02014D0156 — MT — 09.01.2018 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

▼M1

ID-DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI

tad-19 ta' Marzu 2014

li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, u għal ċertu sajd demersali u pelaġiku fil-Baħar Mediterran

(notifikata bid-dokument C(2014) 1717)

(2014/156/UE)

▼B

(ĠU L 085 21.3.2014, p. 15)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/17 notifikata bid-dokument C(2017 tal-5 ta' Jannar 2018

  L 4

20

9.1.2018




▼B

▼M1

ID-DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI

tad-19 ta' Marzu 2014

li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, u għal ċertu sajd demersali u pelaġiku fil-Baħar Mediterran

(notifikata bid-dokument C(2014) 1717)

(2014/156/UE)

▼B



KAPITOLU I

ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

▼M1

Artikolu 1

Is-suġġett u definizzjonijiet

1.  Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni li japplika għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet ta':

(a) it-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran;

(b) il-pixxispad fil-Mediterran;

(c) l-alonga fil-Mediterran;

(d) is-sardin u l-inċova fil-Baħar Adrijatiku tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar; u

(e) il-merluzz u l-gamblu abjad fil-Kanal ta' Sqallija.

2.  Minn hawn 'il quddiem, il-Lvant tal-Atlantiku, il-Mediterran u l-Baħar Adrijatiku tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar jissejħu “iż-żoni kkonċernati”.

3.  Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “l-Adrijatiku tat-Tramuntana” u “l-Adrijatiku tan-Nofsinhar” ifissru s-sottożoni ġeografiċi (GSAs) 17 u 18 kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(b) “il-Kanal ta' Sqallija” tfisser l-GSAs 12, 13, 14, 15 u 16 kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(c) “Il-Mediterran” tfisser is-sottożoni 37.1, 37.2 u 37.3 tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO).

(d) “Il-Lvant tal-Atlantiku” tfisser is-sottożoni VII, VIII, IX, u X tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) kif definiti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) u t-Taqsima 34.1.2 tal-FAO.

▼B

Artikolu 2

Il-kamp ta’ applikazzjoni

1.  B’mod partikolari, il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għandu jkopri dawn l-attivitajiet li ġejjin:

(a) l-attivitajiet tas-sajd skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 fiż-żoni kkonċernati;

(b) l-attivitajiet relatati mas-sajd, inklużi t-tkabbir, l-użin, l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni, it-trasport u l-ħżin tal-prodotti tas-sajd;

(c) is-sajd sportiv u rikreattiv;

(d) l-importazzjoni kif imfissra fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 ( 3 );

(e) l-esportazzjoni kif imfissra fl-Artikolu 2(13) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

▼M1 —————

▼B

3.  Il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għandhom jimplimentawh il-Kroazja, Ċipru, Franza, il-Greċja, l-Italja, Malta, il-Portugall, is-Slovenja u Spanja (“l-Istati Membri kkonċernati”).



KAPITOLU II

L-GĦANIJIET, IL-PRIJORITAJIET, IL-PROĊEDURI U L-PUNTI TA’ RIFERIMENT

Artikolu 3

L-għanijiet

1.  Il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għandu jiżgura l-implimentazzjoni uniformi u effettiva tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll applikabbli għall-istokkijiet msemmija fl-Artikolu 1.

2.  B’mod partikolari, l-attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni li jsiru skont dan il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għandhom jimmiraw li jiżguraw il-konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-ġestjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u kwalunkwe kundizzjoni speċifika assoċjata magħha, inkluż il-monitoraġġ tal-utilizzazzjoni tal-kwota u tar-reġim tal-isforz fiż-żoni kkonċernati;

(b) l-obbligi ta’ rappurtar li japplikaw għall-attivitajiet tas-sajd, b’mod partikolari l-affidabbiltà tal-informazzjoni rreġistrata u rrappurtata;

(c) l-obbligu li jinħattu l-qabdiet kollha tal-istokkijiet u taż-żoni kkonċernati b’din id-Deċiżjoni li huma soġġetti għal obbligu ta’ ħatt l-art skont ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );

(d) id-dispożizzjonijiet speċifiċi li approvawhom l-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd fir-rigward tal-istokkijiet u ż-żoni kkonċernati b’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Il-prijoritajiet

1.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom iwettqu attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni fir-rigward tal-attivitajiet tas-sajd minn bastimenti tas-sajd u tal-attivitajiet relatati mas-sajd minn operaturi oħra skont strateġija ta’ ġestjoni tar-riskju, f’konformità mal-Artikolu 4(18) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u l-Artikolu 98 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.

