<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTC.1201424101.case.xml"><NO.CASE>C-507/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0507</NO.CELEX><NO.SEQ>0037.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-14267</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-14283</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20111221">21.12.2011</DATE> — KAWŻA C-507/10</LEFT><RIGHT>X</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-507/10,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Giudice per le Indagini Preliminari (GIP) fi ħdan it-Tribunale di Firenze (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20101008">8 ta’ Ottubru 2010</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20101025">25 ta’ Ottubru 2010</DATE>, fil-proċeduri kriminali kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">X</HT></P></PLAINTIFS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">Y,</HT></P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn J.N. Cunha Rodrigues (Relatur), President tal-Awla, U. Lõhmus, A. Rosas, A. Ó Caoimh u A. Arabadjiev, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-14268"?><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal X, minn F. Bagattini, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal Y, minn G. Vitiello u G. Paloscia, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn F. Arena, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Irlanda, minn D. O’Hagan, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="I-14269"?><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn C. Wissels u M. de Ree, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Recchia u R. Troosters, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20111020">20 ta’ Ottubru 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 2, 3 u 8 tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2001/220/JHA, tal-<DATE ISO="20010315">15 ta’ Marzu 2001</DATE>, dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 72, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Deċiżjoni Qafas<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mressqa kontra X, issuspettat li wettaq atti ta’ natura sesswali fuq bintu minuri Y.</TXT></NP><?PAGE NO="I-14270"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Deċiżjoni Qafas</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(a) tad-Deċiżjoni Qafas, għall-finijiet tad-Deċiżjoni Qafas <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>vittma<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> tfisser il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>persuna fiżika li tkun sofriet danni, inkluż ħsara fiżika jew mentali, tbatija emozzjonali jew telf ekonomiku, kawżati direttament minn atti jew ommissjonijiet [...] bi ksur tal-liġi kriminali ta’ Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Rispett u rikonoxximent<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-vittmi jkollhom rwol sinifikanti u xieraq fis-sistema legali kriminali tieghu. Dan għandu jkompli jagħmel kull sforz sabiex jiżgura li l-vittmi jkunu trattati bir-rispett dovut għad-dinjità ta’ l-individwu matul il-proċeduri u għandu jirrikonoxxi d-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-vittmi b’refernza partikolari għall-proċeduri kriminali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-vittmi li jkunu partikolarment vulnerabbli jkunu jistgħu jibbenefikaw minn trattament speċifiku li l’aktar ikun addattat għaċ-ċirkostanzi tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-14271"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Seduti u l-provvista ta’ provi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Kull Stat Membru għandhu jissalvagwardja l-possibbiltà għall-vittmi li jinstemgħhu matul il-proċeduri u li jkunu fornuti provi.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Kull Stat Membru għandu jieħu miżuri xierqa sabiex jiżgura li l-awtoritajiet tiegħu isaqsu lill-vittma biss safejn ikun neċessarju għall-finijiet tal-proċeduri kriminali.