<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-606/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0606</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:843">EU:C:2018:843</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20181018">18.10.2018</DATE> – Kawża C‑606/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">IBA Molecular Italy</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20181018">18 ta’ Ottubru 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti pubbliċi għal provvisti</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/18/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(2)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Għoti mingħajr osservanza ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>kuntratti bi ħlas<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>entità pubblika<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑606/17</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20170706">6 ta’ Lulju 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20171020">20 ta’ Ottubru 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">IBA Molecular Italy Srl</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Azienda ULSS n<HT TYPE="SUP">o</HT> 3,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Regione Veneto,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ministero della Salute</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ospedale dell’Angelo di Mestre,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Istituto Sacro Cuore ‐ Don Calabria di Negrar,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Azienda ULSS n<HT TYPE="SUP">o</HT> 22,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras, President tar-Raba’ Awla, li qed jaġixxi bħala President tat-Tmien Awla, J. Malenovský u D. Šváby (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għar-Regione Veneto, minn C. Zampieri, E. Zanon, A. Manzi, C. Drago u B. Barel, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Gattinara u P. Ondrůšek, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, li l-kawża tiġi deċiża mingħajr ma jsiru konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 49, 56, 105 TFUE <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. kif ukoll tal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20040313">13 ta’ Marzu 2004</DATE> fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn IBA Molecular Italy Srl (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>IBA<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) ma’ Azienda ULSS n<HT TYPE="SUP">o</HT> 3 (l-unità sanitarja lokali Nru 3, l-Italja), ir-Regione Veneto (ir-reġjun ta’ Veneto, l-Italja), il-Ministero della Salute (il-Ministeru għas-Saħħa, l-Italja) kif ukoll l-Ospedale dell’Angelo di Mestre (l-Isptar tal-Angelo ta’ Mestre, l-Italja) dwar l-għoti dirett, mill-unità sanitarja lokali Nru 3 u mill-Isptar tal-Angelo ta’ Mestre, tal-provvista għal tliet snin ta’ prodott mediċinali radjufarmaċewtiku bil-bażi 18 F‑Fluoro‑désoxy‑glucose, imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>fluorodésoxyglucose (18F) IBA<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>prodott mediċinali 18‑FDG<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), lill-Istituto Sacro Cuore ‐ Don Calabria di Negrar Sacro Cuore (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Sacro Cuore<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, l-Artikolu 1(2)(a) u (9) tad-Direttiva 2004/18 jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>2</NO.PARAG><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Kuntratti pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> huma kuntratti għall-interess tal-flus konklużi bil-miktub bejn wieħed jew aktar operaturi ekonomiċi u li għandhom bħala objettiv tagħhom l-esekuzzjoni tax-xogħlijiet, il-provvista tal-prodotti jew il-disposizzjoni tas-servizzi fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Direttiva.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="001.009"><NO.PARAG>9</NO.PARAG><ALINEA>Awtoritajiet <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>kuntrattwali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser l-awtoritajiet Statali, reġjonali jew lokali, korpi rregolati bil-liġi pubblika, assoċjazzjonijiet li ġew iffurmati b’waħda jew ħafna minn dawn l-awtoritajiet jew wieħed jew aktar minn dawn il-korpi rregolati bil-liġi pubblika.