2.  Kull bastiment tas-sajd, grupp ta’ bastimenti tas-sajd, kategorija tal-irkaptu tas-sajd, operatur, u/jew attività relatata mas-sajd, għal kull stokk imsemmi fl-Artikolu 1, għandu jkun soġġett għal kontroll u għal spezzjonijiet skont il-livell ta’ prijorità attribwit skont il-paragrafu 3.

3.  Kull Stat Membru kkonċernat għandu jattribwixxi l-livell ta’ prijorità skont ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju li ssir skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 5.

Artikolu 5

Il-proċeduri tal-valutazzjoni tar-riskju

1.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jevalwaw ir-riskji rigward l-istokkijiet u ż-żona/i koperta, skont it-tabella stabbilita fl-Anness I.

2.  Skont l-esperjenza tal-passat u permezz tal-informazzjoni kollha disponibbli u rilevanti, il-valutazzjoni tar-riskju ta’ kull Stat Membru għandha tqis kemm hu probabbli li jkun hemm nuqqas ta’ konformità u x’inhuma l-konsegwenza/i potenzjali kieku dan kellu jiġri. Billi jgħaqqad dawn l-elementi, kull Stat Membru għandu jistma livell tar-riskju (“baxx ħafna”, “baxx”, “medju”, “għoli” jew “għoli ħafna”) għal kull kategorija ta’ spezzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2).

▼M1

3.  F'każ fejn bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru li mhux Stat Membru kkonċernat, jew bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz, jopera fiż-żona/żoni msemmija fl-Artikolu 1, għandu jingħata livell ta' riskju b'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Fin-nuqqas ta' informazzjoni u sakemm l-awtoritajiet tal-bandiera tiegħu ma jagħtux, fil-qafas tal-Artikolu 9, ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tagħhom li tkun saret b'konformità mal-Artikolu 4(2) u mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li jwassal għal livell tar-riskju differenti, għandu jitqies bħala bastiment tas-sajd b'livell tar-riskju “għoli ħafna”.

▼B

Artikolu 6

L-istrateġija ta’ ġestjoni tar-riskju

1.  Skont il-valutazzjoni tar-riskju tiegħu, kull Stat Membru kkonċernat għandu jiddefinixxi strateġija ta’ ġestjoni tar-riskju ffukata fuq l-iżgurar tal-konformità. Din l-istrateġija għandha tinkludi l-identifikazzjoni, id-deskrizzjoni u l-allokazzjoni ta’ strumenti ta’ kontroll u mezzi oħra ta’ spezzjoni xierqa u kosteffettivi, b’rabta man-natura u l-livell stmat ta’ kull riskju, kif ukoll il-kisba tal-punti ta’ riferiment fil-mira.

2.  L-istrateġija ta’ ġestjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi koordinata fil-livell reġjonali bi pjan ta’ eżerċizzju konġunt kif jiddefinixxi l-Artikolu 2(c) tar-Regolament (KE) Nru 768/2005.

Artikolu 7

Ir-rabta mal-proċeduri tal-pjanijiet ta’ eżerċizzju konġunt

1.  Fil-qafas ta’ pjan ta’ eżerċizzju konġunt, fejn applikabbli, kull Stat Membru kkonċernat għandu jibgħat lill-EFCA r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tiegħu mwettqa skont l-Artikolu 5(3) u, b’mod partikolari, lista tal-livelli tar-riskju stmati flimkien ma’ miri korrispondenti għall-ispezzjoni.

2.  Meta jixraq, il-livelli tar-riskju u l-listi tal-miri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu aġġornati bl-informazzjoni li tinġabar waqt l-attivitajiet konġunti ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza. L-EFCA għandha tiġi informata minnufih malli jsir xi aġġornament.

3.  L-EFCA għandha tuża l-informazzjoni li tirċievi mingħand l-Istati Membri kkonċernati biex tikkoordina l-istrateġija ta’ ġestjoni tar-riskju fil-livell reġjonali, skont l-Artikolu 6(2).

Artikolu 8

Il-punti ta’ riferiment fil-mira

1.  Mingħajr preġudizzju għall-punti ta’ riferiment fil-mira definiti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, il-punti ta’ riferiment fil-mira għal bastimenti tas-sajd, nases jew operaturi oħra b’livelli tar-riskju “għoli” u “għoli ħafna”, huma stipulati fl-Anness II.

2.  Għal xi speċijiet ikkonċernati minn din id-Deċiżjoni, l-għanijiet ta’ kontroll għal kull livell tar-riskju huma stabbiliti fl-Anness II.