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></QUOT.S></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Id-dritt għall-protezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru għandu jiżgura livell xieraq ta’ protezzjoni għall-vittmi u, fejn ikun xieraq, lill-familji tagħhom jew persuni f’posizzjoni simili, partikolarment rigward is-sigurtà tagħhom u l-protezzjoni tal-privatezza tagħhom, fejn l-awtoritajiet kompetenti jikkonsidraw li jkun hemm riskju serju ta’ tpattija jew evidenza serja ta’ l-intenzjoni li ssir intrużjoni fil-privatezza tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għal dak il-għan, u mingħajr preġudizzju għal paragrafu 4, kull Stat Membru għandu jiggarantixxi li jkun possibli li jadotta, jekk ikun hemm bżonn, bħala parti mill-proċeduri fil-qrati, miżuri appropjati sabiex jitħarsu l-privatezza u l-immaġni fotografika tal-vittmi u l-familji tagħhom jew perdsuni f-posizzjoni simili.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membri għandhu barra minn hekk jiżgura li jiġi evitat kull kuntatt bejn il-vittmi u l-ħatja fil-bini tal-qrati, sakemm il-proċeduri kriminali ma jkunux jitolbu dan il-kuntatt. Fejn ikun xieraq għal dak il-għan, kull Stat Membru għandu progressivament jipprovdi li l-bini tal-qrati jkollhom żoni ta’ stennija apposta għall-vittmi.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-14272"?><PARAG IDENTIFIER="008.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru għandu jiżgura li, fejn ikun hemm bżonn li jiġu protetti l-vittmi - partikolarment dawk l-aktar vulnerabbli - mill-effetti tax-xhieda fil-qorti miftuħa [f’qorti bil-miftuħ], il-vittmi jistgħu, permezz ta’ deċiżjoni meħuda mill-qorti, ikunu intitolati jixhdu b’mod li jippermetti li jintlaħaq dan il-għan, b’kull mezz xieraq kompatibbli mal-prinċipji legali bażiċi.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 392(1a) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali (Codice di Procedura Penale Italiano) (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>CPP<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), li jinsab fil-Ktieb V, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Stħarriġ preliminari u seduta preliminari<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Fil-proċeduri għar-reati stabbiliti fl-Artikoli [...] 609c [...] tal-Kodiċi Kriminali, il-prosekutur pubbliku, inkluż fuq it-talba tal-persuna leża, jew il-persuna investigata, jista’ jressaq talba sabiex jingħata bidu għall-ġbir tal-provi waqt l-istruttorja bil-produzzjoni tat-testimonjanza tal-minuri jew tal-persuna leża maġġorenni, anki f’każijiet li ma humiex previsti fil-paragrafu 1.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 394 taċ-CPP jipprovdi :</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="394.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuna leża tista’ titlob lill-prosekutur pubbliku sabiex iressaq talba għall-ġbir tal-provi waqt l-istruttorja.”</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="394.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-prosekutur pubbliku ma jilqax din it-talba, huwa għandu joħroġ digriet motivat u jinnotifikah lill-persuna leża.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-14273"?><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 398(5a) taċ-CPP:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Fil-każ ta’ indaġini li jirrigwardaw ir-reati previsti mill-Artikoli [609c] tal-Kodiċi Kriminali, il-qorti, fejn fost il-persuni kkonċernati mill-produzzjoni tal-provi jkun hemm minuri, bid-digriet stabbilit fil-paragrafu 2, għandha tistabbilixxi l-post, iż-żmien u l-modalitajiet partikolari li permezz tagħhom għandu jitwettaq il-ġbir tal-provi waqt l-istruttorja, meta r-rekwiżiti ta’ protezzjoni tal-persuni jagħmlu dan neċessarju jew xieraq. Għal dan il-għan, is-seduta tista’ wkoll tinżamm f’post differenti mill-qorti, fejn jeżistu, fi strutturi speċjalizzati ta’ assistenza, jew, fin-nuqqas tagħhom, fir-residenza tal-persuna kkonċernata mill-produzzjoni tal-provi. Ix-xhieda għandha tkun kollha kemm hi ddokumentata b’mezzi ta’ reġistrazzjoni fonografika jew awdjoviżiva. Fin-nuqqas ta’ apparat ta’ reġistrazzjoni jew ta’ persunal tekniku, il-qorti għandha tirrikorri għal perizja jew konsulenza teknika. L-interrogatorju għandu jiġi redatt fil-qosor fi proċess verbali. It-traskrizzjoni tar-reġistrazzjoni għandha tkun disponibbli biss fuq talba tal-partijiet.