</ALINEA><ALINEA><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Korpi rregolati bil-liġi pubblika<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> tfisser kull korp:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>stabbilit għall-għan speċifiku li jilħaq il-bżonnijiet fl-interess pubbliku, li m’għandhomx karattru industrijali jew kummerċjali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>li għandhom personalità legali; u</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>ffinanzjati, mill-biċċa l-kbira, mill-Istat, reġjonali jew awtoritajiet lokali, jew korpi oħra rregolati mill-liġi pubblika; jew suġġetti għas-supervizzjoni manigerjali minn dawk il-korpi; jew għandhom bord amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju, li aktar minn nofs il-membri tagħhom huma appuntati mill-autoritajiet Statali, reġjonali jew lokali, jew minn korpi oħra rregolati bil-liġi pubblika.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Prinċipji ta’ assenjar ta’ kuntratti<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>L-awtoritajiet kuntrattwali se jistmaw l-operaturi ekonomiċi ugwali u bla diskriminazzjoni u se jaġixxu b’mod trasparenti.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 1 tal-legge n. 132, recante norme sugli enti ospedalieri e sull’assistenza ospedaliera (il-Liġi Nru 132, li tistabbilixxi r-regoli dwar l-organi tal-isptarijiet u l-assistenza fl-isptarijiet), tat‑<DATE ISO="19680212">12 ta’ Frar 1968</DATE> (GURI Nru 68, tat‑<DATE ISO="19680312">12 ta’ Marzu 1968</DATE>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Liġi 132<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), jirriżulta li l-isptarijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>kklassifikati<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>istituzzjonijiet u entitajiet ekkleżjastiċi rrikonoxxuti mill-Istat li jipprovdu l-kura tas-saħħa fl-isptarijiet<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. Il-ħames paragrafu ta’ din id-dispożizzjoni jipprevdi b’mod partikolari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Minbarra s-sorveljanza teknika u tas-saħħa li jappartjenu lill-Ministeru għas-Saħħa, ma sar ebda tibdil fir-rigward tad-dispożizzjonijiet fis-seħħ f’dak li għandu x’jaqsam is-sistema legali u amministrattiva tal-istituzzjonijiet u tal-entitajiet ekkleżjastiċi rrikonoxxuti mill-Istat li jiżguraw kura fl-isptar.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, jirriżulta b’mod partikolari mill-Artikolu 41 tal-legge n<HT TYPE="SUP">o</HT> 833 ‐ Istituzione del servizio sanitario nazionale (il-Liġi Nru 833 li tistabbilixxi s-servizz tas-saħħa nazzjonali), tat‑<DATE ISO="19781223">23 ta’ Diċembru 1978</DATE> (suppliment ordinarju għall-GURI Nru 360, tat‑<DATE ISO="19781228">28 ta’ Diċembru 1978</DATE>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Liġi Nru 833<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), minn naħa, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>r-rapporti ta’ unitajiet ta’ ġestjoni tas-saħħa lokali kompetenti territorjalment mal-istituzzjonijiet, l-organi u l-isptarijiet msemmija fl-ewwel paragrafu, li kisbu l-klassifikazzjoni tagħhom konformement mal-Liġi Nru 132, tat‑<DATE ISO="19680212">12 ta’ Frar 1968</DATE>, kif ukoll l-isptar Galliera ta’ Genova u mal-Ordni Militari Sovran ta’ Malta huma rregolati minn ftehimiet <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT><QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> u, min-naħa l-oħra, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>l-istituzzjonijiet tas-saħħa rrikonoxxuti li jipprovdu kura pubblika għandhom iżommu l-pożizzjoni tagħhom bħala operaturi attivi fil-kuntest tas-sistema pubblika tal-kura<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>IBA hija impriża li tispeċjalizza fil-produzzjoni ta’ prodotti mediċinali radjufarmaċewtiċi. Hija konċessjonarja esklużiva fl-Italja tal-prodott mediċinali 18‑FDG li huwa traċċatur isotopiku użat f’ċerti eżamijiet radjugrafiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors tad‑<DATE ISO="20150429">29 ta’ April 2015</DATE>, hija kkontestat quddiem it-Tribunale amministrativo regionale del Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio, l-Italja) il-miżuri u l-ftehimiet li permezz tagħhom l-unità sanitarja lokali Nru 3 u l-Isptar tal-Angelo ta’ Mestre taw direttament u mingħajr proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku minn qabel, il-kuntratt ta’ provvista tal-prodott mediċinali 18‑FDG lis-Sacro Cuore għal tliet snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Minkejja li hija struttura reliġjuża rregolata mid-dritt privat, din tal-aħħar tipparteċipa fis-sistema pubblika ta’ programmazzjoni tas-saħħa tar-reġjun ta’ Veneto fuq il-bażi ta’ ftehim <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT>, fil-kwalità tagħha ta’ sptar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>ikklassifikat<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, li bħala tali titqies bħala struttura pubblika.