<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-237/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009TJ0237</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:38">EU:T:2012:38</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20120201">1. 2. 2012</DATE> — KAWŻA T-237/09</P><P>RÉGION WALLONNE vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20120201">1 ta’ Frar 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/87/KE</KEYWORD><KEYWORD>Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra</KEYWORD><KEYWORD>Pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet għall-Belġju għall-perijodu mill-2008 sal-2012</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 2216/2004</KEYWORD><KEYWORD>Korrezzjoni a posteriori</KEYWORD><KEYWORD>Operatur ġdid</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tinkariga lill-amministratur ċentrali tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet sabiex idaħħal il-korrezzjoni fit-tabella <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T-237/09,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Région wallonne</HT> (il-Belġju), irrappreżentat minn J.-M. De Backer, A. Lepièce, I.-S. Brouhns u S. Engelen, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn E. White u O. Beynet, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-<DATE ISO="20090327">27 ta’ Marzu 2009</DATE> dwar il-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra nnotifikat mir-Renju tal-Belġju għall-perijodu mill-2008 sal-2012, li tinkariga lill-amministratur ċentrali tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet sabiex idaħħal il-korrezzjoni fit-tabella <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> Belġjan,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J. Azizi (Relatur), President, M. E. Martins Ribeiro u S. Frimodt Nielsen, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: C. Kristensen, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20110920">20 ta’ Settembru 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20031013">13 ta’ Ottubru 2003</DATE>, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7 p. 63), kif emendata bid-Direttiva 2004/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20041027">27 ta’ Ottubru 2004</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="18" NO.OJ="338" DATE.PUB="2004">ĠU L 338, p. 18</REF.DOC.OJ>), tistabbilixxi, fl-Artikolu 1 tagħha, skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità Ewropea (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>iskema għall-iskambju ta’ kwoti<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), sabiex tippromwovi t-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra, b’mod partikolari, id-dijossidu tal-karbonju, b’mod effettiv fir-rigward ta’ spejjeż u effiċjenza ekonomika.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, id-Direttiva 2003/87 tipprovdi essenzjalment li l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-installazzjonijiet elenkati fl-Anness I tagħha għandhom ikunu koperti minn permess minn qabel u minn attribuzzjoni ta’ kwoti allokati skont il-pjanijiet nazzjonali tal-allokazzjonijiet (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>PNA<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87 jipprovdi b’mod partikolari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għal kull perjodu taż-żmien riferit fl-Artikolu 11(1) u (2), kull wieħed mill-Istati Membri għandu jżviluppa [PNA] fejn jiddikjara l-kwantità totali tal-kwoti li jkun beħsiebu jalloka għal dan il-perjodu taż-żmien u kif jipproponi li jallokahom. Il-[PNA] għandu jkun imsejjes fuq kriterji oġġettivi u trasparenti, inklużi dawk elenkati fl-Anness III, filwaqt li jitqiesu l-kummenti mill-pubbliku […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fi żmien tliet xhur min-notifika tal-[PNA] minn Stat Membru skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ tirrifjuta dan il-[PNA], jew kull aspett minnu, fuq il-bażi li ma jkunx kompatibbli mal-kriterji elenkati fl-Anness III jew ma’ l-Artikolu 10. L-Istat Membru għandu jieħu deċiżjoni biss skont l-Artikolu 11(1) jew (2) jekk l-emendi proposti jiġu aċċettati mill-Kummissjoni. Għandhom jingħataw ir-raġunijiet għal kull deċiżjoni ta’ rifjut mill-Kummissjoni.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/87:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Għall-perjodu taż-żmien ta’ ħames snin li jibda mill-<DATE ISO="20080101">1 ta’ Jannar 2008</DATE>, u għal kull perjodu taż-żmien ta’ ħames snin sussegwenti, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jiddeċiedi l-kwantità totali tal-kwoti li jrid jalloka għal dan il-perjodu taż-żmien u jinizja l-proċess ta’ l-allokazzjoni ta’ dawn il-kwoti lill-operatur ta’ kull waħda mill-installazzjonijiet. Din id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-inqas 12-il xahar qabel il-bidu tal-perjodu rilevanti taż-żmien u għandha tkun imsejsa fuq il-[PNA] żviluppat skont l-Artikolu 9 u skont l-Artikolu 10, filwaqt li jitqiesu l-kummenti mill-pubbliku.