|
20.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 80/94 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2023/615
tal-14 ta’ Marzu 2023
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/170 (EUTM Somalia/1/2023)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/96/PESK tal-15 ta’ Frar 2010 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2010/96/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS), f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia), inkluż deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE. |
|
(2) |
Fit-8 ta’ Frar 2022, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/170 (2) li taħtar lill-Brigadier Ġeneral Roberto VIGLIETTA bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE ta’ EUTM Somalia. |
|
(3) |
Fid-29 ta’ Novembru 2022, l-awtoritajiet militari Taljani pproponew il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Fulvio POLI biex jieħu post il-Brigadier Ġeneral Roberto VIGLIETTA bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE ta’ EUTM Somalia. |
|
(4) |
Fid-9 ta’ Diċembru 2022, il-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea qabel li jirrakkomanda li l-KPS jaħtar lill-Brigadier Ġeneral Fulvio POLI bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE ta’ EUTM Somalia. |
|
(5) |
Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Fulvio POLI u jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2022/170 titħassar, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Brigadier Ġeneral Fulvio POLI huwa b’dan maħtur bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) mit-23 ta’ Marzu 2023.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/170 hija b’dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mit-23 ta’ Marzu 2023.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 44, 19.2.2010, p. 16.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/170 tat-8 ta’ Frar 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1072 (EUTM Somalia/1/2022) (ĠU L 28, 9.2.2022, p. 17).