3.  Il-punti ta’ riferiment fil-mira għal bastimenti tas-sajd, nases jew operaturi oħra b’livelli tar-riskju “baxx ħafna”, “baxx” u “medju” għandhom jiddeterminawhom l-Istati Membri kkonċernati bil-programmi ta’ azzjoni nazzjonali għall-kontroll li jissemmew fl-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u bil-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 95(4) ta’ dak ir-Regolament.

4.  B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu japplikaw alternattivament punti ta’ riferiment fil-mira differenti, espressi f’termini ta’ livelli ta’ konformità mtejba, diment li:

(a) analiżi dettaljata tal-attivitajiet tas-sajd jew tal-attivitajiet relatati mas-sajd u tal-kwistjonijiet tal-infurzar relatati tiġġustifika l-ħtieġa li jiġu stabbiliti punti ta’ riferiment fil-mira fil-forma ta’ livelli ta’ konformità mtejba,

(b) il-punti ta’ riferiment espressi f’termini ta’ livelli ta’ konformità mtejba jiġu notifikati lill-Kummissjoni, u diment li din ma toġġezzjonax għalihom fi żmien 90 jum, ma jkunux diskriminatorji, u ma jaffettwawx l-għanijiet, il-prijoritajiet u l-proċeduri bbażati fuq ir-riskju li jiddefinixxi l-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni.

5.  Kull punt ta’ riferiment u kull għan fil-mira għandu jiġi eżaminat kull sena skont ir-rapporti ta’ evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(1) u, meta xieraq, għandu jiġi rivedut skont dan fil-qafas tal-evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 13(4).

6.  Meta applikabbli, pjan ta’ eżerċizzju konġunt għandu jagħti effett lill-punti ta’ riferiment fil-mira msemmija f’dan l-Artikolu.



KAPITOLU III

L-IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 9

Koperazzjoni bejn l-Istati Membri u mal-pajjiżi terzi

1.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkoperaw flimkien fl-implimentazzjoni tal-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni.

2.  Meta jixraq, kull Stat Membru ieħor għandu jikkopera mal-Istati Membri kkonċernati.

3.  L-Istati Membri jistgħu jikkoperaw mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni.

Artikolu 10

Attivitajiet konġunti ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza

1.  Sabiex jiżdiedu l-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi nazzjonali tal-kontroll tas-sajd tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħmlu attivitajiet konġunti ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza fl-ilmijiet fil-ġurisdizzjoni tagħhom u, meta jixraq fit-territorju tagħhom. Meta applikabbli, dawn l-attivitajiet għandhom isiru fil-qafas tal-pjanijiet ta’ eżerċizzju konġunt imsemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 768/2005.

2.  Għall-fini tal-attivitajiet konġunti ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza, l-Istati Membri kkonċernati għandhom:

(a) jiżguraw li l-uffiċjali mill-Istati Membri kkonċernati l-oħra jkunu mistiedna jieħdu sehem fl-attivitajiet konġunti ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza;

(b) jistabbilixxu proċeduri operattivi konġunti li jkunu applikabbli għad-dgħajjes tas-sorveljanza tagħhom;

(c) joħolqu punti tal-kuntatt kif jissemma fl-Artikolu 80(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta xieraq.

3.  L-Uffiċjali u l-ispetturi tal-Unjoni jistgħu jieħdu sehem f’attivitajiet konġunti ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza.

Artikolu 11

L-iskambju tad-dejta

1.  Għall-fini tal-implimentazzjoni ta’ dan il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni, kull Stat Membru kkonċernat għandu jiżgura l-iskambju elettroniku dirett tad-dejta kif jissemma fl-Artikolu 111 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u fl-Anness XII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 ma’ Stati Membri kkonċernati oħra u mal-EFCA.

2.  Id-dejta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun relatata mal-attivitajiet tas-sajd u mal-attivitajiet relatati mas-sajd li jsiru fiż-żona/i li jkopri dan il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni.

Artikolu 12

Informazzjoni

1.  Sakemm issir l-implimentazzjoni sħiħa tat-Titolu XII tal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, u skont il-format stabbilit fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni, kull Stat Membru kkonċernat għandu jibgħat lill-Kummissjoni u lill-EFCA b’mezzi elettroniċi, din l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-identifikazzjoni, id-data, u t-tip ta’ kull operazzjoni ta’ kontroll jew spezzjoni li saret;

(b) l-identifikazzjoni ta’ kull bastiment tas-sajd (in-numru tar-reġistru tal-flotta tal-Unjoni), nassa, vettura jew operatur (isem il-kumpanija) soġġett għal kontroll jew spezzjoni;

(c) meta jixraq, it-tip ta’ rkaptu tas-sajd spezzjonat; u,

(d) meta jinstab ksur serju jew bosta:

(i) it-tip(i) ta’ ksur serju;

(ii) il-qagħda dwar is-segwitu tal-ksur serju (b’mod partikolari jekk il-każ ikunx qed jiġi investigat, pendenti, fl-appell); u

(iii) is-sanzjoni(jiet) imposta bħala segwitu tal-ksur serju: il-livelli tal-multi, il-valur tal-ħut u/jew irkaptu konfiskat, il-punti assenjati skont l-Artikolu 126(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011, jew tip ieħor ta’ sanzjonijiet.

