli 11(9) u 2 tar-Regolament bażiku li jordna l-użu ta’ metodoloġija standard biex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ dumping fil-kuntest ta’ reviżjonijiet ta’ skadenza. Acron u Eurochem argumentaw ukoll li l-Kummissjoni ma żvelat l-ebda kalkolu tad-dumping f’din l-investigazzjoni, u b’hekk kisret id-drittijiet tad-difiża tagħhom. Skonthom, lanqas ma kien ċar għalfejn il-Kummissjoni qabblet il-prezz domestiku mill-fabbrika mal-prezz tal-esportazzjoni mill-fabbrika lejn pajjiżi terzi mingħajr ma wettqet fattwalment kalkolu tad-dumping.

(88)

Il-Kummissjoni ma kkalkulatx id-dumping abbażi tal-importazzjonijiet fl-UE matul il-PIR minħabba li sabet li l-volum totali tal-esportazzjonijiet Russi tal-prodott soġġett għal reviżjoni lejn l-Unjoni ma kienx rappreżentattiv. Għalhekk, dan il-volum ma kienx bażi affidabbli għall-kalkolu tad-dumping. B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni ma setax ikollha sejba konklużiva ta’ dumping fl-UE matul il-PIR u, minflok, ivvalutat il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping fuq il-bażi tal-esportazzjonijiet Russi ta’ AN lejn swieq terzi. Qed issir referenza wkoll għall-premessa (81) għall-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni mit-tqabbil tal-prezzijiet imsemmi.

(89)

Fir-rigward tal-Artikoli 11(9) u 2 tar-Regolament bażiku, kif enfasizzat fil-premessa (73), il-Kummissjoni użat l-istess metodoloġija fl-aħħar reviżjoni ta’ skadenza. Il-Kummissjoni tirreferi għat-Taqsima 3.1.1 tal-aħħar Regolament dwar ir-rieżami ta’ skadenza, (33) li fiha vvalutat b’mod sħiħ l-esportazzjonijiet tar-Russja lejn destinazzjonijiet oħra fl-analiżi tagħha tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping. Għalhekk, mhux biss ma kienx hemm ksur tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku iżda bl-istess mod ma jista’ jkun hemm l-ebda ksur tal-Artikolu 11(9) tal-istess Regolament.

(90)

Fl-aħħar nett, f’termini ta’ drittijiet proċedurali, il-Kummissjoni żvelat il-fatti u ċ-ċifri essenzjali kollha li fuqhom huwa bbażat it-tqabbil li sar, filwaqt li osservat id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet. Il-Kummissjoni saħansitra pprovdiet lill-partijiet bi żvelar addizzjonali (fit-30 ta’ Settembru u fil-21 ta’ Ottubru 2020) sabiex tkompli tiċċara u tiżgura li l-partijiet interessati kienu fehmu b’mod korrett il-kalkoli tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, dawn l-argumenti kellhom jiġu rifjutati.

(91)

Wara l-iżvelar finali, Acron argumentat li d-drittijiet tad-difiża tagħha nkisru peress li l-Kummissjoni ġabret aktar informazzjoni milli kien meħtieġ għall-valutazzjoni tagħha, b’mod partikolari fin-nuqqas tal-kalkolu tad-dumping. L-ewwel nett, Acron naqset milli tispjega kif dan il-fatt jikser id-dritt tad-difiża tagħha. It-tieni, anki jekk il-Kummissjoni kellha d-data kollha biex twettaq il-kalkolu tad-dumping, wara li kkonkludiet li l-volumi tal-esportazzjoni kienu ftit wisq u għalhekk mhux rappreżentattivi għat-twettiq ta’ kalkolu tad-dumping, il-Kummissjoni ma kienet taħt l-ebda obbligu li tagħmel dan.

(92)

Barra minn hekk, skont l-RFPA u Eurochem, il-Kummissjoni naqset ukoll milli tagħmel paragun sempliċi tal-prezzijiet mill-fabbrika. Huma sostnew li l-Kummissjoni kisbet is-sejba tad-dumping billi aġġustat il-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi Russi billi naqqset il-perċentwali eċċessivi u żbaljati tal-SG&A u l-marġnijiet ta’ profitt nozzjonali. Barra minn hekk, skont l-RFPA, sa fejn il-Kummissjoni ma wettqitx kalkoli tal-marġni tad-dumping, l-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku ma japplikax. Uralchem u Eurochem sostnew ukoll li jekk il-Kummissjoni żżomm id-deċiżjoni tagħha li tnaqqas l-SGA u l-profitt nozzjonali tan-negozjanti tagħha mill-prezz tal-esportazzjoni, jenħtieġ li jiġi applikat aġġustament simili għall-prezz tal-bejgħ domestiku mitlub min-negozjant domestiku.

(93)

Il-Kummissjoni ma kellhiex sejba ta’ dumping fl-UE matul il-PIR u ma wettqitx kalkolu tad-dumping f’dan is-sens. Għall-kuntrarju tal-pretensjoni tal-RFPA, il-Kummissjoni wettqet tqabbil tal-prezzijiet tal-esportazzjoni domestiċi u Russi mill-fabbrika lejn swieq terzi. Filwaqt li huwa minnu li l-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku japplika għall-kalkoli tad-dumping, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-partijiet interessati li ma tkunx tista’ tapplika dawk id-dispożizzjonijiet b’analoġija meta twettaq tqabbil tal-prezzijiet abbażi tal-prezzijiet ta’ pajjiżi terzi. Sabiex isir paragun ġust u oġġettiv, il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħmel, fost l-oħrajn, aġġustamenti f’konformità mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku. Aġġustamenti simili ma ġewx applikati għall-prezz tal-bejgħ domestiku permezz ta’ negozjant domestiku peress li n-negozjanti domestiċi essenzjalment servew bħala l-fergħa tal-bejgħ domestiku tal-entitajiet produtturi. Għalhekk, għall-finijiet tat-tqabbil tal-prezzijiet, l-ebda SG&A u aġġustament tal-profitt ma kien iġġustifikat għall-bejgħ domestiku.

(94)

B’reazzjoni għall-iżvelar, Acron sostniet li t-tnaqqis tal-profitt u l-kostijiet SG&A għan-negozjant affiljat tagħhom kien manifestament żbaljat f’paragun tal-prezzijiet immirat lejn il-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz.

(95)

L-ewwel nett, Acron tidher li qed tikkondividi l-kwistjoni tal-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz u t-tqabbil tal-prezzijiet li sar għall-finijiet tal-analiżi tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping. It-tieni, kif spjegat fl-iżvelar speċifiku tal-kumpanija u fil-premessa (93), l-aġġustamenti li saru għall-importaturi/negozjanti affiljati saru bil-għan li jiġi żgurat tqabbil ġust tal-prezzijiet, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(9) u 2(10)(i) rispettivament.

(96)

Skont Uralchem u Eurochem, il-Kummissjoni naqset milli tiġġustifika b’mod suffiċjenti l-aġġustament għall-prezz tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Uralchem u Eurochem ippreżentaw ukoll bi tweġiba għall-iżvelar li tnaqqis ta’ marġni ta’ profitt nozzjonali ta’ 4 % tbiegħed mill-metodoloġija użata fil-każ tar-reviżjoni interim R674, fejn tnaqqas marġni ta’ profitt nozzjonali ta’ 2,4 % u li għalhekk tali tnaqqis ma kienx konformi mal-Artikolu 11(9). Acron sostniet ukoll li l-profitt nozzjonali għal negozjant f’suq tal-materja prima kien primjum sopravvalutat b’mod ċar, u li ma kellux għalfejn jitnaqqas.

(97)

F’dan il-każ u f’konformità mal-iżvelar speċifiku għall-kumpanija, sar aġġustament għall-kostijiet SG&A (inkluż il-marġni ta’ benefiċċju) tan-negozjanti ta’ Uralchem u Eurochem skont l-Artikolu 2(10)(i) peress li l-funzjonijiet ta’ dawn in-negozjanti kienu simili għal dawk ta’ aġent. In-negozjanti jippromwovu u jbigħu barra mir-Russja l-AN manifatturat mill-impjanti tal-produtturi u l-entitajiet huma indikati bħala negozjanti fit-tabella korporattiva tal-grupp tal-produtturi esportaturi. Għalhekk, huwa ċar li n-negozjanti jwettqu negozju f’isem u fl-interess tal-grupp Uralchem u Eurochem u għalhekk l-aġġustament kien ġustifikat.

(98)

Fir-rigward tal-profitt nozzjonali effettivament imnaqqas mill-prezzijiet tal-esportazzjoni, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn importaturi mhux relatati fl-investigazzjoni preżenti, il-Kummissjoni użat il-marġni ta’ profitt ta’ importatur mhux relatat minn investigazzjoni aktar reċenti dwar fertilizzant tan-nitroġenu simili, UAN, ta’ 4 % (34). Għall-kuntrarju ta’ dak li jsostnu l-partijiet, il-Kummissjoni ma wettqitx żball meta użat marġni ta’ profitt nozzjonali ta’ 4 % minflok 2,4 % f’din ir-reviżjoni. Fil-fatt, il-metodoloġija użata mill-Kummissjoni kienet eżattament l-istess fiż-żewġ reviżjonijiet: minħabba li ma kienx hemm kooperazzjoni minn importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni użat il-marġni ta’ profitt misjub għal importaturi mhux relatati f’każ kontemporanju li jikkonċerna prodott kimiku ieħor. Għalhekk, l-użu tal-profitt ta’ 4 % kien skont l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, li jirrikjedi l-użu tal-istess metodoloġija, mhux tal-istess profittabilità (skaduta).

(99)

Xi partijiet interessati argumentaw li l-Kummissjoni kien imissha użat ir-rati tal-kambju ta’ kull xahar minflok medja tal-PIR meta għamlet it-tqabbil tal-prezzijiet u/jew qabblet il-prezzijiet fuq bażi ta’ tip ta’ prodott bi prodott.

(100)

Il-Kummissjoni analizzat dawn il-pretensjonijiet u sabet differenza simili fil-prezz anki jekk ir-rati tal-kambju ta’ kull xahar kienu jintużaw u kieku t-tqabbil kien isir fuq bażi ta’ prodott bi prodott. Barra minn hekk, it-tipi kollha tal-prodott ġew ikkunsidrati għat-tqabbil tal-prezzijiet u għalkemm it-tqabbil ma sarx speċifikament għal kull tip ta’ prodott, kważi l-bejgħ kollu lil pajjiżi terzi kien ta’ tip ta’ prodott wieħed.

(101)

Eurochem ippreżentat diversi pretensjonijiet dwar il-kalkoli individwali tagħha tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku, relatati mat-tnaqqis tal-ispejjeż tal-kreditu u l-kalkolu tal-konċessjonijiet tal-impjanti. Barra minn hekk, Eurochem ipprovdiet diversi argumenti relatati mal-kalkoli individwali tagħha tal-prezzijiet tal-bejgħ għall-esportazzjoni, relatati ma’ kalkoli allegatament żbaljati tal-ispejjeż tat-trasport tal-merkanzija. Dawn il-pretensjonijiet ma ntlaqgħux. Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, aktar dettalji dwar ir-raġunament tal-Kummissjoni ngħataw f’dokument separat lill-kumpanija biss

3.3.2.   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-Russja

(102)

Sabiex tistabbilixxi l-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-Russja, il-Kummissjoni użat data vverifikata mill-kumpaniji kkampjunati u d-data rrappurtata b’rispons għall-forom tal-kampjunar għall-esportaturi Russi l-oħra. Barra minn hekk, il-kapaċità ta’ riżerva totali ta’ Kirovo ġiet inkluża fil-kalkolu tal-kapaċità ta’ riżerva, billi l-kapaċità ta’ riżerva ta’ tipi oħra ta’ nitrat tal-ammonju li attwalment huma esklużi mill-applikazzjoni tal-miżuri anti-dumping tista’ tintuża faċilment ħafna biex jiġi prodott nitrat tal-ammonju li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 3102 30 90 u 3102 40 90.

(103)

F’konformità mal-investigazzjonijiet preċedenti, l-ogħla volum attwali ta’ produzzjoni osservat fil-perjodu li qed jiġi kkunsidrat ittieħed bħala bażi għall-kalkolu tal-kapaċità tal-kumpaniji kkampjunati, sakemm il-kapaċità installata ma kinitx ogħla mill-produzzjoni attwali.

(104)

Wara l-verifiki u l-RCCs tal-produtturi kkampjunati, id-data ġiet aġġustata għall-grupp Acron. L-aġġustament irriżulta mill-fatt li huma l-produzzjoni u l-kapaċità tat-torrijiet ta’ prilling, il-konġestjoni prinċipali fil-produzzjoni tal-AN solidu (aktar milli l-produzzjoni u l-kapaċità relatati ma’ prodott intermedju), li huma deċiżivi biex jiġu ddeterminati l-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva f’dan il-każ.

(105)

Il-Kummissjoni sabet li l-kapaċità tal-produzzjoni fir-Russja fil-PIR kien jammonta għal aktar minn 10,5 miljun tunnellata, b’kapaċità ta’ riżerva ta’ 440 000 tunnellata. Din iċ-ċifra tal-aħħar tikkorrispondi għal aktar minn 6 % mill-konsum tal-Unjoni b’total ta’ madwar 6,9 miljun tunnellata. Is-sejbiet f’dan il-każ kienu konsistenti mal-aħħar reviżjoni interim, meta l-kapaċità tal-produzzjoni fir-Russja ġiet stabbilita f’livell ta’ madwar 11-il miljun tunnellata, b’kapaċità ta’ riżerva ta’ 600 000 tunnellata.

(106)

Barra minn hekk, ta’ min jinnota li l-kapaċità tal-produzzjoni tal-AN fir-Russja kompliet tikber bi kważi 400 000 tunnellata addizzjonali wara l-PIR, wara aġġornament tat-tagħmir ta’ produzzjoni eżistenti minn xi wħud mill-produtturi esportaturi kkampjunati.

(107)

Għalhekk, teżisti kapaċità ta’ riżerva fir-Russja u l-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi Russi kompliet tiżdied wara l-PIR. Jekk dawn il-kapaċitajiet jiġu orjentati bis-sħiħ lejn is-suq tal-Unjoni, jiġu esportati volumi sinifikanti lejn l-Unjoni.

(108)

Bi tweġiba għall-iżvelar, FE kkontestat is-sejbiet tal-Kummissjoni dwar il-produzzjoni u l-kapaċità żejda fir-Russja. FE sostniet li l-kapaċità ta’ produzzjoni tal-produtturi Russi tal-AN kienet aktar minn 11,7 miljun tunnellata u li l-kapaċità żejda Russa kienet ta’ 1,6 miljun tunnellata. Il-pretensjoni ta’ FE kienet ibbażata fuq stimi ta’ espert. Min-naħa l-oħra, is-sejbiet tal-Kummissjoni huma bbażati fuq ċifri sottomessi direttament mill-produtturi Russi lill-Kummissjoni, li jirrappreżentaw it-totalità tal-produzzjoni Russa tal-AN. Barra minn hekk, dawn iċ-ċifri ġew ivverifikati għal tliet produtturi ewlenin. Għalhekk, l-istimi ta’ FE ma jistgħux jiġu aċċettati bħala iktar affidabbli minn dawk aċċertati mill-Kummissjoni.

(109)

Wara l-iżvelar, Acron u l-Gvern Russu kkontestaw il-metodu tal-Kummissjoni għall-kalkolu tal-użu tal-kapaċità. Dawn il-partijiet interessati argumentaw li għall-impjanti li jipproduċu kemm l-UAN kif ukoll l-AN, id-disponibbiltà tal-AN mdewweb hija ostaklu u trażżin u l-użu tal-kapaċità għandu jiġi kkalkulat fuq dik il-bażi jew abbażi tal-produzzjoni attwali tal-AN, iżda mhux abbażi tal-kapaċità ta’ prilling, li sempliċement ma tistax tintuża fin-nuqqas tal-materja prima (jiġifieri l-AN mdewweb) għall-produzzjoni tal-AN.

(110)

L-argument imsemmi, li jidher li tqajjem qabel, huwa żbaljat u għandu jiġi miċħud għall-istess raġunijiet bħal fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti (35). L-ewwel nett, hija l-kapaċità tat-torrijiet ta’ prilling li tirrappreżenta l-konġestjoni u r-restrizzjoni prinċipali fil-produzzjoni tal-AN kif stabbilit fil-premessa (104). It-tieni, fid-dawl tal-possibbiltà li l-użu tal-AN mdewweb jiġi ttrasferit faċilment mill-produzzjoni tal-UAN għall-produzzjoni tal-AN, l-allegat nuqqas ta’ disponibbiltà tal-AN mdewweb ma jistax jaffettwa l-kalkolu tal-kapaċità tal-produzzjoni totali u l-użu tal-kapaċità għall-prodott soġġett għal reviżjoni. L-allokazzjoni tal-AN mdewweb għall-produzzjoni kemm tal-UAN kif ukoll tal-AN hija deċiżjoni interna tal-kumpanija li ma tistax tifforma parti minn xi kunsiderazzjonijiet oġġettivi fil-kalkolu tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-AN.

(111)

Bi tweġiba għall-iżvelar, l-RFPA argumentat li l-Kummissjoni naqset milli tapprezza li fil-perjodu bejn l-2017 u l-PIR, il-kapaċità tal-produzzjoni tar-Russja naqset b’ 500 000 tunnellata. Barra minn hekk, skont l-RFPA, il-Kummissjoni naqset milli tapprezza li d-daqs u s-sehem tal-kapaċitajiet żejda allegati fir-Russja bħala perċentwal tal-konsum tal-AN tal-Unjoni naqsu b’mod stabbli f’dawn l-aħħar ħames snin. Fl-aħħar nett, l-RFPA affermat li ż-żieda allegata fil-kapaċitajiet tal-produzzjoni tar-Russja b’ 400 000 tunnellata wara l-PIR jenħtieġ li titqies ukoll kontra żieda kbira fil-konsum domestiku tal-AN fir-Russja fl-2019, meta mqabbel mal-2018.

(112)

L-importanza tal-kapaċitajiet żejda eżistenti mhijiex affettwata bħala tali minn tnaqqis fil-kapaċità tal-produzzjoni. Il-komunikazzjoni tal-RFPA tinjora wkoll il-fatt li wara l-PIR, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi Russi reġgħet kibret għal kważi 11-il miljun tunnellata. Barra minn hekk, filwaqt li l-kapaċitajiet żejda fil-PIR setgħu naqsu matul il-perjodu riċenti, xorta waħda jibqgħu importanti, b’mod partikolari meta jitqiesu flimkien mal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni li għadhom kif inħolqu. Rigward l-allegat tkabbir fil-konsum domestiku tal-AN fl-2019 meta mqabbel mal-2018, anki jekk iċ-ċifri pprovduti mill-RFPA kellhom jiġu aċċettati bil-valur nominali, dawn ikunu juru li ż-żieda fil-produzzjoni Russa tal-AN fl-2019 (meta mqabbla mal-2018) qabżet it-tkabbir fil-konsum domestiku matul l-istess perjodu, u b’riżultat ta’ dan li l-esportazzjonijiet jibqgħu importanti għall-industrija Russa tal-AN.

(113)

L-RFPA affermat ukoll li l-Kummissjoni stmat b’mod eċċessiv ħafna l-volumi tal-kapaċitajiet Russi li setgħu jiġu esportati lejn l-Unjoni.

(114)

Il-pretensjoni tal-RFPA mhijiex sostnuta b’ evidenza plawżibbli (ara wkoll il-premessi (166)-(167)) f’dan il-kuntest. Ta’ min ifakkar ukoll li l-Kummissjoni analizzat il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping f’din ir-reviżjoni ta’ skadenza. L-analiżi stabbilita fit-Taqsima 3.3.3 turi li d-direzzjoni tal-kapaċitajiet żejda kollha jew tal-maġġoranza tal-produtturi Russi hija theddida plawżibbli li x’aktarx timmaterjalizza jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(115)

Barra minn hekk, l-RFPA argumentat li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tal-RFPA billi naqset milli tiżvela l-bażi għas-sejba tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fir-Russja. L-RFPA sostniet ukoll li l-Kummissjoni naqset milli tissostanzja ż-żieda allegata fil-kapaċità.

(116)

L-ewwel nett, l-iżvelar finali speċifika s-sors tad-data użata mill-Kummissjoni, kif ukoll il-bażi għall-kalkolu tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, f’każ li l-aġġustamenti għall-produzzjoni/il-kapaċità saru kontra l-kalkoli u l-istimi tal-kumpanija, ingħatat ġustifikazzjoni xierqa (ara l-premessi (102) sa (104) u (106) għal aktar dettalji). Barra minn hekk, għal kull produttur individwali fil-kampjun, ġie pprovdut żvelar speċifiku bi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-produzzjoni u l-kapaċità żejda ġew determinati fil-PIR kif ukoll wara l-PIR. Fid-dawl tan-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni speċifika tal-kumpanija dwar il-produzzjoni u l-kapaċità tal-produtturi individwali, l-iżvelar ġenerali ta’ tali informazzjoni ma kienx, madankollu, possibbli.

(117)

Fi kwalunkwe każ, il-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni f’dan ir-Regolament huma bbażati fuq kunsiderazzjonijiet li ġew żvelati kif xieraq lill-partijiet interessati u d-drittijiet tad-difiża tagħhom ġew osservati b’mod sħiħ. Għaldaqstant, il-pretensjoni tal-RFPA trid tiġi miċħuda.

3.3.3.   L-attraenza tas-suq tal-Unjoni

(118)

Il-konsum fl-Unjoni baqa’ konsistentement għoli u s-suq tal-Unjoni huwa fost l-aktar swieq attraenti għar-Russja f’termini ta’ daqs, potenzjal u prossimità ġeografika għar-Russja.

(119)

L-investigazzjoni wriet li l-produtturi esportaturi Russi żviluppaw kapaċitajiet loġistiċi u ta’ kummerċjalizzazzjoni konsiderevoli li jkunu jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għall-operazzjonijiet ta’ bejgħ ta’ AN fis-suq tal-Unjoni. Bħala eżempju, Uralchem u Eurochem għandhom entitajiet kummerċjali relatati stabbiliti fl-Unjoni (fil-Latvja u fil-Ġermanja rispettivament), u Acron u Eurochem għandhom ukoll negozjanti relatati inkorporati fl-Iżvizzera. Barra minn hekk, Acron hija affiljata ma’ operatur tat-terminal tal-port fl-Estonja, kumpanija msemmija AS DBT (36), filwaqt li Uralchem tippossedi t-Terminal tal-Fertilizzanti ta’ Riga LLC flimkien mal-Port Kummerċjali ta’ Riga (37).

(120)

Barra minn hekk, pajjiżi bħall-Ukrajna (li rrappreżentat 7 % mill-konsum globali ta’ AN fl-2016 (38)), l-Awstralja u l-Indja (39) imponew miżuri ta’ difiża tal-kummerċ fuq l-AN mir-Russja. Għall-kuntrarju ta’ dak li allegat l-industrija Russa, sa issa l-Ukrajna ma eliminatx id-dazji anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ AN mir-Russja. Dawn il-miżuri fi swieq tal-esportazzjoni potenzjali oħra jkomplu jżidu l-attraenza tal-Unjoni u jkunu jinċentivizzaw lill-produtturi esportaturi Russi biex jimmiraw l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni, li kieku l-miżuri anti-dumping fl-UE jitħallew jiskadu.

(121)

L-RFPA sostniet li l-esportazzjonijiet ta’ AN mir-Russja ma ffaċċjawx restrizzjonijiet kbar fis-swieq ewlenin tal-esportazzjoni. Hija sostniet ukoll li għall-kuntrarju tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti (40), id-domanda addizzjonali attwali għall-AN fil-pajjiżi terzi kienet fattur kbir ta’ differenza.

(122)

Kif iddikjarat hawn fuq, sal-lum il-miżuri anti-dumping (jew miżuri oħra li jirrestrinġu l-kummerċ) fuq l-importazzjonijiet Russi tal-AN għadhom fis-seħħ fl-Ukrajna, fl-Awstralja u fl-Indja, li jagħmel dawn is-swieq inqas attraenti għall-esportaturi Russi. Barra minn hekk, għall-kuntrarju ta’ dak li ġie ddikjarat mill-RFPA rigward id-domanda żejda għall-AN b’relazzjoni mar-reviżjoni ta’ skadenza preċedenti, is-sejbiet tal-Kummissjoni għall-PIR kif ukoll l-analiżi prospettiva tagħha huma kumparabbli għas-sejbiet tal-Kummissjoni fl-2014, notevolment fir-rigward tas-swieq kbar bħaċ-Ċina u l-Istati Uniti. B’mod aktar speċifiku, instab li essenzjalment ma kienx hemm esportazzjonijiet ta’ AN mir-Russja lejn iċ-Ċina fil-PIR (41). Rigward l-Istati Uniti, filwaqt li f’Awwissu 2016 dawn eliminaw il-miżuri anti-dumping tagħhom fuq l-AN mir-Russja, l-ispinta fil-gass tax-shale fil-pajjiż wasslet għall-iżvilupp ta’ kapaċitajiet tal-fertilizzanti tan-nitroġenu tal-produtturi fl-Istati Uniti (42).

(123)

Barra minn hekk, l-RFPA saħqet li mill-2019 sal-2025 se jkun hemm tkabbir sinifikanti fil-konsum tal-AN fl-Ewroasja, fl-Amerka Latina, fl-Afrika u fl-Asja. Skont l-RFPA, din iż-żieda fil-konsum ta’ madwar 2,5 miljun tunnellata (43) tista’ tassorbi faċilment kull kapaċità ta’ riżerva addizzjonali li tista’ teżisti fir-Russja. L-RFPA sostniet ukoll li s-suq tal-AN Russu huwa kbir daqs dak tal-Unjoni u qed ikompli jikber. Barra minn hekk, skont l-RFPA, is-swieq Asjatiċi meħuda flimkien jeċċedu l-konsum tal-AN fl-Ewropa b’ħafna.

(124)

L-ewwel nett, iż-żieda projettata fil-konsum tal-AN f’reġjuni oħra madwar id-dinja ma tfissirx li s-suq tal-Unjoni ma jibqax attraenti jew saħansitra aktar attraenti minn dawn is-swieq. Barra minn hekk, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni l-RFPA, jidher li l-konsum tal-AN fir-Russja naqas aktar milli kiber (ara l-premessa (130) għal aktar dettalji).

(125)

It-tieni, anki li kieku timmaterjalizza ż-żieda projettata (li assolutament għadha mhijiex ċerta), din tkun tikkonċerna prinċipalment reġjuni li fihom il-produtturi esportaturi Russi mhumiex attivi jew huma biss marġinalment attivi (l-Afrika, l-Asja, l-Oċeanja, l-Amerka ta’ Fuq, il-Lvant Nofsani) (44). Barra minn hekk, ma hemm l-ebda indikazzjoni fil-fajl li tissuġġerixxi li l-produtturi Russi tal-AN se jibdlu l-preferenzi tal-esportazzjoni tagħhom radikalment fil-futur prevedibbli.

(126)

It-tielet, fir-rigward tal-Amerka Latina, li hija l-mira ewlenija għall-esportazzjonijiet Russi tal-AN (li jammontaw għal madwar nofs l-esportazzjonijiet Russi tal-AN), iż-żieda projettata kieku tinqabeż miż-żieda vverifikata fil-kapaċità tal-produzzjoni Russa wara l-PIR. Barra minn hekk, din iż-żieda hija addizzjonali għal kapaċità ta’ riżerva ta’ 440 000 tunnellata. Barra minn hekk, minħabba l-fatt li l-produtturi esportaturi Russi huma f’kompetizzjoni ma’ produtturi oħra bbażati fl-Amerka Latina jew xi mkien ieħor, mhuwiex plawżibbli li ż-żieda fil-konsum tal-AN mill-Amerka Latina jiġi assorbit kollu kemm hu jew saħansitra fil-biċċa l-kbira tiegħu mill-produtturi Russi tal-AN waħidhom.

(127)

Fl-aħħar nett l-Ewroasja, li għaliha allegatament huwa projettat tkabbir ulterjuri fil-konsum tal-AN sal-2025, tkopri b’mod partikolari l-Ukrajna (45), waħda mill-akbar konsumaturi tal-AN madwar id-dinja bil-konsum tal-AN jirrappreżenta 7 % mill-konsum globali (46). Madankollu, kif stipulat hawn fuq, minħabba l-miżuri tal-Ukrajna fil-konfront tal-esportazzjonijiet Russi tal-AN, żieda fil-konsum tal-AN fl-Ewroasja għandha biss rilevanza relattiva għall-produtturi Russi. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-argument tal-RFPA jkollu jiġi rifjutat.

(128)

L-RFPA sostniet ukoll li l-industrija Russa ma kinitx “industrija ta’ esportazzjoni”, billi aktar minn nofs l-AN attwalment kien qed jiġi kkonsmat domestikament u kienet qed tonqos l-importanza tal-esportazzjonijiet għall-industrija Russa tal-AN.

(129)

Bħala osservazzjoni preliminari, jidher li d-dikjarazzjoni tal-RFPA tikkontradixxi l-argument tagħha stess li ż-żieda projetatta fil-konsum barra mir-Russja tista’ tassorbi faċilment kull kapaċità ta’ riżerva li jistgħu jkollhom il-produtturi Russi tal-AN. Fi kwalunkwe każ, il-Pjan Direzzjonali għall-iżvilupp tal-produzzjoni tal-fertilizzanti minerali għall-perjodu sal-2025 (“Pjan Direzzjonali għall-Fertilizzanti”) adottat mill-gvern Russu (47) jissuġġerixxi li huwa ppjanat li l-proporzjon tal-esportazzjoni tal-fertilizzanti tan-nitroġenu (inkluż l-AN) jiżdied bi 2 % fl-2025 meta mqabbel mal-2016. Dan l-objettiv għandu jitqies ukoll fl-isfond ta’ telf jew mill-inqas ta’ tnaqqis sinifikanti fis-sehem mis-suq tal-produtturi esportaturi Russi fis-suq Ewropew tal-UAN (fertilizzant tan-nitroġenu ieħor), minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping mill-Kummissjoni f’Ottubru 2019 (48). Barra minn hekk, it-tqabbil tal-proporzjon tal-esportazzjonijiet fuq it-total tal-produzzjoni Russa tal-AN bejn il-PIR u l-perjodu tal-aħħar rieżami ta’ skadenza (49) juri livelli stabbli ta’ madwar 40 %, li fil-PIR kienu ekwivalenti għal kważi 50 % mill-konsum tal-Unjoni. Għalhekk, irrispettivament minn jekk il-proporzjon tal-esportazzjoni jiċċaqlaqx moderatament ’il fuq, ’l isfel jew jibqax stabbli, hemm riskju tanġibbli li volumi sinifikanti ta’ AN jiġu mmirati mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ miżuri, speċjalment fid-dawl tal-attraenza ġenerali tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi Russi tal-AN.