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li Z ressqet ilment kontra X talli, matul is-sena 2007, huwa wettaq ripetutament atti ta’ natura sesswali punibbli taħt l-Artikolu 609c tal-Kodiċi Kriminali, flimkien mal-Artikoli 81 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tal-imsemmi kodiċi, fuq binthom, Y, li dak iż-żmien kellha ħames snin.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Dan l-ilment iġġustifika l-ftuħ ta’ investigazzjoni preliminari, li matulha nstemgħet Y f’diversi okkażjonijiet minn diversi periti fil-psikoloġija u fil-pedjatrija. Wara dawn il-miżuri, fit-<DATE ISO="20080508">8 ta’ Mejju 2008</DATE>, il-prosekutur pubbliku talab li din il-kawża tiġi mwaqqfa mingħajr ma jittieħdu azzjonijiet ulterjuri.</TXT></NP><?PAGE NO="I-14274"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Billi Y opponiet l-imsemmija talba, il-GIP, skont ir-regoli proċedurali applikabbli, iffissa seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> sabiex il-partijiet ikunu jistgħu jesprimu ruħhom dwar il-fondatezza ta’ din it-talba u sabiex eventwalment jitolbu investigazzjoni addizzjonali jew ir-rinviju quddiem qorti. Matul l-imsemmija seduta, b’applikazzjoni tal-Artikolu 394 taċ-CPP, Y talbet lill-prosekutur pubbliku sabiex isir smigħ tagħha fi proċedura interlokutorja għas-smigħ antiċipat tal-provi, imsejħa ukoll bħala l-proċedura tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>ġbir tal-provi waqt l-istruttorja<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Wara li laqgħet il-kunsens tal-prosekutur pubbliku fuq it-talba sabiex tinfetaħ proċedura tal-ġbir tal-provi waqt l-istruttorja, il-qorti tar-rinviju ordnat li l-minuri tinstema’ skont il-modalitajiet partikolari skont l-Artikolu 398(5a) taċ-CPP. F’din l-okkażjoni, Y ikkonfermat li hija kienet is-suġġett ta’ atti b’konnotazzjoni sesswali minn missierha.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20100527">27 ta’ Mejju 2010</DATE>, il-Corte suprema di cassazione annullat id-deċiżjoni tal-qorti tar-rinviju sabiex tinfetaħ proċedura ta’ ġbir tal-provi waqt l-istruttorja.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20100714">14 ta’ Lulju 2010</DATE>, il-prosekutur pubbliku talab mill-ġdid il-waqfien tal-kawża, talba li l-vittma opponiet.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ffissat seduta ġdida <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT>, li fiha matulha, Y talbet lill-prosekutur pubbliku iġedded it-talba għal smigħ fi proċedura ta’ ġbir tal-provi waqt l-istruttorja. Il-prosekutur pubbliku ma ddeċidiex dwar din it-talba u tenna t-talba tiegħu għall-waqfien tal-kawża mingħajr ma jittieħdu azzjonijiet ulterjuri.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Filwaqt li staqsa dwar il-kompatibbiltà tas-sistema proċedurali applikabbli għall-vittmi minuri skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 392(1a), 394 u 398 taċ-CPP flimkien mal-Artikoli 2, 3 u 8 tad-Deċiżjoni Qafas, fejn minn naħa, din ma tobbligax lill-prosekutur pubbliku jieħu azzjoni ulterjuri dwar it-talba tal-vittma sabiex tinfetaħ proċedura ta’ ġbir tal-provi waqt l-istruttorja u, min-naħa l-oħra, ma tippermettix<?PAGE NO="I-14275"?> lill-vittma tressaq azzjoni quddiem qorti fil-każ fejn il-prosekutur pubbliku ma jilqax l-imsemmija talba, il-GIP fi ħdan it-Tribunale di Firenze ddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi dwar il-portata tal-imsemmija artikoli tad-Deċiżjoni Qafas.