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi komunikata għal kull kontroll jew spezzjoni u għandha tibqa’ tiġi elenkata u aġġornata f’kull rapport sakemm tintemm l-azzjoni skont il-liġijiet tal-Istat Membru kkonċernat. Meta ma tkunx ittieħdet azzjoni wara li jinstab ksur serju, għandha tingħata spjegazzjoni.

▼M1

3.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi trażmessa b'mezzi elettroniċi lill-Kummissjoni u lill-EFCA fil-15 ta' Settembru u għandha tiġi aġġornata fil-31 ta' Jannar tas-sena ta' wara.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 13

Evalwazzjoni

1.  Sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara s-sena kalendarja rilevanti, kull Stat Membru kkonċernat għandu jibgħat lill-Kummissjoni u lill-EFCA rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-effettività tal-attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni li saru skont dan il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni.

2.  Għallinqas, ir-rapport ta’ evalwazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi l-informazzjoni elenkata fl-Anness IV. Fir-rapport ta’ evalwazzjoni tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jinkludu wkoll azzjonijiet oħra bħal sessjonijiet ta’ taħriġ jew informazzjoni mfassla biex iħallu impatt fuq il-konformità mill-bastimenti tas-sajd jew minn operaturi oħrajn.

3.  Għall-valutazzjoni annwali tagħha tal-effettività tal-pjanijiet ta’ eżerċizzju konġunt li jissemmew fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 768/2005, l-EFCA għandha tqis ir-rapporti ta’ evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

4.  Darba fis-sena, il-Kummissjoni għandha ssejjaħ laqgħa tal-Kumitat tas-Sajd u l-Akkwakultura sabiex tiġi evalwata l-konvenjenza, l-adegwatezza u l-effettività tal-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni u l-impatt globali tiegħu fuq il-konformità mill-bastimenti tas-sajd u minn operaturi oħra, skont ir-rapporti ta’ evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Il-punti ta’ riferiment u l-għanijiet fil-mira li jistabbilixxi l-Anness II jistgħu jiġu riveduti skont dan.

Artikolu 14

Id-destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M1




ANNESS I

IL-PROĊEDURI GĦALL-VALUTAZZJONI TAR-RISKJU

Kull bastiment tas-sajd, grupp ta' bastimenti tas-sajd, kategorija tal-irkaptu tas-sajd, operatur, u/jew attività relatata mas-sajd, għall-istokkijiet u fiż-żona/żoni msemmija fl-Artikolu 1, għandhom ikunu suġġetti għall-kontroll u għall-ispezzjonijiet skont il-livell ta' prijorità attribwit. Il-livell ta' prijorità għandu jingħata skont ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa minn kull Stat Membru kkonċernat, jew minn kwalunkwe Stat Membru ieħor għall-finijiet biss tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5(3), skont din il-proċedura:



Deskrizzjoni tar-riskju

[skont ir-riskju/is-sajd/iż-żona u d-dejta disponibbli]

Indikatur

[skont ir-riskju/is-sajd/iż-żona u d-dejta disponibbli]

Fażi fil-katina tas-sajd/tal-kummerċjalizzazzjoni (Meta u fejn jidher ir-riskju)

Punti li għandhom jitqiesu [skont ir-riskju/is-sajd/iż-żona u d-dejta disponibbli]

Okkorrenza fis-sajd (*1)

Konsegwenza/i potenzjali (*1)

Livell tar-riskju (*1)

[Nota: ir-riskji identifikati mill-Istati Membri għandhom ikunu konformi mal-objettivi definiti fl-Artikolu 3]

 

 

Livelli ta' qabdiet/ħatt l-art distribwiti skont il-bastimenti tas-sajd, l-istokkijiet, u l-irkapti,

Id-disponibbiltà tal-kwota għall-bastimenti tas-sajd, imqassmin skont il-bastimenti tas-sajd, l-istokkijiet u l-irkapti,