(130)

Fir-rigward tal-konsum domestiku Russu tal-AN, abbażi tal-aħħar rieżami interim (50), dan laħaq 7 miljun tunnellata fl-2016, żieda minn 5,5 miljun tunnellata fl-2014. Barra minn hekk, bħala parti mill-istess proċedimenti, l-RFPA sostniet li fl-2017, il-konsum domestiku globali tal-fertilizzanti tan-nitroġenu kompla jiżdied bi 8,7 % u li l-konsum Russu kien mistenni jkompli jiżdied ftit sal-2030. Madankollu, abbażi ta’ data vverifikata kif ukoll tat-tweġibiet tal-kampjunar, il-Kummissjoni stabbiliet konsum domestiku ta’ AN ta’ 5,8 miljun għall-PIR. Fil-biċċa l-kbira, din l-istima tikkorrispondi għaċ-ċifra rrappurtata mill-RFPA għall-PIR (EUR 5,9 miljun tunnellata).

(131)

Għalhekk, il-konsum domestiku ta’ AN naqas minkejja t-tkabbir projettat, li probabbilment jinċentivizza wkoll lill-produtturi esportaturi biex ifittxu opportunitajiet ta’ bejgħ fid-destinazzjonijiet tal-esportazzjoni bħal fis-suq tal-Unjoni.

(132)

Il-konklużjoni dwar il-limitazzjonijiet tad-domanda domestika għall-AN hija appoġġata wkoll mill-Pjan Direzzjonali għall-Fertilizzanti. Skont il-Pjan Direzzjonali għall-Fertilizzanti, l-iżvilupp tas-suq Russu tal-fertilizzanti minerali (li jinkludi l-AN) sal-2025 se jkun ristrett mil-livell baxx ta’ domanda effettiva tal-produtturi agrikoli u min-nuqqas ta’ kultura tal-użu ta’ fertilizzanti minerali.

(133)

L-RFPA sostniet li d-domanda Russa għall-AN (għajr l-AN stabbilizzat) laħqet 6,3 miljun tunnellata fl-2019 (wara l-PIR) u li l-vjeġġi domestiċi tal-AN kienu se jkomplu jiżdiedu fl-2020.

(134)

Kif stipulat hawn fuq, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-produtturi Russi tal-AN għall-PIR, il-konsum domestiku (inkluż għall-AN stabbilizzat) ma qabiżx il-5,86 miljun tunnellata. Dan, meta mqabbel mal-konsum domestiku Russu ta’ AN ta’ 7 miljun tunnellata stabbilit għall-2016, jindika tnaqqis aktar milli tkabbir fil-konsum domestiku. Minkejja dan u anki li kieku d-domanda domestika kellha tiżdied bil-pass issuġġerit mill-RFPA, iż-żieda annwali kieku tikkorrispondi għal bejn wieħed u ieħor iż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-AN wara l-PIR. Barra minn hekk, mhijiex garantita xejra stabbli u ’l fuq fid-domanda domestika (speċjalment fid-dawl tal-projezzjonijiet deskritti fil-Pjan Direzzjonali għall-Fertilizzanti) u, għall-kuntrarju tal-kapaċitajiet Russi stabbiliti, din hija purament ipotetika. Barra minn hekk, l-RFPA ssostanzjat id-dikjarazzjoni tagħha dwar id-domanda domestika dejjem tiżdied billi rreferiet għal tkabbir fil-bejgħ domestiku ta’ produttur uniku. Ix-xejra osservata fil-bejgħ domestiku fil-passat ta’ produttur uniku mhijiex neċessarjament rappreżentattiva tax-xejra fl-industrija kollha, u lanqas ma hija indikattiva tal-prestazzjoni tal-industrija fl-intier tagħha fil-futur. Bħala konklużjoni, id-domanda domestika futura għall-AN aktarx li ma tassorbix il-kapaċitajiet Russi eżistenti.

(135)

L-RFPA sostniet ukoll li fir-rieżami interim preċedenti ġie konkluż li l-Pjan Direzzjonali għall-Fertilizzanti “ma jindikax direttament lejn żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-AN” (51).

(136)

Filwaqt li l-Pjan Direzzjonali għall-Fertilizzanti jista’ jkun ta’ natura ġenerali mingħajr ma jinkludi informazzjoni speċifika għall-AN, dan jirrikonoxxi l-limiti eżistenti tad-domanda domestika għall-fertilizzanti minerali u jikkonferma l-orjentazzjoni tal-industrija tal-fertilizzanti tan-nitroġenu (li tinkludi l-produzzjoni tal-AN) lejn l-esportazzjonijiet, il-fatti rilevanti fil-kuntest ta’ dan il-każ u li jikkorroboraw is-sejbiet tal-Kummissjoni.

(137)

Is-suq tal-Unjoni jibqa’ attraenti għall-produtturi esportaturi Russi tal-AN, f’termini ta’ prezzijiet ukoll. Fil-PIR, il-livell tal-prezz fl-Unjoni kien ogħla milli fil-pajjiżi terzi ewlenin attwalment fornuti mir-Russja. B’mod aktar speċifiku, matul il-PIR il-prezz medju tal-esportazzjoni mill-fabbrika (EUR 133/tunnellata) lejn pajjiżi terzi mit-tliet produtturi esportaturi kkampjunati kien 39 % aktar baxx mill-prezz medju mill-fabbrika tal-produtturi tal-Unjoni kkampjunati (EUR 219/tunnellata) (ara t-Tabella 8).

(138)

Bħala riżultat ta’ dan, il-produtturi esportaturi għandhom inċentiv biex jimmiraw mill-ġdid mill-inqas parti mill-volumi tal-esportazzjoni attwali tagħhom minn pajjiżi terzi (li fil-PIR jammontaw għal madwar 3,4 miljun tunnellata ta’ AN, li huma ekwivalenti għal aktar minn 50 % mill-konsum tal-Unjoni) lejn l-Unjoni.

(139)

L-RFPA saħqet li t-tnaqqis fil-volum tal-esportazzjonijiet Russi tal-AN lejn l-Unjoni wara t-tnaqqis tad-dazju anti-dumping fl-2018 kien l-aqwa evidenza li l-ebda żieda fl-importazzjonijiet ma kienet se sseħħ kieku kellhom jintemmu l-miżuri.

(140)

L-importazzjonijiet limitati tal-AN mir-Russja huma r-riżultat ta’ miżuri effettivi fis-seħħ u bl-ebda mod ma huma indikattivi tal-imġiba futura tal-produtturi Russi tal-AN fin-nuqqas ta’ dawn il-miżuri. Għalhekk, il-Kummissjoni żammet il-konklużjonijiet tagħha dwar l-attraenza tas-suq tal-Unjoni.

(141)

Wara l-iżvelar, l-RFPA sostniet li l-eżistenza ta’ entitajiet ta’ negozjar fl-Unjoni ma għamlitx is-suq tal-Unjoni aktar attraenti meta mqabbel ma’ swieq oħra li fihom il-produtturi Russi diġà għandhom impenji u infrastrutturi sinifikanti fit-tul speċifikament għall-AN.

(142)

L-ewwel nett, il-preżenza ta’ entitajiet ta’ negozjar fl-Unjoni jew fil-viċinanza tagħha tiffaċilita l-flussi kummerċjali tal-AN fl-Unjoni. It-tieni, il-produtturi Russi għandhom ukoll kapaċitajiet loġistiċi żviluppati fl-istati Baltiċi (ara l-premessa (119)). It-tielet nett, l-RFPA naqset milli tissostanzja kif l-impenji fit-tul f’destinazzjonijiet tal-esportazzjoni għajr l-Unjoni jaffettwaw il-kapaċità tal-produtturi Russi li jippenetraw is-suq tal-Unjoni u sa liema punt il-produtturi Russi jkunu dissważi milli jċaqilqu l-bejgħ tal-AN lejn l-Unjoni fin-nuqqas ta’ miżuri. Barra minn hekk, mhuwiex plawżibbli li n-network ta’ distribuzzjoni li l-produtturi Russi ħolqu, pereżempju, fl-Amerka Latina tkun iddedikata esklussivament għall-AN (u mhux għal fertilizzanti jew sustanzi kimiċi oħra). Barra minn hekk, l-akkwist ta’ assi tal-produzzjoni u/jew kumpaniji barra mir-Russja mill-produtturi Russi huwa skonnettjat mill-kwistjoni tal-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi Russi tal-AN.

(143)

Fir-rigward tal-miżuri għad-difiża tal-kummerċ fis-seħħ f’pajjiżi terzi u b’mod partikolari fl-Ukrajna, l-RFPA u l-Gvern Russu ppreżentaw wara l-iżvelar li l-miżuri anti-dumping kontra l-importazzjonijiet Russi tal-AN intemmu fit-23 ta’ Settembru 2020. Acron innotat ukoll li reċentement, l-Ukrajna temmet il-miżuri fuq l-AN mir-Russja u b’hekk il-produtturi Russi jistgħu jbigħu l-AN lis-suq tal-Ukrajna.

(144)

Minkejja t-tneħħija tal-miżuri anti-dumping, l-Ukrajna introduċiet projbizzjoni ġenerali fuq l-importazzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ prodotti mir-Russja, inkluż il-prodott soġġett għal reviżjoni, mill-1 ta’ Lulju 2019 (52). Barra minn hekk, fl-Ukrajna hemm fis-seħħ sanzjonijiet immirati kontra ċerti individwi u entitajiet mill-Federazzjoni Russa, inkluż kontra t-tliet produtturi esportaturi kollha tal-AN fil-kampjun (53).

(145)

L-RFPA sostniet, bi tweġiba għall-iżvelar, li l-Kummissjoni inkludiet biċċiet addizzjonali ta’ informazzjoni fattwali (imsemmija fil-premessa (144) hawn fuq) għall-fajl mhux kunfidenzjali wara l-iskadenza ta’ ħamest ijiem (5) stipulata mit-Taqsima 8 tan-Notifika ta’ Bidu. Għalhekk, skont l-RFPA, il-Kummissjoni ma aġixxietx b’mod imparzjali jew ġust u għaldaqstant aġixxiet b’mod inkonsistenti mad-drittijiet tal-RFPA, tal-EuroChem u ta’ Uralchem, b’mod partikolari għal amministrazzjoni tajba. L-RFPA żiedet ukoll li dan in-nuqqas ma setax jiġi solvut b’sempliċi żvelar addizzjonali, li għalih il-partijiet interessati ngħataw jum wieħed biss biex jikkummentaw.

(146)

L-ewwel nett, il-pretensjoni hija bbażata fuq nuqqas ta’ fehim tan-Notifika ta’ Bidu. It-Taqsima 8 u l-iskadenza ta’ ħamest ijiem (5) jikkonċernaw b’mod ċar il-komunikazzjonijiet tal-partijiet interessati dwar il-kummenti pprovduti minn partijiet interessati oħra. F’dan il-każ, billi inkludiet biċċiet addizzjonali ta’ informazzjoni fattwali dwar il-fajl mhux kunfidenzjali, billi spjegat l-iskop li għalih biħsiebha tuża tali informazzjoni u billi ppermettiet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar tali żvelar addizzjonali, il-Kummissjoni aġixxiet f’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, l-informazzjoni pprovduta fl-iżvelar addizzjonali kienet fid-dominju pubbliku u għalhekk kienet disponibbli għall-partijiet interessati diġà qabel l-iżvelar addizzjonali.

(147)

Barra minn hekk, skont l-RFPA, l-iżvelar addizzjonali dwar il-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjonijiet tal-AN fl-Ukrajna ma kienx jikkostitwixxi żvelar xieraq. L-RFPA argumentat li l-Kummissjoni sempliċiment spjegat x’kien hemm fid-dokumenti addizzjonali mqiegħda fil-fajl mingħajr ma spjegat kif dawn iż-żewġ dokumenti jikkonfermaw is-sejbiet tagħha.

(148)

Il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. L-ispjegazzjonijiet imsemmija mill-RFPA kienu sommarju tal-informazzjoni rilevanti fid-dokument, li l-Kummissjoni qieset meta ħadet id-deċiżjoni tagħha. Għalhekk, l-iżvelar addizzjonali (essenzjalment identiku għall-informazzjoni fil-premessa (144) hawn fuq) kien jindika b’mod ċar is-sejbiet u d-dokumenti ta’ sostenn, li kienu ġew miżjuda fil-fajl.

(149)

L-RFPA argumentat ukoll li l-projbizzjoni fuq l-importazzjoni ma rriżultatx fi projbizzjoni tal-importazzjonijiet Russi ta’ fertilizzant tan-nitroġenu, peress li kien hemm importazzjonijiet ta’ fertilizzanti tan-nitroġenu ta’ oriġini Russa li jaqgħu taħt l-Intestatura 3105 (li tkopri l-AN Stabbilizzat) fit-tieni nofs tal-2019.

(150)

L-argument tal-RFPA kellu jiġi rifjutat. L-ewwel nett, l-RFPA ma wrietx li l-projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet ma affettwatx il-prodott soġġett għal reviżjoni b’mod kumplessiv. Filwaqt li l-AN stabbilizzat huwa parti mill-intestatura 3105, l-intestatura tkopri wkoll prodotti oħra għajr il-prodott soġġett għal reviżjoni. Bħala tali, il-prodotti importati taħt l-intestatura 3105 setgħu ma kinux parti mill-prodott ikkonċernat, li għalhekk irendi l-argument tal-RFPA ineffettiv. Barra minn hekk, l-RFPA naqset milli turi li s-sanzjonijiet speċifiċi għall-kumpaniji ma kinux jikkostitwixxu miżura li tirrestrinġi l-kummerċ, speċjalment fid-dawl tal-fatt li l-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun issemmew fuq l-imsemmija lista ta’ sanzjonijiet.

(151)

Skont l-RFPA, ma kien hemm l-ebda riskju ta’ ridirezzjoni tal-esportazzjonijiet Russi mill-Ukrajna lejn l-UE, f’każ li l-miżuri anti-dumping tal-UE jitħallew jiskadu, peress li l-miżuri fis-suq tal-AN tal-Ukrajna kontra r-Russja ilhom fis-seħħ mill-2008, u għalhekk il-bejgħ diġà ġie ridirezzjonat żmien ilu. Din l-affermazzjoni hija żbaljata. Kif imsemmi fil-premessa (120) hawn fuq, il-miżuri restrittivi għall-kummerċ eżistenti f’ċerti swieq bħall-Ukrajna jżidu l-attraenza tal-Unjoni jekk il-miżuri anti-dumping fl-UE jitħallew jiskadu. Il-fatt li tali miżuri ilhom fis-seħħ għal ċertu ammont ta’ żmien ma jikkontradixxix il-fatt li dawn is-swieq jibqgħu magħluqin għall-esportazzjonijiet Russi, u għalhekk jagħmlu swieq ġirien oħra, bħas-suq tal-Unjoni, attraenti f’każ li jitneħħew il-miżuri.

(152)

Rigward l-opportunitajiet dejjem jikbru disponibbli għall-esportaturi Russi barra mill-Unjoni, l-RFPA sostniet li l-Unjoni hija biss suq wieħed fost ħafna possibbiltajiet oħra. Hija tenniet ukoll l-argument li ż-żieda mistennija fil-konsum fl-Amerka Latina (il-Brażil, il-Perù) u fl-Eurasja (il-Każakistan u l-Ukrajna), fejn l-esportaturi Russi huma attivi, kif ukoll f’destinazzjonijiet prospettivi oħra tal-esportazzjoni, tassorbi ż-żieda futura allegata fil-kapaċità Russa mingħajr biss ma titqies iż-żieda mistennija fil-konsum domestiku. Acron argumentat ukoll li d-domanda għall-AN qed tikber kemm domestikament kif ukoll globalment, u rreferiet għall-istaġjonalità tad-domanda f’reġjuni differenti. Il-Gvern Russu sostna wkoll li l-produtturi Russi tal-AN jbigħu dejjem aktar fis-suq tagħhom stess u f’pajjiżi terzi, fejn investew.

(153)

Kif stabbilit fil-premessa (118) hawn fuq, is-suq tal-Unjoni huwa fost l-aktar swieq attraenti għar-Russja f’termini ta’ daqs, potenzjal u prossimità ġeografika, u opportunitajiet eżistenti jew prospettivi fi swieq oħra tal-esportazzjoni ma jnaqqsux minn din il-konklużjoni. L-istaġjonalità tal-prodott għal reġjuni differenti f’perjodi differenti lanqas mhi kapaċi tbiddel il-valutazzjoni tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, qed issir referenza għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessi (124)-(132) flimkien mal-fatt li l-Ukrajna tibqa’ magħluqa għall-importazzjonijiet tal-AN mir-Russja (ara l-premessa (144)).

(154)

Rigward il-Pjan Direzzjonali dwar il-Fertilizzanti, l-RFPA sostniet li d-dokument la kien speċifiku għall-AN, u lanqas obbligatorju għall-produtturi Russi. Barra minn hekk, Acron argumentat li l-Pjan Direzzjonali kien indirizzat biss lill-aġenziji federali biex jimplimentaw il-miżuri elenkati fih.

(155)

Il-Kummissjoni ma taqbilx. Wieħed ma jistax jiċħad li d-dokument huwa marbut ukoll mal-AN (li jappartjeni lill-familja ta’ fertilizzanti tan-nitroġenu) u mal-produtturi Russi tal-AN. Il-Pjan Direzzjonali huwa dokument formali adottat mill-Gvern Russu. Barra minn hekk, ir-rilevanza tiegħu għall-valutazzjoni tas-suq Russu tal-AN, tal-produtturi tiegħu u tal-iżviluppi futuri ma tistax titnaqqas mill-RFPA u minn Acron, b’mod partikolari minħabba li l-industrija tal-fertilizzanti tan-nitroġenu hija indikata fil-Pjan Direzzjonali bħala industrija ewlenija tal-Federazzjoni Russa.

(156)

Barra minn hekk, l-RFPA argumentat bi tweġiba għall-iżvelar li skont il-Pjan Direzzjonali dwar il-Fertilizzanti, fil-perjodu bejn l-2020 u l-2025, il-proporzjon tal-esportazzjoni tal-fertilizzanti tan-nitroġenu jibqa’ stabbli fil-livell ta’ 65 %.

(157)

Qed issir referenza għall-premessa (129) għall-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar dan il-punt. Kif stabbilit ukoll fil-premessa (136), din iċ-ċifra turi l-orjentazzjoni ġenerali tal-industrija tal-fertilizzant tan-nitroġenu (li tinkludi l-produzzjoni tal-AN) fuq l-esportazzjonijiet.

(158)

L-RFPA ddikjarat ukoll li l-Pjan Direzzjonali dwar il-Fertilizzanti jipprevedi żieda sinifikanti fl-użu domestiku tal-fertilizzanti tan-nitroġenu. Barra minn hekk, l-RFPA argumentat li ma hemm xejn fil-Pjan Direzzjonali dwar il-Fertilizzanti li jikkontradixxi l-pretensjoni li kwalunkwe kapaċità żejda jew addizzjonali se tintuża biex tissodisfa domanda domestika li qed tikber.

(159)

Qed issir referenza għall-premessi (132) u (134) għall-pożizzjoni tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, huwa osservat li l-pretensjoni dwar iż-żieda mbassra fil-konsum domestiku hija f’kuntrast dirett mal-kliem tal-Pjan Direzzjonali, li skontu “l-iżvilupp tas-suq Russu tal-fertilizzanti minerali sal-2025 se jkun ristrett mil-livell baxx ta’ domanda effettiva tal-produtturi agrikoli u n-nuqqas ta’ kultura tal-użu ta’ fertilizzanti minerali” u “[i]l-prospetti għall-iżvilupp tas-subsettur tal-fertilizzant minerali Russu huma direttament relatati mal-użu tal-opportunitajiet biex jiżdied il-potenzjal tal-esportazzjoni” (54) .

(160)

Barra minn hekk, bi tweġiba għall-iżvelar, l-RFPA staqsiet dwar il-preċiżjoni taċ-ċifri dwar il-konsum domestiku tal-AN użat mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-evoluzzjoni tal-bejgħ Russu tal-AN (ara l-premessi (130) u (134)). Skont l-RFPA, il-Kummissjoni qed tqabbel id-data li tinkludi l-AN stabbilizzat għall-2016 (7 miljun tunnellata) mad-data għall-PIR (5,86 miljun tunnellata) li teskludi l-AN stabbilizzat.

(161)

Din l-allegazzjoni hija żbaljata. Kuntrarju għal dak li l-RFPA issostni, id-data għall-PIR li hija msejsa fuq tweġibiet ikkampjunati tal-produtturi esportaturi Russi kollha (u li tikkorrispondi fil-biċċa l-kbira mad-data pprovduta mill-RFPA) tkopri l-prodotti kollha li jaqgħu taħt il-prodott soġġett għal reviżjoni, inkluż l-AN stabbilizzat. Barra minn hekk, kemm l-RFPA kif ukoll il-produtturi esportaturi Russi pprovdew lill-Kummissjoni rispettivament biż-żewġ settijiet ta’ data u għalhekk l-affidabbiltà tagħhom bilkemm tista’ tiġi kkontestata mil-RFPA jew mill-produtturi Russi nfishom.

(162)

Barra minn hekk, l-RFPA sostniet li huwa inutli li jitqabblu l-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-fabbrika tal-produtturi Russi mal-prezzijiet domestiċi mill-fabbrika tal-produtturi tal-Unjoni. L-RFPA sostniet li jekk il-prezzijiet probabbli tal-importazzjonijiet Russi lejn l-Unjoni jkunu jikkorrispondu għall-prezzijiet tal-esportazzjonijiet lejn destinazzjonijiet oħra, ma jkun hemm l-ebda prezz ta’ inċentiv biex l-esportazzjonijiet jiġu diretti mill-ġdid.

(163)

Kif stabbilit fil-premessa (137), l-iskop tat-tqabbil kien sempliċiment li jivvaluta jekk il-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni kienx ogħla minn dak f’pajjiżi terzi ewlenin li bħalissa huma fornuti mill-produtturi Russi. Fuq il-bażi ta’ dan it-tqabbil, il-Kummissjoni sabet li s-suq tal-Unjoni kien attraenti għall-produtturi esportaturi Russi tal-AN ukoll f’termini ta’ prezzijiet.

(164)

L-RFPA sostniet ukoll li s-suq tal-Unjoni mhuwiex attraenti daqs kemm il-Kummissjoni tipprova turi. Dan ġie kkonfermat skont l-RFPA minn volumi baxxi ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi ġirien, li mhumiex soġġetti għal xi ostaklu partikolari għall-importazzjoni.

(165)

Ta’ min jinnota li din ir-reviżjoni tevalwa l-attraenza tas-suq tal-Unjoni speċifikament għall-produtturi esportaturi Russi u l-preferenzi tal-esportazzjoni ta’ pajjiżi oħra huma immaterjali bħala parti minn din l-evalwazzjoni. Dawn il-pajjiżi mhumiex koperti minn din l-investigazzjoni u għalhekk il-Kummissjoni mhijiex fil-pożizzjoni (jew taħt xi obbligu) li twettaq valutazzjoni bħal din.

(166)

L-RFPA ddikjarat bi tweġiba għall-iżvelar li l-Kummissjoni hija inkonsistenti fil-valutazzjoni tagħha tal-imġiba projettata tal-produtturi esportaturi Russi fl-Amerka Latina (ara l-premessa (126)) u fl-Unjoni (ara l-premessa (107)).

(167)

Il-Kummissjoni ma taqbilx li hemm xi inkonsistenza. Filwaqt li l-konfutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Amerka Latina fil-premessa (126) tikkonċerna ż-żieda mbassra fil-konsum u l-allegat assorbiment tagħha mill-produtturi Russi, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (107) tikkonċerna d-direzzjoni potenzjali tal-kapaċitajiet żejda Russi sħaħ mingħajr ma tiddiskuti l-ebda żieda fil-konsum tal-Unjoni u l-assorbiment ta’ tali żieda mill-produtturi Russi.

(168)

Għar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq, l-argumenti li saru mill-partijiet interessati fir-rigward ta’ din it-Taqsima mhumiex suxxettibbli li jbiddlu l-valutazzjoni tal-Kummissjoni u jridu jiġu miċħuda. B’mod ġenerali, qed jiġi osservat ukoll li l-fatturi enfasizzati mill-Kummissjoni f’din it-Taqsima 3.3.3 għandhom jiġu vvalutati globalment u ma jridux jiġu eżaminati b’mod iżolat, sabiex jiġi stabbilit il-livell ta’ attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi Russi tal-AN.

3.3.4.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping

(169)

Fid-dawl (i) tal-kapaċità ta’ riżerva eżistenti u taż-żieda ulterjuri fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi Russi tal-AN wara l-PIR, (ii) tal-prattiki tal-ipprezzar tal-produtturi esportaturi Russi fi swieq ta’ pajjiżi terzi u (iii) tal-attraenza ġenerali tas-suq tal-Unjoni, huwa probabbli li fin-nuqqas tal-miżuri tal-UE, il-produtturi Russi tal-AN kieku jesportaw kwantitajiet kbar ta’ AN lejn l-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping jekk jiskadu l-miżuri.

4.   IL-PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA’ DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(170)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni, il-prodotti simili ġie mmanifatturat minn tlieta u għoxrin produttur fl-Unjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

4.2.   Konsum tal-Unjoni

(171)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni billi żiedet:

(i)

il-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni kkampjunati fis-suq tal-Unjoni, miksub wara l-verifika tat-tweġibiet għall-kwestjonarju,

(ii)

il-bejgħ ta’ produtturi tal-Unjoni mhux ikkampjunati li kkooperaw fis-suq tal-Unjoni, abbażi tad-data pprovduta mill-industrija tal-Unjoni,

(iii)

l-importazzjonijiet mir-Russja, abbażi tal-bażi ta’ data ta’ 14(6);

(iv)

u l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha, abbażi tad-data tal-Eurostat (il-livell TARIC).

(172)

Abbażi ta’ dan, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Konsum tal-Unjoni

 

2016

2017

2018

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni

Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

7 318 015

7 193 921

6 707 045

6 890 413

Indiċi (2016 = 100)

100

98

92

94

Sors: Data vverifikata tal-produtturi tal-Unjoni kkampjunati u data tal-industrija, Eurostat (TARIC), u l-bażi ta’ data tal-Artikolu 14, il-paragrafu 6

(173)

Il-konsum tal-Unjoni naqas b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(174)

Ix-xejra ta’ tnaqqis fid-domanda hija komuni għall-fertilizzanti tan-nitroġenu, li f’dawn l-aħħar snin kienu qed jesperjenzaw tnaqqis stabbli fir-rati tal-konsum. Ix-xejra aktarx li tkompli fil-futur minħabba kombinament ta’ fatturi. L-aktar notevoli huma l-pressjonijiet ambjentali u tat-tibdil fil-klima li qed jiżdiedu fuq il-bdiewa.

4.3.   Importazzjonijiet mir-Russja

4.3.1.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-Russja

Tabella 2

Volum tal-importazzjoni u s-sehem mis-suq mir-Russja  (*1)

 

2016

2017

2018

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni

Volum tal-importazzjoni (tunnellati)

[36 000 - 40 000]

[10 000 - 15 000]

[32 000 - 38 000]

[38 000 - 43 000]

Volum indiċizzat tal-importazzjoni 2016 = 100)

100

36

102

113

Sehem mis-suq (%)

[0,3 - 0,7]

[0,1 - 0,4]

[0,3 - 0,7]

[0,4 - 0,8]

Sors: il-bażi ta’ data tal-Artikolu 14, il-paragrafu 6.

(175)

Il-volumi tal-importazzjoni naqsu b’64 % fl-2017, iżda mbagħad reġgħu żdiedu u sa tmiem il-PIR kienu 13 % ogħla milli fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat (fl-2016). L-importazzjonijiet mir-Russja rrappreżentaw sehem mis-suq ta’ [0,4 – 0,8 %] fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

4.3.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-Russja

(176)

Il-Kummissjoni stabbiliet ix-xejra tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-Russja abbażi tad-data rreġistrata fil-bażi ta’ data tal-Artikolu 14, il-paragrafu 6.

(177)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mir-Russja żviluppa kif ġej:

Tabella 3

Prezz tal-importazzjoni mir-Russja  (*2)

Pajjiż

2016

2017

2018

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

192

259

169

175

Indiċi (2016 = 100)

100

135

88

91

Sors: il-bażi ta’ data, tal-Artikolu 16, il-paragrafu 6, għajr il-bejgħ ta’ AN stabbilizzat minn Kirovo li mhuwiex suġġett għal dazju anti-dumping.

(178)

B’mod ġenerali, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni naqsu b’9 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet tal-importazzjoni żdiedu b’35 % bejn l-2014 u l-2017, naqsu b’35 % fl-2018 u mbagħad żdiedu b’4 % fil-PIR.

4.3.3.   Twaqqigħ tal-prezz

(179)

Ġiet osservata differenza ta’ madwar 20 % fil-prezz bejn il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u tal-importazzjonijiet Russi matul il-PIR abbażi tad-data li tinsab fit-Tabelli 4 u 9. Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbiliet it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni billi qabblet (i) il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni kkampjunati li jintalbu minn klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell mill-fabbrika; u (ii) il-prezzijiet medji pponderati korrispondenti għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjonijiet mill-produtturi Russi li kkooperaw lejn l-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi ta’ kost, assigurazzjoni u nol (“CIF”), b’aġġustamenti xierqa għad-dazju anti-dumping u għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni.

(180)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, b’aġġustament debitu fejn meħtieġ, u wara tnaqqis tar-ribassi u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni kkampjunati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni.

(181)

It-tqabbil wera twaqqigħ ta’ 14,3 % għaż-żewġ produtturi esportaturi Russi kkampjunati li esportaw AN lejn l-Unjoni matul il-PIR. Meta jitnaqqas id-dazju anti-dumping fis-seħħ, il-marġni medju tat-twaqqigħ jkun jammonta għal 29,4 %.

