|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2363 |
21.11.2025 |
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2363
tat-8 ta’ Settembru 2025
li temenda d-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għaċ-ċomb f’komponenti tal-ħġieġ jew taċ-ċeramika
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1), il-punt (a) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/65/UE jirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih is-sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Dik ir-restrizzjoni ma tapplikax għal ċerti applikazzjonijiet eżentati li huma elenkati fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Il-kategoriji tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE huma elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva. |
|
(3) |
Iċ-ċomb huwa sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE. Il-valur tal-konċentrazzjoni ttollerat massimu huwa ta’ 0,1 % skont il-piż taċ-ċomb f’materjali omoġenji. |
|
(4) |
Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2018/736 (2) tat eżenzjoni għall-komponenti elettriċi u elettroniċi li jkun fihom iċ-ċomb fil-ħġieġ jew fiċ-ċeramika jew fil-kompost b’matriċi tal-ħġieġ jew taċ-ċeramika, kif stabbilit fl-entrata 7(c)-I tal-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE. L-eżenzjoni kellha tiskadi fil-21 ta’ Lulju 2021, fil-21 ta’ Lulju 2023 u fil-21 ta’ Lulju 2024, rispettivament għal kull kategorija ta’ tagħmir elettriku u elettroniku rilevanti. |
|
(5) |
Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/169 (3) tat eżenzjoni għaċ-ċomb fiċ-ċeramika dielettrika f’kapaċitaturi għal vultaġġ attribwit ta’ 125 V AC jew 250 V DC jew ogħla, kif stabbilit fl-entrata 7(c)-II tal-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE. L-eżenzjoni kellha tiskadi fil-21 ta’ Lulju 2021, fil-21 ta’ Lulju 2023 u fil-21 ta’ Lulju 2024, rispettivament għal kull kategorija ta’ tagħmir elettriku u elettroniku rilevanti. |
|
(6) |
B’kollox, il-Kummissjoni rċeviet tmien talbiet ta’ tiġdid għall-eżenzjoni msemmija fil-premessa 4, li jkopru l-kategoriji ta’ tagħmir elettriku u elettroniku kollha. Għall-eżenzjoni msemmija fil-premessa 5, il-Kummissjoni rċeviet talba ta’ tiġdid waħda. It-talbiet kollha waslu fil-perjodu ta’ żmien għat-tiġdid stabbilit fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE. F’konformità mal-Artikolu 5(5), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2011/65/UE, l-eżenzjoni eżistenti tibqa’ valida sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għat-tiġdid mill-Kummissjoni. |
|
(7) |
Sabiex jiġu evalwati l-applikazzjonijiet riċevuti, twettaq studju ta’ valutazzjoni teknika u xjentifika, li ġie ffinalizzat fl-2022 (4). Sar u ġie ffinalizzat studju ieħor li jiffoka fuq il-kategoriji ta’ tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom intalab tiġdid fi stadju aktar tard fl-2024 (5). L-evalwazzjoni kienet tinkludi konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati f’konformità mal-Artikolu 5(7) tad-Direttiva 2011/65/UE. |
|
(8) |
L-evalwazzjoni tat-tiġdid tal-eżenzjoni mitlub ikkonkludiet li fiċ-ċeramika, iċ-ċomb jipprovdi karatteristiċi dielettriċi, pjeżoelettriċi, piroelettriċi, ferroelettriċi, semikondutturi, manjetiċi fuq firxa wiesgħa ta’ użi f’termini ta’ temperaturi, ta’ vultaġġi jew ta’ frekwenzi. Fil-ħġieġ, iċ-ċomb jipprovdi proprjetajiet kruċjali bħal pereżempju jbaxxi l-punti ta’ tidwib jew ta’ trattib, itejjeb il-kapaċità ta’ tħaddim, il-kapaċità ta’ mmaxinjar, u l-istabbiltà kimika u oħrajn. |
|
(9) |
Is-sostituti għaċ-ċeramika u għall-ħġieġ li fihom iċ-ċomb jew ma humiex teknikament prattikabbli għall-applikazzjonijiet kollha jew is-sostituti ma humiex affidabbli biżżejjed għal applikazzjonijiet speċifiċi. Għalhekk, it-tiġdid mitlub jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(1), il-punt (a), l-ewwel u t-tieni inċiż, tad-Direttiva 2011/65/UE, jiġifieri, li l-eliminazzjoni jew is-sostituzzjoni permezz tal-bidliet fid-disinn jew materjali u komponenti li ma jirrikjedu l-ebda wieħed mill-materjali jew mis-sustanzi elenkati fl-Anness II ma hijiex prattikabbli mil-lat xjentifiku jew tekniku u li l-affidabbiltà tas-sostituti ma hijiex żgurata. |