L-użu ta' kaxex standardizzati,

Il-livell u l-varjazzjoni fil-prezz tas-suq għall-prodotti tas-sajd li nħattu l-art (l-ewwel bejgħ),

L-għadd ta' spezzjonijiet li saru qabel u l-għadd ta' okkorrenzi ta' ksur li nstab għall-bastiment tas-sajd u/jew għall-operatur l-ieħor ikkonċernat,

L-obbligu ta' ħatt l-art mill-1 ta' Jannar 2015 skont ir-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1380/2013 tal-11 ta' Diċembru 2013,

Il-kuntest, u/jew il-periklu potenzjali, ta' frodi b'rabta mal-port/mal-lok/maż-żona u mal-mestier, inklużi l-bastimenti tal-isport u rikreazzjonali

Sajd jew attivitajiet tas-sajd waqt l-għeluq spazjotemporali,

Kull informazzjoni jew sejba importanti rilevanti oħra.

Frekwenti/

Medja/

Rari jkun hemm każijiet/jew

Mhux sinifikanti

Serji/

Sinifikanti/

Aċċettabbli/jew Marġinali

baxx ħafna/baxx/medju/għoli/jew għoli ħafna

(*1)    Nota: Għandhom jiġu vvalutati mill-Istati Membri. Skont l-esperjenza tal-passat u permezz tal-informazzjoni kollha disponibbli, il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis kemm hu probabbli li jkun hemm nuqqas ta' konformità u x'inhi l-konsegwenza potenzjali kieku dan kellu jiġri.




ANNESS II

PUNTI TA' RIFERIMENT FIL-MIRA

1.    Il-livell ta' spezzjonijiet fuq il-baħar (inkluża s-sorveljanza mill-ajru, fejn applikabbli)

Fuq bażi annwali, il-punti ta' riferiment fil-mira u l-objettivi li ġejjin għandhom jintlaħqu għall-ispezzjonijiet fil-baħar tal-bastimenti tas-sajd li jisfruttaw l-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 1:



Punti ta' riferiment kull sena (*1)

Sajd

Il-livell tar-riskju stmat għall-bastimenti tas-sajd skont l-Artikolu 5(2)

għoli

għoli ħafna

Sajd Nru 1 għat-tonn

Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 2,5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' riskju “għoli ħafna” li għandhom fil-mira l-istokk ikkonċernat

Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' riskju “għoli ħafna” li għandhom fil-mira l-istokk ikkonċernat

Sajd Nru 2 għall-pixxispad

Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 2,5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' riskju “għoli ħafna” li għandhom fil-mira l-istokk ikkonċernat

Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' riskju “għoli ħafna” li għandhom fil-mira l-istokk ikkonċernat

 

Kwalunkwe livell tar-riskju

Sajd Nru 4 għas-sardin u l-inċova

Spezzjonijiet fuq il-baħar ta' mill-inqas 20 % tal-bastimenti tas-sajd li għandhom fil-mira l-istokkijiet ikkonċernati fl-istaġun tas-sajd rispettiv.

Sajd Nru 5 għall-merluzz u l-gamblu abjad

Spezzjonijiet fuq il-baħar ta' mill-inqas 30 % tal-bastimenti tas-sajd li għandhom fil-mira l-istokkijiet ikkonċernati fl-istaġun tas-sajd rispettiv.

Objettivi

Sajd

Kwalunkwe livell tar-riskju

Sajd Nru 1 għat-tonn

Mingħajr preġudizzju għall-punti ta' riferiment li ġew stabbiliti hawn fuq fir-rigward tal-operazzjonijiet tat-trasferiment, l-objettiv għandu jkun li jsir massimu ta' spezzjonijiet.

Sajd Nru 3 għall-alonga

Fl-ispezzjonijiet fuq il-baħar għandha tingħata prijorità lill-konformità mal-miżuri tekniċi u l-perjodi ta' għeluq

Sajd Nru 1 għat-tonn

Sajd Nru 2 għall-pixxispad

Sajd Nru 5 għall-merluzz u l-gamblu abjad

Mingħajr preġudizzju għall-punti ta' riferiment li ġew stabbiliti hawn fuq fir-rigward tal-ispezzjonijiet fuq il-baħar, għandha tingħata prijorità lill-konformità mal-miżuri tekniċi u mal-perjodi ta' għeluq spazjali.