(182)

L-RFPA saħqet fil-komunikazzjoni tagħha li tqabbil ġust tal-prezzijiet domestiċi ma’ dawk tal-importazzjoni għall-finijiet tat-twaqqigħ tal-prezzijiet jew ta’ bejgħ taħt il-prezz, jirrikjedi aġġustamenti għad-differenzi bejn l-AN prilled kif ukoll dak granulari. Jiġifieri, teżisti differenza fil-prezz bejn l-AN prilled u dak granulari minħabba f’differenzi fiżiċi (id-daqs granulari) u minħabba l-fatt li l-AN prilled fih aktar nitroġenu ((34 - 34,5 %), meta mqabbel ma’ AN granulari (33,5 %).

(183)

Din l-investigazzjoni kkonfermat li l-prodott immanifatturat mill-produtturi tal-Unjoni u dawk Russi kkampjunati huwa tabilħaqq l-istess f’termini tad-daqs granuluż u tal-kontenut ta’ nitroġenu. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntalqgħetx.

4.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

Tabella 4

Volum tal-importazzjoni u sehem mis-suq

Pajjiż

 

2016

2017

2018

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni

Total ta’ pajjiżi terzi oħra

Importazzjonijiet (tunnellati)

285 959

311 000

317 726

295 195

Indiċi

100

109

111

103

Sehem mis-suq (%)

3,9

4,3

4,7

4,3

Prezz (EUR/tunnellata)

221

208

194

210

Indiċi (2016 = 100)

100

94

88

95

Il-Georgia

Importazzjonijiet (tunnellati)

122 883

241 376

234 208

205 293

Indiċi (2016 = 100)

100

196

191

167

Sehem mis-suq (%)

1,7

3,4

3,5

3,0

Prezz (EUR/tunnellata)

208

195

184

196

Indiċi (2016 = 100)

100

94

88

94

It-Turkija

Importazzjonijiet (tunnellati)

12 082

18 424

43 760

52 279

Indiċi (2016 = 100)

100

152

362

433

Sehem mis-suq (%)

0,2

0,3

0,7

0,8

Prezz (EUR/tunnellata)

241

206

173

194

Indiċi (2016 = 100)

100

85

72

80

Pajjiżi terzi oħra

Importazzjonijiet (tunnellati)

150 994

51 201

39 758

37 623

Indiċi (2016 = 100)

100

34

26

25

Sehem mis-suq (%)

2,1

0,7

0,6

0,5

Prezz (EUR/tunnellata)

230

271

277

313

Indiċi (2016 = 100)

100

118

120

136

Sors: l-Eurostat (livell TARIC).

(184)

Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żdied bi 3 % minn 286 elf tunnellata fl-2016 għal 295 elf tunnellata fil-PIR. Dawn l-importazzjonijiet kienu jirrappreżentaw 4,3 % mis-sehem mis-suq matul il-PIR. L-importazzjonijiet prinċipali kienu mill-Ġeorgia, segwita mit-Turkija.

(185)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra naqas b’5 % bejn l-2016 u l-PIR, minn EUR 221/tunnellata fl-2016 għal EUR 210/tunnellata fil-PIR. Dawn il-prezzijiet medji tal-importazzjoni kienu, fuq medja, ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjoni mir-Russja.

(186)

Il-Georgia kienet il-pajjiż prinċipali b’aktar importazzjonijiet sinifikanti fl-UE. Is-sehem mis-suq tagħha kien jammonta għal 3,0 % fil-PIR. L-importazzjonijiet mill-Georgia żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat, minn 123 elf tunnellata fl-2016 għal 205 elef tunnellata fil-PIR. Matul il-perjodu kkunsidrat (għajr fl-2017), il-prezzijiet tagħhom, fuq medja, kienu ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjoni mir-Russja.

4.5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.5.1.   Kummenti ġenerali

(187)

F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżaminar tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(188)

Biex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data vverifikata pprovduta mill-industrija tal-Unjoni u t-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni kkampjunati. Id-data kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni kkampjunati. Id-data relatata mal-produtturi tal-Unjoni kkampjunati. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(189)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjieg, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping, u l-irkupru minn dumping fil-passat.

(190)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet unitarji medji, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità biex jiġi ġġenerat il-kapital.

4.5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.5.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(191)

It-total tal-produzzjoni tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidat:

Tabella 5

Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni

 

2016

2017

2018

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

7 479 220

7 358 841

6 958 592

7 030 782

Indiċi (2016 = 100)

100

98

93

94

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

14 768 601

14 601 686

14 598 085

14 497 300

Indiċi (2016 = 100)

100

99

99

98

Użu tal-kapaċità (%)

51

50

48

48

Sors: data vverifikata pprovduta mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati mill-produtturi tal-Unjoni kkampjunati.

(192)

Il-volum tal-produzzjoni naqas b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-kapaċità tal-produzzjoni naqset bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat. Bħala riżultat tat-tnaqqis aktar qawwi fil-volum tal-produzzjoni u ta’ dak inqas qawwi fil-kapaċità, l-użu tal-kapaċità naqas bi 3 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

4.5.2.2.   Volum ta’ bejgħ u sehem mis-suq

(193)

Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 6

Volum ta’ bejgħ u sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni

 

2016

2017

2018

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni

Volum ta’ bejgħ fl-Unjoni (tunnellati)

6 905 971

6 770 978

6 271 050

6 463 715

Indiċi (2016 = 100)

100

98

91

94

Sehem mis-suq (%)

94,4

94,1

93,5

93,8

Sors: data vverifikata pprovduta mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati mill-produtturi tal-Unjoni kkampjunati.

(194)

Il-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’0,6 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

4.5.2.3.   Tkabbir

(195)

Bejn l-2016 u l-PIR, il-konsum tal-Unjoni naqas b’6 %. Il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’6 %, li sarraf f’telf ta’ 0,6 punti perċentwali fis-sehem mis-suq.

4.5.2.4.   Impjieg u produttività

(196)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

Impjieg u produttività tal-produtturi tal-Unjoni

 

2016

2017

2018

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni

Għadd ta’ impjegati

5 020

5 132

5 161

5 214

Indiċi (2016 = 100)

100

102

103

104

Produttività (tunnellati/impjegati)

1 490

1 434

1 348

1 348

Indiċi (2016 = 100)

100

96

91

91

Sors: data vverifikata pprovduta mill-industrija tal-Unjoni u tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati mill-produtturi tal-Unjoni kkampjunati.

(197)

L-impjieg tal-industrija tal-Unjoni żdied b’4 % matul il-perjodu kkunsidrat. Minħabba fit-tnaqqis fil-produzzjoni (tnaqqis ta’ 6 % matul il-perjodu kkunsidrat), il-produttività naqset b’9 % wkoll matul l-istess perjodu.

4.5.2.5.   Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

(198)

Kif ġie konkluż fil-premessa (71), il-bejgħ tal-esportazzjoni Russa lejn l-Unjoni ma tqiesx bħala rappreżentattiv tal-prezz u tal-kwantitajiet. Għalhekk, ma setax jiġi stabbilit dumping waqt dan il-perjodu fis-suq tal-Unjoni u d-daqs tal-marġni tad-dumping ma setax jiġi vvalutat.

4.5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.5.3.1.   Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(199)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni u l-kost unitarju żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

Prezzijiet medji tal-bejgħ fl-Unjoni u kost unitarju

 

2016

2017

2018

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni

Prezz unitarju medju tal-bejgħ fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

191

199

204

219

Indiċi (2016 = 100)

100

104

107

115

Kost unitarju tal-produzzjoni

(EUR/tunnellata)

174

176

202

198

Indiċi (2016 = 100)

100

101

116

114

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati mill-produtturi tal-Unjoni kkampjunati.

(200)

Il-prezz tal-bejgħ unitarju medju tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żdied b’mod kostanti bi 15 % u laħaq l-EUR 219/tunnellata fil-PIR. Iż-żieda fil-prezzijiet kienet influwenzata miż-żieda fil-kost tal-produzzjoni. Il-kost tal-produzzjoni żdied b’mod simili, b’14 % mill-2016 sa tmiem il-PIR. Il-fattur ewlieni li influwenza ż-żieda fil-kost unitarju tal-produzzjoni kien iż-żieda fil-prezz tal-materja prima, jiġifieri l-gass li huwa l-aktar materja prima importanti għan-nitrat tal-ammonju, u li jirrappreżenta aktar minn 60 % mill-kost tal-produzzjoni totali.

4.5.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(201)

Il-kostijiet lavorattivi medji żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2016

2017

2018

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR/impjegat)

29 870

32 194

32 651

33 129

Indiċi (2016 = 100)

100

108

109

111

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati mill-produtturi tal-Unjoni kkampjunati.

(202)

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat żdiedu bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.5.3.3.   Stokks

(203)

Il-livelli tal-istokkijiet żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Stokks

 

2016

2017

2018

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni

Stokks tal-għeluq

62 120

93 430

114 522

43 649

Indiċi (2016 = 100)

100

150

184

70

Stokks tal-għeluq bħala perċentwal mill-produzzjoni (%)

3

4

6

2

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati mill-produtturi tal-Unjoni kkampjunati.

(204)

Il-livell ta’ stokks tal-għeluq tal-produtturi tal-Unjoni kkampjunati naqas bi 30 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fil-PIR, il-livell ta’ stokkijiet kien jirrappreżenta madwar 2 % mill-produzzjoni tagħha.

4.5.3.4.   Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(205)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Profitabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2016

2017

2018

Perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni

Il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

11,3

13,1

3,7

11,2

Fluss tal-flus (EUR)

69 934 432

81 683 756

30 443 832

72 041 192

Indiċi (2016 = 100)

100

117

44

103

Investimenti (EUR)

24 830 016

34 090 768

48 685 110

39 800 944

Indiċi (2016 = 100)

100

137

196

160

Redditu fuq l-investimenti (%)

38,1

46,9

12,3

38,1

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati mill-produtturi tal-Unjoni kkampjunati.

(206)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal mill-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet madwar 11,3 % fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat sas-sena 2018, meta naqset għal 3,7 % (minħabba ż-żieda fil-kost tal-gass u l-kost tal-kwoti mixtrija tal-iskema tal-UE għan-negozjar ta’ emissjonijiet), u wara reġgħet tjiebet u laħqet 11,2 % sa tmiem il-PIR.

(207)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produttur tal-Unjoni biex jiffinanzja l-attivitajiet tiegħu stess. Il-fluss tal-flus nett kellu xejra simili għall-profittabbiltà, u naqas fl-2018 u tjieb fil-PIR. B’mod ġenerali, dan żdied bi 3 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(208)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-fluss annwali ta’ investimenti fil-produzzjoni tal-AN li sar mill-industrija tal-Unjoni żdied b’60 %, minn EUR 25 miljun fl-2016 għal kważi EUR 40 miljun fil-PIR, li kien jirrappreżenta 28 % mill-assi netti totali relatati mal-prodott inkwistjoni. Investimenti relatati mat-titjib fil-konformità fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa, tas-sikurezza u ambjentali, żieda fil-kapaċità u l-effettività tal-impjanti tal-produzzjoni.

(209)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Ir-redditu fuq l-investimenti mill-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili segwa xejra simili għall-profittabbiltà, u naqas fl-2018 u reġa’ lura għal-livell inizjali ta’ 38 % fil-PIR.

(210)

Bħal fl-investigazzjonijiet preċedenti, l-industrija tal-Unjoni saħqet li l-industrija tal-Unjoni kienet teħtieġ investiment sinifikanti u ROCE (proporzjon finanzjarju biex jitkejlu l-profitabbiltà ta’ kumpanija u l-effiċjenza li biha jintuża l-kapital tagħha) ta’ mill-inqas 12 %. Huma ssottomettew mill-ġdid studju mill-esperti li jisħaq li biex jinkiseb ROCE medju ta’ 12 %, huwa meħtieġ profitt medju ta’ EUR 94 għal kull tunnellata qabel it-taxxa, l-ekwivalenti ta’ marġni ta’ redditu fuq il-bejgħ (ROS) ta’ 36 % qabel it-taxxa.

(211)

Il-Kummissjoni osservat li minħabba li mhuwiex ikkalkulat marġni ta’ dannu ġdid fir-reviżjonijiet ta’ skadenza, il-profitt fil-mira huwa irrilevanti għal dan il-każ, speċjalment meta wieħed iqis li nstab li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

4.5.4.   Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(212)

L-investigazzjoni wriet li s-sitwazzjoni tal-industrija fil-livell makro naqset, f’konformità max-xejra ġenerali ta’ tnaqqis fil-konsum (-6 % matul il-perjodu kkunsidrat), li influwenza t-tnaqqis fil-produzzjoni u l-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.

(213)

L-investigazzjoni wriet ukoll li s-sitwazzjoni tal-industrija fuq livell mikro kienet globalment pożittiva. Għalhekk, is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni ma kinitx dannuża u l-eżistenza ta’ miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott soġġett għal reviżjoni mir-Russja kienet ir-raġuni prinċipali għal din is-sitwazzjoni pożittiva.

(214)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

4.6.   Komunikazzjonijiet tal-partijiet interessati

(215)

Produttur esportatur li kkoopera saħaq li l-indikaturi ekonomiċi fit-tul juru li kien hemm nuqqas ta’ rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Russi u d-dannu allegat.

(216)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali. Għalhekk, ma kinitx iġġustifikata analiżi tar-rabta kawżali. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(217)

L-Assoċjazzjoni tal-Produtturi Russi tal-Fertilizzanti saħqet li l-indikaturi makro juru li s-suq tal-Unjoni kien ikkaratterizzat minn oligopolija. Skont l-assoċjazzjoni, ir-rikjedenti issa jikkontrollaw żewġ terzi mis-suq, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni prattikament tikkontrolla s-suq kollu tal-AN tal-Unjoni, b’volumi negliġibbli biss ta’ importazzjonijiet li jistgħu jippenetraw is-suq tal-Unjoni.

(218)

Produttur esportatur li kkoopera saħaq li kien hemm bosta sejħiet biex id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni jinvestiga l-imġiba antikompetittiva tal-produtturi tal-Unjoni.

(219)

F’sensiela ta’ komunikazzjonijiet, l-assoċjazzjonijiet tal-utenti (55) saħqu li l-industrija tal-AN fl-Unjoni bbenefikat minn protezzjoni doppja (id-dazji doganali u dawk anti-dumping). Skont l-assoċjazzjonijiet, l-ostakoli attwali għall-kummerċ iffavorixxew esportazzjonijiet bi prezzijiet għoljin minn pajjiżi ġirien, bħall-Georgia u t-Turkija, li għalihom ma japplikawx dazji doganali u dazji anti-dumping, u dan għad-detriment tal-kompetituri globali, jiġifieri r-Russja, l-Istati Uniti eċċ. Għalhekk, l-istruttura attwali tad-dazji tiffavorixxi esportazzjonijiet bi prezzijiet lokali għoljin għad-detriment tal-kompetituri globali.

(220)

L-investigazzjoni stabbiliet li l-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni kienet b’saħħitha, billi hemm tlieta u għoxrin produttur fl-Unjoni u l-ebda wieħed minnhom ma kellu sehem mis-suq ta’ aktar minn 20 %. Ma hemmx pożizzjoni dominanti ċara tas-suq meħuda mill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, dawn il-pretensjonijiet ma ntlaqgħux.

(221)

Produttur esportatur partikolari u assoċjazzjonijiet tal-utenti li kkooperaw (56) iddikjaraw li l-produtturi tal-Unjoni kienu qed jużaw il-miżuri anti-dumping biex iżommu prezzijiet għoljin fl-Unjoni, filwaqt li jipproteġu lill-industrija tal-Unjoni mill-kompetizzjoni mal-produtturi Russi, u b’hekk il-produtturi tal-Unjoni jkunu jistgħu jżommu l-prezzijiet tan-nitrat tal-ammonju fl-Unjoni f’livelli artifiċjalment għoljin. Skont il-produttur esportatur, il-prezzijiet tan-nitrat tal-ammonju fl-UE kienu għoljin b’mod esponenzjali u ġeneralment ogħla milli fi swieq oħra.

(222)

Skont il-konstatazzjonijiet ta’ investigazzjonijiet preċedenti u r-reviżjoni attwali, il-prezzijiet tan-nitrat tal-ammonju fl-Unjoni jsegwu l-prezz tal-materja prima prinċipali (gass), li jirrappreżenta 60 % tal-kostijiet ta’ produzzjoni tal-AN. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezz tal-gass kien ogħla fl-Unjoni minn dak f’ħafna swieq oħra. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-AN huma motivati wkoll mill-prezzijiet tal-urea, li huma fattur matul in-negozjati tal-prezzijiet. L-urea hija komodità globali u l-prezz tagħha huwa stabbilit mill-provvista/domanda globali.

(223)

Barra minn hekk, kif ġie kkonfermat mill-investigazzjoni, il-prezz tal-bejgħ u l-kost tal-produzzjoni fuq il-produtturi tal-Unjoni segwew l-istess xejra matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Tabilħaqq, ix-xejra fil-prezz tal-gass u fil-prezz tal-bejgħ tal-AN kienet l-istess matul il-perjodu kollu kkunsidrat. B’mod aktar speċifiku, matul il-PIR, indiċi tal-prezz tal-gass disponibbli pubblikament (57) jindika tnaqqis f’Ottubru 2018; Il-prezzijiet tal-AN jindikaw tnaqqis f’Marzu 2019. Id-dewmien ta’ ftit xhur huwa dovut għall-fatt li, fil-bidu tal-PIR, il-prezzijiet tal-AN kellhom ikopru l-kost tal-produzzjoni (billi kienu taħt il-kost għal xi produtturi tal-UE kkampjunati, kif rifless fil-profitt aktar baxx fl-2018) u mbagħad segwew l-istess xejra ta’ tnaqqis. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(224)

L-assoċjazzjonijiet tal-utenti (58) saħqu f’komunikazzjoni li l-industrija tal-Unjoni kellha sehem mis-suq ta’ aktar minn 90 %. Għalhekk, skont l-assoċjazzjonijiet, il-volum tal-importazzjonijiet li setgħu jidħlu fis-suq tal-Unjoni jasal fi kwantitajiet tant limitati li ma jkunx jista’ jeżerċita pressjoni kompetittiva sinifikanti. Għal din ir-raġuni, is-suq tal-AN tal-Unjoni allegatament ma kienx kompetittiv għalkollox.

(225)

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien ir-riżultat tal-prestazzjoni tagħhom miksuba fis-suq tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ kompetizzjoni inġusta minn pajjiżi terzi. Ma kienx hemm ostaklu li jimpedixxi lill-importazzjonijiet milli jidħlu u jikkompetu mal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, is-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni mhuwiex indikatur li jippermetti li jiġi konkluż li s-suq tal-UE nieqes mill-kompetizzjoni, b’mod partikolari meta dan is-sehem mis-suq huwa miżmum minn aktar minn 20 produttur u l-ebda wieħed minnhom ma jkollu sehem ta’ aktar minn 20 %. Id-dazji anti-dumping fis-seħħ ma joħolqux ostakolu għall-kummerċ, iżda jiżguraw kompetizzjoni ġusta bejn l-Unjoni u l-produtturi esportaturi tal-pajjiż ikkonċernat. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(226)

L-RFPA saħqet li l-miżuri anti-dumping kellhom impatt negattiv fuq il-kummerċ globali, billi dawn ippermettew li l-produtturi tal-Unjoni jkunu involuti f’attivitajiet ta’ esportazzjoni dannużi, billi jittieħed vantaġġ mis-suq domestiku magħluq biex ikun hemm imġiba mhux ġusta fis-swieq tal-esportazzjoni. Skont l-assoċjazzjoni, l-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni żdiedu l-aktar lejn pajjiżi bħall-Indja, is-Serbja, l-Awstralja u l-Ukrajna, fejn il-prezzijiet huma l-aktar baxxi. L-RFPA saħqet li dawn saru bi prezzijiet li kieku jwaqqgħu il-prezzijiet offruti fis-suq domestiku tal-UE mill-produtturi tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, l-esportazzjonijiet lejn dawn il-pajjiżi terzi baqgħu f’livell sinifikattivament għoli jew saħansitra komplew jiżdiedu matul il-PIR.

(227)

Il-Kummissjoni osservat li l-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni żdiedu b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat u kienu f’livell ta’ madwar 30 % tal-bejgħ totali tagħhom fil-PIR. L-aktar swieq importanti tal-esportazzjoni kienu ċ-Ċina, l-Ukrajna u l-Brażil. Abbażi tad-data tal-Eurostat, il-prezzijiet medji tal-esportazzjoni lejn dawn is-swieq u b’kollox lejn il-pajjiżi terzi kienu ogħla mill-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, dan l-argument ma ntlaqax.

(228)

Bosta partijiet saħqu li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni turi l-kapaċità tagħha li tikkompeti fil-livell globali mingħajr ma tibbenefika minn miżuri anti-dumping. Din l-imġiba wriet li l-ebda dannu ma kien se jerġa’ jseħħ, billi l-industrija tal-AN fl-Unjoni kienet kapaċi tikkompeti ma’ kwalunkwe attur ieħor fis-suq, sal-punt li fil-fatt kien ta’ dannu għal produtturi inqas kompetittivi madwar id-dinja.

(229)

Il-fatt li produtturi esportaturi Russi u l-industrija tal-Unjoni jistgħu jikkompetu fi swieq ta’ pajjiżi terzi oħra b’karatteristiki tas-suq differenti ma jindikax li ma jerġax isir dannu li kieku l-miżuri jitħallew jiskadu, b’mod partikolari meta ġie konkluż fil-premessa (169), li l-produtturi Russi tal-AN kieku jesportaw kwantitajiet kbar ta’AN lejn l-Unjoni bi prezzijiet l-oġġett ta’ dumping. Barra minn hekk, l-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni kienu jirrappreżentaw madwar 30 % tal-output tagħha fil-PIR. Meta wieħed iqis il-fatt li l-industrija tal-AN hija intensiva fil-kapital b’kost fiss għoli, operazzjoni fuq 30 % tal-output tagħha ma tkunx ekonomikament vijabbli. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(230)

Produttur esportatur li kkoopera saħaq li l-produtturi tal-Unjoni rċevew għajnuna mill-Istat mill-gvern biex, fost oħrajn, jiġu megħjuna jkampaw mal-kostijiet ambjentali li qed jiżdiedu.

(231)

Il-Kummissjoni osservat li kwalunkwe għajnuna li tkun waslet għand il-produtturi tal-Unjoni kkampjunati u vverifikati, kienet ittieħdet inkunsiderazzjoni u rriżultat fil-kost nett, kif ippreżentat fit-Tabella dwar il-kost fil-premessa (199). Għalhekk, dan l-argument ma ntlaqax.

(232)

L-assoċjazzjonijiet tal-utenti (59) saħqu li l-importazzjonijiet ma jġarrbux biss dazji doganali, iżda wkoll kostijiet ta’ wara l-iżdoganar tal-merkanzija u kostijiet oħra assoċjati mal-bejgħ mill-ġdid tal-prodotti lid-distributuri, li mhux neċessarjament jiġġarrbu mill-industrija tal-Unjoni iżda li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni.

(233)

Il-Kummissjoni kkonfermat li t-tqabbil tal-prezzijiet tal-importazzjoni u tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni jsir fl-istess livell, kif spjegat fil-premessa (179).

(234)

L-assoċjazzjonijiet tal-utenti (60) saħqu li l-AN jiġi nnegozjat bi “primjum tas-suq” sinifikanti fl-Unjoni meta mqabbel mal-prezzijiet globali tiegħu. Dan il-“primjum tas-suq” jirriżulta direttament mill-impożizzjoni kemm ta’ dazji doganali ordinarji kif ukoll ta’ dazji anti-dumping fuq in-nitrat tal-ammonju. Huwa ogħla mill-medja pponderata tad-dazju doganali u tad-dazju anti-dumping nominali billi, kif mistqarr, id-dazji jinkorporaw l-effett nominali u addizzjonali “fuq l-istruttura tal-importazzjoni u fuq il-konsum domestiku billi jaffettwaw lill-pajjiżi esportaturi li għandhom l-aħjar kompetittività tal-esportazzjoni”. L-utenti allokaw 73 % u 27 % mill-“primjum tas-suq” għad-dazji anti-dumping u dazji doganali ordinarji rispettivament.

(235)

Il-Kummissjoni osservat li l-kalkolu tal-hekk imsejjaħ “primjum tas-suq” attribwit għad-dazju anti-dumping huwa żbaljat. Id-dazju anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet mir-Russja ġie stabbilit fil-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu, li l-kalkolu tiegħu jieħu inkunsiderazzjoni d-dazji doganali applikabbli. Għalhekk, il-kalkolu pprovdut mill-assoċjazzjoni tal-bdiewa jgħodd id-dazju doganali darbtejn, li mbagħad jattribwixxu għall-“protezzjoni tas-suq mid-dazju anti-dumping”. Barra minn hekk, il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu li jistabbilixxi d-dazji attwali mhuwiex “primjum tas-suq”, kif ġie argumentat mill-assoċjazzjoni tal-utenti. Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu jiġi stabbilit biex jelimina d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Id-dannu jiġi eliminat jekk l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi tkopri l-kostijiet tal-produzzjoni tagħha, u tagħmel profitt qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Għalhekk, dawn il-pretensjonijiet ma ntlaqgħux.

(236)

L-assoċjazzjonijiet tal-utenti (61) saħqu wkoll li l-produtturi tal-AN fl-Unjoni setgħu jistabbilixxu prezzijiet artifiċjalment għoljin biex jiksbu livelli ta’ profitt sinifikanti. Filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea, min-naħa tagħha, sabet li l-industrija tal-AN fl-Unjoni jenħtieġ li tilħaq profitt fil-mira ta’ 8 % f’kundizzjonijiet tas-suq normali.

(237)

Il-Kummissjoni osservat li l-profitt fil-mira użat biex jiġi stabbilit il-prezz fil-mira għall-kalkolu tal-livell ta’ dannu nstab li kien il-profitt minimu xieraq kif stabbilit fl-aħħar rieżami interim (62), li l-industrija tal-Unjoni setgħet stenniet li se tikseb fin-nuqqas ta’ dumping dannuż. Il-fatt li industrija inkwistjoni kienet kapaċi tikseb marġini ta’ profitt saħansitra ogħla juri l-effettività tal-miżuri stabbiliti u l-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(238)

L-assoċjazzjonijiet tal-utenti (63) saħqu li l-prezzijiet għoljin tal-AN għandhom ukoll influwenza fuq il-prezzijiet tan-nitrat tal-kalċju u tal-ammonju (calcium ammonium nitrate,“CAN”) u li ġie stmat “primjum tas-suq” simili għall-CAN (il-bdiewa Irlandiżi jużaw il-CAN, billi l-AN huwa pprojbit fl-Irlanda).

(239)

L-ewwel nett, il-CAN huwa barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-investigazzjoni. It-tieni nett, il-miżuri fis-seħħ ma jipprevenux li l-kumpaniji Russi (jew ta’ pajjiżi terzi oħra) jipproduċu u jesportaw CAN lejn is-suq tal-Unjoni (ma japplikawx dazji anti-dumping jew dazji kompensatorji għal dan il-prodott); barra minn hekk, il-prezz tiegħu fis-suq tal-Unjoni jista’ jkun attraenti, kif iddikjarat. It-tielet, huwa naturali li l-prezzijiet tal-fertilizzanti tan-nitroġenu, meta l-materja prima ewlenija hija l-gass, jikkorrelataw mill-qrib u għalhekk il-prezzijiet tal-AN u tal-CAN jistgħu jsegwu l-istess xejriet. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(240)

Wara l-iżvelar, l-assoċjazzjonijiet tal-utenti (64) tennew il-pretensjoni tagħhom dwar l-imġiba antikompetittiva tal-produtturi tal-fertilizzanti protetti żżejjed u d-distorsjonijiet kummerċjali kkawżati minn ostakli għolja għad-dħul fis-suq tal-fertilizzanti tal-Unjoni (li ddikjaraw li dawn l-ostakli għall-kummerċ (dazji doganali u anti-dumping) dgħajfu l-kompetizzjoni, filwaqt li ppermettew lill-produtturi tal-Unjoni, kollettivament, jimponu prezzijiet eċċessivament għoljin), mingħajr ma pprovdew evidenza ta’ sostenn. Barra minn hekk, in-natura allegatament eċċessiva tal-prezzijiet tal-Unjoni hija diskussa fil-premessa (244). Għalhekk, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(241)

L-istess assoċjazzjonijiet tal-utenti mbagħad sostnew li l-Kummissjoni naqset milli twettaq valutazzjoni komprensiva li tħares ’il quddiem (jiġifieri wara l-PIR) meta wieħed iqis il-kollass tal-prezzijiet tal-gass (65) u ż-żieda parallela fil-prezzijiet tal-AN (abbażi tal-previżjoni mill-intelligence tas-suq proprju (66)) fl-Unjoni.

(242)

Tabilħaqq, skont il-Bank Dinji (67), il-prezz tal-gass naturali fl-Ewropa beda jonqos fl-2019, se jibda jiżdied fl-2021 u se jilħaq il-livell tal-2016 (il-bidu tal-perjodu kkunsidrat) fl-2023. Wara s-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni, kif spjegat fid-dettall fil-premessa (223), il-prezz tal-bejgħ tal-AN segwa x-xejra tal-prezz tal-gass naturali fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi prevista x-xejra diverġenti fil-futur. Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza addizzjonali rigward l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-AN fir-rigward tal-prezzijiet tal-gass naturali fl-Unjoni, li tat lok għal dubju dwar ir-relazzjoni tat-tnejn. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntalqgħetx.

(243)

L-istess assoċjazzjonijiet tal-utenti sostnew ukoll li l-Kummissjoni ċaħdet, kontra l-fatti disponibbli kollha (68), l-eżistenza ta’ “primjum tas-suq” sinifikanti għall-AN fl-Unjoni, meta mqabbel mal-AN fir-reġjuni l-oħra.

(244)

L-ewwel nett, l-hekk imsejjaħ “primjum tas-suq” ikkalkulat mill-assoċjazzjonijiet tal-utenti kien differenza bejn il-prezzijiet spot tal-AN (jiġifieri tranżazzjonijiet ta’ bejgħ, offerti ta’ akkwist u ta’ bejgħ) fi Franza u r-reġjun tal-Baħar l-Iswed matul il-perjodu kkunsidrat (69). Għalhekk, ma setgħux ikunu konklużivi, meta tqabblu mal-prezzijiet attwali tal-AN tat-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ konklużi u vverifikati tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun (70) , kif spjegat fil-premessa (199). It-tieni, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ din l-investigazzjoni partikolari, il-prezzijiet reali tal-AN fl-Unjoni kienu aktar baxxi mill-prezzijiet spot tal-AN fil-Baħar l-Iswed (71) (kif ippreżentat mill-assoċjazzjonijiet f’Novembru 2019 (72)) għall-kumpaniji kollha fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ prezzijiet huma ppreżentati hawn taħt.