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji, anness mat-Trattat FUE, l-effetti legali tad-Deċiżjoni Qafas, li ġiet adottata fuq il-bażi tat-Titolu VI tat-Trattat UE qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, għandhom jiġu ppreżervati sakemm id-Deċiżjoni Qafas tiġi rrevokata, annullata jew emendata fl-implementazzjoni tat-Trattati.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 10(1) tal-istess protokoll jipprovdi li l-kompetenzi tal-istituzzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja, fir-rigward tal-atti tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali, li ġew adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona bis-saħħa tat-Titolu VI tat-Trattat UE, għandom jibqgħu l-istess, inklużi fejn dawn ġew aċċettati taħt l-Artikolu 35(2) UE. B’applikazzjoni tal-Artikolu 10(3) ta’ dan il-protokoll, il-miżura tranżitorja li tinsab fil-paragrafu 1 tiegħu għandha tieqaf milli jkollha effett ħames snin wara l-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>, id-data ta’ dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Mill-informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam, ippubblikata fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej</HT> tal-<DATE ISO="19990501">1 ta’ Mejju 1999</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="114" PAGE.FIRST="56" DATE.PUB="1999">ĠU L 114, p. 56</REF.DOC.OJ>), jirriżulta li r-Repubblika Taljana għamlet dikjarazzjoni skont l-Artikolu 35(2) UE, li permezz tagħha hija aċċettat il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tagħti deċiżjoni dwar il-validità u l-interpretazzjoni tal-atti msemmija fl-Artikolu 35 UE skont il-modalitajiet previsti fil-paragrafu 3(b) ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP><?PAGE NO="I-14276"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Huwa stabbilit ukoll li d-Deċiżjoni Qafas, ibbażata fuq l-Artikoli 31 UE u 34 UE, taqa’ taħt l-atti msemmija fl-Artikolu 35(1) UE li fir-rigward tagħhom il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tagħti deċiżjoni preliminari u ma huwiex ikkontestat li l-GIP, fil-kuntest ta’ proċedura bħal dik fil-kawża prinċipali, għandu jitqies li huwa qorti ta’ Stat Membru fis-sens tal-Artikolu 35 UE (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<DATE ISO="20070628">28 ta’ Ġunju 2007</DATE>, Dell’Orto, C-467/05, p. I-5557, punt 35).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li tingħata risposta għad-domandi magħmula.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikoli 2, 3 u 8(4) tad-Deċiżjoni Qafas għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali, bħalma huma l-Artikolu 392(1a), 398(5b), u 394 taċ-CPP, li, minn naħa, ma jipprovdux l-obbligu fuq il-prosekutur pubbliku li jitlob lill-qorti li quddiemha titressaq il-kawża sabiex hija tippermetti lill-vittma li tkun partikolarment vulnerabbli li tinstema’ u li tagħmel depożizzjoni skont il-modalitajiet tal-ġbir tal-provi waqt l-istruttorja matul il-fażi ta’ investigazzjoni tal-proċeduri kriminali, u, min-naħa l-oħra, ma jawtorizzawx lill-imsemmija vittma tappella quddiem qorti mid-deċiżjoni tal-prosekutur pubbliku li jiċħad it-talba tagħha li tinstema’ u li tagħmel dikjarazzjoni skont l-imsemmija modalitajiet.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Qafas, kull Stat Membru għandu jiggarantixxi l-possibbiltà għall-vittmi li jinstemgħu matul il-proċeduri u li jipproduċu provi, u għandu jieħu miżuri xierqa sabiex jiżgura li l-awtoritajiet tiegħu jinterrogaw lill-vittma biss sa fejn ikun neċessarju għall-finijiet tal-proċedura kriminali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-14277"?