(*1)   espress f'% ta' vjaġġi tas-sajd fiż-żona li jagħmlu bastimenti tas-sajd li għandhom riskju għoli/għoli ħafna fis-sena

2.    Il-livell ta' spezzjonijiet fuq l-art (inklużi l-kontrolli u l-ispezzjonijiet dokumentati fil-portijiet jew fil-punt tal-ewwel bejgħ)

Fuq bażi annwali, il-punti ta' riferimenti fil-mira u l-objettivi li ġejjin għandhom jintlaħqu għall-ispezzjonijiet fuq l-art (inklużi l-kontrolli u l-ispezzjonijiet ibbażati fuq dokumenti fil-portijiet jew mal-ewwel bejgħ) tal-bastimenti tas-sajd u operaturi oħrajn li jisfruttaw l-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 1:



Punti ta' riferiment kull sena (*1)

Sajd

Livell ta' riskju għal bastimenti tas-sajd u/jew għal operaturi oħra (l-ewwel xerrej)

għoli

għoli ħafna

Sajd Nru 1 għat-tonn

Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 10 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' riskju “għoli”

Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 15 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' riskju “għoli ħafna”

Sajd Nru 2 għall-pixxispad

Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 10 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' riskju “għoli”

Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 15 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' riskju “għoli ħafna”

Sajd Nru 4 għas-sardin u l-inċova

Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 10 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' riskju “għoli”

Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 15 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' riskju “għoli ħafna”

 

Kwalunkwe livell tar-riskju

Sajd Nru 5 għall-merluzz u l-gamblu abjad

Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 20 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd li għandhom fil-mira l-istokkijiet ikkonċernati

Objettivi

Sajd

Kwalunkwe livell tar-riskju

Sajd Nru 3 għall-alonga

Fl-ispezzjonijiet fuq l-art għandha tingħata prijorità lill-konformità mal-miżuri tekniċi u mal-perjodi ta' għeluq

Sajd Nru 1 għat-tonn

Sajd Nru 2 għall-pixxispad

Sajd Nru 4 għas-sardin u l-inċova

Mingħajr preġudizzju għall-punt ta' riferiment li ġie stabbilit hawn fuq, għandha tingħata prijorità lill-konformità mal-miżuri tekniċi u l-perjodi ta' għeluq

(*1)   espressi f'% tal-kwantitajiet li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'riskju għoli/għoli ħafna, abbażi ta' kull sena

L-ispezzjonijiet li jsiru wara l-ħatt l-art jew wara t-trażbord għandhom jintużaw, b'mod partikolari, bħala mekkaniżmu ta' kontroverifika biex tiġi vverifikata l-affidabbiltà tal-informazzjoni rreġistrata u rrappurtata għall-qabdiet u għall-ħatt l-art.

3.    Il-livell ta' spezzjonijiet tan-nases u tal-installazzjonijiet tal-farms

Fuq bażi annwali, il-punti ta' riferiment fil-mira li ġejjin għandhom jintlaħqu għall-ispezzjonijiet tan-nases u tal-installazzjonijiet tal-farms relatati mat-tonn fiż-żoni imsemmija fl-Artikolu 1.



Punti ta' riferiment kull sena (*1)

Il-livell tar-riskju stmat għal nases u/jew għal operaturi oħra (l-operatur tal-farm jew l-ewwel xerrej)

Kwalunkwe livell tar-riskju

Sajd Nru 1 għat-tonn

Spezzjoni ta' 100 % tal-operazzjonijiet tat-tqegħid fil-gaġeġ u tat-trasferiment fin-nases u fl-installazzjonijiet tal-farms, inkluż ir-rilaxx tal-ħut.

(*1)   espress f'% tal-kwantitajiet involuti f'operazzjonijiet ta' tqegħid fil-gaġeġ minn nases u installazzjonijiet tal-farms b'riskju għoli/għoli ħafna fis-sena

▼B




ANNESS III

INFORMAZZJONI PERJODIKA DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM SPEĊIFIKU TA’ KONTROLL U SPEZZJONI

Il-format għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni li trid tingħata skont l-Artikolu 12 għal kull spezzjoni li għandha tiddaħħal fir-rapport:



Isem l-element

Il-kodiċi

Deskrizzjoni u kontenut

Identifikazzjoni tal-ispezzjoni

II

Kodiċi ISO alfa2 tal-pajjiż + 9 ċifri, eż: DK201200000

Data tal-ispezzjoni

DA

SSSS-XX-JJ

Tip ta’ spezzjoni jew kontroll

IT

Fuq il-baħar, fuq l-art, it-trasport, it-trasferiment, it-trasferiment tal-kontroll, it-tqegħid fil-gaġeġ, il-ħażna, it-trażbord, ir-rilaxx, id-dokument (li jrid jiġi indikat)

Identifikazzjoni ta’ kull bastiment tas-sajd, vettura jew operatur

ID

In-numru tar-reġistru tal-flotta tal-Unjoni u n-numru tar-reġistrazzjoni ICCAT (jekk applikabbli), u isem il-bastiment tas-sajd, in-nases, l-identifikazzjoni tal-vettura, u/jew isem il-kumpanija tal-operatur, inklużi l-installazzjonijiet tal-farms.