Tabella 12

Prezzijiet spot tal-AN fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed meta mqabbla mal-prezz medju tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fl-Unjoni

 

2016

2017

2018

PI

AN bl-ingrossa, livell ta’ kunsinna FCA tal-Baħar l-Iswed, Port tal-UE (f’EUR/tunnellata)

[192 – 197]

[212 – 217]

[200 - 205]

[210 - 215]

Prezz medju tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fl-Unjoni (f’EUR/tunnellata)

191

199

204

219

Sors: Il-komunikazzjoni tal-AGBP u tal-IFA tal-05/11/2019 u tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati mill-produtturi tal-Unjoni kkampjunati.

(245)

Kif muri mid-data sottomessa mill-assoċjazzjoni tal-bdiewa, u ċ-ċifri tal-bejgħ ivverifikati tal-industrija tal-Unjoni, fl-2016 u l-2017 il-prezzijiet fl-Unjoni kienu fil-fatt aktar baxxi minn dawk ippreżentati mill-assoċjazzjoni tal-bdiewa bħala l-prezzijiet globali. Fl-2018, kienu f’livell simili u mbagħad fil-PIR il-prezzijiet fl-Unjoni kienu biss marġinalment ogħla (b’inqas minn EUR 9/tunnellata jew inqas minn 4 %). Għalhekk, għal tlieta (3) mill-erba’ (4) perjodi kkunsidrati, il-prezzijiet fl-Unjoni kienu jew aktar baxxi jew fl-istess livell ta’ dak li l-bdiewa jqisu l-prezz globali. Is-sempliċi żieda għal inqas minn 4 % ’l fuq minn dak li qed jitqies bħala “prezz globali” fil-PIR la kienet permanenti u lanqas sostanzjali. L-eżistenza allegata ta’ primjum fis-suq tal-Unjoni għalhekk ma kinitx sostnuta mill-evidenza pprovduta mill-assoċjazzjoni tal-bdiewa meta ġiet kontroverifikata mad-data vverifikata matul l-investigazzjoni. It-tielet, il-prezz spot tal-Baħar l-Iswed fil-PIR, ippreżentat mill-ġdid mill-assoċjazzjonijiet fil-kummenti tagħhom dwar l-iżvelar (73) kien naqas minn dak sottomess f’Novembru 2019 (74) (minn EUR [210 - 215]/tunnellata oriġinarjament sottomess għal EUR 178/tunnellata. Ma ngħatat l-ebda spjegazzjoni għal din id-differenza. Fl-aħħar nett, il-prezz spot tal-Baħar l-Iswed tal-AN kien prinċipalment il-prezz tal-esportaturi Russi u Ġeorġjani tal-AN u rrappreżenta l-prezzijiet f’dak ir-reġjun. Għalhekk, ma setax jitqies bħala prezz globali. Abbażi ta’ dan, il-pretensjoni ta’ dawn il-partijiet ma ntlaqgħetx.

(246)

Wara l-iżvelar, il-missjoni permanenti tal-Federazzjoni Russa kkummentat li l-industrija tal-Unjoni kienet f’pożizzjoni stabbli u f’sitwazzjoni finanzjarjament b’saħħitha. Huma bbenefikaw mit-tnaqqis fil-prezzijiet tal-gass. Xi indikaturi, bħall-impjiegi, il-prezz tal-bejgħ għal kull unità, il-kostijiet lavorattivi medji, u l-investimenti kellhom tendenza li jiżdiedu b’mod kostanti.

(247)

Ta’ min ifakkar li dawn kienu, tabilħaqq, is-sejba ta’ din l-investigazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sitwazzjoni probabbli tal-industrija tal-Unjoni, f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu, ġiet analizzata separatament mid-dannu, fil-premessi (298) - (303).

(248)

L-istess parti interessata tenniet, mingħajr ma pprovdiet evidenza, id-dikjarazzjoni li l-produtturi tal-AN jiddominaw is-suq tal-Unjoni u huma kważi l-uniku fornituri, li konsegwentement jagħmel ħsara lill-utenti finali u lis-settur agrikolu tal-Unjoni. Il-miżuri fuq l-AN fl-Unjoni wasslu għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, inflazzjoni tal-prezzijiet tal-AN fl-Unjoni u skonnessjoni bejn l-Unjoni u l-prezzijiet dinjija.

(249)

Mingħajr aktar evidenza u meta wieħed iqis li l-pretensjonijiet simili rigward is-sehem mis-suq miżmum mill-industrija tal-Unjoni u l-prezzijiet tal-AN fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat ġew indirizzati fil-premessi (222) - (223) u (225), id-dikjarazzjoni tal-parti ma ntlaqgħetx.

(250)

Bosta partijiet interessati (75) sostnew li l-analiżi tal-industrija tal-Unjoni kienet imsejsa fuq żball evidenti ta’ valutazzjoni, billi s-sejbiet tal-Kummissjoni espliċitament eskludew l-AN “stabbilizzat”. B’mod aktar speċifikau, l-ebda data dwar l-AN “stabbilizzat” ma kienet inkluża fl-indikaturi mikroekonomiċi jew makroekonomiċi. Huma sostnew ukoll li, abbażi tal-bażi tad-data tal-intelliġenza tas-suq ippreżentata tagħhom, jekk ġie inkluż l-AN “stabbilizzat”, il-konsum tal-AN fl-Unjoni kien materjalment akbar minn dak iddikjarat fil-premessa (172).

(251)

Kif speċifikat fit-Taqsima 4.5.2, l-indikaturi makroekonomiċi, fost sorsi oħra msemmija, inkisbu mid-data vverifikata pprovduta mill-industrija tal-Unjoni, abbażi tal-istħarriġ ta’ Fertilizers Europe, li kien jinkludi l-ambitu sħiħ tal-prodott soġġett għal reviżjoni, kif deskritt fil-premessa (54). B’mod partikolari, fir-rigward tal-AN “stabbilizzat”, inġabret data dwar l-AN bin-nutrijent tal-fosfru u/jew tal-potassju f’dan l-istħarriġ.

(252)

F’termini tal-konsum tal-Unjoni, il-verifiki tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u mhux fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni kkonfermaw li ż-żewġ settijiet ta’ data kienu jinkludu l-ambitu sħiħ tal-prodott soġġett għal reviżjoni, kif deskritt fil-premessa (54). B’mod partikolari, fir-rigward tal-AN “stabbilizzat”, inġabret data dwar l-AN bin-nutrijent tal-fosforu u/jew tal-potassju fl-istħarriġiet u fil-kwestjonarji ta’ Fertilizers Europe tal-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, meta ngħadd il-bejgħ tal-AN, tal-NK (l-AN li jinkludi n-nutrijent tal-potassju) u tal-NP (l-AN li jinkludi n-nutrijent tal-fosforu) (76) tal-produtturi tal-Unjoni fl-UE mill-bażi tad-data tal-intelliġenza tas-suq ipprovduta minn dawn il-partijiet interessati (77), il-volumi tal-bejgħ kienu fil-biċċa l-kbira konformi mal-volumi totali tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni pprovduti fil-premessa (193).

(253)

Bl-istess mod, l-istatistika dwar l-importazzjoni mir-Russja u mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha kienet ibbażata fuq il-livell tal-kodiċi TARIC, għalhekk inkludiet il-kodiċijiet kollha indikati fil-premessa (54). Huwa għaldaqstant ikkonfermat li l-analiżi tal-industrija tal-Unjoni u tal-konsum tal-Unjoni tkopri l-ambitu sħiħ tal-prodott soġġett għal reviżjoni definit fil-premessa (54). Għalhekk, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(254)

L-istess partijiet interessati sostnew li l-Kummissjoni għamlet żball evidenti ta’ valutazzjoni, meta ddeterminat il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Jiġifieri, il-kampjun ma kienx jirrifletti l-kostijiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi, peress li żewġ produtturi fil-kampjun (AB Achema u Grupa Azoty Zaklady Azotowe Pulawyu S.A.) allegatament ġarrbu kostijiet għoljin b’mod artifiċjali tal-gass naturali. Huma sostnew ukoll li ma kien hemm xejn fis-sejbiet tal-investigazzjoni li jindika jekk il-prezzijiet tal-gass imħallsa minn dawn iż-żewġ produtturi tal-Unjoni kinux rappreżentattivi tal-prezzijiet tas-suq tal-gass tal-Unjoni u kif dan il-punt ġie investigat.

(255)

Il-kampjun jikkonsisti fi tliet produtturi tal-Unjoni fil-Litwanja, fil-Polonja u fi Franza u huwa rappreżentattiv tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi, skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku. F’dan ir-rigward jenħtieġ li jiġi ċċarat li prattika ta’ verifika standard tinkludi l-verifika ta’ jekk il-prezzijiet tal-materja prima rrappurtati fit-tweġibiet għall-kwestjonarju humiex f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta (jiġifieri, il-materja prima rreġistrata fil-kost tal-produzzjoni hija konformi mal-valur tas-suq ħieles). Għalhekk, il-kostijiet tal-materja prima pprovduti minn żewġ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ġew kontroverifikati ma’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku (78) u kienu konformi mal-prezzijiet prevalenti tas-suq u l-evoluzzjoni tagħhom fl-Unjoni matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Filwaqt li l-prezzijiet tal-gass u spejjeż oħra tal-provvista tal-gass jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor, is-sejbiet tal-Kummissjoni kienu bbażati fuq kampjun rappreżentattiv ta’ tliet produtturi tal-Unjoni. Meta wieħed iqis li hemm produzzjoni sinifikanti ta’ AN fil-Polonja u fil-Litwanja (31 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni u 43 % tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw tal-AN fil-PIR), il-Kummissjoni kienet korretta meta kkonkludiet li sejba li tinkludi d-data pprovduta miż-żewġ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li jakkwistaw il-gass kienet rappreżentattiva għall-industrija kollha tal-Unjoni. Għalhekk, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(256)

L-istess partijiet interessati sostnew ukoll li l-premessa (200) tirreferi għal żieda fil-prezz tal-materja prima, jiġifieri l-gass naturali, bħala r-raġuni wara ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, il-Kummissjoni kien missha żvelat id-data ta’ sostenn għal din id-dikjarazzjoni, jiġifieri l-prezzijiet tax-xiri tal-gass naturali tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Huma sostnew li l-prezzijiet tal-gass disponibbli pubblikament fl-Unjoni ma jindirizzawx it-tħassib dwar l-evoluzzjoni tal-prezz tax-xiri tal-gass naturali tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Żiedu wkoll li l-Kummissjoni missha kkonfermat ukoll sa liema punt is-sejbiet tal-premessa (200) japplikaw għal Yara France, li ma tixtrix gass għall-produzzjoni tal-AN u li d-dikjarazzjoni (tal-istess premessa) li tiddikjara li l-gass huwa l-aktar materja prima importanti għall-produzzjoni tan-nitrat tal-ammonju li tirrappreżenta aktar minn 60 % tal-kost totali tal-produzzjoni ma tirrigwardax it-tliet produtturi tal-Unjoni kollha fil-kampjun.

(257)

Il-Kummissjoni tikkonferma li l-kost tal-produzzjoni għal kull tunnellata ddikjarat fil-premessa (200) huwa l-kost medju ponderat tal-produzzjoni għal kull tunnellata tat-tliet produtturi tal-Unjoni kollha fil-kampjun. Il-fatt li tnejn mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun huma integrati vertikalment u jipproduċu l-materja prima intermedja għall-produzzjoni tal-AN, bħall-ammonijaka, fuq is-sit, filwaqt li t-tielet produttur tal-Unjoni fil-kampjun jixtriha, ma jikkontradixxix id-dikjarazzjoni li l-gass naturali huwa l-aktar materja prima importanti għall-produzzjoni tan-nitrat tal-ammonju li jirrappreżenta aktar minn 60 % tal-kost totali tal-produzzjoni. B’mod partikolari, il-kost tal-produzzjoni tan-nitrat tal-ammonju huwa jew xprunat direttament mill-ispiża tal-gass naturali (għall-produtturi integrati vertikalment) jew, mill-ispiża tal-ammonijaka, li hija materja prima intermedja prodotta mill-gass naturali u li l-prezz tagħha huwa xprunat ukoll mill-prezz tal-gass naturali. Il-kostijiet tal-materja prima pprovduti mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju ġew kontroverifikati ma’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku (79) u nstabu konformi mal-prezzijiet prevalenti tas-suq u l-evoluzzjoni tagħhom fl-Unjoni matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Għalhekk, il-pretensjonijiet ma ntlaqgħux.

(258)

L-istess partijiet interessati ddikjaraw ukoll li l-Kummissjoni kellha tispjega fuq liema bażi u għalfejn ikkonkludiet u vverifikat li kien hemm dewmien fl-Unjoni bejn it-tnaqqis tal-prezzijiet tal-gass u t-tnaqqis tal-prezzijiet tal-AN matul il-PIR (il-premessa (223)).

(259)

Għandu jiġi ċċarat li l-prezzijiet tal-AN tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-PIR inġabru fuq bażi ta’ tranżazzjoni fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju u għalhekk setgħu jiġu kkalkulati għal kull xahar tal-PIR. L-evoluzzjoni tal-prezz tal-gass fl-Unjoni fuq bażi ta’ kull xahar kienet disponibbli mill-Bank Dinji (80). Iż-żewġ settijiet ta’ data kienu l-bażi għall-konklużjoni fil-premessa (223). Ir-raġuni għad-dewmien ta’ ftit xhur kif spjegat f’din il-premessa huwa dovut għall-fatt li, fil-bidu tal-PIR, il-prezzijiet tal-AN kienu jeħtieġu li l-ewwel ikopru/jirkupraw il-kost tal-produzzjoni (jiġifieri kienu qed jiżdiedu, billi kienu taħt il-kost tal-produzzjoni għal xi wħud mill-produtturi tal-UE kkampjunati, kif rifless fil-profitt aktar baxx fl-2018) u mbagħad segwew l-istess xejra ta’ tnaqqis.

(260)

Produttur esportatur Russu ieħor iddikjara l-kuntrarju, li l-kost tal-gass naturali u l-prezzijiet tal-AN jsegwu xejriet differenti. Bħala evidenza tad-dikjarazzjoni tagħha, hija ppreżentat prezzijiet spot tal-AN (jiġifieri tranżazzjonijiet ta’ bejgħ konklużi, offerti ta’ akkwist u ta’ bejgħ) f’reġjuni differenti meta mqabbla mal-prezzijiet tal-gass naturali ppubblikati mill-Bank Dinji u l-FMI.

(261)

L-ewwel nett, il-prezzijiet spot tal-AN ma setgħux ikunu konklużivi meta jitqabblu mal-prezzijiet attwali tal-AN mill-fabbrika tat-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ konklużi u vverifikati tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, kif spjegat fil-premessa (199), peress li kienu jinkludu prezzijiet tal-offerti u offerti ta’ akkwist u ta’ bejgħ li mhux neċessarjament ġew konklużi. Barra minn hekk, il-prezzijiet spot ġejjin minn Stat Membru wieħed biss, jiġifieri Franza, filwaqt li l-prezzijiet attwali użati mill-Kummissjoni ġejjin minn kampjun rappreżentattiv ta’ tliet Stati Membri, jiġifieri Franza, il-Litwanja u l-Polonja. It-tieni, kif spjegat fl-istess premessa, matul il-perjodu kkunsidrat, iż-żieda fil-prezzijiet tal-AN fl-Unjoni kienet influwenzata miż-żieda fil-kost tal-produzzjoni, jiġifieri l-gass naturali. Kif spjegat f’aktar dettall fil-premessa (257), il-kost tal-materja prima tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun (inkluż il-gass naturali) kien konformi mal-prezzijiet prevalenti tas-suq u l-evoluzzjoni tagħhom fl-Unjoni matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Għalhekk, il-kost tal-gass naturali u l-prezzijiet tal-AN segwew l-istess xejra fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(262)

L-istess produttur esportatur Russu ddikjara li l-prezzijiet tal-AN fl-Unjoni li nstabu f’din l-investigazzjoni (il-premessa (199)) ma kellhomx spjegazzjoni dwar kif ġew ikkalkulati. Il-parti ddikjarat li dawn il-prezzijiet kienu prezzijiet mill-fabbrika fil-Polonja u l-Litwanja. Barra minn hekk, il-parti allegat li l-Kummissjoni naqqset l-SG&A u l-profitt tan-negozjanti relatati ta’ dawn il-produtturi tal-Unjoni biex jikkostruwixxu l-prezzijiet mill-fabbrika.

(263)

Jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-prezzijiet tal-AN tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun inġabru fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju. Dawn il-prezzijiet ma ġewx ikkalkulati mill-Kummissjoni, minflok, ġew ivverifikati matul iż-żjarat ta’ verifika rispettivi għand il-produtturi tal-Unjoni. Il-prezzijiet tal-AN fil-premessa (199), kif indikat fit-Tabella 8, huma relatati mad-data vverifikata tat-tliet produtturi tal-Unjoni kollha fil-kampjun. Il-kwestjonarju bi struzzjonijiet għall-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fejn inġabru dawn il-prezzijiet huwa disponibbli fuq il-paġna tal-każ tad-DĠ KUMMERĊ (81). Dan jindika li l-prezzijiet tal-bejgħ jinġabru fil-livell mill-fabbrika, (jiġifieri l-valur tal-bejgħ nett ta’ kwalunkwe kost tat-trasport lejn il-post tan-negozju tal-klijent), mingħajr il-VAT, netti min-noti ta’ kreditu u l-iskontijiet kummerċjali. L-ebda SG&A u l-ispiża tal-profitt tan-negozjanti relatati ma jitnaqqsu. Għalhekk, dawn huma prezzijiet mill-fabbrika tat-tliet produtturi kollha tal-unjoni fil-kampjun. Għaldaqstant, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(264)

L-istess produttur esportatur Russu ddikjara li l-prezzijiet medji tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni lejn swieq ta’ pajjiżi terzi ma setgħux kienu ogħla mill-prezzijiet tagħhom fis-suq tal-Unjoni, kif spjegat fil-premessa (227). Huwa argumenta li l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni lejn is-swieq ta’ pajjiżi terzi kienu potenzjalment oġġett ta’ dumping, b’referenza għas-sejbiet tal-gvern Awstraljan li impona dazju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju mill-Iżvezja fl-2019 (82).

(265)

Kif iddikjarat fil-premessa (227) il-prezzijiet tal-AN tal-produtturi tal-Unjoni lejn is-swieq ta’ pajjiżi terzi kienu bbażati fuq id-data tal-Eurostat (83). Fuq din il-bażi, il-prezzijiet liċ-Ċina, lill-Ukrajna u lill-Brażil kienu rispettivament EUR 426/tunnellata, EUR 308/tunnellata u EUR 375/tunnellata tal-livell ta’ konsenja FOB fil-PIR. Il-prezz medju tal-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi (bħala total) kien ta’ EUR 397/tunnellata tal-livell ta’ konsenja FOB matul l-istess perjodu. Dawn il-prezzijiet kienu ogħla mill-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-UE fil-PIR. Id-dazji anti-dumping imposti fuq l-Isvezja fl-Awstralja jirrigwardaw Stat Membru wieħed biss u perjodu differenti u għalhekk ma poġġewx f’dubju s-sejbiet tal-Kummissjoni f’din ir-reviżjoni. Għalhekk, il-pretensjoni tal-parti ma ntlaqgħetx.

(266)

Bosta partijiet interessati (84) ddikjaraw ukoll li l-Kummissjoni kellha tispjega fuq liema bażi hija kkonkludiet u vverifikat id-dikjarazzjoni li “barra minn hekk, il-prezzijiet tal-AN kienu wkoll xprunati mill-prezzijiet tal-urea, li kienu fattur matul in-negozjati tal-prezzijiet” (il-premessa (222)).

(267)

Din id-dikjarazzjoni partikolari ġiet ipprovduta fit-tweġiba għall-kwestjonarju ta’ produttur tal-Unjoni fil-kampjun (85). L-urea hija komodità globali, li l-prezz tagħha jsegwi wkoll il-prezz tal-gass naturali, il-materja prima ewlenija tagħha (86). Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li, fost fatturi oħra, il-prezz tal-urea huwa fattur li jmexxi l-prezz tal-AN.

(268)

L-istess partijiet interessati sostnew ukoll li l-Kummissjoni kellha tispjega kif intlaħqet il-konklużjoni li “l-prezz tal-gass kien ogħla fl-Unjoni milli f’ħafna swieq oħra” (il-premessa (222)).

(269)

Din il-konklużjoni ntlaħqet abbażi tar-rapport ta’ kull tliet xhur disponibbli pubblikament dwar is-Swieq Ewropej tal-Gass (87), li fih il-prezz medju tal-gass industrijali bl-imnut tal-UE ta’ madwar EUR 2,5 ċenteżmu/kWh fil-PIR tqabbel mal-prezzijiet ta’ xi sħab kummerċjali importanti tal-UE u produtturi sinifikanti tal-AN, inkluża r-Russja. Kif irrappurtat, il-prezzijiet tal-gass industrijali bl-imnut kienu inqas minn 1 ċenteżmu tal-Euro/kWh fir-Russja u madwar 1,2 ċenteżmi tal-Euro/kWh fl-Istati Uniti matul il-PIR.

(270)

Diversi partijiet interessati (88) sostnew ukoll li l-Kummissjoni għamlet żball evidenti ta’ valutazzjoni meta ddeterminat il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Jiġifieri, naqset milli tirrikonoxxi li d-dannu fir-rigward tal-każ tal-UAN (89) jista’ jkollu impatt fuq l-AN.

(271)

Il-fatt li l-produzzjoni tal-AN jista’ jkollha impatt fuq il-linji kollha tal-produzzjoni upstream (ammonijaka, aċidu nitriku), downstream (UAN) u l-linji (CAN, A5, urea) relatati (kif imsemmi fil-premessa (350) ma jikkontradixxix il-fatt li d-dannu (rifless f’indikaturi ekonomiċi differenti inkluż l-indikatur tal-kost tal-produzzjoni) jista’ jiġi attribwit b’mod distintiv lill-prodott speċifiku. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li ma kien sar ebda dannu lill-industrija tal-Unjoni tal-AN matul il-PIR u fl-analiżi tagħha dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu ibbażat il-konklużjoni tagħha fuq il-fatt li l-miżuri ma għandhomx jitħallew jiskadu. Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li l-pretensjoni mhux biss kienet żbaljata iżda wkoll irrilevanti minħabba l-fatti ta’ dan il-każ. Għaldaqstant, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(272)

Bosta partijiet interessati (90) tennew il-pretensjoni li l-Kummissjoni għamlet żball evidenti ta’ valutazzjoni meta ddeterminat il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Skont dawn il-partijiet, il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ma kinux rappreżentattivi tal-ambitu sħiħ tal-prodott simili, billi ma pproduċewx AN “stabbilizzat” u AN ta’ grad industrijali u għalhekk irriflettew biss parzjalment l-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, huma sostnew li l-Kummissjoni għażlet żewġ produtturi tal-Unjoni li kienu affiljati ma’ produtturi Russi: Grupa Azoty Zaklady Azotowe Pulawyu S.A. kienet affiljata mal-produtturi Russi; filwaqt li produttur ieħor tal-Unjoni fil-kampjun kien involut fix-xiri tal-AN Russu għall-importazzjoni tiegħu madwar id-dinja, inkluż is-suq tal-Unjoni.

(273)

Kif iddikjarat fil-premessa (33), il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu l-akbar produtturi tal-Unjoni tan-nitrat tal-ammonju f’termini tal-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Dawn kienu jirrappreżentaw 30 % tal-produzzjoni totali tal-prodott simili (jiġifieri, inkluż l-AN “stabbilizzat” u l-AN ta’ grad industrijali) fl-Unjoni fil-PIR. Il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni kien għalhekk rappreżentattiv tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi, skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda rekwiżit legali li l-kampjun tal-produtturi jkopri t-tipi kollha ta’ prodotti investigati biex il-kampjun ikun rappreżentattiv. F’dan is-sens, il-kampjun kien jinkludi produtturi tal-Unjoni li jagħmlu tipi ta’ prodotti li jikkompetu direttament mal-importazzjonijiet inkwistjoni. Fl-aħħar nett, f’dan il-każ il-Kummissjoni sabet li ma kien sar l-ebda dannu lill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, il-pretensjoni li l-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni ma kienx rappreżentattiv tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ġiet miċħuda.

(274)

Fir-rigward tal-allegata affiljazzjoni ta’ tnejn mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun mal-produtturi Russi, il-Kummissjoni sabet abbażi tal-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni li ż-żewġ kumpaniji fil-kampjun tqiesu bħala produtturi tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. Fir-rigward tal-Grupa Azoty Zaklady Azotowe Pulawyu S.A., produttur esportatur Russu kellu sehem minoritarju ta’ dan il-produttur tal-Unjoni permezz tal-kumpanija azzjonarja u ma kien hemm l-ebda rabta kummerċjali bejniethom. Fir-rigward tal-produttur l-ieħor tal-Unjoni fil-kampjun, kif spjegat fil-premessa (309), in-negozjar tal-AN Russu sar minn entitajiet tal-grupp li għalih jappartjeni l-produttur tal-Unjoni u ma kienx materjali fir-rigward ta’ dak il-produttur tal-Unjoni fil-kampjun (91). Ma kien hemm l-ebda raġuni għall-esklużjoni ta’ dawn il-kumpaniji mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u għalhekk il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(275)

Produttur esportatur Russu sostna li l-użu tal-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni ġie kkalkulat b’mod skorrett, billi kien ibbażat fuq il-kapaċità ta’ prilling. Iż-żewġ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ipproduċew l-UAN u l-AN, li użaw l-istess prodott intermedju, in-nitrat tal-ammonju mdewweb. Il-parti sostniet li għal dawn il-produtturi, id-disponibbiltà tan-nitrat tal-ammonju mdewweb kien ostaklu u li l-użu tal-kapaċità għal produtturi bħal dawn jenħtieġ li jiġi kkalkulat abbażi tal-AN mdewweb disponibbli jew abbażi tal-produzzjoni attwali tal-AN. Din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (110).

(276)

L-istess produttur esportatur Russu ddikjara li t-tqabbil tal-prezzijiet tal-Kummissjoni (kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz) kien statiku u ma kienx ikkunsidra l-evoluzzjoni tiegħu matul iż-żmien, u lanqas il-kombinazzjoni tiegħu ma’ fatti rilevanti oħra (bħall-movimenti fil-prezzijiet, iż-żidiet fl-ishma tas-suq, is-sostitwibbiltà tal-prodott, it-tipi ta’ prodotti li fir-rigward tagħhom kien sab twaqqigħ tal-prezz). Jenħtieġ li tali eżami jiżvela l-movimenti u x-xejriet tal-prezzijiet fir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-importazzjonijiet u dawk ta’ prodotti simili domestiċi.

(277)

Il-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz, bħala standard, twettaq għall-perjodu tal-PIR u kien relatat mat-tipi ta’ prodotti (PCN — in-numri ta’ kontroll tal-prodott stabbiliti għal din l-investigazzjoni) li kienu nnegozjati mill-produtturi Russi. Il-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz kien ibbażat fuq kwantitajiet limitati ta’ importazzjonijiet matul il-PIR, li nstab li ma kinux rappreżentattivi. Għalhekk, kwalunkwe konklużjoni misluta minn dan il-kalkolu jista’ jkollha biss rilevanza limitata. Konsegwentement, abbażi ta’ dan, ma setgħux isiru projezzjonijiet futuri tar-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Russi u dawk tal-prodotti domestiċi simili. Għalhekk il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(278)

L-istess produttur esportatur Russu ddikjara li t-tnaqqis tad-dazju anti-dumping ma kienx ġustifikat fil-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz għal prodott bażiku, meta l-prezz huwa stabbilit mill-provvista u d-domanda, mingħajr ma spjega għaliex dan ikun il-każ.

(279)

Għall-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz deskritt fit-Taqsima 4.3.3, kif spjegat fil-premessa (181), il-paragun tal-prezzijiet tal-esportazzjoni Russi lejn l-Unjoni mal-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni sar bl-użu ta’ żewġ metodi, wieħed fejn ġew ikkunsidrati d-dazji anti-dumping fis-seħħ u wieħed fejn ma ġewx ikkunsidrati. Għall-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz potenzjali (fin-nuqqas ta’ miżuri) deskritt fil-premessa (294), it-tqabbil tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Russi lejn il-pajjiżi terzi mal-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni ma kienx jinkludi dazji anti-dumping, peress li din kienet parti mill-analiżi prospettiva. Għalhekk il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(280)

Bosta partijiet interessati ddikjaraw li l-Kummissjoni bbażat ruħha fuq kalkoli mhux preċiżi u ipotetiċi biex tallega li l-importazzjonijiet Russi jidħlu fis-suq tal-Unjoni f’livelli ta’ prezzijiet dannużi:

(i)

jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura wkoll li l-prezz għall-AN Russu ikun tqabbel mal-prezz tal-produtturi tal-Unjoni fl-istess livell ta’ kummerċ biex b’hekk il-prezz tal-importazzjoni kkunsidrat għall-finijiet tat-twaqqigħ tal-prezz ma jkunx jista’ jiġi aġġustat la għall-SG&A u għall-profitt ta’ entitajiet ta’ negozjar relatati, u lanqas għall-kost tal-kreditu;

(ii)

tqabbil ġust tal-prezzijiet għall-finijiet tat-twaqqigħ tal-prezz kien jeħtieġ aġġustamenti għad-differenzi bejn l-AN prilled kif ukoll dak granulari;

(iii)

il-livell probabbli tal-prezz tal-importazzjonijiet Russi ma għandux jitqabbel mal-prezz tal-bejgħ attwali tal-industrija tal-Unjoni, peress li kien eċċessiv b’mod artifiċjali minħabba n-nuqqas ta’ kompetizzjoni kkawżat minn ostakli tas-suq;

(iv)

il-kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz kellu jitwettaq biss abbażi tal-bejgħ tal-AN stabbilizzat minn Uralchem lill-Unjoni;

(v)

ma kien hemm l-ebda ġustifikazzjoni għall-esklużjoni tal-importazzjonijiet ta’ aktar minn żewġ miljun tunnellata, meta ġew stmati l-livelli probabbli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-Russja, kif imsemmi fil-premessa (294).

(vi)

il-Kummissjoni m’għandhiex tuża konċessjonijiet tal-bejgħ tal-UE jekk il-bejgħ tal-UE jinstab li ma kienx rappreżentattiv. Barra minn hekk, meta użat tali kwoti tal-UE, il-Kummissjoni naqset milli tikkalkulahom b’mod korrett, b’mod partikolari fir-rigward tal-kostijiet relatati mat-trasport lejn il-fruntiera tal-UE.