|
(10) |
Sabiex fil-futur tkun tista’ ssir valutazzjoni teknika aktar iffukata, l-eżenzjoni kurrenti stabbilita fl-entrata 7(c)-I tal-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE jenħtieġ li tinqasam f’żewġ punti, jiġifieri 7(c)-V għaċ-ċomb f’applikazzjonijiet tal-ħġieġ u 7(c)-VI għaċ-ċomb f’applikazzjonijiet taċ-ċeramika. Huwa xieraq li jiġu speċifikati l-applikazzjonijiet tekniċi f’dawk l-entrati. |
|
(11) |
L-evalwazzjoni msemmija fil-premessa 7 ikkonkludiet li għalkemm huwa xjentifikament possibbli li ċ-ċomb jiġi sostitwit fid-dielettriki taċ-ċeramika għal kapaċitaturi b’vultaġġ għoli għal xi applikazzjonijiet skont l-eżenzjoni stabbilita fil-punt 7(c)-II tal-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, ma huwiex teknikament prattikabbli għall-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet. Barra minn hekk, tali kapaċitaturi mingħajr ċomb ma għandhomx biżżejjed affidabbiltà fil-prattika. Għalhekk, it-tiġdid mitlub jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(1), il-punt (a), l-ewwel u t-tieni inċiż, tad-Direttiva 2011/65/UE. |
|
(12) |
L-eżenzjonijiet imġedda jenħtieġ li jingħataw b’perjodi ta’ validità li jqisu l-konklużjonijiet tekniċi tal-evalwazzjoni msemmija fil-premessa 7. L-eżenzjoni stabbilita fil-punt 7(c)-I tal-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE jenħtieġ li tiġġedded għal perjodu ta’ validità għal żmien qasir f’konformità mal-Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva 2011/65/UE. Id-dati ta’ skadenza tal-eżenzjoni stabbiliti fil-punti 7(c)-II u l-eżenzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti fil-punti 7(c)-V u 7(c)-VI tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva jenħtieġ li jqisu l-perjodu minimu ta’ 18-il xahar qabel id-data ta’ skadenza, li fih it-talbiet ta’ tiġdid jeħtieġ li jiġu sottomessi f’konformità mal-Artikolu 5(5), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva 2011/65/UE. |
|
(13) |
Minħabba t-tiġdid għal perjodu ta’ żmien qasir li jifdal tal-eżenzjoni stabbilita fil-punt 7(c)-I tal-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, huwa xieraq li tiġi stabbilita data ta’ skadenza waħda għall-kategoriji kollha ta’ tagħmir elettriku u elettroniku stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2011/65/UE. |
|
(14) |
It-tiġdid tal-eżenzjonijiet ma jdgħajjifx il-protezzjoni ambjentali u tas-saħħa li jagħti r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
|
(15) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn 30 Ġunju 2026, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn 1 Lulju 2026.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Settembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/65/oj.
(2) Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2018/736 tas-27 ta’ Frar 2018 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal ċerti komponenti elettriċi u elettroniċi li jkun fihom iċ-ċomb fi ħġieġa jew ċeramika (ĠU L 123, 18.5.2018, p. 94, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_del/2018/736/oj).
(3) Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/169 tas-16 ta’ Novembru 2018 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għaċ-ċomb fiċ-ċeramika dielettrika f’ċerti kapaċitaturi (ĠU L 33, 5.2.2019, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_del/2019/169/oj).
(4) Ir-Rapport finali (il-Pakkett 22) tal-istudju huwa disponibbli fuq https://op.europa.eu/mt/publication-detail/-/publication/c774eb67-7cc6-11ec-8c40-01aa75ed71a1/language-mt.
(5) Ir-Rapport finali (Pakkett 27) tal-istudju huwa disponibbli fuq https://op.europa.eu/mt/publication-detail/-/publication/708d9a2a-26e1-11ef-a195-01aa75ed71a1/language-mt/format-PDF/source-327348441.
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1907/oj).
ANNESS
L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punti 7(c)-I u 7(c)-II huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(2) |
jiżdiedu l-punti 7(c)-V u 7(c)-VI li ġejjin:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_del/2025/2363/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)