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 38(1) u (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2216/2004, tal-<DATE ISO="20041221">21 ta’ Diċembru 2004</DATE>, dwar sistema ta’ reġistri standardizzati u protetti skont id-Direttiva 2003/87 u d-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="386" DATE.PUB="2004">ĠU L 386, p. 1</REF.DOC.OJ>), emendata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 916/2007 tal-<DATE ISO="20070731">31 ta’ Lulju 2007</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="5" NO.OJ="200" DATE.PUB="2007">ĠU L 200, p. 5</REF.DOC.OJ>), jipprovdi taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>It-tabella <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>[PNA]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> għall-perijodu [ta’ allokazzjoni mill-] 2005 [sal-] 2007<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="038.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sal-<DATE ISO="20041001">1 ta’ Ottubru 2004</DATE>, kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni it-tabella tal-[PNA], li tikkorrispondi għad-deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE. Jekk it-tabella tal-[PNA] tkun ibbażata fuq il-[PNA] nnotifikat lill-Kummissjoni li ma ġiex miċħud skont l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87/KE jew li fuq il-bażi tiegħu l-Kummissjoni aċċettat l-emendi proposti, il-Kummissjoni għandha tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali biex iniżżel it-tabella tal-[PNA] fir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet […]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="038.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Stat Membru għandu jinnotifika kull korrezzjoni fil-[PNA] tiegħu flimkien ma’ kull korrezzjoni korrispondenti fit-tabella tal-[PNA] tiegħu lill-Kummissjoni. Jekk il-korrezzjoni fit-tabella tal-[PNA] tkun ibbażata fuq il-[PNA] nnotifikat lill-Kummissjoni li ma ġiex miċħud skont l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87/KE […] jew li fuq il-bażi tiegħu l-Kummissjoni aċċettat l-emendi u dik il-korrezzjoni tkun skont il-metodoloġiji stabbiliti f’dak il-[PNA] jew tirriżulta minn titjib fid-data, il-Kummissjoni għandha tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali biex iniżżel il-korrezzjoni korrispondenti fit-tabella tal-[PNA] […]. Fil-każijiet l-oħra kollha, l-Istat Membru għandu jinnotifika l-korrezzjoni fil-[PNA] u jekk il-Kummissjoni ma tiċħadx din il-korrezzjoni skont il-proċedura fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-Kummissjoni għandha tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali biex iniżżel il-korrezzjoni corrispondenti fit-tabella tal-[PNA]’ […]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 44(1) u (2) tar-Regolament Nru 2216/2004, kif emendat, jipprovdi, taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>It-tabella tal-[PNA] għall-perjodu 2008 [sa] 2012 […]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="044.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sal-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE> […], kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni it-tabella tal-[PNA] tiegħu, li tikkorrispondi għad-deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE. Jekk it-tabella tal-[PNA] tkun ibbażata fuq il-[PNA] nnotifikat lill-Kummissjoni li ma ġiex miċħud skont l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87/KE jew li fuq il-bażi tiegħu l-Kummissjoni aċċettat l-emendi proposti, il-Kummissjoni għandha tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali biex iniżżel it-tabella tal-[PNA] fir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="044.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Stat Membru għandu jinnotifika kull korrezzjoni fil-[PNA] flimkien ma’ kull korrezzjoni korrispondenti fit-tabella tal-[PNA] tiegħu lill-Kummissjoni. Jekk il-korrezzjoni fit-tabella tal-[PNA] tkun ibbażata fuq il-[PNA] nnotifikat lill-Kummissjoni li ma ġiex miċħud skont l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87/KE jew li fuq il-bażi tiegħu l-Kummissjoni aċċettat l-emendi u li l-korrezzjoni tirriżulta minn titjib fid-data, il-Kummissjoni għandha tagħti struzzjonijiet lill- Amministratur Ċentrali biex iniżżel il-korrezzjoni corrispondenti fit-tabella tal-[PNA] […]</ALINEA><ALINEA>Dawn il-korrezzjonijiet kollha marbuta ma’ entrati ġodda għandhom isiru skont il-proċess għall-modifiki awtomatiċi fit-tabella tal-[PNA] kif stipulat fl-Anness XIa ta’ dan ir-Regolament.