(281)

Rigward il-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz bl-użu tal-bejgħ tal-esportazzjoni Russu attwali lejn is-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni enfasizzat li d-deċiżjoni tagħha li testendi l-miżuri fis-seħħ ma tiddependix fuq it-twaqqigħ tal-prezzijiet li nstab matul il-PIR. L-ewwel nett, il-Kummissjoni sabet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx ħsara matul il-PIR. It-tieni, kif rikonoxxut minn diversi partijiet, it-twaqqigħ tal-prezz kien ibbażat fuq kwantitajiet limitati ta’ importazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni, li nstab li ma kinux rappreżentattivi. Għalhekk, is-sejba ta’ twaqqigħ tal-prezz matul il-PIR għandha rilevanza limitata fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-PIR.

(282)

Fir-rigward tal-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz imsemmi fil-premessa (294), dan il-kalkolu kellu l-għan li jistima l-livell tat-twaqqigħ tal-prezz potenzjali fil-futur f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. Għalhekk, dan il-livell potenzjali ta’ twaqqigħ tal-prezz u l-prezzijiet CIF mibnija (ibbażati fuq il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq terzi) servew biss bħala valur ta’ sostituzzjoni. Dan kien eżerċizzju mwettaq għall-finijiet li jiġi stabbilit prezz probabbli tal-importazzjoni. Minkejja dan, fir-rigward tal-punt (i) miġbur fil-qosor fil-premessa (280), l-aġġustamenti kkontestati mill-partijiet interessati ma jaffettwawx materjalment il-konklużjoni li l-importazzjonijiet Russi x’aktarx jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fin-nuqqas tal-miżuri anti-dumping u xorta waħda jwaqqgħu b’mod konsiderevoli l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni (92).

(283)

Il-punti (ii), (iii) u (iv) miġbura fil-qosor fil-premessa (280) ġew indirizzati fil-premessi (183), (244) u (73), rispettivament. Rigward il-punt (v) il-Kummissjoni ma eskludietx importazzjonijiet ta’ aktar minn żewġ miljun tunnellata. L-informazzjoni pprovduta fil-premessa (294) u fin-nota f’qiegħ il-paġna relatata fil-fatt tfisser li l-Kummissjoni kkunsidrat l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi Russi inklużi fil-kampjun lejn id-destinazzjonijiet kollha meta kienu ogħla minn żewġ miljun tunnellata fil-PIR. Fir-rigward tal-punt (vi), il-Kummissjoni użat biss ċerti spejjeż relatati mat-trasport, li baqgħu validi irrispettivament mir-rappreżentattività tal-volumi tal-bejgħ u l-prezzijiet lejn l-UE. Għalhekk, dawn il-pretensjonijiet ma ntlaqgħux. Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, id-dettalji dwar kalkoli allegatament żbaljati li jikkonċernaw l-ispejjeż tat-trasport ġew ipprovduti fi tweġiba separata lill-kumpanija. Il-Kummissjoni qablet parzjalment mal-pretensjonijiet dwar il-kalkoli mqajma mill-kumpanija. Madankollu, il-bidla li rriżultat fil-livell CIF ta’ inqas minn 1 % fil-livell tal-pajjiż kollu ma kellha l-ebda effett materjali fuq is-sejbiet tal-Kummissjoni rigward it-twaqqigħ tal-prezz.

(284)

Wara l-argumenti tal-partijiet interessati li l-Kummissjoni naqset milli tiżvela kif xieraq il-metodu għall-kalkolu tal-valuri CIF għall-produtturi esportaturi fil-kampjun, il-Kummissjoni għamlet żvelar addizzjonali fit-30 ta’ Settembru u fil-21 ta’ Ottubru 2020 u indirizzat din il-pretensjoni kif xieraq.

5.   PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TA’ DANNU

(285)

Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (214) li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni eżaminat ukoll il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat oriġinarjament minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-Russja li kieku l-miżuri kellhom jitħassru.

(286)

Biex tiġi stabbilita l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu li kieku jitħassru l-miżuri, ġew analizzati l-elementi li ġejjin: (a) il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-Russja, (b) il-livelli tal-prezzijiet probabbli tal-importazzjonijiet mir-Russja fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping u (c) l-attraenza tas-suq tal-Unjoni.

(287)

Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-Russja

(288)

Il-kapaċità tal-produzzjoni fir-Russja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni kienet ta’ aktar minn 10,5 miljun tunnellata, b’kapaċità ta’ riżerva stmata ta’ 440 000 tunnellata. Din il-kapaċità ta’ riżerva li nstabet fir-Russja tkun tammonta għal 6 % mill-konsum tal-Unjoni. Li kieku tiġi orjentata kollha lejn is-suq tal-Unjoni, jkunu għadhom jistgħu jiġu esportati volumi sinifikanti u dawn ikollhom effett partikolarment qawwi fuq xi wħud mill-Istati Membri li huma ġirien tar-Russja.

(289)

Fid-dawl tal-Pjan Direzzjonali għall-iżvilupp tal-produzzjoni tal-fertilizzanti minerali għall-perjodu sal-2025 adottat mill-gvern Russu (93), huwa previst li l-produzzjoni tal-fertilizzanti tan-nitroġenu (li l-AN huwa wieħed mill-aktar importanti minnhom) se tiżdied (94), biż-żieda fis-sehem tal-esportazzjoni fil-volum tal-output, li jilħaq 65 % fl-2025. Dan jindika li l-biċċa l-kbira mill-industrija Russa tal-fertilizzanti tan-nitroġenu hija mmotivata mill-esportazzjoni.

(290)

L-RFPA saħqet li l-Pjan Direzzjonali mhuwiex immirat lejn il-promozzjoni tal-esportazzjoni tal-AN lejn l-Unjoni.

(291)

Il-Pjan Direzzjonali jipprevedi żieda fil-produzzjoni tal-fertilizzanti tan-nitroġenu għal 11,7 miljun tunnellata fl-2020 u 12,3 miljun tunnellata fl-2025. Hemm mira biex is-sehem tal-esportazzjoni f’volum ta’ output tal-fertilizzanti tan-nitroġenu jiżdied għal 65 % fl-2020, li jindika li l-biċċa l-kbira mill-industrija Russa tal-fertilizzanti tan-nitroġenu hija mmotivata mill-esportazzjoni. Dan josserva wkoll li d-domanda għall-fertilizzanti minerali (li l-AN huwa wieħed mill-aktar importanti minnhom) fis-suq Russu mhijiex se taqbeż 4-5 miljun tunnellata (ikkalkulati bħala 100 % mis-sustanza attiva) u mhux se taqbeż 40 % tat-tagħbija fuq il-kapaċità eżistenti. L-iżvilupp tas-suq Russu tal-fertilizzanti minerali sal-2025 se jkun ristrett mil-livell baxx ta’ domanda effettiva tal-produtturi agrikoli u min-nuqqas ta’ kultura tal-użu ta’ fertilizzanti minerali. Kif diskuss fil-premessa (296), is-suq tal-Unjoni huwa attraenti għall-produtturi esportaturi Russi. Meta wieħed iqis dan flimkien maċ-ċifri diskussi hawn fuq, anki jekk il-Pjan Direzzjonali ma jkunx espliċitament immirat lejn l-Unjoni, iż-żidiet diskussi fih jistgħu potenzjalment jiġu esportati lejn swieq ta’ pajjiżi terzi, inkluż lejn is-suq tal-Unjoni, speċjalment kieku kellhom jitneħħew il-miżuri.

(292)

Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

5.1.   Il-livelli tal-prezzijiet probabbli mir-Russja fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping

(293)

Fil-premessa (169), ġie konkluż li huwa probabbli li l-produtturi esportaturi Russi jesportaw kwantitajiet kbar ta’ AN lejn l-Unjoni li kieku l-miżuri jitħallew jskadew, u li dawn l-esportazzjonijiet aktarx isiru bi prezzijiet oġġett ta’ dumping.

(294)

Biex jitqies il-livell tal-prezz tal-AN Russu mingħajr il-miżuri, sar kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezzijiet immirat lejn l-istima tal-livell ta’ twaqqigħ tal-prezz potenzjali fil-futur, f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu, bl-użu tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi li kkoooperaw lejn pajjiżi terzi (95), u dan sab twaqqigħ sinifikanti ta’ 24,0 %. F’dawn il-livelli tal-prezzijiet, ikun hemm żieda qawwija fl-importazzjonijiet tal-AN mir-Russja fi żmien qasir.

(295)

Meta jitqiesu dawn l-elementi flimkien, il-Kummissjoni sabet li huwa probabbli li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-importazzjonijiet mir-Russja jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping u jwaqqgħu l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni, u b’hekk ikunu qed jeżerċitaw pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni.

5.2.   L-attraenza tas-suq tal-Unjoni

(296)

Kif inhu msemmi fil-premessi (118) u (137), is-suq tal-Unjoni huwa attraenti f’termini tad-daqs u l-prezzijiet tiegħu. L-Unjoni hija l-akbar suq ta’ AN fid-dinja. Is-suq tal-Unjoni għadu attraenti f’termini tal-prezz (96). L-esportaturi Russi għandhom mezzi ta’ distribuzzjoni tal-fertilizzanti stabbiliti sew fl-Unjoni, li jiffaċilitaw l-esportazzjonijiet loġistikament. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-Russja x’aktarx li jwaqqgħu il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-UE, li jkompli jindika li s-suq tal-Unjoni huwa attraenti għall-produtturi Russi.

(297)

Kif imsemmi fil-premessa (120), pajjiżi bħall-Ukrajna, l-Awstralja u l-Indja (97) għandhom miżuri ta’ difiża tal-kummerċ imposti fuq in-nitrat tal-ammonju mir-Russja. F’każ li jiskadu l-miżuri attwali, dawn il-miżuri jagħmlu s-suq tal-Unjoni saħansitra aktar attraenti għall-produtturi Russi, li jiffaċċjaw aktar diffikultajiet biex jesportaw lejn swieq terzi oħra.

5.3.   Impatt fuq l-industrija tal-Unjoni

(298)

Kif ġie konkluż fil-premessa (169) hawn fuq, huwa probabbli li produtturi Russi tal-AN jesportaw kwantitajiet kbar ta’ AN lejn l-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping li kieku l-miżuri jitħallew jiskadu. Barra minn hekk, jista’ jkun raġonevolment mistenni li, bħala konsegwenza tal-attraenza tas-suq tal-Unjoni kif deskritt fil-premessa (296), li kieku jitħassru l-miżuri, mill-inqas parti mill-kapaċità ta’ riżerva fir-Russja tiġi mmirata lejn is-suq tal-Unjoni. Meta titqies l-evoluzzjoni probabbli fil-futur tal-prezzijiet tal-esportazzjoni Russi, kif spjegat fil-premessa (294), huwa probabbli li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Russi jwaqqgħu b’mod konsiderevoli l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

(299)

F’dan ir-rigward, f’termini ta’volumi, huwa probabbli ħafna li l-iskadenza tal-miżuri tippermetti li l-produtturi esportaturi Russi malajr jiksbu ishma mis-suq tal-Unjoni. L-industrija tal-Unjoni mbagħad tiffaċċja tnaqqis immedjat fil-volumi ta’ bejgħ u fis-sehem mis-suq tagħha, kif ukoll żieda fil-kostijiet fissi għal kull unità. Tabilħaqq, l-industrija tal-AN hija industrija intensiva fil-kapital li teħtieġ iżżomm ċertu volum ta’ produzzjoni biex iżżomm il-kostijet fissi f’livelli sostenibbli. Iż-żieda fil-kostijiet fissi wara tnaqqis fil-produzzjoni u fil-bejgħ se taffettwa l-profittabbiltà b’mod negattiv.

(300)

Barra minn hekk, kif dettaljat fil-premessa (174), il-konsum tal-AN huwa mistenni jonqos aktar. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni tikkompeti ma’ importazzjonijiet mir-Russja f’suq li qed jiċkien. Min-naħa tiegħu, huwa probabbli ħafna li dan jeżerċita pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet b’impatt negattiv fuq il-profittabbiltà u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. Fl-istess ħin, l-industrija tal-Unjoni kieku tiġi prekluża milli tagħmel l-investimenti meħtieġa biex tissodisfa l-istandards tas-saħħa, tas-sigurtà u ambjentali tal-UE.

(301)

Dawk il-fatturi kollha flimkien jkunu jwasslu għal sitwazzjoni ta’ rikorrenza ta’ dannu.

(302)

Simulazzjoni bbażata fuq xenarju li fih l-industrija tal-Unjoni jkollha tuża l-istess prezz tal-importazzjoni Russu (fil-livelli attwalment osservati f’pajjiżi terzi, inklużi d-dazju doganali u l-kost ta’ wara l-importazzjoni) filwaqt li żżomm il-volumi ta’ bejgħ tagħha u ġġarrab l-istess kost bħal fil-PIR, indikat li l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni tirreġistra telf ta’ [(-25) - (-29) %].

(303)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu f’każ li jitħassru l-miżuri.

5.4.   Komunikazzjonijiet tal-partijiet interessati

(304)

Il-Federazzjoni Russa saħqet li l-produtturi tal-Unjoni kienu qed jikkontrollaw is-settur tal-AN b’mod strett, billi għandhom sehem mis-suq għoli li jżid il-produzzjoni u l-bejgħ. Skont il-Federazzjoni Russa, il-produtturi tal-Unjoni għalhekk kienu lesti għall-eliminazzjoni tad-dazji fuq il-kompetituri Russi tagħhom, kif kien ikkonfermat mill-esportazzjonijiet dejjem jikbru tal-AN mill-Unjoni.

(305)

L-investigazzjoni kkonfermat li minkejja t-tnaqqis fil-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ, l-industrija tal-Unjoni kellha sehem mis-suq ta’ aktar minn 90 % matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Madankollu, dan ma jqajjimx dubju dwar is-sejba tal-Kummissjoni li ż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-Russja, li kieku kellhom jitneħħewi l-miżuri, tikkawża dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Din l-investigazzjoni wriet li suq tal-AN huwa sensittiv għall-prezz. Għal din ir-raġuni, iż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-Russja (kieku kellhom jitneħħew il-miżuri) twassal biex l-industrija tal-Unjoni titlef il-volum tal-bejgħ u konsegwentement, il-volum tal-produzzjoni, meħtieġ biex il-kostijiet fissi jinżammu f’livell kompetittiv (il-kost fiss jiżdied, peress li jinfirex fuq volum aktar baxx prodott, b’impatt negattiv fuq il-profittabilità). Kif spjegat fil-Premessi (298) - (302), l-industrija tal-Unjoni kieku tiffaċċa tnaqqis immedjat fil-volumi ta’ bejgħ u fis-sehem mis-suq tagħha, u żieda fil-kostijiet fissi għal kull unità. Il-livell ta’ profittabbiltà kieku jonqos sinifikattivament u jaqleb għal wieħed negattiv. Tabilħaqq, dan kien osservat fl-investigazzjoni oriġinali meta l-produtturi tal-Unjoni kellhom inaqqsu l-prezzijiet tagħhom għal ħafna orħos mill-kost biex iżommu ċertu livell ta’ bejgħ biex ikunu jistgħu jikkompetu mal-importazzjonijet Russi li kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Dan wassal għad-dannu lill-industrija tal-Unjoni li kien jikkonsisti fit-tnaqqis fil-bejgħ u fis-sehem mis-suq, u b’mod aktar sinifikanti fit-twaqqigħ fil-prezzijiet u l-profitti tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntalqgħetx.

(306)

L-RFPA saħqet li l-attraenza tas-suq tal-AN tal-Unjoni kienet stmata b’mod eċċessiv. F’dan il-kuntest, l-UE ma kinitx distinta permezz ta’ xi vantaġġi addizzjonali. Pereżempju, il-kost tat-trasport mir-Russja (il-Baltiku) lejn il-Brażil, l-Istati Uniti u l-Amerka Ċentrali kien kważi l-istess bħall-kost tat-trasport lejn l-UE. Aktar minn hekk, minħabba r-restrizzjonijiet ta’ sikurezza u rekwiżit fir-Renju Unit li l-AN jiġi trasportat f’bastimenti żgħar biss, spiss il-kost tat-trasport kien ogħla lejn l-UE milli lejn il-Brażil.

(307)

Instab li din il-pretensjoni kienet fattwalment skorretta. L-investigazzjoni wriet li l-kost tat-trasport tal-produtturi esportaturi li kkooperaw lejn pajjiżi terzi oħra kien kważi 30 % ogħla mill-kostijiet tat-trasport lejn l-Unjoni. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(308)

L-RFPA saħqet ukoll f’komunikazzjoni li wieħed mill-akbar produtturi tal-Unjoni biegħ mill-ġdid AN mixtri fir-Russja lejn destinazzjoni barra mill-Unjoni. Skont l-RFPA din kienet evidenza li l-produtturi tal-Unjoni kienu involuti f’negozjar doppju, għad-detriment tal-bdiewa tal-Unjoni. Il-miżuri anti-dumping ma kinux mistennija jirriżultaw fit-tkabbir tal-industrija tal-Unjoni fis-swieq tal-esportazzjoni globali, bl-użu tar-rikavat miż-żieda fil-bejgħ fl-Unjoni biex jinxtraw il-prodotti allegatament oġġett ta’ dumping biex jinbiegħu mill-ġdid fis-suq globali.

(309)

L-investigazzjoni wriet li l-bejgħ mill-ġdid ta’ AN mixtri mir-Russja msemmi mill-RFPA sar minn entitajiet mhux tal-Unjoni u entitajiet tal-Unjoni ta’ grupp li għalih jappartjeni produttur tal-Unjoni. Dan il-bejgħ mill-ġdid sar lill-Amerka Latina. Kif jidher mir-rapporti annwali tal-grupp, id-dħul iġġenerat minn dan il-grupp (madwar 75 % tad-dħul kien minn bejgħ ta’ fertilizzanti) fl-Amerka Latina kien inqas minn 10 % tad-dħul kollu tal-grupp. Mill-istess rapporti tal-grupp, jidher li d-dħul ewlieni tal-grupp għadu ġġenerat fl-Ewropa (aktar minn 30 %). Għalhekk, dan il-bejgħ mill-ġdid tal-AN mixtri mir-Russja mill-kumpaniji tal-grupp ma setax ikun ta’ benefiċċju għal dan il-produttur tal-Unjoni fil-prestazzjoni tiegħu fis-swieq globali tal-esportazzjoni, u dan għad-detriment tal-bdiewa tal-Unjoni. Għalhekk, il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(310)

L-RFPA imbagħad saħqet li dan il-bejgħ mill-ġdid kien impenn fit-tul bħala distributur tal-AN Russu fis-swieq tal-esportazzjoni barra mill-Unjoni Ewropea u għalhekk naqqas sinifikattivament kwalunkwe riskju ta’ mmirar mill-ġdid tal-esportazzjonijiet wara t-terminazzjoni tal-miżuri anti-dumping. Dan l-impenn fit-tul żamm il-volumi tal-AN Russu barra mis-suq tal-UE u għandu jitqies bħala evidenza tan-nuqqas ta’ probabbiltà ta’ rikorrenza jew ta’ dannu, f’każ li l-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu.

(311)

Il-Kummissjoni osservat li l-imġiba tal-grupp li għalih jappartjeni l-produttur tal-Unjoni ma tirriflettix l-imġiba tal-produtturi esportaturi Russi f’każ li jiskadu l-miżuri anti-dumping, minħabba li dawn huma operaturi ekonomiċi indipendenti. Pereżempju, kapaċitajiet oħra minn dan il-produttur esportatur jew minn produtturi esportaturi oħra jistgħu jiġu mmirati (mill-ġdid) lejn l-Unjoni, f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. Barra minn hekk, il-ftehimiet konklużi fil-kuntest tad-dazji anti-dumping applikabbli fl-Unjoni jistgħu jiġu nnegozjati mill-ġdid jekk il-miżuri jitħallew jiskadu u li kieku suq attraenti jsir aktar disponibbli għall-produtturi Russi tal-AN. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(312)

L-RFPA saħqet ukoll li ż-żieda fil-konsum tal-AN fis-suq domestiku Russu u n-networks ta’ distribuzzjoni eżistenti tal-produtturi Russi tal-AN barra mill-UE kienu evidenza tan-nuqqas ta’ probabbiltà ta’ rikorrenza u ta’ dannu f’każ li l-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu.

(313)

L-analiżi tal-konsum tal-AN fis-suq domestiku Russu fil-Premessi (130) - (134) hawn fuq ikkonkludiet li ma kinitx garantita żieda. Barra minn hekk, in-networks ta’ distribuzzjoni eżistenti f’pajjiżi terzi oħra ma jipprevjenux li l-esportaturi jużaw in-networks ta’ distribuzzjoni eżistenti jew li jistabbilixxu networks ta’ distribuzzjoni ġodda fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(314)

Produttur esportatur li kkoopera saħaq li l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni fir-Russja ntużaw bis-sħiħ. Għalhekk, ma kienx possibbli li tiżdied b’mod sinifikanti l-produzzjoni tan-nitrat tal-ammonju u l-esportazzjonijiet tiegħu lejn l-UE. Id-domanda għan-nitrat tal-ammonju żdiedet b’mod sinifikanti madwar id-dinja u se tkompli tiżdied. Id-domanda għall-fertilizzanti fir-reġjuni tal-Amerka Latina u tal-APAC kienet qed timmotiva t-tkabbir tas-suq tan-nitrat tal-ammonju minħabba l-espansjoni tal-artijiet agrikoli f’dawn il-pajjiżi. Id-domanda għan-nitrat tal-ammonju kienet qed tikber ukoll fir-Russja. Fl-istess ħin, it-tkabbir tas-suq għad-domanda fl-UE kien aktar bil-mod meta mqabbel ma’ reġjuni oħra. Għalhekk, f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu, ma jkunx hemm żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju mir-Russja.

(315)

Fid-dawl tad-daqs tas-suq tal-Unjoni, tal-prossimità ġeografika, tal-prezzijiet, tat-twaqqigħ tal-prezz li x’aktarx li nstab, kif ukoll tal-fatt li xi wħud mill-esportaturi Russi kellhom mezzi ta’ distribuzzjoni stabbiliti sew fl-Unjoni li jiffaċilitaw l-esportazzjonijiet b’mod loġistiku, is-suq tal-Unjoni tqies bħala attraenti għall-produtturi Russi. Il-Kummissjoni qieset li l-konsum projettat fil-pajjiżi inkwistjoni kien jinsab f’livell li kieku jippermetti biss l-assorbiment parzjali tal-kapaċità ta’ riżerva tal-produtturi Russi.

(316)

Produttur esportatur li kkoopera saħaq li l-investimenti fil-Brażil u pajjiżi terzi oħra minn diversi produtturi esportaturi Russi wrew l-attraenza tal-Brażil u ta’ pajjiżi terzi oħra b’kuntrast mal-Unjoni.

(317)

Il-Kummissjoni osservat li dawn l-investimenti jikkonfermaw ir-rieda tal-produtturi Russi li jesportaw lejn pajjiżi terzi. Madankollu, dawn l-investimenti saru filwaqt li kien hemm miżuri fis-seħħ fl-Unjoni. Dawn ma jindikawx li dawn is-swieq ikunu aktar attraenti mis-suq tal-Unjoni f’każ li jitwaqqfu l-miżuri.

(318)

Bosta partijiet interessati saħqu li l-miżura dwar l-importazzjoni ta’ AN fl-UE ilha fis-seħħ għal aktar minn 25 sena, u li din is-sitwazzjoni ma kellhiex preċedent u ma kinitx tikkonforma man-natura tal-miżuri anti-dumping.

(319)

Ir-Regolament bażiku ma jistabbilix żmien massimu għall-applikazzjoni ta’ miżuri anti-dumping. F’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni sabet li hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping u ta’ dannu f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. Għalhekk, il-pretensjoni ta’ dawn il-partijiet ma ntlaqgħetx.

(320)

Wara l-iżvelar, bosta partijiet interessati (98) ddikjaraw li l-Kummissjoni naqset milli tqis il-pożizzjoni attwali tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, li kienu gruppi kbar b’networks ta’ distribuzzjoni b’saħħithom, protetti minn ostakli għall-importazzjoni u li bħalissa jistgħu jitolbu primjums għall-AN meta mqabbla mas-swieq globali, inklużi l-Baħar l-Iswed, il-Baltiku u l-Brażil. Huma sostnew li l-miżura anti-dumping eżistenti rrappreżentat korrezzjoni eċċessiva minħabba li l-industrija tal-Unjoni, filwaqt li użat biss nofs il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha, kisbet profitt ta’ aktar minn 8 % tal-profitt fil-mira tal-industrija tal-Unjoni u redditu għoli fuq l-investimenti.

(321)

L-ewwel nett, il-fatt li wħud mill-produtturi tal-Unjoni jappartjenu għal xi gruppi kbar mhux bilfors jissarraf fil-kapaċità li jintalbu primjums tal-prezzijiet. Barra minn hekk, kuntrarjament għal dak li ġie sostnut, is-sempliċi eżistenza ta’ erba’ gruppi kbar u ta’ diversi produtturi iżgħar fiha nnifisha ma tagħmilhomx oligopolju.

(322)

It-tieni, il-primjum allegat mitlub minn dawn il-partijiet interessati nstab li kien id-differenza bejn il-prezzijiet spot tal-AN (jiġifieri tranżazzjonijiet ta’ bejgħ konklużi, offerti ta’ akkwist u ta’ bejgħ) b’termini ta’ konsenja differenti fi Franza u l-Baħar l-Iswed, il-Baltiku, il-Brażil u reġjuni oħra, jiġifieri l-bażi tat-tqabbil ma kinitx fl-istess livell ta’ konsenja, kif ippreżentat minn dawn il-partijiet. Dan huwa partikolarment importanti peress li l-partijiet infushom jirrikonoxxu fil-kummenti tagħhom li t-trasport tal-AN jiswa ħafna flus. Barra minn hekk, ma tista’ tintlaħaq l-ebda konklużjoni fuq il-bażi ta’ dawn il-prezzijiet, kif spjegat fil-premessa (199), peress li dawn kienu jinkludu prezzijiet ta’ offerti ta’ akkwist u ta’ bejgħ li ma kinux neċessarjament konklużi u li huma relatati biss ma’ Stat Membru wieħed. Il-prezzijiet tal-AN ivarjaw madwar l-Unjoni, kif rikonoxxut b’mod impliċitu minn Acron fil-kummenti tagħha riprodotti fil-premessa (262), meta argumentat li l-prezzijiet tal-Unjoni rrappurtati mill-Kummissjoni kienu baxxi wisq u għalhekk iridu jiġu biss mill-Polonja u mil-Litwanja. It-tielet, il-prezzijiet tal-AN tal-produtturi tal-Unjoni fl-Unjoni, kif instab u deskritt fil-premessa (199), kienu minn14 sa 25 % inqas mill-prezzijiet spot tal-AN fi Franza (99), kif ipprovdut minn dawn il-partijiet interessati matul il-perjodu kkunsidrat. Ir-raba’, kif muri fil-premessa (244), wara l-aġġustament tal-prezzijiet spot tal-AN fir-reġjuni tal-Baħar l-Iswed, il-Baltiku u l-Brażil għall-fruntiera CIF tal-UE (100), il-prezzijiet reali tal-AN fl-Unjoni kienu fl-istess livell fl-2016 - 2017 u ogħla b’sempliċiment minn 9 sa EUR 15/tunnellata fl-2018 u l-PIR. Għalhekk, differenza bħal din fil-prezz reali tal-AN fl-Unjoni meta mqabbla mas-swieq l-oħra ma setgħetx titqies bħala permanenti u/jew sostanzjali.

(323)

Fir-rigward tal-profittabbiltà ta’ hawn fuq ta’ 8 % tal-industrija tal-Unjoni bħala evidenza li qed jintalab primjum, il-Kummissjoni tinnota li l-profitt fil-mira mhuwiex profitt li ’l fuq minnu jseħħ primjum fuq il-prezz; redditu għoli fuq l-investiment mhuwiex prova tal-primjum tal-prezz. Barra minn hekk, il-profittabbiltà tal-produtturi esportaturi Russi fil-kampjun hija ferm ogħla mill-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. Bil-loġika ta’ dan l-argument, ikunu effettivament il-produtturi esportaturi Russi li jitolbu primjum tal-prezz sinifikanti fuq is-swieq domestiċi kif ukoll fuq dawk tal-esportazzjoni tagħhom aktar milli fuq l-industrija tal-Unjoni. Fir-rigward tal-użu tal-kapaċità, kif rikonoxxut fl-investigazzjonijiet preċedenti dwar in-nitrat tal-ammonju, rata baxxa ta’ użu tal-kapaċità għall-prodott ikkonċernat hija indikatur inqas sinifikanti tas-sitwazzjoni ekonomika ġenerali tal-industrija. Dan minħabba li n-nitrat tal-ammonju likwidu (prodott intermedju) jista’ jintuża biex jiġi prodott in-nitrat solidu tal-ammonju, iżda wkoll prodotti downstream oħra. B’konsegwenza ta’ dan, jista’ jkun hemm distorsjonijiet statistiċi minħabba l-eżistenza ta’ impjanti bi skopijiet multipli li jistgħu jaqilbu l-produzzjoni għal fertilizzanti oħra jew minnhom. Abbażi ta’ dan, il-pretensjoni tal-partijiet ma ntlaqgħetx.

(324)

Bosta partijiet interessati (101) ddikjaraw li l-Kummissjoni kienet inkonsistenti meta allegat li l-interazzjonijiet kompetittivi fil-pajjiżi terzi ma jkunux rilevanti għad-determinazzjoni ta’ jekk id-dannu huwiex probabbli li jerġa’ jseħħ, billi l-prezzijiet tal-esportazzjoni Russi lejn pajjiżi terzi tqiesu xierqa biex tiġi stabbilita l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping u biex jiġu stabbiliti l-livelli probabbli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-Russja fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping. Barra minn hekk, il-partijiet interessati argumentaw li d-data dwar l-esportazzjonijiet użata mill-Kummissjoni ma kinitx appoġġata miċ-ċifri tal-Eurostat għal CN310230 90 u 310240 90. Huma argumentaw li ċ-Ċina ma kinitx destinazzjoni ta’ esportazzjoni għall-AN tal-produtturi tal-Unjoni u li l-prezzijiet tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-konsenja b’xejn abbord (FOB) kienu taħt il-prezz medju tal-bejgħ mill-fabbrika fl-Unjoni.