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-kuntratt konkluż fil-kuntest tal-imsemmi kuntratt għall-provvista jipprevedi li s-Sacro Cuore għandha tipprovdi l-prodott mediċinali 18‑FDG mingħajr ħlas lid-disa’ sptarijiet pubbliċi reġjonali, permezz tal-ġbir tal-ispejjeż ta’ kunsinna li huma ffissati b’rata fissa għal EUR 180 għal kull kunsinna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tagħha intiża sabiex jiġi annullat l-għoti dirett lis-Sacro Cuore tal-kuntratt ta’ provvista tal-prodott mediċinali 18‑FDG u sabiex sussegwentement tiġi organizzata proċedura ta’ sejħa għal offerti għall-provvista ta’ dan il-prodott mediċinali, IBA kkontestat l-atti li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-għoti ta’ sussidju ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">700000</FT> mħallsa mir-reġjun ta’ Veneto lis-Sacro Cuore u allokat għall-kopertura tal-ispejjeż li jirriżultaw mill-provvista mingħajr ħlas tal-prodott mediċinali 18‑FDG lill-organi kollha tas-saħħa kkonċernati ta’ dan ir-reġjun;</P></ITEM><ITEM><P>il-ftehim mudell dwar l-istabbiliment tar-rapport ta’ provvista bejn kull struttura tas-saħħa pubblika reġjonali u s-Sacro Cuore, imħejji mir-reġjun ta’ Veneto, u</P></ITEM><ITEM><P>l-atti reġjonali u statali differenti dwar l-għoti kontenzjuż u l-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-produzzjoni u tal-provvista ta’ dak il-prodott mediċinali.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tas‑<DATE ISO="20160426">26 ta’ April 2016</DATE>, it-Tribunale amministrativo regionale del Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio) ċaħdet ir-rikors ta’ IBA, prinċipalment, għal żewġ raġunijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-provvista inkwistjoni tal-prodott mediċinali 18‑FDG kienet essenzjalment mingħajr ħlas sa fejn la s-sussidju reġjonali ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">700000</FT> allokat lis-Sacro Cuore u lanqas it-teħid ta’ responsabbiltà tal-ispejjeż tat-trasport tal-prodott mediċinali ma għandhom in-natura ta’ korrispettiv dirett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>It-tieni nett, anki jekk jiġi preżunt li l-kuntratt għall-provvista ta’ dan il-prodott mediċinali huwa ta’ natura oneruża, l-għoti kontenzjuż jikkostitwixxi ftehim bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi li fir-rigward tiegħu d-dritt tal-Unjoni dwar il-kuntratti pubbliċi ma japplikax.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>IBA, konsegwentement, ippreżentat appell kontra din is-sentenza quddiem il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja). Essenzjalment, dan tal-aħħar iqis li l-evalwazzjoni mill-qorti tal-ewwel istanza fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ kuntratt bi ħlas hija żbaljata. Min-naħa l-oħra, huwa jaqbel mal-evalwazzjoni tagħha li tgħid li l-kuntratt ta’ provvista kontenzjuż jistabbilixxi kooperazzjoni bejn entitajiet pubbliċi li huwa eskluż mill-portata tar-regoli dwar il-kuntratti pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, huwa prinċipalment jikkunsidra li s-Sacro Cuore ma tirċievi b’mod formali, ħlief ir-rimbors tal-ispejjeż ta’ kunsinna tal-prodott mediċinali 18‑FDG, l-ebda remunerazzjoni bħala korrispettiv għall-provvista ta’ dan lill-istrutturi tas-saħħa pubbliċi destinatarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Madankollu, interpretazzjoni skont il-finijiet tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18, twassal sabiex in-natura oneruża ta’ kuntratt ikun stabbilit meta l-operatur li jiżgura l-provvista tal-oġġett inkwistjoni jirċievi vantaġġ ekonomiku sinjifikattiv ta’ amministrazzjoni pubblika differenti mill-awtorità kontraenti u li huwa raġonevoli li wieħed jistenna li dan il-finanzjament huwa allokat preċiżament għall-provvista ta’ dan l-oġġett. Issa, dan huwa, f’dan il-każ, l-għan tal-għotja ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">700000</FT> mir-Reġjun ta’ Veneto lis-Sacro Cuore.