16.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/59


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 109/2010

tal-1 ta’ Ottubru 2010

li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XVIII tal-Ftehim kien emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 92/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE tas-16 ta’ Frar 2009 li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, u li temenda d-Direttiva 1999/63/KE (2) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XVIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt numru 32b (Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE):

“, kif emendat permezz ta':

—

32009 L 0013: id-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE tas-16 ta’ Frar 2009 (ĠU L 124, 20.5.2009, p. 30).”

2.

Il-punt li ġej għandu jiġi inserit wara l-punt 32i (Direttiva tal-Kunsill 2005/47/KE):

“32j.

32009 L 0013: Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE tas-16 ta’ Frar 2009 li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, u li temenda d-Direttiva 1999/63/KE (ĠU L 124, 20.5.2009, p. 30).”

3.

L-ewwel inċiż (l-Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja u l-aġġustamenti tat-Tratti li fuqhom hi fondata l-Unjoni Ewropea) tal-punt 24 (Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandha titħassar.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/13/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta’ Novembru 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 277, 21.10.2010, p. 46.

(2)   ĠU L 124, 20.5.2009, p. 30.

(*1)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.