(325)

B’rabta mar-rikorrenza ta’ dannu, l-investigazzjoni tal-Kummissjoni hija relatata mas-sitwazzjoni fis-suq tal-Unjoni. L-industrija tal-Unjoni topera l-aktar fis-suq lokali tagħha, li huwa n-negozju ewlieni tagħha. Il-fatt li produtturi esportaturi Russi u l-industrija tal-Unjoni għandhom il-possibbiltà li jikkompetu fi swieq oħra f’pajjiżi terzi b’karatteristiċi tas-suq differenti ma għandhiex x’taqsam direttament ma’ din l-analiżi. B’mod speċjali, kif rikonoxxut fil-premessa (174), is-suq tal-Unjoni huwa suq li qed jiċkien f’termini ta’ konsum tal-AN, li jista’ ma jkunx il-każ, tabilħaqq kif iddikjarat mill-produtturi esportaturi tas-swieq l-oħra. Għall-kuntrarju, l-analiżi tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping tinvolvi analiżi ta’ tali fatturi bħall-imġiba u l-ipprezzar tal-produtturi esportaturi f’pajjiż terz u l-inċentivi tagħhom biex jidderiġu mill-ġdid l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni.

(326)

Barra minn hekk, anki jekk isseħħ xi interazzjoni bejn l-industrija tal-Unjoni u l-produtturi esportaturi fi swieq terzi, din ma tistax titqies bħala evidenza tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tikkompeti mal-produtturi esportaturi Russi fi swieq terzi, u ħafna inqas fis-suq tal-Unjoni. L-ewwel nett, l-industrija tal-Unjoni u l-produtturi esportaturi Russi huma ffukati fuq swieq tal-esportazzjoni differenti. L-industrija tal-Unjoni tesporta lejn iċ-Ċina, l-Ukrajna, il-Brażil, is-Serbja u l-Awstralja, bħala d-destinazzjonijiet ewlenin. Kif imsemmi fil-premessa (120), l-Ukrajna u l-Awstralja huma de facto magħluqa għall-esportazzjonijiet Russi. L-unika interazzjoni reali mal-bejgħ fuq l-industrija tal-Unjoni ssir fil-Brażil. Madankollu, anki hemmhekk, skont l-istatistika tal-esportazzjoni (102), il-volum tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni jirrappreżenta biss madwar 4 % tal-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi Russi. Aktar importanti minn hekk, huwa ċar li l-industrija tal-Unjoni ma tkunx kapaċi tiflaħ għall-kompetizzjoni inġusta mill-produtturi esportaturi Russi fis-suq tal-Unjoni, peress li, kif ġie konkluż fil-premessa (169), huwa probabbli li l-produtturi Russi tal-AN jesportaw kwantitajiet kbar ta’ AN lejn l-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, fin-nuqqas tal-miżuri tal-UE.

(327)

Fir-rigward tal-allegazzjoni tal-partijiet interessati li d-data tal-Eurostat ma tikkonfermax is-sejbiet tal-Kummissjoni fir-rigward tad-destinazzjonijiet u l-prezzijiet, il-Kummissjoni nnotat li l-partijiet interessati qiesu biss tnejn mill-kodiċijiet NM relatati mal-prodott soġġett għal reviżjoni. Għalhekk, huma ħarsu biss lejn stampa waħda tal-esportazzjonijiet rilevanti tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-livell ta’ konsenja tal-prezz CIF lejn id-destinazzjoni tal-esportazzjoni u mhux il-livell ta’ konsenja tal-prezz FOB huwa l-bażi t-tajba biex jitqabblu l-prezzijiet tal-esportazzjoni mal-prezzijiet mill-fabbrika tal-Unjoni minħabba li l-prezzijiet għandhom jitqabblu fl-istess punt tal-konsenja.

(328)

Fl-aħħar nett, il-produtturi esportaturi Russi kienu profittabbli ħafna (il-profittabilità tvarja minn 24 % sa 50 %) bil-prezzijiet medji tal-bejgħ tagħhom ta’ EUR 133/tunellata għas-swieq terzi fil-PIR. Anki bl-ispejjeż tat-trasport u tal-assigurazzjoni lejn l-Unjoni (103), il-prezz CIF medju fil-fruntiera tal-Unjoni tal-produtturi esportaturi Russi jkun taħt il-prezz ta’ ekwilibriju (104) tal-industrija tal-Unjoni. B’riżultat ta’ dan, il-produtturi esportaturi Russi jkunu profittabbli fis-suq tal-Unjoni, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni tkun sempliċiment qed tkopri l-ispejjeż tagħhom. Għalhekk, dawn il-pretensjonijiet ma ntlaqgħux.

(329)

Xi partijiet interessati ddikjaraw li l-importazzjonijiet Russi x’aktarx ma kellhomx impatt dannuż fuq il-produtturi tal-Unjoni minħabba li:

(i)

ma kien hemm l-ebda evidenza li l-importazzjonijiet Russi “jiksbu malajr ishma mis-suq” fis-suq tal-Unjoni jekk jitneħħew il-miżuri anti-dumping. Għall-kuntrarju, l-industrija tal-Unjoni kienet uriet il-kapaċità tagħha li żżid il-preżenza tagħha fis-swieq ta’ pajjiżi terzi, minkejja l-preżenza parallela tal-importazzjonijiet Russi f’dawn is-swieq;

(ii)

L-importazzjonijiet Russi jistgħu jżidu s-sehem mis-suq tagħhom sa 6 % tal-konsum tal-Unjoni, li ma kienx biżżejjed biex jikkawża “tnaqqis immedjat fil-volumi tal-bejgħ, fis-sehem mis-suq u fiż-żieda fil-kostijiet fissi għal kull unità, li se jaffettwaw b’mod negattiv il-profittabbiltà”;

(iii)

kwalunkwe sehem mis-suq mitluf fis-suq domestiku tal-Unjoni jkun ikkumpensat minn bejgħ ogħla ta’ esportazzjoni lejn is-swieq ta’ pajjiżi terzi, li jfisser li l-ispejjeż fissi għal kull unità tal-produtturi tal-Unjoni jibqgħu stabbli;

(iv)

kwalunkwe diffikultà potenzjali esperjenzata mill-industrija tal-Unjoni bħala riżultat tas-suq li qed jiċkien ma tikkwalifikax bħala d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet Russi;

(v)

l-iżvelar addizzjonali jkun meħtieġ biex jinftiehmu sew il-kalkoli li saru fis-simulazzjoni tal-profitt/telf tal-industrija tal-Unjoni biex jitqabblu l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Russi allegati fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping, dawn tal-aħħar huma bbażati b’mod ċar fuq metodoloġija mhux preċiża.

(330)

L-ewwel nett, kif imsemmi fil-premessi (325) u (326), il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma tistax tintuża bħala indikazzjoni tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tikkompeti mal-produtturi esportaturi Russi. Sadanittant, kif spjegat fil-premessi (296) u (297) kif ukoll fil-premessi (340) u (341), is-suq tal-Unjoni huwa attraenti għall-produtturi esportaturi Russi mil-lat tal-prezz u tal-prossimità.

(331)

It-tieni, żieda fil-volumi tal-importazzjonijiet Russi fil-livelli tal-prezzijiet stmati fl-investigazzjoni tkun biżżejjed biex tikkawża tnaqqis immedjat fil-volumi tal-bejgħ tagħha, fis-sehem mis-suq u żieda fil-kostijiet fissi għal kull unità tal-industrija tal-Unjoni, b’effett negattiv sussegwenti fuq il-profittabilità, kif muri fil-premessa (302).

(332)

It-tielet, fir-rigward tar-rikorrenza ta’ dannu, l-investigazzjoni tikkonċerna s-sitwazzjoni fis-suq tal-Unjoni. Il-Kummissjoni ma tarax għaliex id-dannu kkawżat lill-industrija fis-suq tal-Unjoni għandu jittaffa b’żidiet allegati xi mkien ieħor. Il-fatt li hemm swieq ta’ pajjiżi terzi li lejhom l-industrija tal-Unjoni tista’ (terġa’) tidderiġi l-bejgħ tagħha ma jirrigwardax direttament l-analiżi tar-rikorrenza ta’ dannu.

(333)

Ir-raba’, il-Kummissjoni ma sabitx dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni.

(334)

Il-ħames, simulazzjoni deskritta fil-premessa (302) tqiegħdet fil-fajl tal-każ aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha (105). Id-data tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun f’din is-simulazzjoni ġiet indikata f’firxiet sabiex ma tiġix żvelata informazzjoni speċifika għall-kampjun, li tqieset kunfidenzjali (setgħet żvelat informazzjoni speċifika tal-kampjun fost il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u setgħet serviet bħala vantaġġ kummerċjali għalihom jew għal partijiet interessati oħra). Il-valuri li qegħdin fil-firxiet ma jrendux is-simulazzjoni mqiegħda fil-fajl bla sens u lanqas ma jċaħħdu lill-produtturi esportaturi mid-dritt tad-difiża tagħhom peress li ż-żewġ valuri mill-qiegħ sal-quċċata tal-firxiet użati jagħtu prova li l-industrija tal-Unjoni tkun qed tagħmel telf kbir fil-livell tal-prezzijiet użat. Barra minn hekk, is-simulazzjoni assumiet li l-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni jitniżżel ’l isfel għal-livell tal-prezz tal-importazzjonijiet Russi osservat fil-pajjiżi terzi. Imbagħad, parametri oħra tas-simulazzjoni, jiġifieri, il-volum tal-bejgħ u l-kost tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, kienu bbażati fuq data vverifikata tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Ta’ min jinnota li s-simulazzjoni qieset il-kost tal-produtturi tal-Unjoni għall-volum mibjugħ fl-Unjoni, minflok il-kost għall-volum prodott. Għalhekk, il-pretensjonijiet ma ntlaqgħux.

(335)

L-istess partijiet interessati ddikjaraw li l-Kummissjoni vvalutat b’mod żbaljat l-impatt potenzjali tal-importazzjonijiet Russi fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. B’mod partikolari, hija ħalliet barra l-kundizzjonijiet tas-suq favorevoli li fihom il-produtturi tal-Unjoni se joperaw għall-ħames snin li ġejjin minħabba t-tnaqqis fil-kostijiet tal-gass fl-Unjoni. Huma sostnew li analiżi li tħares’ il quddiem tal-probabbiltà ta’ dannu jenħtieġ li tikkunsidra tali spejjeż aktar baxxi u l-impatt tagħhom fuq il-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jikkompetu b’mod effettiv mal-produtturi Russi fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping.

(336)

Abbażi tal-previżjoni tal-prezz tal-gass maħruġa mill-Bank Dinji (106), il-prezz tal-gass fl-Ewropa se jilħaq il-livell osservat fl-2016, il-bidu tal-perjodu kkunsidrat, fl-2023. Jenħtieġ li l-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni jsegwi l-istess xejra, peress li dawn huma marbuta ma’ xulxin (il-premessa (200)). B’dawn is-suppożizzjonijiet, il-kost tal-produtturi tal-Unjoni mbagħad ikun ta’ madwar EUR 174/t, bħal fl-2016. Jekk wieħed jassumi li l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Russi lejn pajjiż terz baqgħu fl-istess livell bħal fil-PIR (peress li l-prezz tal-gass regolat mir-Russja baqa’ stabbli (107)), dawn il-prezzijiet xorta waħda jkunu taħt il-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni (jiġifieri inqas minn EUR 174/t). Abbażi ta’ dan, huwa probabbli li l-esportazzjonijiet Russi lejn l-Unjoni xorta waħda jeżerċitaw pressjoni qawwija fuq il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant din il-pretensjoni tal-partijiet ma ntlaqgħetx.

(337)

L-istess partijiet interessati sostnew li t-tneħħija tal-miżuri anti-dumping ma ċċaħħadx lill-industrija tal-Unjoni mill-protezzjoni kollha, peress li tkompli tibbenefika mid-dazju doganali MFN (108).

(338)

L-għan tal-miżura anti-dumping huwa li terġa’ tiġi stabbilita kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni. Id-dazji doganali konvenzjonali eżistenti ma jservux dan l-iskop u għalhekk ma jistgħux ikunu r-raġuni għalfejn il-miżuri anti-dumping ma jinżammux/ma jiġux imposti fuq importazzjonijiet bi prezz inġust. Il-pretensjoni tal-partijiet ma ntlaqgħetx.

(339)

L-istess partijiet interessati stqarrew li l-attraenza tas-suq tal-Unjoni kienet sopravvalutata:

(i)

il-produtturi esportaturi Russi jesportaw lejn l-Unjoni bl-istess prezz li bih esportaw lejn pajjiżi terzi oħra, kif allegatament rikonoxxut ukoll mill-Kummissjoni;

(ii)

abbażi ta’ wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun fir-Russja, il-kost tat-trasport lejn is-swieq ta’ pajjiżi terzi (bħall-Brażil, l-Istati Uniti u l-Amerka Ċentrali) kien kważi l-istess bħall-kost tat-trasport lejn l-Unjoni.

(340)

L-ewwel nett, sabiex jiġi kkunsidrat livell probabbli tal-prezz tal-AN tal-produtturi esportaturi Russi lejn l-Unjoni mingħajr il-miżuri, il-Kummissjoni stmat il-livell ta’ twaqqigħ tal-prezz potenzjali fin-nuqqas ta’ miżuri bl-użu tal-prezzijiet attwali tal-produtturi esportaturi li kkooperaw lejn pajjiżi terzi (il-premessa (294)). Il-konklużjoni li l-produtturi esportaturi Russi x’aktarx kienu se jidderiġu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni kienet minħabba li l-prezzijiet prevalenti tal-AN fl-Unjoni kienu ogħla mill-prezzijiet tal-esportazzjoni Russi fis-swieq ta’ pajjiżi terzi, u dan ħoloq inċentiv ekonomiku. Din l-investigazzjoni stabbiliet li l-prezz mill-fabbrika fl-Unjoni kien ta’ madwar EUR 219/tunnellata (il-premessa (200)), li kien ogħla b’mod sinifikanti mill-prezz tal-esportazzjoni medju mill-fabbrika ta’ EUR 133/tunnellata tat-tliet produtturi esportaturi fil-kampjun lejn pajjiżi terzi (il-premessa (81)). Abbażi ta’ dan, il-produtturi esportaturi Russi għandhom inċentiv ekonomiku biex ibigħu lill-Unjoni minflok lil swieq terzi. B’mod partikolari, meta jitqies il-fatt li, kif ibbażat fuq it-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi esportaturi Russi fil-kampjun, dawn diġà jkopru l-kost tal-bejgħ lejn l-Unjoni u jiksbu l-profitti meta jbigħu skont il-miżuri anti-dumping eżistenti. Dan jimplika li meta jbigħu bi prezz saħansitra ogħla lill-Unjoni, huma jiksbu profitti saħansitra ogħla.

(341)

It-tieni, kif innutat fil-premessa (307), abbażi tal-kost tat-trasport tal-produtturi esportaturi kollha li kkooperaw, din l-investigazzjoni sabet li l-kost tat-trasport lejn pajjiżi terzi kien kważi 30 % ogħla milli lejn l-Unjoni. Għalhekk, din il-pretensjoni li tappartjeni lil produttur esportatur Russu partikolari, ma ntlaqgħetx.

(342)

Produttur esportatur Russu sostna li l-Kummissjoni kienet awtokontradittorja u li l-analiżi tar-rabta kawżali ma kellhiex raġunament. Minn naħa waħda, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienet meħtieġa l-ebda analiżi tal-kawżalità u, min-naħa l-oħra, hija kkonkludiet li d-dannu kien ikkawżat mill-importazzjonijiet Russi.

(343)

Din il-pretensjoni kienet ibbażata fuq in-nuqqas ta’ fehim tal-valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni f’dan il-każ. Kif intqal fil-premessa (216), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali. Għalhekk, ma saritx analiżi tar-rabta kawżali billi din ma kinitx iġġustifikata. Madankollu, fl-analiżi sussegwenti tagħha tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien probabbli li d-dannu materjali jerġa’ jseħħ jekk il-miżuri anti-dumping eżistenti kontra l-importazzjonijiet mir-Russja jitħallew jiskadu. Għalhekk il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(344)

L-istess produttur esportatur Russu argumenta li l-pajjiżi terzi kienu attraenti għalihom u li d-domanda f’dawk is-swieq kienet qed tikber. Il-produttur esportatur spjega kif is-swieq domestiċi u tal-Ukrajna (li skont il-produttur esportatur ammontaw għal 7 % tal-konsum globali tal-AN) użaw il-kapaċità kollha tiegħu matul l-istaġun rilevanti għall-bejgħ fl-Unjoni. Barra minn hekk, huwa spjega kif bena l-kapaċità ta’ esportazzjoni tiegħu lejn reġjuni oħra għajr l-Unjoni. Partijiet interessati oħra ddikjaraw li s-suq tal-Unjoni kien biss wieħed minn ħafna swieq li l-produtturi esportaturi Russi setgħu jesportaw lejh. Ma kellhom l-ebda inċentiv speċifiku biex jidderiġu mill-ġdid l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni u jiksru kuntratti eżistenti fit-tul jekk il-miżuri anti-dumping jitneħħew;

(345)

Il-Kummissjoni nnotat li hija ma ċaħditx li s-swieq ta’ pajjiżi terzi setgħu jkunu attraenti għall-produtturi esportaturi Russi meta mqabbla mas-suq tal-Unjoni b’miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet mir-Russja fis-seħħ. Madankollu, jekk dawn il-miżuri jitħallew jiskadu, kif spjegat fil-premessi (296) u (297) kif ukoll fil-premessi (340) u (341), is-suq tal-Unjoni jkun attraenti għall-produtturi esportaturi Russi mil-lat tal-prezz u tal-prossimità. Il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni huma ħafna ogħla u għalhekk aktar profittabbli minn dawk fis-swieq domestiċi u swieq terzi oħra. L-impenji kuntrattwali tal-operaturi ekonomiċi jistgħu jiġu nnegozjati mill-ġdid wara l-qligħ. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (143), is-suq tal-Ukrajna jibqa’ magħluq għall-esportazzjonijiet Russi tal-AN. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-bini tal-kapaċità fis-swieq ta’ pajjiżi terzi filwaqt li l-Unjoni tibqa’ taħt miżuri anti-dumping, hija sempliċiment tipprova li l-esportazzjonijiet huma importanti għall-produtturi esportaturi Russi. Dan ma jikkontradixxix il-fatt li, kif iddikjarat fil-premessa (340), il-prezzijiet fl-Unjoni huma ħafna aktar attraenti minn dawk f’dawk is-swieq u, kif iddikjarat fil-premessa (341), li l-kost tat-trasport lejn l-Unjoni huwa aktar baxx minn dak lejn dawk id-destinazzjonijiet l-oħra. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntalqgħetx.

6.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(346)

F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti fil-konfront tar-Russja tmurx kontra l-interessi ġenerali tal-Unjoni. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti.

(347)

Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

(348)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping u ta’ rikorrenza ta’ dannu, kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti. Qed jiġi mfakkar li, fl-investigazzjoni oriġinali, l-adozzjoni tal-miżuri ma tqisitx bħala li se tmur kontra l-interessi tal-Unjoni.

6.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(349)

Kif spjegat fil-premessa (213), il-miżuri ppermettew li l-industrija tal-Unjoni tippreserva s-sitwazzjoni mikroekonomika pożittiva tagħha. Fl-istess ħin, ġie konkluż ukoll fil-premessi (298) - (303) li l-industrija tal-Unjoni aktarx tesperjenza deterjorament tas-sitwazzjoni tagħha f’każ li l-miżuri anti-dumping fil-konfont tar-Russja jitħallew jiskadu. Tabilħaqq, l-investigazzjoni wriet li l-kontinwazzjoni tal-miżuri aktarx tiżgura s-sitwazzjoni ekonomika tal-istat attwali tal-industrija tal-Unjoni. L-industrija tal-Unjoni tkun tista’ tagħmel u tkompli l-investimenti li għaddejjin, b’mod partikolari dawk relatati mal-istandards tas-saħħa, tas-sikurezza u ambjentali tal-UE.

(350)

It-terminazzjoni ta’ miżuri mingħajr dubju tkun twassal għal deterjorament rapidu tas-sitwazzjoni ekonomika tagħha. Meta jitqies il-fatt li l-AN mhuwiex l-uniku prodott fil-portafoll tal-fertilizzant tan-nitroġenu iżda huwa l-komponent tal-profil ġenerali tal-produzzjoni integrata, dannu rikorrenti għall-produzzjoni tal-AN jaffettwa minnufih il-linji ta’ produzzjoni kollha upstream (ammonijaka, aċidu nitriku), downstream (UAN) u l-linji relatati (CAN, A5, urea). Għalhekk, in-negozju tal-AN ikollu impatt negattiv dirett fuq in-negozju kollu tal-fertilizzanti tan-nitroġenu.

(351)

Għalhekk, il-kontinwazzjoni tal-miżuri fil-konfront tar-Russja tkun ta’ benefiċċju għall-industrija tal-Unjoni.

6.2.   L-interess tal-importaturi/tan-negozjanti

(352)

Kif imsemmi fil-premessa (41), l-ebda importatur ma kkoopera jew ma ppreżenta lilu nnifsu f’din l-investigazzjoni. Għalhekk, ma kienx hemm indikazzjonijiet li l-konklużjonijiet milħuqa fl-aħħar investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza (109) ma għadhomx validi u li ż-żamma tal-miżuri jkollha impatt negattiv fuq l-importaturi li jkun akbar mill-impatt pożittiv tal-miżuri.

6.3.   L-interess tal-utenti

6.3.1.   Kummenti ġenerali

(353)

Kif imsemmi fil-premessa (49), żewġ utenti (bdiewa) wieġbu għall-kwestjonarju. Bosta assoċjazzjonijiet tal-utenti (bdiewa) esprimew l-oppożizzjoni tagħhom għall-kontinwazzjoni tal-miżuri minħabba li dawn joħolqu “primjum tas-suq” għall-AN (u l-CAN) innegozjat fl-Unjoni meta mqabbel ma’ swieq oħra, u hemm ħtieġa urġenti biex jittaffa l-piż tal-kost fuq il-bdiewa. Il-pretensjoni tagħhom assumiet li l-“primjum tas-suq” maħluq mid-dazji anti-dumping u dawk doganali ġie trasferit f’livell ta’ 100 % għall-prezz tal-fertilizzant.

(354)

L-analiżi tal-interess tal-utenti kienet ibbażata fuq id-data tal-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura (“DĠ AGRI”) u fuq żewġ kwestjonarji għall-bdiewa Franċiżi (li d-data tagħhom hija sensittiva u għalhekk, meta tintuża fl-analiżi hawn taħt, hija pprovduta f’meded).

(355)

L-analiżi tal-interess tal-Unjoni tkopri essenzjalment żewġ aspetti: (i) il-kost tal-AN fil-kost ta’ azjenda agrikola, (ii) l-effett tal-miżuri fuq il-kostijiet ta’ azjenda agrikola fil-perjodu kkunsidrat.

6.3.2.   Ir-rappreżentattività tal-kost tal-AN fil-kostijiet tal-bdiewa

(356)

L-assoċjazzjonijiet tal-utenti saħqu li: (i) l-impatt tal-ostakoli għall-kummerċ fuq l-ekonomija tal-azjendi agrikoli għandu jiġi vvalutat fuq azjendi agrikoli tal-għelejjel li jinħartu, b’mod aktar speċifiku l-azjendi agrikoli speċjalizzati fiċ-ċereali, fiż-żrieragħ żejtnin u fl-għelejjel tal-proteini (“azjendi agrikoli COP”), u mhux fuq is-settur agrikolu kollu kemm hu; (ii) l-azjendi agrikoli COP huma dawk l-aktar intensivi fil-fertilizzant u għalhekk huma l-utenti effettivi tal-AN; (iii) huma wkoll l-akbar utenti tal-fertilizzanti tan-nitroġenu fl-Unjoni (110). Dawn l-azjendi agrikoli jirrappreżentaw madwar 35 % tal-azjendi agrikoli kollha fl-Unjoni (111).

6.3.2.1.   Il-kost tal-AN fil-kost tal-azjendi agrikoli COP

(357)

L-impatt tal-fertilizzanti b’mod kumplessiv u tal-AN b’mod partikolari fuq il-kostijiet tal-bdiewa ġie vvalutat abbażi tad-data pprovduta miż-żewġ bdiewa Franċiżi li wieġbu għall-kwestjonarju. Din l-analiżi wriet li l-fertilizzanti (b’mod ġenerali) użati f’dawn l-azjendi agrikoli Franċiżi kienu jirrappreżentaw madwar [36 - 45 %] mill-kost speċifiku tal-għelejjel (112) u madwar [16 - 21 %] mill-kost totali tal-azjendi agrikoli (113) fl-aħħar sena finanzjarja disponibbli (114). Meta jitqies li l-kost tal-AN kien jikkostitwixxi madwar [39-44 %] tal-kost tal-fertilizzanti kollha użati f’dawn l-azjendi agrikoli Franċiżi (115), il-kost tal-AN kien jirrappreżenta madwar [15-20 %] mill-kost speċifiku tal-għelejjel u sa [3-5 %] mill-kost totali tal-azjendi agrikoli fl-istess perjodu.

(358)

Din l-informazzjoni ġiet ikkontroverifikata mad-data dwar l-ekonomija tal-azjendi agrikoli għall-azjendi agrikoli COP fi Franza miksuba mid-DĠ AGRI. Tabilħaqq, din ikkonfermat li l-fertilizzanti (b’mod ġenerali) użati għal dawn l-azjendi agrikoli COP speċjalizzati fi Franza kienu jirrappreżentaw madwar 42 % mill-kost speċifiku tal-għelejjel u madwar 14 % mill-kost totali tal-azjendi agrikoli fl-aħħar sena finanzjarja disponibbli (116). Madankollu, meta wieħed jassumi li l-kost tal-AN kien jikkostitwixxi madwar [39-44 %] tal-kost tal-fertilizzanti kollha wżati, il-kost tal-AN għalhekk seta’ jirrappreżenta massimu ta’ 17 % mill-kost speċifiku tal-għelejjel u massimu ta’ 5,8 % mill-kost totali tal-azjendi agrikoli fl-istess perjodu fi Franza.

(359)

Għall-UE kollha kemm hi, abbażi tad-data miksuba mid-DĠ AGRI, il-fertilizzanti użati għal dawn l-azjendi agrikoli COP speċjalizzati fl-UE kienu jirrappreżentaw madwar 43 % mill-kost speċifiku tal-għelejjel u madwar 13 % mill-kost totali tal-azjendi agrikoli fl-aħħar sena finanzjarja disponibbli (117). Għalhekk, meta wieħed jassumi li l-kost tal-AN kien jikkostitwixxi madwar [39-44 %] tal-kost tal-fertilizzanti kollha użati, il-kost tal-AN seta’ rrappreżenta massimu ta’ 18 % mill-kost speċifiku tal-għelejjel u massimu ta’ 5,6 % mill-kost totali tal-azjendi agrikoli COP fl-UE matul l-istess perjodu. Dan kien ikun il-proporzjon tal-kost tal-AN meta mqabbel mal-kost totali tal-azjendi agrikoli li kieku l-azjendi agrikoli COP tal-UE kellhom ikunu intensivi fl-AN daqs l-azjendi agrikoli COP fi Franza, li ma kienx il-każ, kif ġie kkonfermat mill-assoċjazzjonijiet tal-utenti (118).

(360)

Inġenerali, huwa importanti li jiġi osservat li l-kost tal-fertilizzanti bħala sehem mill-kost tal-azjendi agrikoli fl-azjendi agrikoli COP tal-UE kien qed jonqos b’mod kostanti matul iż-żmien, eż. meta ġie analizzat l-aħħar perjodu mill-2014 sal-2018, fl-2014 il-fertilizzanti kienu jirrappreżentaw 15 % mill-kost totali tal-azjendi agrikoli tal-għelejjel, filwaqt li fl-2018 dawn naqsu għal 13 %. Dan juri li l-elementi l-oħra tal-kost (bħaż-żrieragħ jew il-pagi, il-kera, l-imgħax imħallas (119)) kienu aktar ta’ piż għall-bdiewa COP tal-UE, li kienu l-aktar utenti intensivi tal-AN.

6.3.2.2.   Il-kost tal-AN fil-kost tal-azjendi agrikoli kollha tal-għelejjel

(361)

L-ammont ta’ AN użat bħala fertilizzant jiddependi mit-tip ta’ għelejjel imkabbra mill-azjendi agrikoli, kemm jekk dawn kienu ċereali (qamħ, xgħir, ħafur, segala, tritikal), kolza taż-żrieragħ żejtnin, patata, pitravi taz-zokkor, kif ukoll jekk mergħat. Ħafna azjendi agrikoli fl-Unjoni jiddependu minn diversi għelejjel u l-kostijiet tal-AN għall-bdiewa jvarjaw bejn il-pajjiżi. Għalhekk huwa diffiċli li jiġi vvalutat il-kost preċiż tal-AN għall-azjendi agrikoli kollha. Madankollu, fis-settur agrikolu kollu fl-Unjoni ġiet osservata xejra ta’ tnaqqis fis-sehem tal-kost tal-fertilizzanti f’termini ta’ valur tal-output tal-industrija agrikola (120).

(362)

Barra minn hekk, abbażi tad-data miksuba mid-DĠ AGRI, il-Kummissjoni stmat li l-fertilizzanti użati għall-azjendi agrikoli tal-għelejjel kollha fl-UE rrappreżentaw madwar 30 % mill-kost speċifiku tal-għelejjel u madwar 9 % mill-kost totali tal-azjendi agrikoli tal-għelejjel fl-aħħar sena finanzjarja disponibbli (121).

(363)

Madankollu, meta wieħed jassumi, kif spjegat fil-premessa (357) li kost tal-AN kien jikkostitwixxi madwar [39 - 44 %] mill-kost tal-fertilizzanti kollha użati, il-kost tal-AN seta’ rrappreżenta massimu ta’ 3,7 % mill-kost totali tal-azjendi agrikoli għall-azjendi agrikoli kollha tal-għelejjel fl-UE. Għal darb’oħra, dan kien ikun il-proporzjon tal-kost tal-AN meta mqabbel mal-kost totali tal-azjendi agrikoli li kieku l-azjendi agrikoli kollha tal-għelejjel fl-UE kienu intensivi fl-AN daqs l-azjendi agrikoli COP speċjalizzati fi Franza, li ma kienx il-każ, kif ġie kkonfermat mill-assoċjazzjonijiet tal-utenti (122).