</ALINEA><ALINEA>Dawn il-korrezzjonijiet kollha marbuta ma’ entrati ġodda għandhom isiru skont il-proċeduri ta’ inizjalizzazzjoni kif stipulat fl-Anness XIV ta’ dan ir-Regolament.</ALINEA><ALINEA>Fil-każijiet l-oħra kollha, l-Istat Membru għandu jinnotifika l-korrezzjoni fil-[PNA] tiegħu lill-Kummissjoni u jekk il-Kummissjoni ma tiċħadx din il-korrezzjoni skont il-proċedura fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-Kummissjoni għandha tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali biex iniżżel il-korrezzjoni korrispondenti fit-tabella tal-[PNA] […]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20060929">29 ta’ Settembru 2006</DATE>, ir-Renju tal-Belġju nnotifika lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2003/87, il-PNA tiegħu għall-perijodu ta’ allokazzjoni mill-2008 sal-2012.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-PNA Belġjan jikkonsisti fi tliet pjanijiet ta’ allokazzjoni stabbiliti mir-reġjunjiet Fjammingi, ta’ Brussell u tal-Vallonja, kompetenti, b’mod partikolari, għall-protezzjoni ambjentali. Dan huwa r-riżultat ta’ koordinazzjoni fuq il-bażi ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni bejn dawn it-tliet reġjuni u l-Istat Federali.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20070116">16 ta’ Jannar 2007</DATE> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>li tikkonċerna l-[PNA] innotifikati mill-[mir-Renju tal-] Belġju skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill’<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> il-Kummissjoni qalet li ma tqajjimx oġġezzjonijiet għall-PNA Belġjan sakemm isirulu ċerti emendi.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20080228">28 ta’ Frar 2008</DATE>, ir-Renju tal-Belġju nnotifika lill-Kummissjoni bil-PNA emendat. L-emendi li saru jikkonċernaw b’mod partikolari l-parti tal-Vallonja tal-imsemmi PNA.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz tal-ittra tat-<DATE ISO="20080418">18 ta’ April 2008</DATE>, iffirmata mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Ambjent<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, il-Kummissjoni informat lir-Renju tal-Belġju li ċerti emendi għall-PNA Belġjan għall-parti tal-Vallonja kienu inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz tal-ittra tas-<DATE ISO="20080627">27 ta’ Ġunju 2008</DATE>, ir-Renju tal-Belġju kkomunika lill-Kummissjoni l-PNA l-ġdid emendat.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-paġna 37 tal-PNA Belġjan emendat taħt l-intestatura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Informazzjoni dwar il-ġestjoni tar-riżerva tal-kwota għall-operaturi ġodda<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> hemm indikat, b’mod partikolari, kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>[...] [K]woti li huma parti mill-grupp <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Emission Trading<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> tar-Région [W]allonne huma riżervati għall-operaturi ġodda, sa 1 750 277 kwota [fis-]sena.</P><P>[…]</P><P>Ir-Région [Wallonne] bi ħsiebha tuża l-kwoti mir-riżerva għall-operaturi ġodda fuq il-bażi li ġejja:</P><P>Installazzjonijiet koperti mis-suġġett: [i]d-Digriet ta’ Wallonie tal-<DATE ISO="20041110">10 ta’ Novembru 2004</DATE> li jistabbilixxi sistema ta’ skambju ta’ kwoti [...] jiddefinixxi operaturi ġodda kif ġej [...]:</P><QUOT.S LEVEL="2"><P>[...] huwa operatur ġdid fl-iskema ta’ skambju ta’ kwoti [...], għal perijodu ta’ riferiment partikolari:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>kull stabbiliment li jeżerċita l-operazzjoni ta’ waħda jew iktar attivitajiet jew instalazzjonijiet li jemettu gassijiet serra speċifikati, li ma hijiex koperta bil-pjan reġjonali ta’ Wallonie ta’ allokazzjoni nnotifikata lill-Kummissjoni [...], li kiseb permess ambjentali għal dawn l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra speċifikati wara n-notifika msemmija iktar ’il fuq lill-Kummissjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>kull stabbiliment li jeżerċita l-operazzjoni ta’ waħda jew iktar attivitajiet jew installazzjonijiet li jemettu gassijiet serra speċifikati, li hija koperta bil-pjan reġjonali ta’ Wallonie ta’ allokazzjoni nnotifikata lill-Kummissjoni [...], fejn jew kiseb permess ambjentali għall-dawn l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra speċifikati minħabba bidla fin-natura tiegħu jew fil-funzjonament tiegħu jew fl-estensjoni tal-installazzjoni, li jżid ferm l-emissjonijiet tiegħu tal-gassijiet serra speċifikati b’paragun ma’ dawk li fformaw il-bażi għad-determinazzjoni tal-allokazzjoni inizjali, wara n-notifika ċċitata iktar ’il fuq lill-Kummissjoni, jew li għalih trasformazzjoni jew estensjoni, irreġistrata mill-operatur [...], tikkawża żieda sinjifikattiva ta’ dawn l-emissjonijiet serra speċifikati b’paragun ma’ dawk li fformaw il-bażi għad-determinazzjoni tal-allokazzjoni inizjali, wara n-notifika ċċitata iktar ’il fuq lill-Kummissjoni.