><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>L-Artikoli 2 u 8(4) tad-Deċiżjoni Qafas jobbligaw lil kull Stat Membru li jieħu azzjoni sabiex jiggarantixxi lill-vittmi kollha, b’mod partikolari, trattament li jkun jirrispetta d-dinjità personali tagħhom waqt il-proċedimenti, jara li l-vittmi partikolarment vulnerabbli jibbenefikaw minn trattament speċifiku li jikkorrispondi l-aħjar għas-sitwazzjoni tagħhom u li jiggarantixxi, meta jkun neċessarju, li l-vittmi - partikolarment dawk l-iktar vulnerabbli - jiġu protetti mill-konsegwenzi tax-xhieda tagħhom f’seduta f’qorti bil-miftuħ, li huma jkunu jistgħu, abbażi ta’ deċiżjoni tal-qorti, jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ta’ xhieda li jippermettu li dan l-għan jintlaħaq, b’kull mezz xieraq li huwa kompatibbli mal-prinċipji fundamentali tad-dritt tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Minkejja li d-Deċiżjoni Qafas ma tiddefinixxix il-kunċett ta’ vulnerabbiltà tal-vittma, fis-sens tal-Artikoli 2(2) u 8(4) tagħha, ma jistax jiġi kkontestat li meta, bħal fil-kawza prinċipali, minuri ta’ età żgħira jallegaw li kienu vittmi, ripetutament, ta’ atti ta’ natura sesswali minn missierhom, dawn il-minuri jistgħu manifestament jikkwalifikaw bħala tali fid-dawl b’mod partikolari tal-età tagħhom, kif ukoll tan-natura, tal-gravità u l-konsegwenzi tal-ksur li huma jsostnu li kienu vittma tagħhom, bil-għan illi jibbenefikaw mill-protezzjoni speċifika meħtieġa mid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas iċċitati iktar ’il fuq (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20050616">16 ta’ Ġunju 2005</DATE>, Pupino, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-105/03" PAGE.ECR="I-5285" YEAR="2005">C-105/03, Ġabra p. I-5285</REF.DOC.ECR>, punt 53).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>L-ebda waħda mit-tliet dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas imsemmija mill-qorti tar-rinviju ma tipprovdi l-modalitajiet konkreti ta’ implementazzjoni tal-għanijiet li huma jsemmu, li jikkonsistu, b’mod partikolari, fil-garanzija li l-vittmi kollha jkunu ttrattati <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>bir-rispett dovut għad-dinjità ta’ l-individwu<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, fil-possibbiltà li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>jinstemgħu<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> matul il-proċeduri kif ukoll li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>jkunu fornuti provi<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> u f’li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>dawn isaqsu [jinterrogaw] lill-vittma biss safejn ikun neċessarju għall-finijiet tal-proċeduri kriminali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, kif ukoll f’li jiġi żgurat lill-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>vittmi li jkunu partikolarment vulnerabbli<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>trattament speċifiku li l’aktar ikun addattat għaċ-ċirkostanzi tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> u, jekk ikun il-każ, f’li jiġi ggarantit li dawn il-vittmi jkunu protetti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>mill-effetti tax-xhieda [tagħhom] fil-qorti miftuħa [f’qorti bil-miftuħ]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, billi jkunu intitolati, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>permezz ta’ deċiżjoni meħuda mill-qorti<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>jixhdu b’mod li jippermetti li jintlaħaq dan il-għan, b’kull mezz xieraq kompatibbli mal-prinċipji legali bażiċi<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Pupino, iċċitata iktar ’il fuq, punt 54).</TXT></NP><?PAGE NO="I-14278"?