(364)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kost tal-AN meta mqabbel mal-kost tal-azjendi agrikoli COP speċjalizzati, u tal-azjendi agrikoli tal-għelejjel kollha fl-Unjoni, kien kumplessivament, taħt 5,6 % u 3,7 % rispettivament. Għalhekk, is-sehem tal-kost tal-AN fil-kost totali jista’ jkun materjalment sinifikanti biss li kieku kien hemm rabta ċara bejn il-prezz tal-AN u l-marġni nett tal-azjenda agrikola, li huwa analizzat aktar.

6.3.3.   L-effett tad-dazju anti-dumping fuq il-kost tal-bdiewa

(365)

Fl-investigazzjoni attwali, l-assoċjazzjonijiet tal-utenti (123) argumentaw li l-“effett tad-dazju [anti-dumping] fuq il-prezzijiet domestiċi tal-AN huwa evidenzjat mill-esperjenza”. Madankollu, il-punt sa fejn id-dazji ngħaddew lill-bdiewa ma kienx uniformi u kien jiddependi minn għadd ta’ fatturi varjabbli, b’mod partikolari l-livell effettiv ta’ kompetizzjoni bejn id-diversi sorsi (124). Bħala eżempju, l-informazzjoni ppreżentata mill-assoċjazzjonijiet tal-utenti li kooperaw ma setgħetx turi li d-dazju anti-dumping imnaqqas (kif stabbilit ukoll fl-aħħar reviżjoni interim (125)) kellu effett fuq il-prezz tal-AN. Dan kien minħabba li l-bdiewa tipikament jixtru mingħand id-distributuri li jistgħu jgħaddulhom jew ma jgħaddulhomx il-benefiċċji li jkun hemm. Għalhekk, li kieku l-miżuri jitħallew jiskadu, ma hemm l-ebda evidenza ppruvata li l-utenti jibbenefikaw minn prezzijiet tal-AN aktar baxxi.

(366)

Abbażi tar-riċerka tad-DĠ AGRI, l-introjti tal-azjendi agrikoli jiddependi fuq diversi fatturi u jista’ jvarja b’mod sostanzjali maż-żmien. Iċ-ċikliċità u l-inċertezzi huma inerenti għall-biedja u l-marġni tagħhom. Pereżempju, l-azjendi agrikoli COP kienu jiffaċċjaw l-ogħla varjabbiltà fl-introjtu sena wara sena matul il-perjodu 2007-2015; dan is-settur bata l-aktar mill-kriżi finanzjarja fl-2009, meta kważi tnejn minn kull tliet bdiewa COP (63 %) esperjenzaw telf ta’ introjtu ogħla minn 30 % (126). L-istess sors iddikjara li sehem għoli ta’ bdiewa bi tnaqqis qawwi fl-introjtu ma jfissirx neċessarjament li l-livell ta’ introjtu milħuq kien partikolarment baxx. Id-data dwar l-ekonomija tal-azjendi agrikoli (127) tindika żieda fl-introjtu nett tal-azjendi agrikoli COP Franċiżi mill-2016 sal-2018, filwaqt li ż-żewġ bdiewa Franċiżi li wieġbu għall-kwestjonarju rrappurtaw telf fl-aħħar sena finanzjarja (128). L-istess data dwar l-ekonomija tal-azjendi agrikoli tindika żieda fl-introjtu nett tal-azjendi agrikoli COP tal-Unjoni u fl-introjtu nett tal-azjendi agrikoli kollha mill-2016 sal-2018, f’livell ta’ 67 % u 34 % rispettivament, u b’hekk dan jikkontradixxi, mill-inqas għall-2018, id-data pprovduta mill-assoċjazzjonijiet tal-utenti.

(367)

Din l-investigazzjoni wriet li ma kien hemm l-ebda relazzjoni bejn il-prezz tal-AN u l-marġni nett tal-azjendi agrikoli tal-għelejjel (129) (jiġifieri żieda fl-introjtu tal-bdiewa ma setgħetx tkun marbuta ma’ tnaqqis fil-prezzijiet tal-AN jew viċe versa).

(368)

Il-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott soġġett għal reviżjoni ilhom fis-seħħ għal ħafna snin mingħajr kostijiet sproporzjonati għall-bdiewa, li setgħu jipperikolaw l-introjtu tagħhom u, konsegwentement, l-eżistenza tagħhom. Tabilħaqq, kif spjegat fil-premessa (365), kien hemm nuqqas ovvju ta’ trasferiment tal-benefiċċji lill-bdiewa, osservat wara t-tnaqqis tal-miżuri anti-dumping li segwew l-aħħar riezami interim. Fi kwalunkwe każ, il-ħtieġa għal sorsi ta’ provvista multipli u qrib u, għalhekk, il-vijabbiltà tal-industrija tal-fertilizzanti tal-Unjoni tkun fl-interess tagħhom.

(369)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni sabet li l-kontinwazzjoni tal-miżuri ma jkollhiex impatt negattiv sinifikanti fuq l-utenti u li għalhekk ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti biex jiġi konkluż li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġu estiżi l-miżuri eżistenti.

6.4.   Komunikazzjonijiet tal-partijiet interessati

(370)

L-assoċjazzjonijiet tal-utenti (130) saħqu li l-Politika kummerċjali tal-UE ma kinitx koerenti: Il-bdiewa tal-Unjoni jridu jixtru l-input ewlieni tagħhom, il-fertilizzanti, f’suq domestiku protett bi “primjum tas-suq” sinifikanti, filwaqt li jbigħu l-ħbub f’suq miftuħ li fih il-prezzijiet ilhom paralleli mal-prezz globali għal dawn l-aħħar 20 sena.

(371)

Il-Kummissjoni osservat li l-għan tal-miżura anti-dumping huwa li terġa’ tistabbilixxi kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tqis l-effett tal-miżuri fuq il-bdiewa fil-kuntest tat-test tal-interess tal-Unjoni. Għalhekk, ma hemmx kontradizzjoni fil-politiki applikati mill-Kummissjoni. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(372)

Produttur esportatur li kkoopera saħaq li l-kost għoli tal-fertilizzanti jista’ jwassal għall-erożjoni tal-introjtu tal-bdiewa.

(373)

Il-Kummissjoni osservat li l-analiżi tal-kost tal-azjendi agrikoli deskritta fil-Premessi (357) - (364) uriet li s-sehem tal-kost tal-AN ma setax jitqies bħala detrimentali għall-introjtu tal-azjendi agrikoli u għall-kompetittività tagħhom f’suq globali. Barra minn hekk, kif muri fil-premessa (367), din l-investigazzjoni wriet li ma kien hemm l-ebda relazzjoni bejn il-prezz tal-AN u l-marġni nett tal-azjendi agrikoli tal-għelejjel (jiġifieri żieda fl-introjtu tal-bdiewa ma setgħetx tkun marbuta ma’ tnaqqis fil-prezzijiet tal-AN jew viċe versa). Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(374)

L-istess produttur esportatur li kkoopera saħaq li l-bdiewa tal-Unjoni jiffaċċaw kompetizzjoni akbar fis-swieq globali. Il-produtturi tal-komoditajiet agrikoli tal-UE ffaċċaw kompetizzjoni dejjem akbar mill-esportazzjonijiet barranin. B’mod parallel maż-żieda fl-importazzjonijiet, il-prodotti agrikoli tal-UE kienu qed jitilfu l-ishma fis-swieq tal-esportazzjoni.

(375)

Skont l-istimi tad-DĠ AGRI, is-suq tal-UE għaċ-ċereali kien mistenni jikber (131), b’aktar ċaqliq ulterjuri bejn il-prodotti u domanda dejjem akbar għall-għalf u għall-użu industrijali. Il-produzzjoni totali taċ-ċereali fl-UE tista’ tilħaq 319-il miljun tunnellata sal-2030. Aktar kompetizzjoni minn reġjuni produtturi prinċipali oħra, bħall-Baħar l-Iswed, aktarx tirriżulta f’żieda moderata fl-esportazzjonijiet tal-UE. Il-kummerċ dinji tal-qamħ huwa mistenni jkompli jikber hekk kif tissaħħaħ id-domanda globali. Bis-saħħa tal-produttività għolja tal-art u l-lok qrib tas-swieq ta’ importazzjonijiet ewlenin, l-UE hija mistennija tibqa’ t-tielet reġjun esportatur prinċipali (li jirrappreżenta 14 % mill-ishma tas-suq fil-kummerċ globali tal-qamħ sal-2030).

(376)

L-assoċjazzjonijiet tal-utenti (132) saħqu li hemm ħtieġa urġenti biex jittaffa l-piż tal-kost fuq il-bdiewa. Għadd ta’ fatturi affettwaw il-profittabilità tal-bdiewa. Kostijiet għoljin tal-AN neċessarjament ikollhom impatt fuq l-istruttura tal-kostijiet tal-bdiewa u dan kien wieħed mill-elementi li jridu jitqiesu meta jiġi ddeterminat kif tista’ tissaħħaħ il-profittabbiltà tal-bdiewa. Aktar ma jkunu għoljin il-kostijiet tal-bdiewa, inqas ikunu kompetittivi kontra l-importazzjonijiet u fis-swieq tal-esportazzjoni. L-assoċjazzjoni Irlandiża tal-bdiewa sostniet ukoll li s-sitwazzjoni tal-introjtu tal-azjendi agrikoli tal-familja Irlandiżi (133) kienet aggravata minħabba l-kostijiet li dejjem jiżdiedu.

(377)

L-investigazzjoni wriet li l-AN jikkostitwixxi madwar 17 % mill-konsum totali tal-Unjoni tal-fertilizzanti kollha li fihom in-nitroġenu (in-nitrat tal-ammonju, in-nitrat tal-kalċju u tal-ammonju, l-urea, is-soluzzjoni tal-AN tal-urea, l-NPK/NP/NK, eċċ.) (134). Aktar importanti minn hekk, l-AN jintuża f’kombinament mal-fertilizzanti tan-nitroġenu l-oħra (bħall-urea). L-AN jitqies bħala prodott primjum minħabba r-rendiment ogħla tiegħu bi tqabbil mal-fertilizzanti tan-nitroġenu l-oħra, u għalhekk huwa aktar għali.

(378)

Barra minn hekk, l-ammont ta’ AN użat jiddepenti miċ-ċereali mkabbra (qamħ, xgħir, ħafur, segala, tritikal), kolza taż-żrieragħ żejtnin, patata, pitravi taz-zokkor, jew mergħat. Ħafna azjendi agrikoli fl-Unjoni jiddependu minn diversi għelejjel. Barra minn hekk, il-kostijiet tal-AN għall-bdiewa jvarjaw ukoll bejn il-pajjiżi. Kif jidher mill-analiżi fil-premessi (357) - (367), is-sehem tal-kost tal-AN ma jistax jitqies bħala detrimentali għall-introjtu tal-azjendi agrikoli u għall-kompetittività tagħhom f’suq globali. Aktar importanti minn hekk, kif spjegat fid-dettall fil-premessa (365), kien hemm nuqqas ovvju ta’ trasferiment tal-benefiċċji lill-bdiewa, osservat wara t-tnaqqis tal-miżuri anti-dumping li segwew l-aħħar riezami interim. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntalqgħetx.

(379)

L-assoċjazzjonijiet tal-utenti (135) argumentaw ukoll li l-primjum tas-suq għall-AN, “distorsjoni li tirriżulta mill-protezzjoni tas-suq ikkawżata mill-applikazzjoni kkombinata ta’ rata ta’ dazju MFN ta’ 6,5 % u miżuri anti-dumping fuq l-AN Russu,” kien isarraf direttament f’kost żejjed għall-bdiewa. Matul 5 snin (il-perjodu propost ta’ estensjoni possibbli tal-miżuri anti-dumping), dan ikun jirrappreżenta kost totali ta’ EUR 2,5 – 3,5 biljun għall-bdiewa fl-Unjoni (kondiviżi b’mod ugwali bejn ix-xiri ta’ AN u ta’ CAN).

(380)

L-ewwel nett, instab li l-kalkoli tal-primjum tas-suq kienu żbaljati, kif deskritt fil-premessa (235). It-tieni, il-miżuri stabbiliti ma jipprevjenux lill-kumpaniji Russi milli jesportaw l-AN lejn l-Unjoni bi prezz ġust. It-tielet, bl-istess mod il-miżuri fis-seħħ ma jipprevjenux li l-kumpaniji Russi (jew ta’ pajjiżi terzi oħra) jipproduċu u jesportaw CAN lejn is-suq tal-Unjoni. Ir-raba’, kif imsemmi fil-premessa (365), ma kienx hemm evidenza sostanzjali li turi li d-dazju anti-dumping fuq l-AN kien trasferit f’livell ta’ 100 % għall-prezz tal-fertilizzant tal-AN u li l-bdiewa setgħu ibbenefikaw minn dan. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kost iddikjarat tad-dazji anti-dumping għall-bdiewa ma kellux bażi.

(381)

L-assoċjazzjonijiet tal-utenti (136) saħqu wkoll li perjodu qasir ta’ ftit snin ma kien rilevanti għall-ebda valutazzjoni ekonomika fl-agrikoltura, billi kien hemm volatilità annwali għolja fil-fatturi prinċipali tal-introjtu, jiġifieri fil-prezzijiet u fil-kostijiet varjabbli.

(382)

Din l-investigazzjoni wriet li perjodu iqsar jew itwal indika sehem simili u li qed jonqos tal-kost tal-fertilizzanti fil-kost speċifiku tal-għelejjel u fil-kost totali tal-azjendi agrikoli, kemm fl-azjendi agrikoli COP speċjalizzati Franċiżi kif ukoll f’dawk tal-UE. Għalhekk, sabiex jiġi evalwat is-sehem tal-AN fil-kost tal-azjendi agrikoli, it-tul tal-perjodu ma kienx partikolarment rilevanti.

(383)

L-assoċjazzjonijiet tal-utenti saħqu ukoll li analiżi fit-tul turi li kien hemm xejra ’l isfel fl-introjtu tal-azjendi agrikoli tal-familja, irrispettivament mill-fluttwazzjonijiet possibbli.

(384)

Kif iddettaljat fil-premessa (366), abbażi tar-riċerka tad-DĠ AGRI, l-introjtu tal-azjendi agrikoli jiddependi fuq diversi fatturi u jista’ jvarja sostanzjalment maż-żmien, eż. l-azjendi agrikoli COP iffaċċaw l-ogħla varjabbiltà fl-introjtu sena wara sena matul il-perjodu 2007-2015; dan is-settur bata l-aktar mill-kriżi finanzjarja fl-2009, meta kważi tnejn minn kull tliet bdiewa COP (63 %) esperjenzaw telf ta’ introjtu ogħla minn 30 % (137). L-istess sors sab li sehem kbir mill-bdiewa bi tnaqqis qawwi fl-introjtu ma kienx neċessarjament ifisser li l-livell ta’ introjtu milħuq kien partikolarment baxx. Madankollu, kif spjegat fil-premessa (367), f’din l-investigazzjoni, tnaqqis fl-introjtu tal-bdiewa ma setax ikun marbut ma’ żieda fil-prezzijiet tal-AN. Għalhekk, il-pretensjoni tal-parti ma ntlaqgħetx.

(385)

Wara l-iżvelar, l-assoċjazzjonijiet tal-utenti (138) sostnew li, l-ewwel nett, il-Kummissjoni injorat l-evidenza ppreżentata mill-bdiewa dwar l-effett tad-dazji anti-dumping fuq il-profittabbiltà u l-kompetittività tal-bdiewa, b’mod partikolari meta mqabbla ma’ setturi oħra tal-ekonomija. It-tieni, huma fakkru li ż-żewġ bdiewa li wieġbu għall-kwestjonarju kienu qed jagħmlu telf, li ġie injorat mill-Kummissjoni, flimkien max-xhieda tal-bdiewa li ngħatat waqt is-seduti ta’ smigħ mal-Kummissjoni. It-tielet, li ma kienx rilevanti jekk kienx hemm rabta ċara bejn il-prezz tal-AN u l-marġni nett tal-azjenda agrikola, peress li l-prezzijiet tal-AN ma kinux l-uniku fattur li jaffettwa l-profittabbiltà tal-bdiewa, iżda l-prezzijiet eċċessivi tal-AN li kienu qed inaqqsu l-profittabbiltà tal-bdiewa. Għalhekk, minħabba l-livell baxx ta’ profittabilità tal-bdiewa, kien meħtieġ li jittaffa l-piż tal-ispejjeż tagħhom billi jintemmu l-miżuri anti-dumping fuq l-AN mir-Russja. Ir-raba’, il-“primjum tas-suq” kien biżżejjed biex juri li d-dazji eventwalment ġew mgħoddija lill-bdiewa.

(386)

L-għan tal-miżura anti-dumping huwa li terġa’ tistabbilixxi kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni. Minkejja dan, l-effett tal-miżuri fuq il-bdiewa u l-interess tagħhom tqies taħt it-test tal-interess tal-Unjoni, li ma jikkostitwix li jpoġġi f’kuntrast il-profittabbiltà u l-kompetittività tal-bdiewa meta mqabbla mas-setturi l-oħra, iżda li jivvaluta jekk partijiet interessati oħra fl-Unjoni jkunux affettwati b’mod sproporzjonat mill-miżuri.

(387)

F’dan il-kuntest, id-data pprovduta miż-żewġ bdiewa li wieġbu għall-kwestjonarju ntużat b’mod estensiv f’din l-analiżi kif deskritt fil-premessi (357) - (364) u għalhekk il-marġnijiet ta’ profitt tagħhom ma ġewx injorati mill-Kummissjoni. It-testimonjanzi tal-bdiewa tqiesu wkoll bħala l-kuntest li fih ġiet ivvalutata l-evidenza fattwali kollha fil-fajl. Barra minn hekk, l-analiżi tal-effett tal-miżuri mhijiex limitata ġeografikament għal żoni fejn l-AN jintuża b’mod aktar intensiv minn fertilizzanti tan-nitroġenu oħrajn u, kif muri f’din l-investigazzjoni, il-kost tal-AN fl-azjendi agrikoli kollha tal-għelejjel fl-Unjoni, b’mod ġenerali, kien inqas minn 3,7 % tal-kost totali tagħhom.

(388)

Fl-analiżi tal-motivaturi tal-kostijiet tal-bdiewa li jaffettwaw il-profittabbiltà, kif spjegat fil-premessa (360), il-kost tal-fertilizzanti bħala sehem tal-kost tal-azjendi agrikoli COP tal-UE kien qed jonqos b’mod kostanti maż-żmien, li wera li l-elementi l-oħra tal-ispejjeż, bħal żrieragħ jew pagi, kera, imgħax imħallas, kienu aktar ta’ piż għall-bdiewa COP tal-UE (li kienu l-aktar utenti intensivi tal-AN). Dan jissuġġerixxi li l-kostijiet minbarra l-fertilizzanti tan-nitroġenu jirrappreżentaw il-piż tal-ispiża reali għall-bdiewa.

(389)

Rigward il-“primjum tas-suq” (id-differenza fil-prezz tal-AN fl-Unjoni meta mqabbel mal-prezz tal-AN fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, mogħti lill-UE), li allegatament kien biżżejjed biex juri li d-dazji ġew mgħoddija lill-bdiewa, kif analizzat fil-premessa (244), iż-żieda komparattiva tal-prezz tal-AN fl-Unjoni matul il-PIR (biss) ma kinitx la permanenti u lanqas sostanzjali matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Fi kwalunkwe każ, ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza dwar kif tali żieda komparattiva tista’ turi li d-dazji ġew mgħoddija lill-bdiewa. Għaldaqstant il-pretensjonijiet ma ntlaqgħux.

(390)

L-istess assoċjazzjonijiet tal-utenti sostnew li kienu wrew li t-tneħħija jew iż-żieda tad-dazji anti-dumping fuq l-AN kellhom effett fuq il-prezzijiet (139). Huma ddikjaraw li din l-evidenza ġiet injorata mingħajr ebda raġuni valida.

(391)

L-evidenza ppreżentata indikat ir-relazzjoni bejn it-tnaqqis fid-dazju anti-dumping (wara l-aħħar reviżjoni interim) u l-allegat primjum tal-prezz ikkalkulat minn dawn il-partijiet. Il-kalkolu tal-primjum ġie indirizzat fil-premessi (240) - (245) u ġie rrifjutat billi ma kienx preċiż. L-effett fuq il-prezzijiet tal-AN ma ntweriex fil-komunikazzjoni, kif iddikjarat, li semmiet biss li t-trażmissjoni tal-prezz ma kinitx perfetta.

(392)

L-istess assoċjazzjonijiet tal-utenti sostnew li l-Kummissjoni kellha tikkunsidra l-effetti kumulattivi tal-miżuri anti-dumping sabiex tivvaluta l-interess tal-Unjoni.

(393)

Skont il-ġurisprudenza msemmija mill-assoċjazzjoni tal-utenti, jenħtieġ li meta tħares lejn l-impatt kumulattiv tal-miżuri, il-Kummissjoni tikkunsidra diversi modi li bihom il-kontinwazzjoni jew id-diskrepanzi tal-miżuri jistgħu jaffettwaw lill-utenti fil-kuntest ekonomiku prevalenti fiż-żmien tal-investigazzjoni. Il-Kummissjoni għamlet dan u waslet għall-konklużjoni li l-kontinwazzjoni tal-miżuri ma tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(394)

Produttur esportatur Russu sostna li l-konklużjonijiet fil-premessa (350) rigward il-fatt li dannu rikorrenti għall-produzzjoni tal-AN jkollu impatt immedjat fuq il-linji kollha ta’ produzzjoni upstream (ammonijaka, aċidu nitriku), downstream (UAN) u l-linji relatati (CAN, A5, urea) huma żbaljati, peress li l-investigazzjoni tikkonċerna biss l-AN u teħtieġ analiżi għall-AN biss. Is-sejbiet tal-Kummissjoni, li jmorru lil hinn mill-konsegwenzi għas-suq tal-AN kienu sempliċement spekulazzjoni, ma kinux sostnuti minn fatti u ma kinux parti mill-analiżi.

(395)

Il-Kummissjoni nnutat li l-partijiet ma kkontestawx is-sejba fil-premessa (350) li dannu rikorrenti għall-produzzjoni tal-AN jkollu impatt immedjat fuq il-linji kollha ta’ produzzjoni upstream (ammonijaka, aċidu nitriku), downstream (UAN) u l-linji relatati (CAN, A5, urea). Peress li din hija parti minn analiżi prospettiva, b’definizzjoni hija waħda spekulattiva, iżda bbażata fuq il-fatt li dawn il-linji ta’ produzzjoni huma integrati u l-produzzjoni nnifisha għandha spejjeż fissi għoljin. L-ebda waħda minn dawn is-sejbiet ma ġiet ikkontestata mill-produttur esportatur. Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(396)

L-istess produttur esportatur Russu sostna li, wara tnaqqis tad-dazji anti-dumping fl-2018, l-ebda benefiċċju ma ġie mgħoddi lill-bdiewa minħabba l-fatt li d-dazju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet Russi kien għadu projbittiv u tnaqqis fl-2018 ma ppermettiex lill-produtturi Russi jimportaw xi volumi addizzjonali fl-Unjoni. Għalhekk ma setax jeżerċita effett pożittiv fuq il-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni.

(397)

Il-pretensjoni tal-parti, madankollu, ma pprovdiet l-ebda evidenza addizzjonali li jkun hemm benefiċċju mgħoddi lill-bdiewa jekk id-dazji anti-dumping jintemmu. Madankollu, kif spjegat fil-premessa (367), f’din l-investigazzjoni, tnaqqis fl-introjtu tal-bdiewa ma setax ikun marbut ma’ żieda fil-prezzijiet tal-AN. Għalhekk il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(398)

L-istess produttur esportatur Russu sostna li jekk il-miżuri anti-dumping jintemmu, il-bdiewa fl-Unjoni jkomplu jixtru mill-produtturi tal-Unjoni. Dan kien minħabba li jeħtieġu provvista stabbli, speċjalment fi staġun għoli, li l-produtturi Russi ma setgħux joffru minħabba l-istaġuni u l-impenji li jikkoinċidu fis-swieq tagħhom stess u f’dawk ta’ pajjiżi terzi.

(399)

Għall-kuntrarju ta’ din il-pretensjoni, il-bdiewa tipikament jixtru mingħand distributuri, fejn l-oriġini tal-materjal tista’ tkun lokali jew importata. Imbagħad, minħabba l-attraenza tas-suq tal-Unjoni indirizzata fil-premessi (296) u (297), kif ukoll fil-premessi (340) u (341), l-impenji eżistenti tal-produtturi Russi jistgħu jinbidlu wara s-sitwazzjoni fis-suq tal-Unjoni.

6.5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(400)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemmx raġunijiet konvinċenti għall-interess tal-Unjoni kontra l-estensjoni tal-miżuri anti-dumping attwali fuq l-importazzjonijiet mir-Russja. Għall-kuntrarju, ma kienx hemm bidla sinifikanti fis-sitwazzjoni tal-bdiewa u tal-industrija tal-Unjoni meta mqabbla ma’ investigazzjonijiet preċedenti.

7.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(401)

Fil-25 ta’ Settembru 2020, il-partijiet interessati kollha ġew infurmati dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom il-Kummissjoni kien biħsiebha żżomm il-miżuri anti-dumping fis-seħħ. Dawn ingħataw ukoll perjodu li matulu setgħu jippreżentaw il-kummenti wara din id-divulgazzjoni. Il-komunikazzjonijiet u l-kummenti ttieħdu inkunsiderazzjoni kif xieraq.

(402)

L-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, il-produtturi esportaturi Russi, l-assoċjazzjoni tal-produtturi Russi, assoċjazzjoni tal-utenti waħda u l-Gvern Russu ppreżentaw kummenti dwar l-iżvelar.

(403)

Fuq talba, saru seduti ta’ smigħ ma’ FE, l-RFPA kif ukoll mal-produtturi esportaturi fil-kampjun. L-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta ntalab mill-RFPA kif ukoll mill-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun u s-seduti ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta saru fid-9 ta’ Ottubru u fil-15 ta’ Ottubru 2020 rispettivament.

(404)

Fit-30 ta’ Settembru, fl-1 ta’ Ottubru, fil-21 ta’ Ottubru u fit-28 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni pprovdiet żvelar ġenerali addizzjonali u/jew speċifiku għall-kumpaniji filwaqt li qieset ċerti pretensjonijiet li waslu wara l-iżvelar finali. Il-partijiet interessati ngħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar addizzjonali. L-RFPA kif ukoll il-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun issottomettew kummenti dwar dan l-iżvelar addizzjonali.

(405)

Wara l-iżvelar, il-partijiet interessati ddikjaraw li d-divulgazzjonijiet mhux xierqa ma ħallewhomx jeżerċitaw b’mod sinifikanti d-drittijiet tad-difiża tagħhom peress li ma kinux f’pożizzjoni li jesprimu l-fehmiet tagħhom b’mod effettiv dwar il-korrettezza u r-rilevanza tal-fatti u ċ-ċirkostanzi allegati.

(406)

Huwa osservat li l-fatti u ċ-ċirkostanzi essenzjali kollha li fuqhom huma bbażati d-determinazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni f’dan ir-Regolament ġew żvelati lill-partijiet interessati, kemm jekk bħala parti mill-iżvelar ġenerali jew speċifiċi għall-kumpaniji. Barra minn hekk, it-talbiet kollha għal informazzjoni addizzjonali mill-partijiet interessati ġew indirizzati b’mod adegwat, jew billi ngħataw aktar kjarifiki, aċċess ulterjuri għad-dokumenti, aċċess għal verżjonijiet mhux kunfidenzjali riveduti ta’ dokumenti jew bi spjegazzjonijiet dettaljati li jissostanzjaw ir-rifjut ta’ talbiet għall-iżvelar (f’dan il-kuntest ara wkoll il-premessi (87) u (88), (115) sa (117) u (284) għal argumenti speċifiċi u l-konfutazzjonijiet tal-Kummissjoni). Għalhekk dawn il-pretensjonijiet ma ntlaqgħux.

(407)

Mill-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq jirriżulta li, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja applikabbli skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1722, jenħtieġ li jinżammu.

(408)

Wara l-iżvelar, assoċjazzjoni partikolari tal-utenti (140) pproponiet li, jekk il-Kummissjoni Ewropea tiddeċiedi li testendi l-miżuri, il-miżuri għandhom jiġu estiżi għal sena waħda biss. Din il-proposta kienet ibbażata fuq prezzijiet baxxi tal-gass naturali, prevalenti fl-Unjoni f’dak iż-żmien, u fuq il-profittabbiltà baxxa tal-bdiewa.

(409)

Il-Kummissjoni nnotat li tali tul ta’ żmien qasir tal-miżuri jkun eċċezzjonali peress li l-miżuri normalment ikopru perjodu ta’ ħames (5) snin. Ma jidhirx li hemm xi sitwazzjoni partikolari f’dan il-każ li tiġġustifika perjodu iqsar. Fir-rigward tal-prezzijiet tal-gass naturali, minbarra li storikament huma volatili, kif iddikjarat fil-premessa (336), it-tbassir tal-Bank Dinji ppreveda li l-prezz tal-gass naturali fl-Unjoni se jilħaq il-livell tal-2016 (il-bidu tal-perjodu kkunsidrat) fl-2023. Fir-rigward tal-introjtu tal-bdiewa, kif iddikjarat fil-premessa (366), dan huwa ddeterminat minn varjetà ta’ fatturi. L-investigazzjoni ma sabet l-ebda rabta ċara bejn il-prezzijiet tan-nitrat tal-ammonju u l-introjtu tal-bdiewa, kif spjegat fil-premessa (367). Għalhekk, din il-pretensjoni ma ntlaqgħetx.

(410)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott soġġett għal reviżjoni mmanifatturat minn dawn il-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott soġġett għal reviżjoni mmanifatturat minn kull kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. Kull pretensjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju anti-dumping individwali (pereżempju, wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) jenħtieġ li tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (141) flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe tibdil fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u esportat, assoċjat pereżempju ma’ dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entità tal-produzzjoni jew tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament imbagħad jiġi emendat kif meħtieġ bl-aġġornament tal-lista ta’ kumpaniji li jibbenefikaw mir-rati tad-dazju individwali.