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil-paġna 38 tal-PNA Belġjan emendat, jingħad, b’mod partikolari, li r-Région wallonne ser jalloka l-kwoti tar-riżerva fuq il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>bażi ta’ regola ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel, sal-volum totali tar-riżerva għall-perijodu [mill-]2008 [sal-] 2012<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-paġni 51 u 52 tal-PNA Belġjan emendat, jinsabu l-Annessi Va, Vb u Vc.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Anness Va, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Operaturi ġodda li diġà ġew ikkunsidrati fil-[PNA]’<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Operaturi ġodda li għandhom jiġu allokati fl-2008’<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/>, jinkludi tabella b’lista ta’ installazzjonijiet, li jinkludu, bin-numru 11, dik tal-Funderija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Arcelor Mittal 6<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. F’nota ta’ qiegħ il-paġna, huwa speċifikat li din l-installazzjoni u installazzjoni oħra li hija ddikjarata f’din it-tabella <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>ser jiġu allokati kif u skont l-alimentazzjoni tar-riżerva.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> Għall-installazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Arcelor Mittal kalkara tal-funderija 6,<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> l-imsemmija tabella tipprovdi, għall-perjodu mill-2008 sal-2012, kwantità totali ta’ 12 949 538 kwota. Barra minn hekk, din it-tabella tinkludi tqassim skont is sena tal-ammont ta’ kwoti għal din l-installazzjoni matul il-perijodu indikat. B’hekk, fit-tieni kolonna tal-imsemmija tabella għas-sena 2008, l-ammont ta’ kwoti għall-installazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Funderija Arcelor Mittal 6<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> huwa ta’ 700 000, filwaqt li fit-tielet u s-sitt kolonni għas-snin 2009 sa 2012 dan l-ammont huwa ta’ 1 000 000 għall-2009 u 3 749 846 rispettivament, għal kull sena mill-2010 sal-2012.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Anness Vb fih lista ta’ installazzjonijiet taħt l-intestatura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Operaturi ġodda li kisbu permess ambjentali iżda li għadhom mhux jitħaddmu (Stima).<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Anness Vc fih lista ta’ installazzjonijiet taħt l-intestatura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Operaturi ġodda li għadhom ma kisbux permess ambjentali u li għadhom mhux jitħaddmu (Stima).<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-Anness VI tal-PNA Belġjan, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Kwoti annwali medji li jridu jiġu allokati lill-impriżi eżistenti u għall-installazzjonijiet ġodda (jew żieda fil-produzzjoni) diġà inkluż[i] fl-allokazzjoni 2008 [sal-]2012 (Tabella ta’ allokazzjoni)<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, jinkludi tabella ta’ allokazzjoni ta’ installazzjonijiet. Fost l-installazzjonijiet li huma elenkati hemm, bħala l-installazzjoni li għandha n-numru 11, dik ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Arcelor — Cockerill Sambre_HF6_Seraing<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, li hija mqiegħda fil-kaxxi rispettivi li jidhru fis-snin 2008 sa 2012, bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>[o]peratur [ġ]did<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, iżda mingħajr xi indikazzjoni ta’ numru ta’ kwoti għall-allokazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20080630">30 ta’ Ġunju 2008</DATE>, iffirmata mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Ambjent<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, il-Kummissjoni informat lir-Renju tal-Belġju li hija ma kienet ser tqajjem l-ebda oġġezzjoni fir-rigward tal-PNA Belġjan ġdid emendat.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20080730">30 ta’ Lulju 2008</DATE>, ir-Renju tal-Belġju nnotifika lill-Kummissjoni d-deċiżjoni ta’ allokazzjoni tiegħu, skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/87, kif ukoll it-tabella <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>PNA<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> tiegħu, skont l-Artikolu 44(1) tar-Regolament Nru 2216/2004, għall-perijodu ta’ allokazzjoni mill-2008 sal-2012.