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) iqis li l-kodiċi Taljan dwar il-kuntratti pubbliċi u d-dritt tal-Unjoni dwar il-kuntratti pubbliċi japplikaw għal proċedura bħal dik imsemmija fil-punt 8 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fil-fatt, jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-kuntratti bi ħlas konklużi bejn żewġ amministrazzjonijiet pubbliċi huma kuntratti pubbliċi, inkluż meta l-amministrazzjoni li topera bħala operatur privat ma jkollhiex prinċipalment għan ta’ qligħ. Kuntratt ma jistax jevita li jaqa’ taħt il-kunċett ta’ kuntratt pubbliku minħabba l-fatt biss li r-remunerazzjoni tiegħu tibqa’ limitata għal rimbors tal-ispejjeż li seħħew għall-provvista tas-servizz miftiehem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-ebda waħda miż-żewġ ipoteżi li jippermettu deroga mill-applikazzjoni tad-dritt tal-kuntratti pubbliċi ma hija ssodisfatta fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, il-qorti tar-rinviju ma tqisx ruħha fil-preżenza la ta’ kuntratt konkluż mill-amministrazzjoni ma’ entità oħra pubblika ġuridikament distinta li fuqha din l-amministrazzzjoni teżerċita <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>kontroll simili<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess, fis-sens tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19991118">18 ta’ Novembru 1999</DATE>, <NAME.CASE>Teckal</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑107/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:562">EU:C:1999:562</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u lanqas ta’ kuntratt li jistabbilixxi kooperazzjoni bejn entitajiet pubbliċi u li għandu l-għan li jiżgura l-implimentazzjoni ta’ missjoni ta’ servizz pubbliku komuni għalihom, b’mod partikolari fis-sens tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130613">13 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Piepenbrock</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑386/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:385">EU:C:2013:385</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Madankollu, skont il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat), is-Sacro Cuore, bħala sptar ikklassifikat, għandha, fil-kuntest tal-kawża prinċipali, tiġi kompletament assimilata ma’ awtorità kontraenti, anki jekk ma tikkostitwixxix organu tad-dritt pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-qorti tar-rinviju tosserva li l-Qorti tal-Ġustizzja għad ma kellhiex l-opportunità li tiddeċiedi dwar sitwazzjoni partikolari ta’ organi, bħall-isptarijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>ikklassifikati<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> li huma integrati funzjonalment fis-sistema tas-saħħa reġjonali, minkejja li l-ġestjoni tagħhom tibqa’ privata fir-rigward tal-finanzjament, tal-ħatra tal-amministraturi u tar-regoli interni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li l-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>1)</NO.P><TXT>Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal servizzi u għal provvisti u, iktar speċifikatament, tal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva [2004/18], jinkludi wkoll l-operazzjonijiet kumplessi li permezz tagħhom awtorità pubblika kontraenti għandha l-intenzjoni li tagħti, direttament, lil operatur ekonomiku partikolari finanzjament speċifiku, li l-uniku skop tiegħu huwa l-manifattura ta’ prodotti intiżi li jiġu pprovduti bla ħlas, mingħajr proċedura ta’ sejħa għal offerti ulterjuri, lil diversi amministrazzjonijiet li huma eżentati mill-ħlas ta’ xi korrispettiv lill-imsemmi fornitur; konsegwentement, l-imsemmija leġiżlazzjoni Ewropea tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-għoti dirett ta’ finanzjament speċifiku li l-iskop tiegħu huwa l-manifattura ta’ prodotti intiżi li jiġu pprovduti, mingħajr proċedura ta’ sejħa għal offerti ulterjuri, lil diversi amministrazzjonijiet li huma eżentati mill-ħlas ta’ xi korrispettiv lill-imsemmi fornitur?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal servizzi u għal provvisti u, iktar speċifikatament, l-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva [2004/18] u l-Artikoli 49, 56, [105 TUE <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.], tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, billi tassimila l-isptarijiet privati <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>klassifikati<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/> għal dawk pubbliċi, permezz tad-dħul tagħhom fis-sistema ta’ programmazzjoni pubblika tas-saħħa nazzjonali, irregolata minn ftehimiet <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT>, differenti mir-relazzjonijiet normali ta’ akkreditazzjoni mas-suġġetti privati l-oħra li jipparteċipaw fis-sistema ta’ provvista ta’ servizzi tas-saħħa, meta dawn l-isptarijiet ikklassifikati la jissodisfaw ir-rekwiżiti sabiex jiġu rikonoxxuti bħala korp irregolat mid-dritt pubbliku u lanqas ir-rekwiżiti għall-għoti dirett skont il-mudell tal-in house providing, teħlishom mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u minn dik tal-Unjoni dwar kuntratti pubbliċi, anki fil-każ fejn tali suġġetti jkunu inkarigati mill-manifattura u mill-provvista bla ħlas, lill-istrutturi tas-saħħa pubbliċi, ta’ prodotti neċessarji għall-iżvolġiment tas-servizz tas-saħħa, filwaqt li fl-istess ħin jirċievu finanzjament pubbliku ddedikat għall-manifattura ta’ dawn il-provvisti?