Tip ta’ rkaptu tas-sajd

GE

Il-kodiċi tal-irkaptu skont il-Klassifikazzjoni Statistika Standard Internazzjonali tal-Irkaptu tas-Sajd

Ksur

SI

I = iva, L = le

Tip ta’ ksur serju misjub

TS

Deskrizzjoni tal-ksur b’indikazzjoni tad-dispożizzjoni kkonċernata.

Jekk applikabbli, it-tip ta’ ksur serju misjub, b’riferenza għan-numru (il-kolonna tax-xellug) fl-Anness XXX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011. Barra minn hekk, kull ksur serju msemmi fl-Artikolu 90(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament ta’ Kontroll għandu jiġi identifikat rispettivament bin-numri “13”, “14” u “15”. Barra minn hekk (jekk applikabbli), kull ksur serju msemmi fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 302/2009 għandu jiġi identifikat rispettivament bl-ittri “a”, ”b”,…“p”.

Ammont ta’ ħut ikkonċernat, skont l-ispeċi

AF

Indika l-kwantitajiet ikkonċernati ta’ kull speċi abbord jew (għat-tonn ħaj) fil-gaġeġ (għat-tonn: il-piż u l-għadd)

Il-qagħda attwali tas-segwitu

FU

Indika l-qagħda attwali: PENDENTI, FL-APPELL jew MAGĦLUQ

Multa

SF

Multa f’EUR, eż: 500

Konfiska

SC

QABDA/IRKAPTU/IEĦOR għal konfiska fiżika. L-ammont sekwestrat f’każ ta’ valur tal-qabda/irkaptu f’EUR, eż: 10 000

Oħrajn

SO

F’każ ta’ rtirar tal-liċenzja/awtorizzazzjoni, indika LI jew AU + l-għadd ta’ jiem, eż: AU30

Punti

SP

L-għadd ta’ punti assenjati, eż: 12

Rimarki

RM

F’każ li ma tittieħed ebda azzjoni meta jinstab ksur serju, tingħata spjegazzjoni għalfejn fil-forma ta’ test liberu.




ANNESS IV

IL-KONTENUT TAR-RAPPORTI TA’ EVALWAZZJONI

Mill-inqas ir-rapporti ta’ evalwazzjoni għandhom jinkludu din l-informazzjoni:

I.    Analiżi ġenerali tal-attivitajiet imwettqa ta’ kontroll, ta’ spezzjoni u ta’ infurzar (għal kull Stat Membru kkonċernat)

— Deskrizzjoni tar-riskji li identifika l-Istat Membru kkonċernat u kontenut dettaljat tal-istrateġija tiegħu ta’ ġestjoni tar-riskju, inkluża deskrizzjoni tal-proċess ta’ rieżami u ta’ reviżjoni.

— Paragun tat-tip ta’ għodod ta’ kontroll u spezzjoni użati u l-għadd ta’ mezzi ta’ spezzjoni impenjati/l-għadd ta’ mezzi pprovduti fl-eżekuzzjoni tal-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni, inklużi t-tul u l-oqsma ta’ eżerċizzju;

— Paragun tat-tip ta’ għodod ta’ kontroll u spezzjoni użati u l-għadd ta’ attivitajiet imwettqa ta’ kontroll u spezzjoni (imla skont l-informazzjoni mibgħuta skont l-Anness III)/l-għadd taż ksur serju misjub u, meta possibbli, analiżi dwar ir-raġunijiet li waslu għal dan il-ksur;

— Sanzjonijiet imposti għal ksur serju (imla skont l-informazzjoni mibgħuta skont l-Anness III).

— Analiżi ta’ azzjonijiet oħra (b’mod separat minn dawk ta’ kontroll, ta’ spezzjoni u ta’ infurzar, eżempju sessjonijiet ta’ taħriġ jew informazzjoni) maħsuba biex iħallu impatt fuq il-konformità minn bastimenti tas-sajd u/jew minn operaturi oħra [EŻEMPJU: l-għadd ta’ titjib fl-irkaptu selettiv użat, l-għadd ta’ kampjuni ta’ merluzz/ħut żgħir eċċ.]