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tal-Artikolu 1 tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20081010">10 ta’ Ottubru 2008</DATE>, il-Kummissjoni tat struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal it-tabella <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>PNA<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> Belġjana fir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet. Fil-premessa 2 tad-deċiżjoni msemmija, hemm iddikjarat li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Kummissjoni tistima li t-tabella [<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>PNA<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> Belġjan] innotifikata tikkorrispondi għad-deċiżjoni ta’ allokazzjoni u hija bbażata fuq il-[PNA] innotifikat mir-Renju tal-Belġju, kif emendat mingħajr ma kien hemm oġġezzjonijiet għalih min-naħa tal-Kummissjoni [...]<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Skont l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20081010">10 ta’ Ottubru 2008</DATE>, it-tabella <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>PNA<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> Belġjan tinsab fl-anness ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20090218">18 ta’ Frar 2009</DATE>, ir-Renju tal-Belġju nnotifika lill-Kummissjoni b’tabella <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>PNA<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> Belġjan emendata li kien fiha xi korrezzjonijiet. Fit-tabella annessa ma’ din l-ittra, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>korrezzjonijiet tal-PNA Belġjan 2008 sal-2012<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>korrezzjonijiet tal-allokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, isir riferiment għal installazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>Arcelor-Mittal<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> bin-numru 116, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>Arcelor-Cockerill Sambre_HF6_Seraing<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> li tinsab f’Seraing (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>installazzjoni Nru 116<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>), li għaliha hemm ipprovdut ammont ta’ 700 000 kwota għall-2008 u l-ebda kwota (kaxxi vojta) għall-2009 sal-2012. B’hekk, it-totalità tal-kwoti li għandhom jiġu allokati għal din l-installazzjoni għall-perijodu kollu ta’ allokazzjoni mill-2008 sal-2012 huwa indikat fl-aħħar kolonna ta’ din it-tabella u jitla’ sa’ 700 000.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tal-Artikolu 1 tad-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20090327">27 ta’ Marzu 2009</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>) adottata, b’mod partikolari, fuq il-bażi tal-Artikolu 44(2) tar-Regolament Nru 2216/2004 il-Kummissjoni tat struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex idaħħal il-korrezzjonijiet mitluba fit-tabella <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>PNA<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> Belġjan fir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata, il-korrezzjonijiet magħmula fit-tabella <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>PNA<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> Belġjan jinsabu fl-anness għal din id-deċiżjoni. Dan l-anness ma fih l-ebda korrezzjoni fir-rigward tal-installazzjoni Nru 116.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-premessa 3 tad-deċiżjoni kkontestata, ġie indikat dan li ġej :</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>Il-Kummissjoni temmen li l-korrezzjonijiet innotifikati dwar l-installazzjoni Nru 116 [...] huma inammissibbli peress li huma ma jsegwux il-metodoloġija stabbilita fil-[PNA Belġjan] [...]<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Skont il-premessa 4 tal-imsemmija deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis li l-kumplament tal-korrezzjonijiet innotifikati huwa skont il-[PNA Belġjan].</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20101216">16 ta’ Diċembru 2010</DATE>, ir-rikorrent, ir-Région wallonne, fetaħ din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz ta’ att separat, ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-istess jum, ir-Région wallonne talab li tingħata deċiżjoni permezz tal-proċedura mħaffa prevista fl-Artikolu 76a tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid-<DATE ISO="20090709">9 ta’ Lulju 2009</DATE>, ir-Région wallonne rtira t-talba tiegħu għal proċedura mħaffa.