(411)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (142), meta ammont ikollu jiġi rimborżat wara Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jrid jitħallas għandu jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament prinċipali tiegħu, kif ippubblikat fis-sensiela C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(412)

Fit-13 ta’ Ottubru 2020 daħal fis-seħħ ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1317 (143) (ir-“Regolament il-ġdid ta’ klassifikazzjoni”). Ir-Regolament ta’ klassifikazzjoni l-ġdid iċċara li ċerti oġġetti, ibbażati b’mod predominanti fuq in-nitrat tal-ammonju, jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3602 00 00. Il-Kummissjoni għalhekk aġġornat il-kodiċijiet f’dan ir-Regolament, b’effett mit-13 ta’ Ottubru 2020, sabiex tadatta għall-klassifikazzjoni korretta ċċarata mir-Regolament imsemmi qabel. Il-Kummissjoni tfakkar li, fi kwalunkwe każ, il-lista tal-kodiċijiet hija pprovduta għall-informazzjoni biss. L-ambitu tal-applikazzjoni tal-miżuri huwa definit mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. Il-klassifikazzjoni doganali tiegħu tista’ tinbidel.

(413)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B’dan qed jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż 80 % skont il-piż, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 3102 30 90, 3102 40 90, ex 3102 29 00, ex 3102 60 00, ex 3102 90 00, ex 3105 10 00, ex 3105 20 10, ex 3105 51 00, ex 3105 59 00 u ex 3105 90 20, ex 3602 00 00 (kodiċijiet TARIC 3102290010, 3102600010, 3102900010, 3105100010, 3105100020, 3105100030, 3105100040, 3105100050, 3105201030, 3105201040, 3105201050, 3105201060, 3105510010, 3105510020, 3105510030, 3105510040, 3105590010, 3105590020, 3105590030, 3105590040, 3105902030, 3105902040, 3105902050, 3105902060, 3602000010) u li joriġinaw fir-Russja.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv għandha tkun ammont fiss kif speċifikat fl-Artikoli 2 u 3.

Artikolu 2

Għall-prodotti li ġejjin, prodotti mill-kumpaniji kollha (kodiċijiet addizzjonali TARIC A522 (144), A959 (145) u A999 (146)):

Deskrizzjoni tal-prodott

Kodiċi NM

Kodiċi TARIC

Ammont fiss ta’ dazju (f’EUR għal kull tunnellata)

Nitrat tal-ammonju għajr f’soluzzjonijiet milwiema

3102 30 90

--

32,71

Nitrat tal-ammonju għajr f’soluzzjonijiet milwiema

36 02 00 00

10

32,71

Taħlitiet tan-nitrat tal-ammonju bil-karbonat tal-kalċju jew sustanzi oħra inorganiċi mhux fertilizzanti, b’kontenut ta’ nitroġenu li jaqbeż 28 % skont il-piż

3102 40 90

--

32,71

Artikolu 3

1.   Għall-prodotti li ġejjin magħmula mill-kumpaniji kollha għajr mill-“Fergħa KCKK tal-Joint Stock Company United Chemical Company Uralchem ta’ Kirovo-Chepetsk” (kodiċi addizzjonali TARIC A522 (147) u A999 (148)):

Deskrizzjoni tal-prodott

Kodiċi NM

Kodiċi TARIC

Ammont fiss ta’ dazju (f’EUR għal kull tunnellata)

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % bil-piż

3102 29 00

10

32,71

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż 80 % skont il-piż

3102 60 00

10

32,71

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż 80 % skont il-piż

3102 90 00

10

32,71

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż 80 % skont il-piż, mingħajr kontenut ta’ fosfru u ta’ potassju

3105 10 00

10

32,71

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż 80 % skont il-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 u/jew kontenut ta’ potassju evalwat bħala K2O ta’ inqas minn 3 % skont il-piż

3105 10 00

20

31,73

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż 80 % skont il-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 u/jew kontenut ta’ potassju evalwat bħala K2O ta’ 3 % skont il-piż jew aktar iżda inqas minn 6 % skont il-piż

3105 10 00

30

30,75

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż 80 % skont il-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 u/jew kontenut ta’ potassju evalwat bħala K2O ta’ 6 % skont il-piż jew aktar iżda inqas minn 9 % skont il-piż

3105 10 00

40

29,76

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż 80 % skont il-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 u/jew kontenut ta’ potassju evalwat bħala K2O ta’ 9 % skont il-piż jew aktar iżda li ma jaqbiżx 12 % skont il-piż

3105 10 00

50

28,78

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż 80 % skont il-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 u kontenut ta’ potassju evalwat bħala K2O ta’ inqas minn 3 % skont il-piż

3105 20 10

30

31,73

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż 80 % skont il-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 u kontenut ta’ potassju evalwat bħala K2O ta’ 3 % skont il-piż jew aktar iżda inqas minn 6 % skont il-piż

3105 20 10

40

30,75

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż 80 % skont il-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 u kontenut ta’ potassju evalwat bħala K2O ta’ 6 % skont il-piż jew aktar iżda inqas minn 9 % skont il-piż

3105 20 10

50

29,76

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż 80 % skont il-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 u kontenut ta’ potassju evalwat bħala K2O ta’ 9 % skont il-piż jew aktar iżda li ma jaqbiżx 12 % skont il-piż

3105 20 10

60

28,78

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż 80 % skont il-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 ta’ inqas minn 3 % skont il-piż

3105 51 00

10

31,73

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż 80 % skont il-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 ta’ 3 % skont il-piż jew aktar iżda inqas minn 6 % skont il-piż

3105 51 00

20

30,75

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż 80 % skont il-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 ta’ 6 % skont il-piż jew aktar iżda inqas minn 9 % skont il-piż

3105 51 00

30

29,76

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż 80 % skont il-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 ta’ 9 % skont il-piż jew aktar iżda li ma jaqbiżx 10,40 % skont il-piż

3105 51 00

40

29,31

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż 80 % skont il-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 ta’ inqas minn 3 % skont il-piż

3105 59 00

10

31,73

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż 80 % skont il-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 ta’ 3 % skont il-piż jew aktar iżda inqas minn 6 % skont il-piż

3105 59 00

20

30,75

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż 80 % skont il-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 ta’ 6 % skont il-piż jew aktar iżda inqas minn 9 % skont il-piż

3105 59 00

30

29,76

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż 80 % skont il-piż, u kontenut ta’ fosfru evalwat bħala P2O5 ta’ 9 % skont il-piż jew aktar iżda li ma jaqbiżx 10,40 % skont il-piż

3105 59 00

40

29,31

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż 80 % skont il-piż, u kontenut ta’ potassju evalwat bħala K2O ta’ inqas minn 3 % skont il-piż

3105 90 20

30

31,73

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż 80 % skont il-piż, u kontenut ta’ potassju evalwat bħala K2O ta’ 3 % skont il-piż jew aktar iżda inqas minn 6 % skont il-piż

3105 90 20

40

30,75

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż 80 % skont il-piż, u kontenut ta’ potassju evalwat bħala K2O ta’ 6 % skont il-piż jew aktar iżda inqas minn 9 % skont il-piż

3105 90 20

50

29,76

Fertilizzanti solidi b’kontenut ta’ nitrat tal-ammonju li jaqbeż 80 % skont il-piż, u kontenut ta’ potassju evalwat bħala K2O ta’ 9 % skont il-piż jew aktar iżda li ma jaqbiżx 12 % skont il-piż

3105 90 20

60

28,78

2.   In-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ kwalunkwe dazju anti-dumping għal prodotti elenkati fil-paragrafu 1 immanifatturati mill-Fergħa KCKK ta’ Joint Stock Company United Chemical Company Uralchem ta’ Kirovo-Chepetsk għandha tkun bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida, minn Joint Stock Company United Chemical Company Uralchem lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, u li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat b’ismu/isimha u l-funzjoni tiegħu/tagħha, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tan-nitrat tal-ammonju mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat mill-(Fergħa KCKK ta’ Joint Stock Company United Chemical Company Uralchem ta’ Kirovo-Chepetsk u bl-indirizz) (il-kodiċi addizzjonali TARIC A959) fir-Russja. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha” għat-tipi ta’ prodotti kollha tan-nitrat tal-ammonju imsemmija fil-paragrafu 1 immanifatturati mill-Fergħa KCKK ta’ Joint Stock Company United Chemical Company Uralchem ta’ Kirovo-Chepetsk.

Artikolu 4

1.   F’każijiet fejn l-oġġetti jkunu ġarrbu dannu qabel ma jkunu daħlu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa u, għalhekk, il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas huwa aġġustat għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 131(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (149), l-ammont tad-dazju anti-dumping, maħdum abbażi tal-Artikoli 2 u 3 għandu jitnaqqas b’perċentwal li jikkorrispondi mat-tqassim tal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas.

2.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2022/95 tas-16 ta’ Awwissu 1995 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja (ĠU L 198, 23.8.1995, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 663/98 tat-23 ta’ Marzu 1998 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2022/95 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja (ĠU L 93, 26.3.1998, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2238/2000 (ĠU L 257, 11.10.2000, p. 2).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 658/2002 tal-15 ta’ April 2002 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ nitrat ta’ ammonju li joriġina fir-Russja (ĠU L 102, 18.4.2002, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 945/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 658/2002 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja u r-Regolament (KE) Nru 132/2001 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina, inter alia, mill-Ukrajna, wara r-reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 160, 23.6.2005, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008 tat-8 ta’ Lulju 2008 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara verifika ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) u reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU L 185, 12.7.2008, p. 1).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/577/KE tal-4 ta’ Lulju 2008 li taċċetta l-impenji offruti b’rabta mal-proċediment tal-anti-dumping fir-rigward tal-importazzjoni tal-ammonium nitrate li joriġina fir-Russja u fl-Ukrajna (ĠU L 185, 12.7.2008, p. 43).

(9)  Il-Kawża T-348/05.

(10)  Il-Kawża T-348/05 INTP.

(11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 989/2009 tad-19 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja (ĠU L 278, 23.10.2009, p. 1).

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/629/UE tal-10 ta’ Ottubru 2012 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/577/KE li taċċetta l-impenji offruti b’rabta mal-proċediment tal-anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja (ĠU L 277, 11.10.2012, p. 8).

(13)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).

(14)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 999/2014 tat-23 ta’ Settembru 2014 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 280, 24.9.2014, p. 19).

(15)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/226 tas-17 ta’ Frar 2016 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 999/2014 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 41, 18.2.2016, p. 13).

(16)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/415 tal-21 ta’ Marzu 2016 li jirtira l-aċċettazzjoni ta’ impenn għal żewġ produtturi esportaturi u li jħassar id-Deċiżjoni 2008/577/KE li taċċetta l-impenn offrut b’rabta mal-proċediment tal-anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja (ĠU L 75, 22.3.2016, p. 10).

(17)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1722 tal-14 ta’ Novembru 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 999/2014 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 287, 15.11.2018, p. 3).

(18)   ĠU C 53, 11.2.2019, p. 3.

(19)  Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja (ĠU C 318, 23.9.2019, p. 6.).

(20)  It-tweġiba għall-iżvelar ġiet ippreżentata b’mod konġunt mill-RFPA, il-grupp Eurochem u l-grupp Uralchem.

(21)  Id-Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta dwar l-ilment 577/2014/MDC dwar ir-rifjut tal-Kummissjoni Ewropea li tagħti aċċess, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, għal talba għal reviżjoni dwar l-iskadenza ta’ dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju mir-Russja, il-para.14 (id-“Deċiżjoni tal-Ombudsman”).

(22)  It-Tilwima DS494, UE — Metodoloġiji ta’ Aġġustament tal-Kost II (ir-Russja).

(23)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1688 tat-8 ta’ Ottubru 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ taħlitiet ta’ urea u nitrat tal-ammonju li joriġinaw fir-Russja, fi Trinidad u Tobago u fl-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 258, 9.10.2019, p. 21).

(24)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Settembru 2008, il-Kawża T-348/05, JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat vs Il-Kunsill, EU:T:2008:327.

(25)  Inkluż in-nitrat tal-ammonju li miegħu ġew miżjuda n-nutrijenti tal-fosforu u/jew tal-potassju (l-hekk imsejjaħ nitrat tal-ammonju “mhux pur” jew “stabbilizzat”).

(26)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Lulju 2009, il-Kawża T-348/05 INTP, JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat vs Il-Kunsill, EU:T:2009:261.

(27)  L-assoċjazzjoni tal-Produtturi tal-Fertilizzanti Russi, il-grupp EuroChem (Joint Stock Company “Nevinnomyssky Azot”, Joint Stock Company “Azot”), Uralchem JSC, PJSC Acron u l-kumpaniji relatati tagħha.

(28)  Is-Sentenza tat-10 ta’ Settembru 2008, JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-348/05, EU:T:2008:327, il-para. 64.

(29)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Lulju 2009, il-Kawża T-348/05 INTP, JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat vs Il-Kunsill, EU:T:2009:261, il-para. 8.

(30)  L-istatistika dwar l-importazzjonijiet ta’ kull xahar ibbażata fuq data reali pprovduta mill-awtoritajiet doganali fl-Istati Membri skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku.

(31)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1722.

(32)  Dan jeskludi l-bejgħ ta’ nitrat tal-ammonju stabbilizzat prodott mill-fergħa ta’ Kirovo ta’ Uralchem, li mhuwiex suġġett għal dazju anti-dumping.

(33)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 999/2014.

(34)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1688, premessa 56.

(35)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 999/2014, il-premessa 82.

(36)  https://www.acron.ru/en/the-geography-of-business/as-dbt/

(37)  https://www.uralchem.com/about/assets/4644/

(38)  Sors: IFA, 2016 (ara l-Anness XXIX tat-Talba għal Rieżami).

(39)  Ir-rapporti semiannwali tal-pajjiżi tal-2019 fuq is-sit web tad-WTOhttps://www.wto.org/english/tratop_e/adp_e/adp_e.htm

(40)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 999/2014, il-premessa 154.

(41)  https://www.ceicdata.com/en/china/petrochemical-trade-fertilizer-quantity/cn-import-ammonium-nitrate (accessed on 10 July 2020)

(42)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1722, il-premessa 76.

(43)  Sors: Fertecon (ara l-komunikazzjoni tal-RFPA datata t-30 ta’ Ottubru 2019, p. 18)

(44)  Ara l-Anness 26 tat-Talba għal Rieżami – Esportazzjonijiet u Importazzjonijiet ta’ AN tar-Russja lejn id-Dinja.

(45)  Arahttps://www.oecd.org/eurasia/countries/

(46)  Sors: IFA, 2016 (ara l-Anness 29 tat-Talba għal Rieżami)

(47)  Id-Digriet tal-Gvern Nru 532 tad-29 ta’ Marzu 2018, sottomess bħala l-Anness 28 tat-Talba għal Rieżami.

(48)  Il-produtturi esportaturi Russi tal-UAN (li jinkludu Acron u Eurochem) esportaw 613 491 tunnellata ta’ UAN fil-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2017 sat-30 ta’ Ġunju 2018. Il-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet Russi tal-UAN aktarx iwasslu għal żieda fil-pressjoni fuq il-produtturi Russi biex jesportaw fertilizzanti tan-nitroġenu oħra (inkluż l-AN) sabiex tinkiseb iż-żieda fil-mira ta’ 2 % fl-esportazzjonijiet.

(49)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 999/2014, ara b’mod partikolari l-premessi 72 u 96;

(50)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1722.

(51)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1722, il-premessa 139.

(52)  Arahttps://zakon.rada.gov.ua/laws/show/535-2019-п#Text, aċċessat fil-15 ta’ Ottubru 2020.

(53)  Arahttps://www.president.gov.ua/documents/1762018-24362,https://www.president.gov.ua/storage/j-files-storage/00/61/50/f5678abf43bcb17ce6b232500e9a7312_1529676085.pdf, aċċessat fil-15 ta’ Ottubru 2020.

(54)  Id-Digriet tal-Gvern Nru 532 tad-29 ta’ Marzu 2018, sottomess bħala l-Anness 28 tat-Talba għal Rieżami.

(*1)  Għajr l-importazzjonijiet ta’ AN stabbilizzat minn Kirovo, li mhumiex koperti b’dawn il-miżuri.

(*2)  Il-prezz medju ma jinkludix id-dazji anti-dumping stabbiliti

(55)  Association Générale des Producteurs de Blé et autres céréales, Franza (AGPB), Irish Farmers’ Association, l-Irlanda (IFA).

(56)  AGPB, IFA.

(57)  Bloomberg; World Gas Intelligence; World Bank; spot TTF.

(58)  AGPB, IFA.

(59)  AGPB, IFA.

(60)  AGPB, IFA.

(61)  AGPB, IFA.

(62)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1722.

(63)  AGPB, IFA.

(64)  AGPB, IFA.

(65)  Sors: World Bank Commodities Price Forecast (Previżjoni tal-Prezz ta’ Materja Prima tal-Bank Dinji).

(66)  Il-komunikazzjoni tal-AGBP u tal-IFA tal-21/04/2020 (t20.003085) u tal-05/10/2020 (t20.006054).

(67)  Sors: World Bank Commodities Price Forecast (Previżjoni tal-Prezz ta’ Materja Prima tal-Bank Dinji).

(68)  Il-komunikazzjoni tal-AGBP u tal-IFA tal-05/11/2019 (t19.005682).

(69)  Il-komunikazzjoni tal-AGBP u tal-IFA tal-05/11/2019 (t19.005682).

(70)  Il-prezzijiet reali tal-AN fl-Unjoni kienu bbażati fuq it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, fejn il-prezz tal-bejgħ inġabar fil-livell mill-fabbrika, jiġifieri l-valur tal-bejgħ nett minn kwalunkwe kost tat-trasport lejn il-post tan-negozju tal-klijent; mingħajr VAT; nett tan-noti ta’ kreditu u l-iskontijiet kummerċjali permessi (skontijiet imnaqqsa minnufih fuq il-fattura).

(71)  Imwassla sal-fruntiera tal-UE.

(72)  Il-komunikazzjoni tal-AGBP u tal-IFA tal-05/11/2019 (t19.005682).

(73)  Il-komunikazzjoni tal-AGBP u tal-IFA tal-05/10/2020 (t20.006054).

(74)  Il-komunikazzjoni tal-AGBP u tal-IFA tal-05/11/2019 (t19.005682).

(75)  L-Assoċjazzjoni Russa tal-Produtturi tal-Fertilizzanti, il-grupp EuroChem (Joint Stock Company “Nevinnomyssky Azot”, Joint Stock Company “Azot”) u Uralchem JSC.

(76)  Il-volumi rrapportati bħala AS (Nitrat tas-Sulfat tal-Ammonju) u OSTRN (Other Straight Nitrogen, Nitroġeni sempliċi oħra) indikaw biss il-konsenji stmati (= Konsum - Importazzjonijiet), li ma tqisux, peress li l-importazzjonijiet f’dan is-sors kienu bbażati fuq kodiċi NM bi 8 ċifri u setgħu inkludew prodotti oħra (filwaqt li l-Kummissjoni qed tuża kodiċi TARIC b’10 ċifri).

(77)  Kummenti dwar dokument ta’ żvelar Ġenerali mill-Assoċjazzjoni Russa tal-Produtturi tal-Fertilizzanti, il-grupp EuroChem (Joint Stock Company “Nevinnomyssky Azot”, Joint Stock Company “Azot”) u Uralchem JSC, t20.006223.

(78)  World Bank Commodities Price Forecast (Previżjoni tal-Prezz ta’ Materja Prima tal-Bank Dinji). AMIS Market Monitor, Fertilizers Outlook.

(79)  World Bank Commodities Price Forecast (Previżjoni tal-Prezz ta’ Materja Prima tal-Bank Dinji). AMIS Market Monitor, Fertilizers Outlook.

(80)  World Bank Commodities Price Forecast (Previżjoni tal-Prezz ta’ Materja Prima tal-Bank Dinji).

(81)  http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2410

(82)  https://www.industry.gov.au/sites/default/files/adc/public-record/473-066_-_notice_-_adn_2019-057_-_findings_in_relation_to_a_dumping_investigation.pdf

(83)  Livell tal-kodiċi NM bi tmien (8) ċifri li jinkludi l-kodiċijiet kollha li jkopru l-prodott soġġett għal reviżjoni.

(84)  L-Assoċjazzjoni Russa tal-Produtturi tal-Fertilizzanti, il-grupp EuroChem (Joint Stock Company “Nevinnomyssky Azot”, Joint Stock Company “Azot”) u Uralchem JSC.

(85)  Kif indikat fit-tweġiba għall-kwestjonarju disponibbli għall-partijiet interessati, t19.006120.

(86)  EU Agricultural Markets Briefs, Fertilisers in the EU, il-Kummissjoni Ewropea, DĠ AGRI, t20.004387.

(87)  Rapport ta’ kull tliet xhur dwar is-Swieq Ewropej tal-Gass, ħarġa 4, ir-raba’ kwart tal-2019, il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Enerġija, t20.003589.

(88)  L-assoċjazzjoni tal-Produtturi tal-Fertilizzanti Russi, il-grupp EuroChem (Joint Stock Company “Nevinnomyssky Azot”, Joint Stock Company “Azot”), Uralchem JSC u l-grupp Acron.

(89)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1688.

(90)  L-Assoċjazzjoni Russa tal-Produtturi tal-Fertilizzanti, il-grupp EuroChem (Joint Stock Company “Nevinnomyssky Azot”, Joint Stock Company “Azot”) u Uralchem JSC.

(91)  Kif jidher mir-rapporti annwali tal-grupp, id-dħul iġġenerat minn dan il-grupp (madwar 75 % tad-dħul kien mill-bejgħ kollu ta’ fertilizzanti) fl-Amerka Latina kien inqas minn 10 % tad-dħul kollu tal-grupp.

(92)  Il-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz xorta jkunu fil-medda ta’ 8 - 28 % jekk ma jsir l-ebda tnaqqis tal-SG&A u l-profitti tal-entitajiet tal-bejgħ relatati tal-produtturi esportaturi fl-UE, u lanqas ma jsiru kostijiet ta’ kreditu.

(93)  Id-Digriet tal-Gvern Nru 532 tad-29 ta’ Marzu 2018.

(94)  Minn 9,5 miljun tunnellata fl-2016 għal 11,7 miljun tunnellata fl-2020 u 12,3 miljun tunnellata fl-2025.

(95)  Volumi tal-importazzjoni ogħla minn 2 miljun tunnellati.

(96)  L-Amerka Latina kienet l-akbar suq għall-esportazzjonijiet tal-kumpaniji Russi li kkooperaw. Il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-kumpaniji li kkooperaw lejn l-Amerka Latina kienu aktar baxxi minn dawk lejn l-UE.

(97)  Ir-rapporti semiannwali tal-pajjiżi tal-2019 fuq is-sit web tad-WTOhttps://www.wto.org/english/tratop_e/adp_e/adp_e.htm

(98)  L-assoċjazzjoni tal-Produtturi tal-Fertilizzanti Russi, il-grupp EuroChem (Joint Stock Company “Nevinnomyssky Azot”, Joint Stock Company Konġunti “Azot”), Uralchem JSC u l-grupp Acron.

(99)  Imqabbla wara l-aġġustament tal-prezzijiet spot ipprovduti tal-AN għal-livell tal-prezz mill-fabbrika.

(100)  Bl-użu, bħala eżempju, tal-kost tal-konsenja ta’ wieħed mill-produtturi Russi fil-kampjun ipprovdut fil-komunikazzjoni ta’ dawn il-partijiet, kummenti dwar id-dokument ta’ żvelar ġenerali mill-Assoċjazzjoni Russa tal-Produtturi tal-Fertilizzanti, il-grupp EuroChem (Joint Stock Company “Nevinnomyssky Azot”, Joint Stock Company “Azot”) u Uralchem JSC, t20.006223

(101)  L-Assoċjazzjoni Russa tal-Produtturi tal-Fertilizzanti, il-grupp EuroChem (Joint Stock Company “Nevinnomyssky Azot”, Joint Stock Company “Azot”) u Uralchem JSC.

(102)  L-analiżi hija bbażata fuq l-istatistika tal-Eurostat (livell tal-kodiċi NM bi tmien (8) ċifri) u tal-UNICOM dwar il-kummerċ (livell tal-kodiċi NM b’sitt (6) ċifri), li tinkludi prodotti oħra għajr il-prodott soġġett għal reviżjoni.

(103)  Kost fil-medda ta’ EUR 40 - EUR 50/tunnellata, kif irrappurtat mill-partijiet interessati li għamlu din il-pretensjoni.

(104)  Il-prezz ta’ ekwilibriju huwa l-prezz li jkopri l-kost tal-produzzjoni, jiġifieri EUR 198/tunnellata stabbilit fil-PIR.

(105)  Il-Fajl t20.005622.

(106)  Sors: World Bank Commodities Price Forecast (Previżjoni tal-Prezz ta’ Materja Prima tal-Bank Dinji), il-Prezz tal-gass naturali, li huwa ta’ 4,6 USD/MMBtu fl-2016 u fl-2023 fl-Ewropa.

(107)  Kummenti dwar dokument ta’ żvelar Ġenerali mill-Assoċjazzjoni Russa tal-Produtturi tal-Fertilizzanti, il-grupp EuroChem (Joint Stock Company “Nevinnomyssky Azot”, Joint Stock Company “Azot”) u Uralchem JSC, t20.006223.

(108)  Nazzjon l-Aktar Iffavorit

(109)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 999/2014.

(110)  Sors: Seduta ta’ smigħ mal-assoċjazzjonijiet tal-utenti, t19.005682, 8/11/2019.

(111)  Sors: In-Network ta’ Informazzjoni tal-Kontabbiltà Agrikola (FADN), Farm Economy Focus by sector, DĠ AGRI,https://agridata.ec.europa.eu/; t20.004226/t20.004250.

(112)  Il-kost speċifiku tal-għelejjel jikkonsisti minn kostijiet għall-fertilizzanti (inkluż l-AN), għaż-żrieragħ, għall-pestiċidi u għall-għalf (imsejħa wkoll “il-kost tal-materja prima”).

(113)  Il-kost totali tal-azjendi agrikoli/l-inputs totali jikkonsistu mill-kost speċifiku tal-għelejjel (il-kost tal-materja prima, il-kost lavorattiv, il-kostijiet indiretti (inkluż id-deprezzament).

(114)  L-aħħar sena finanzjarja - 2018. Sors: tweġiba għall-kwestjonarju taż-żewġ bdiewa.

(115)  Skont id-data ppreżentata mill-bdiewa COP li koooperaw, fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarji dwar l-anti-dumping.

(116)  L-aħħar sena finanzjarja - 2018.

(117)  L-aħħar sena finanzjarja - 2018.

(118)  Sors: Il-komunikazzjoni tal-assoċjazzjonijiet tal-utenti, t19.005682.

(119)  Is-sehem tal-kost taż-żrieragħ żdied minn 7,1 % għal 7,5 % mill-2014 sal-2018; is-sehem tal-pagi, tal-kera, tal-imgħax imħallas żdied minn 17,7 % għal 19,2 % matul l-istess perjodu fl-azjendi agrikoli COP tal-UE.

(120)  Il-kontijiet ekonomiċi tal-agrikoltura, t20.004550.

(121)  L-aħħar sena finanzjarja - 2018.

(122)  Sors: Il-komunikazzjoni tal-assoċjazzjonijiet tal-utenti, t19.005682.

(123)  AGPB, IFA.

(124)  Sors: Seduta ta’ smigħ mal-assoċjazzjonijiet tal-utenti, t19.005799, 15/11/2019.

(125)  Sors: Seduta ta’ smigħ mal-assoċjazzjonijiet tal-utenti, t19.005682, 15/11/2019. Huwa osservat li l-istimi bil-quddiem huma relatati mal-2018 u l-2019, jiġifieri issa jinsabu fil-passat. L-assoċjazzjonijiet ma pprovdewx ċifri effettivi għal dawn is-sentejn.

(126)  Sors: Agricultural and farm income, DĠ Agrikoltura u Żvilupp Rurali, Unità tal-Ekonimija Agrikola, t20.003213

(127)  Sors: Farm Economy Focus by sector, DĠ AGRI,https://agridata.ec.europa.eu/; t20.004226.

(128)  L-aħħar sena finanzjarja - 2018. Sors: tweġiba għall-kwestjonarju taż-żewġ bdiewa.

(129)  Abbażi tat-tqabbil tal-prezz tal-AN tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni (sors: tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi kkampjunati) u l-livell ta’ introjtu tal-azjendi agrikoli kollha tal-għelejjel fl-UE, inklużi azjendi agrikoli COP speċjalizzati fl-UE u fi Franza (sors: DĠ AGRI).

(130)  AGPB, IFA.

(131)  Sors: EU agricultural outlook for markets and income 2019 – 2030, DĠ AGRI, il-Kummissjoni Ewropea.

(132)  AGPB, IFA.

(133)  L-Introjtu tal-Azjendi Agrikoli tal-Familja (FFI) huwa l-introjtu wara t-tnaqqis tal-kostijiet tal-ħaddiema mikrija, tal-imgħax imħallas u tal-kera mħallsa, u huwa r-redditu lill-bidwi għall-użu tal-ħaddiema, tal-art u tal-kapital tiegħu stess.

(134)  Sors: Seduta ta’ smigħ ma’ FE, t19.005516, 24/10/2019.

(135)  AGPB, IFA.

(136)  AGPB, IFA.

(137)  Sors: Agricultural and farm income, DĠ Agrikoltura u Żvilupp Rurali, Unità tal-Ekonimija Agrikola, t20.003213

(138)  AGPB, IFA.

(139)  Il-komunikazzjoni ta’ AGPB, IFA. t19.005828.

(140)  COPA (il-Kumitat tal-Organizzazzjonijiet Agrikoli Professjonali, Committee of Professional Agricultural Organisations), COGECA (il-Kumitat Ġenerali għall-Kooperazzjoni Agrikola fl-Unjoni Ewropea, General Committee for Agricultural Cooperation in the European Union).

(141)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat H, B-1049 Brussell, il-Belġju.

(142)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1)

(143)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1317, tad-9 ta’ Settembru 2020, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 309, 23.9.2020, p. 1).

(144)  Għal prodotti magħmula minn Open Joint Stock Company (OJSC) Azot, Novomoskovsk, ir-Russja jew minn Open Joint Stock Company (OJSC) Nevinnomyssky Azot, Nevinnomyssk, ir-Russja.

(145)  Għal prodotti magħmula mill-“Fergħa KCKK tal-Joint Stock Company United Chemical Company Uralchem ta’ Kirovo-Chepetsk”.

(146)  Għall-kumpaniji l-oħra kollha:

(147)  Għal prodotti magħmula minn Open Joint Stock Company (OJSC) Azot, Novomoskovsk, ir-Russja jew minn Open Joint Stock Company (OJSC) Nevinnomyssky Azot, Nevinnomyssk, ir-Russja.

(148)  Għall-kumpaniji l-oħra kollha:

(149)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).