<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>kuntratti bi ħlas<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> jinkludix id-deċiżjoni li permezz tagħha awtorità kontraenti tagħti direttament lil operatur ekonomiku partikolari, u għalhekk mingħajr ma torganizza proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, finanzjament speċifiku li l-uniku skop tiegħu huwa l-manifattura ta’ prodotti intiżi li jiġu pprovduti bla ħlas minn dan lil amministrazzjonijiet differenti li huma eżentati mill-ħlas ta’ kwalunkwe korrispettiv lill-fornitur, minbarra l-ħlas ta’ spejjeż ta’ kunsinna, iffissati b’rata fissa għal EUR 180 għal kull kunsinna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Preliminarjament, jidher li, fil-kawża prinċipali, ir-reġjun ta’ Veneto u s-Sacro Cuore kkonkludew kuntratt li permezz tiegħu din tal-aħħar tintrabat li tipproduċi u tqassam mingħajr ħlas il-prodott mediċinali 18‑FDG lill-isptarijiet pubbliċi reġjonali, madankollu bil-ħlas mingħand ta’ dawn tal-aħħar tal-ispejjeż ta’ kunsinna li huma ffissati b’rata fissa għal EUR 180 għal kull kunsinna. Għal dan il-għan, dan ir-reġjun iħallas lis-Sacro Cuore sussidju ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">700000</FT> allokati kompletament għall-produzzjoni ta’ dan il-prodott mediċinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Ma hemmx dubju dwar in-natura oneruża ta’ tali kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-fatt, konformement mal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18, sabiex jaqgħu taħt il-kunċett ta’ kuntratti pubbiċi, kuntratt bejn operatur ekonomiku wieħed jew iktar u awtorità kontraenti waħda jew iktar, għandu jkun ġie konkluż <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>bi ħlas<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Issa, jirriżulta mis-sens ġuridiku abitwali tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>bi ħlas<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> li dan ifisser kuntratt li permezz tiegħu kull waħda mill-partijiet tintrabat li tiżgura prestazzjoni bħala korrispettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għalhekk, kuntratt li jipprevedi skambju ta’ servizzi jaqa’ taħt il-kunċett ta’ kuntratt pubbliku anki jekk ir-remunerazzjoni prevista tkun limitata għar-rimbors parzjali tal-ispejjeż inkorsi sabiex jiġi pprovdut is-servizz miftiehem (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121219">19 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑159/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:817">EU:C:2012:817</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130613">13 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Piepenbrock</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑386/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:385">EU:C:2013:385</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, l-evalwazzjoni tan-natura oneruża tal-kuntratt għall-produzzjoni u għall-provvista ta’ prodott mediċinali għandu għalhekk jieħu inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ kwalunkwe korrispettiv imħallas lill-fornitur ta’ dan il-prodott mediċinali permezz ta’ sussidju mir-reġjun ta’ Veneto ta’ ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">700000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li kuntratt, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tiegħu operatur ekonomiku jintrabat li jipproduċi u li jipprovdi prodott lil amministrazzjonijiet inkambju għal finanzjament b’mod sħiħ allokat għat-twettiq ta’ dan l-għan, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ kuntratt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>bi ħlas<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18, anki meta l-ispejjeż stess ta’ manifattura u ta’ distribuzzjoni ta’ dan il-prodott ma jkunux kompletament ikkumpensati minn dan l-istess sussidju jew permezz tal-ispejjeż ta’ kunsinna li jistgħu jiġu ffatturati lil dawn l-amministrazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>kuntratti bi ħlas<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> jinkludi d-deċiżjoni li permezz tagħha awtorità kontraenti tagħti direttament lil operatur ekonomiku partikolari, u għalhekk mingħajr ma torganizza proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, finanzjament speċifiku li l-uniku skop tiegħu huwa l-manifattura ta’ prodotti intiżi li jiġu pprovduti bla ħlas minn dan lil amministrazzjonijiet differenti li huma eżentati mill-ħlas ta’ kwalunkwe korrispettiv lill-fornitur, minbarra l-ħlas ta’ spejjeż ta’ kunsinna, iffissati b’rata fissa għal EUR 180 għal kull kunsinna.