><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fin-nuqqas ta’ iktar dettalji fid-dispożizzjonijiet infishom tad-Deċiżjoni Qafas u fid-dawl tal-Artikolu 34 UE, li jagħti lill-qrati nazzjonali l-ġurisdizzjoni fir-rigward tal-forma u tal-mezzi meħtieġa sabiex jintlaħaq ir-riżultat mixtieq mid-Deċiżjonijiet Qafas, għandu jiġi rrikonoxxut li d-Deċiżjoni Qafas tħalli f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali setgħa diskrezzjonali wiesgħa fir-rigward tal-modalitajiet konkreti ta’ implementazzjoni tal-għanijiet tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-<DATE ISO="20081009">9 ta’ Ottubru 2008</DATE>, Katz, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-404/07" PAGE.ECR="I-7607" YEAR="2008">C-404/07, Ġabra p. I-7607</REF.DOC.ECR>, punt 46; tal-<DATE ISO="20101021">21 ta’ Ottubru 2010</DATE>, Eredics u Sápi, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-205/09" PAGE.ECR="I-10231" YEAR="2010">C-205/09, Ġabra p. I-10231</REF.DOC.ECR>, punti 37 u 38, kif ukoll tal-15 ta’ Settemrbu 2011, Gueye u Salmerón Sánchez, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-483/09+C-1/10" PAGE.ECR="I-8263" YEAR="2010">C-483/09 u C-1/10, Ġabra p. I-8263</REF.DOC.ECR>, punti 57, 72 u 74).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ix-xhieda mogħtija matul l-investigazzjonijiet preliminari għandha ġeneralment terġa’ tinstema’ f’qorti bil-miftuħ sabiex tikseb il-valur ta’ prova. Madankollu, f’ċerti każijiet huwa permess li xhieda tingħata darba biss, matul l-investigazzjonijiet preliminari, bl-istess valur probatorju, iżda skont proċeduri differenti minn dawk li għandhom jintużaw f’qorti bil-miftuħ (sentenza Pupino, iċċitata iktar ’il fuq, punt 55).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ din il-leġiżlazzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li t-twettiq tal-għanijiet tad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas iċċitati iktar ’il fuq jeżiġi li qorti nazzjonali tagħti l-possibbiltà, lill-vittmi li jkunu partikolarment vulnerabbli, li jużaw proċedura speċjali bħalma hija l-proċedura interlokutorja għas-smigħ antiċipat tal-provi previst fid-dritt Taljan, jekk din il-proċedura tikkorrispondi l-aħjar għas-sitwazzjoni ta’ dawn il-vittmi u tevita li jintilfu xi provi, tnaqqas għall-minimu l-ammont ta’ drabi li l-interrogatorji jiġu rripetuti u timpedixxi l-konsegwenzi dannużi, għall-imsemmija vittmi, tax-xhieda tagħhom f’qorti bil-mitfuħ (sentenza Pupino, iċċitata iktar ’il fuq, punt 56).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>B’differenza mill-kawża li tat lok għas-sentenza Pupino, iċċitata iktar ’il fuq, il-ksur inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaqa’ taħt il-ksur li fil-prinċipju huwa possibbli li jsir użu mill-imsemmija proċedura.</TXT></NP><?PAGE NO="I-14279"?><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Madankollu l-qorti tar-rinviju tqis li n-nuqqas ta’ obbligu fuq il-prosekutur pubbliku li jilqa’ t-talba fformulata minn vittma partikolarment vulnerabbli matul il-fażi struttorja, li jitlob lill-qorti li quddiemha titressaq il-kawża sabiex tirrikorri għall-imsemmija proċedura u għas-smigħ, skont il-modalitajiet partikolari previsti, imur kontra d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas iċċitati iktar ’il fuq. Fil-każ ta’ rifjut min-naħa tal-prosekutur pubbliku u fin-nuqqas ta’ talba f’dan is-sens min-naħa tal-persuna li tkun suġġetta għall-indaġini, il-GIP ma jkunx jista’ jirrikorri għall-imsemmija proċedura minkejja l-fatt li, barra minn hekk, huwa stess jista’ jobbliga lill-prosekutur pubbliku jifformula l-kapi ta’ akkuża għar-rinviju eventwali sabiex jinbdew il-proċeduri fil-mertu kontra l-persuna akkużata.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Hekk kif ġie osservat fil-punti 27 u 28 ta’ din is-sentenza, l-ebda waħda mit-tliet dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas imsemmija mill-qorti tar-rinviju ma tipprovdi l-modalitajiet konkreti ta’ implementazzjoni tal-għanijiet li huma jsemmu. Fid-dawl tal-formulazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, u b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 34 UE, għandha tiġi rrikonoxxuta setgħa diskrezzjonali wiesgħa lill-awtoritajiet nazzjonali fir-rigward ta’ dawn il-modalitajiet.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Minkejja li, kif diġà ġie rrilevat iktar ’il fuq, għandhom jiġu previsti mill-Istati Membri xi miżuri speċifiċi favur vittmi li huma partikolarment vulnerabbli, minn dan il-fatt ma għandux neċessarjament jirriżulta dritt favur dawn il-vittmi sabiex jibbenefikaw, fi kwalunkwe ipoteżi, minn sistema bħalma huwa dak tal-ġbir ta’ provi matul il-fażi struttorja, sabiex jintlaħqu l-għanijiet tad-Deċiżjoni Qafas.