II.    Analiżi dettaljata tal-attivitajiet imwettqa ta’ kontroll, ta’ spezzjoni u ta’ infurzar (għal kull Stat Membru kkonċernat)

Analiżi tal-attivitajiet ta’ spezzjoni fuq il-baħar (inkluża s-sorveljanza mill-ajru, meta jixraq), b’mod partikolari:

— paragun tal-bastimenti ta’ spezzjoni provduti/impenjati,

— ir-rata ta’ ksur serju fuq il-baħar,

— il-proporzjon ta’ spezzjonijiet fuq il-baħar fuq bastimenti tas-sajd b’livell tar-riskju “baxx ħafna”, “baxx”, jew “medju” li jwassal għal ksur serju wieħed jew aktar;

— il-proporzjon ta’ spezzjonijiet fuq il-baħar fuq bastimenti tas-sajd b’livell tar-riskju “għoli” jew “għoli ħafna” li jwassal għal ksur serju wieħed jew aktar;

— it-tip u l-livell ta’ sanzjonijiet/evalwazzjoni tal-effett deterrenti.

Analiżi tal-attivitajiet ta’ spezzjoni fuq l-art (inklużi l-kontrolli u l-ispezzjonijiet dokumentati fil-portijiet jew fl-ewwel bejgħ, jew it-trażbordi), b’mod partikolari:

— paragun tal-unitajiet ta’ spezzjoni fuq l-art provduti/impenjati,

— ir-rata ta’ ksur serju fuq l-art,

— il-proporzjon ta’ spezzjonijiet fuq l-art fuq bastimenti tas-sajd u/jew operaturi tas-sajd b’livell tar-riskju “baxx ħafna”, “baxx”, jew “medju” li jwassal għal ksur serju wieħed jew aktar;

— il-proporzjon ta’ spezzjonijiet fuq l-art fuq bastimenti tas-sajd b’livell tar-riskju “għoli” jew “għoli ħafna” li jwassal għal ksur serju wieħed jew aktar;

— it-tip u l-livell ta’ sanzjonijiet/evalwazzjoni tal-effett deterrenti.

Analiżi tal-attivitajiet ta’ spezzjoni (inklużi l-kontrolli u l-ispezzjonijiet dokumentati) imwettqa f’installazzjonijiet tan-nases u f’installazzjonijiet tat-tismin u t-trobbija fil-farms, b’mod partikolari:

— Għall-operazzjonijiet tat-tqegħid fil-gaġeġ

—

 

— paragun tal-l-ispezzjonijiet provduti/impenjati,

— ir-rata ta’ ksur serju fejn jidħlu l-operazzjonijiet tat-trasferiment, it-tqegħid fil-gaġeġ u r-rilaxx,

— it-tip u l-livell ta’ sanzjonijiet/evalwazzjoni tal-effett deterrenti.

— Għall-installazzjonijiet tan-nases

—

 

— paragun tal-ispezzjonijiet provduti, meta wieħed iqis li 100 % tal-operazzjonijiet tal-ħsad u t-trasferiment għandhom jiġu spezzjonati f’installazzjonijiet tan-nases, inklużi t-trasferimenti lejn l-irziezet u l-gaġeġ tat-trasport.

— ir-rata ta’ ksur serju f’installazzjonijiet tan-nases,

— it-tip u l-livell ta’ sanzjonijiet/evalwazzjoni tal-effett deterrenti.

Analiżi tal-punti ta’ riferiment fil-mira espressi f’termini tal-livelli ta’ konformità (meta applikabbli), b’mod partikolari:

— paragun tal-mezzi ta’ spezzjoni provduti/impenjati;

— ir-rata u x-xejra ta’ ksur serju (meta mqabbla mas-sentejn (2) ta’ qabel);

— il-proporzjon ta’ spezzjonijiet fuq bastimenti tas-sajd/operaturi li jwasslu għal ksur serju wieħed jew aktar;

— it-tip u l-livell ta’ sanzjonijiet/evalwazzjoni tal-effett deterrenti.

Analiżi ta’ attivitajiet oħra ta’ spezzjoni u kontroll: ir-trażbord, is-sorveljanza mill-ajru, l-importazzjoni/esportazzjoni, eċċ., kif ukoll azzjonijiet oħra bħal sessjonijiet ta’ taħriġ jew informazzjoni maħsuba biex iħallu impatt fuq il-konformità min-naħa tal-bastimenti tas-sajd u minn operaturi oħra

III.    Proposta/i sabiex titjieb l-effettività tal-attivitajiet imwettqa ta’ kontroll, ta’ spezzjoni u ta’ infurzar (għal kull Stat Membru kkonċernat)



( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran. (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).

( 2 ) Ir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70)

( 3 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1), li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999.

( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).