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 1(2)(a) u l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, billi tassimila l-isptarijiet privati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>kklassifikati<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> mal-isptarijiet pubbliċi minħabba l-integrazzjoni tagħhom fis-sistema ta’ programmazzjoni pubblika tas-saħħa nazzjonali rregolat bi ftehim <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT>, bħala differenti mir-relazzjonijiet normali ta’ akkreditazzjoni mal-operaturi privati l-oħra li jipparteċipaw fis-sistema ta’ provvista ta’ servizzi tas-saħħa, teħlishom mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u minn dik tal-Unjoni dwar kuntratti pubbliċi, anki fil-każ fejn ikunu inkarigati mill-manifattura u mill-provvista bla ħlas, lill-istrutturi tas-saħħa pubbliċi, ta’ prodotti speċifiċi neċessarji għall-iżvolġiment tas-servizz tas-saħħa bħala korrispettiv għal finanzjament pubbliku allokat għall-manifattura ta’ dawn il-prodotti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li skont l-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18, sabiex jikkostitwixxi kuntratt pubbliku u, għalhekk, japplikaw ir-regoli tal-Unjoni dwar il-qasam, il-kuntratt konkluż bi ħlas inkwistjoni għandu jkun ġie konkluż bejn operatur ekonomiku wieħed jew iktar u awtorità kontraenti waħda jew iktar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita, żewġ tipi ta’ kuntratti konklużi minn entitajiet pubbliċi ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121219">19 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑159/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:817">EU:C:2012:817</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Dawn huma, fl-ewwel lok, kuntratti konklużi bejn entità pubblika li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18 sabiex tkun tista’ tiġi kkwalifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>awtorità kontraenti<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> fis-sens ta’ din tal-aħħar u persuna ġuridikament distinta minnha meta, fl-istess ħin, din l-entità teżerċita fuq din il-persuna kontroll simili għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess u meta l-imsemmija persuna twettaq il-parti l-kbira tal-attivitajiet tagħha mal-entità jew l-entitajiet li jikkontrollawha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19991118">18 ta’ Novembru 1999</DATE>, <NAME.CASE>Teckal</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-107/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:562">EU:C:1999:562</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050111">11 ta’ Jannar 2005</DATE>, <NAME.CASE>Stadt Halle u RPL Lochau</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑26/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:5">EU:C:2005:5</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li jirriżulta mill-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju li la r-Reġjun ta’ Veneto u lanqas l-awtoritajiet kontraenti msemmija fil-punt 8 ta’ din is-sentenza ma jeżerċitaw kontroll simili fuq is-Sacro Cuore għal dak li jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għalhekk, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma tistax tneħħi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar il-kuntratti pubbliċi il-kuntratti konklużi bejn istituzzjoni bħal Sacro Cuore u entità pubblika billi tibbaża ruħha fuq l-eċċezzjoni mfakkra fil-punt 36 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, lanqas ma jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-kuntratti pubbliċi konklużi bi ħlas li jistabbilixxu kooperazzjoni bejn entitajiet pubbliċi li għandhom l-għan li jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ missjoni ta’ servizz pubbliku komuni għal dawn, sakemm tali kuntratti jkunu konklużi esklużivament minn entitajiet pubbliċi, mingħajr il-parteċipazzjoni ta’ parti privata li ebda fornitur privat ma jitpoġġa f’sitwazzjoni privileġġata fir-rigward tal-kompetituri tiegħu u li l-kooperazzjoni li huma jistabbilixxu tkun biss irregolata minn kunsiderazzjonijiet u minn ħtiġijiet proprji għat-tħaddin ta’ għanijiet ta’ interess pubbliku (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090609">9 ta’ Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑480/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:357">EU:C:2009:357</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130613">13 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Piepenbrock</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑386/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:385">EU:C:2013:385</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-kriterji kollha msemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza huma kumulattivi, kuntratt bejn entitajiet pubbliċi ma jistax joħroġ mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi abbażi ta’ din l-eċċezzjoni ħlief jekk il-ftehim li jistabbilixxi dan il-kuntratt jissodisfa dawn il-kriterji kollha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130613">13 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Piepenbrock</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑386/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:385">EU:C:2013:385</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>L-ewwel fost dawn il-kriterji huwa preċiżament intiż sabiex titwettaq din il-forma ta’ kooperazzjoni bejn entitajiet pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li dan il-kriterju huwa manifestament nieqes f’dan il-każ. Fil-fatt, l-isptarijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>ikklassifikati<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, bħal Sacro Cuore, jikkostitwixxu persuni ġuridiċi, li l-amministrazzjoni tagħhom kemm fuq il-livell ta’ finanzjament, ta’ ħatra tal-amministraturi u ta’ regoli interni tibqa’ kompletament privata, hekk kif jirriżulta mill-punt 37 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandha tingħata risposta għat-tieni domanda li l-Artikolu 1(2)(a) u l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, billi tassimila l-isptarijiet privati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>kklassifikati<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> mal-isptarijiet pubbliċi minħabba l-integrazzjoni tagħhom fis-sistema ta’ programmazzjoni pubblika tas-saħħa nazzjonali rregolat bi ftehim <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT>, bħala differenti mir-relazzjonijiet normali ta’ akkreditazzjoni mal-operaturi privati l-oħra li jipparteċipaw fis-sistema ta’ provvista ta’ servizzi tas-saħħa, teħlishom mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u minn dik tal-Unjoni dwar kuntratti pubbliċi, anki fil-każ fejn ikunu inkarigati mill-manifattura u mill-provvista bla ħlas, lill-istrutturi tas-saħħa pubbliċi, ta’ prodotti speċifiċi neċessarji għall-iżvolġiment tas-servizz tas-saħħa bħala korrispettiv għal finanzjament pubbliku allokat għall-manifattura ta’ dawn il-prodotti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>kuntratti bi ħlas<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> jinkludi d-deċiżjoni li permezz tagħha awtorità kontraenti tagħti direttament lil operatur ekonomiku partikolari, u għalhekk mingħajr ma torganizza proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, finanzjament speċifiku li l-uniku skop tiegħu huwa l-manifattura ta’ prodotti intiżi li jiġu pprovduti bla ħlas minn dan lil amministrazzjonijiet differenti li huma eżentati mill-ħlas ta’ kwalunkwe korrispettiv lill-fornitur, minbarra l-ħlas ta’ spejjeż ta’ kunsinna, iffissati b’rata fissa għal EUR 180 għal kull kunsinna.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(2)(a) u l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, billi tassimila l-isptarijiet privati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>kklassifikati<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> mal-isptarijiet pubbliċi minħabba l-integrazzjoni tagħhom fis-sistema ta’ programmazzjoni pubblika tas-saħħa nazzjonali rregolat bi ftehim <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT>, bħala differenti mir-relazzjonijiet normali ta’ akkreditazzjoni mal-operaturi privati l-oħra li jipparteċipaw fis-sistema ta’ provvista ta’ servizzi tas-saħħa, teħlishom mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u minn dik tal-Unjoni dwar kuntratti pubbliċi, anki fil-każ fejn ikunu inkarigati<?PAGE NO="9"?> mill-manifattura u mill-provvista bla ħlas, lill-istrutturi tas-saħħa pubbliċi, ta’ prodotti speċifiċi neċessarji għall-iżvolġiment tas-servizz tas-saħħa bħala korrispettiv għal finanzjament pubbliku allokat għall-manifattura ta’ dawn il-prodotti.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>