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(4) tad-Deċiżjoni Qafas jobbliga lill-Istati Membri jiżguraw, fejn ikun hemm bżonn li jiġu protetti l-vittmi, b’mod partikolari dawk l-iktar vulnerabbli, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>mill-effetti tax-xhieda fil-qorti miftuħa [f’qorti bil-miftuħ]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, dawn jistgħu, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>permezz ta’ deċiżjoni meħuda mill-qorti, ikunu intitolati jixhdu b’mod li jippermetti li jintlaħaq dan il-għan<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, u dan <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>b’kull mezz xieraq kompatibbli mal-prinċipji legali bażiċi<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-14280"?><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif l-Avukat Ġenerali osserva fil-punti 53 sa 58 tal-konlużjonijiet tiegħu, leġiżlazzjoni li, f’sistema ġuridika bħalma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tipprovdi għal sistema proċedurali li bis-saħħa tagħha l-prosekutur pubbliku jiddeċiedi jekk hemmx lok li t-talba tal-vittma sabiex issir proċedura bħalma hija dik tal-ġbir ta’ provi waqt l-istruttorja għandhiex tintlaqa’, ma tkunx qiegħda taqbeż il-marġni ta’ diskrezzjoni li għandhom l-Istati Membri fl-implementazzjoni ta’ dan l-għan.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Minbarra dan, hekk kif jissemma fid-disa’ premessa tad-Deċiżjoni Qafas, hija ma tobbligax lill-Istati Membri jiggarantixxu lill-vittmi ugwaljanza ta’ trattament għal dak tal-partijiet fil-proċeduri (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Gueye u Salmerón Sánchez, iċċitata iktar ’il fuq, punt 53), peress li l-fatt li, fis-sistema ġuridika kriminali Taljana, huwa l-prosekutur pubbliku li għandu jiddeċiedi jekk iressaqx quddiem il-qorti kompetenti t-talba tal-vittma sabiex, matul il-fażi struttorja, titwettaq il-proċedura ta’ ġbir tal-provi, li tidderoga mill-prinċipju li l-provi għandhom jinġabru matul is-seduti, jista’ jitqies li jsegwi l-loġika ta’ sistema fejn il-prosekutur pubbliku jikkostitwixxi organu ġudizzjarju inkarigat bl-eżerċizzju tal-azzjoni kriminali.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Mill-argumenti preċedenti jirriżulta, minn naħa, li d-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali jinsiltu mill-prinċipji fundamentali tas-sistema ġuridika kriminali tal-Istat Membru kkonċernat, li, skont l-Artikolu 8(4) tad-Deċiżjoni Qafas, għandhom jiġu osservati. Min-naħa l-oħra, l-evalwazzjoni tat-talba ta’ vittma sabiex tuża l-proċedura ta’ ġbir ta’ provi waqt l-istruttorja għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-ħtieġa li tiġi interpretata d-Deċiżjoni Qafas b’mod li d-drittijiet fundamentali jiġu rrispettati. Fid-dawl ta’ din il-ħtieġa, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, f’kull każ, jiżguraw li l-applikazzjoni ta’ proċedura bħal din ma tirrendix il-proċedura kriminali, meta meqjusa fl-intier tagħha, inġusta fis-sens tad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Jekk fis-sistema ġuridika Taljana l-GIP jista’ jobbliga lill-prosekutur pubbliku jifformula l-att ta’ akkuża f’kawża, minkejja l-fatt li dan tal-aħħar xtaq il-waqfien tal-kawża mingħajr ma jittieħdu azzjonijiet ulterjuri, jirriżulta b’mod ċar li f’każ bħal dan, il-prosekutur pubbliku jista’ dejjem iressaq, fejn ikun il-każ, anki lill-qorti inkarigata<?PAGE NO="I-14281"?> sabiex tiddeċiedi dwar is-segwitu tal-proċedura, talba għal użu ta’ proċedura bħalma hija dik tal-ġbir ta’ provi waqt l-istruttorja.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hekk kif spjega l-Gvern Taljan, fir-rigward tad-dibattiti quddiem il-qorti li għandha ġurisdizzjoni fil-każ ta’ rinviju għall-ġudizzju tal-akkużat, il-protezzjoni tal-vittma hija żgurata permezz ta’ diversi dispożizzjonijiet taċ-CPP, li jipprovdu b’mod partikolari l-<HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> u l-possibbiltà li jintużaw il-modalitajiet previsti fl-Artikolu 398(5a) taċ-CPP, jiġifieri preċiżament il-modalitajiet li l-qorti tar-rinviju tkun tixtieq tara jintużaw matul il-fażi struttorja.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Lanqas ma jaffettwa l-konklużjoni fformulata fil-punt 36 ta’ din is-sentenza l-fatt li d-deċiżjoni ta’ rifjut tal-prosekutur pubbliku, li għandu jkun motivat, ma jistax jiġi mistħarreġ mill-qorti, peress li tali sitwazzjoni hija konsegwenza ta’ sistema fejn l-inkarigu tal-akkuża huwa, fil-prinċipju, irriżervat għall-prosekutur pubbliku.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Ċertament, hekk kif diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Gueye u Salmerón Sánchez, iċċitata iktar ’il fuq, punti 58 u 59), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3 u l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Qafas jimplikaw b’mod partikolari li l-vittma tista’ tagħmel dikjarazzjoni fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali u li din id-dikjarazzjoni tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni bħala prova. Sabiex jiġi ggarantit li l-vittma tkun tista’ effettivament tieħu sehem fil-proċedura kriminali b’mod xieraq, id-dritt għal smigħ għandu jagħtiha, minbarra l-possibbiltà li tiddeskrivi b’mod oġġettiv kif seħħew il-fatti, l-opportunità li tesprimi l-perspettiva tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Madankollu, la d-dispożizzjoni tad-Deċiżjoni Qafas u lanqas l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ara fir-rigward tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>, b’mod partikolari, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, is-sentenza Asociación de Víctimas del Terrorismo vs Spanja,<?PAGE NO="I-14282"?> tad-<DATE ISO="20010329">29 ta’ Marzu 2001</DATE>) ma jiggarantixxu lill-vittma ta’ reat kriminali dritt li jipprovoka twettiq ta’ prosekuzzjoni kriminali kontra terz sabiex jiġi kkundannat.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għad-domandi mressqa għandha tkun li l-Artikoli 2, 3 u 8(4) tad-Deċiżjoni Qafas għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux dispożizzjonijiet nazzjonali, bħalma huma dawk tal-Artikoli 392(1a), 398(5a) u 394 taċ-CPP li, minn naħa, ma jipprovdux għall-obbligu fuq il-prosekutur pubbliku li jitlob lill-qorti li quddiemha titressaq il-kawża sabiex hija tippermetti lil vittma li tkun partikolarment vulnerabbli tinstema’ u tagħmel dikjarazzjoni skont il-modalitajiet tal-ġbir tal-provi matul il-fażi struttorja tal-proċeduri kriminali, u, min-naħa l-oħra, ma jawtorizzawx lill-imsemmija vittma li tappella quddiem qorti mid-deċiżjoni tal-prosekutur pubbliku li tiċħad it-talba tagħha sabiex tinstema’ u tagħmel dikjarazzjoni skont l-imsemmija modalitajiet.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 2, 3 u 8(4) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2001/220/JHA, tal-<DATE ISO="20010315">15 ta’ Marzu 2001</DATE>, dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux dispożizzjonijiet<?PAGE NO="I-14283"?> nazzjonali, bħalma huma dawk tal-Artikoli 392(1a), 398(5a) u 394 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali li, minn naħa, ma jipprovdux għall-obbligu fuq il-prosekutur pubbliku li jitlob lill-qorti li quddiemha titressaq il-kawża sabiex hija tippermetti lil vittma li tkun partikolarment vulnerabbli tinstema’ u tagħmel dikjarazzjoni skont il-modalitajiet tal-ġbir tal-provi matul il-fażi struttorja tal-proċeduri kriminali, u, min-naħa l-oħra, ma jawtorizzawx lill-imsemmija vittma li tappella quddiem qorti mid-deċiżjoni tal-prosekutur pubbliku li tiċħad it-talba tagħha sabiex tinstema’ u tagħmel dikjarazzjoni skont l-imsemmija modalitajiet.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>