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Ir-Région wallonne jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn hija tiċħad il-korrezzjoni fit-tabella <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>PNA<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> Belġjan dwar l-allokazzjoni ta’ kwoti għall-installazzjoni Nru 116 għall-perijodu ta’ allokazzjoni mill-2008 sal-2012;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Région wallonne għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti mill-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali talbet lill-partijiet jipproduċu ċerti dokumenti u jipprovdu tweġibiet bil-miktub għal xi mistoqsijiet. Il-partijiet ikkonformaw ma’ dawn il-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura fit-termini stabbiliti.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Peress li membru tal-Awla ma setax jipparteċipa fid-deliberazzjoni, il-President tal-Qorti Ġenerali nnomina mħallef ieħor, skont l-Artikolu 32(3) tar-Regoli tal-Proċedura, sabiex jikkompleta l-Awla.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>It-trattazzjoni tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet orali magħmula mill-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tal-<DATE ISO="20100920">20 ta’ Settembru 2010</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Sommarju tal-motivi ta’ annullament</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tiegħu għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata, ir-Région wallonne jinvoka erba’ motvi.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 44(2) tar-Regolament Nru 2216/2004. Dan il-motiv huwa maqsum f’żewġ partijiet, waħda tirrgwarda żball ta’ liġi u l-oħra tirrigwarda żball manifest ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>It-tieni motiv huwa bbażat huwa fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 253 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>prinċipju ta’ lealtà Komunitarja u ta’ amministrazzjoni tajba<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-rilevanza tal-motivi mqajma mir-rikorrent</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Prinċipalment, il-Kummissjoni ssostni li l-motivi invokati mir-Région wallonne huma irrilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, konformement mar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 44(2) tar-Regolament Nru 2216/2004, kull emenda għall-PNA li ma tosservax il-kriterji previsti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(2) tal-imsemmi regolament għandha tiġi nnotifikata mill-ġdid mill-Istat Membru skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87, peress li l-proċedura ta’ reġistrazzjoni tal-korrezzjonijiet għat-tabella <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>PNA<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> ma tistax tissostitwixxi l-proċedura ta’ notifika u tawtorizza lill-Kummissjoni sabiex tirreġistra xi korrezzjonijiet li jirrikjedu emenda għall-PNA nnifsu. Issa, f’din il-kawża, ir-Renju tal-Belġju sempliċement applika għal reġistrazzjoni ta’ ċerti korrezzjonijiet fit-tabella <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>PNA<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, inkluża dik relatata mal-installazzjoni Nru 116, li madankollu tirrikjedi emenda għall-PNA Belġjan bħala tali, peress li ma kinitx ibbażata fuq il-metodi previsti mill-imsemmi PNA. Għalhekk, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ma għamlitx dikjarazzjoni dwar il-korrezzjoni fir-rigward tal-installazzjoni Nru 116. Fil-fatt, kien biss b’mod superfluwu li d-deċiżjoni kkontestata stabbilixxiet fil-premessa 3, u mhux fid-dispożittiv tagħha, il-korrezzjoni mitluba. B’hekk, ir-riferiment għan-nuqqas ta’ reġistrazzjoni tal-korrezzjoni fir-rigward tal-installazzjoni Nru 116 ma jistax ibiddel is-sustanza jew in-natura tad-deċiżjoni kkontestata, u jibdilha f’deċiżjoni ta’ ċaħda impliċita f’dan ir-rigward, kif tinvoka r-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni għamlet żball meta affermat li d-deċiżjoni kkontestata ma tinkludi l-ebda effett ġuridiku vinkolanti li jikkawża preġudizzju lir-Région wallonne dwar dan il-punt.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Ċertament, kif ġie rrikonoxxut minn ġurisprudenza stabbilita, huwa biss id-dispożittiv ta’ deċiżjoni li jista’ jipproduċi effetti ġuridiċi u, konsegwentement, li jikkawża preġudizzju, ikunu xi jkunu l-motivi li fuqhom tkun ibbażata din id-deċiżjoni. Min-naħa l-oħra, l-evalwazzjonijiet magħmula fil-motivi ta’ deċiżjoni jistgħu jkunu, fihom infushom, suġġetti għal rikors għal annullament, u ma jistgħu jkunu suġġetti għall-istħarriġ ġudizzjarju tal-qorti tal-Unjoni biss meta, bħala motivi ta’ att li jikkawża preġudizzju, jikkostitwixxu l-bażi neċessarja ta’ dan l-att (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-Qorti<?PAGE NO="8"?> tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20040128">28 ta’ Jannar 2004</DATE>, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-164/02" PAGE.ECR="I-1177" YEAR="2004">C-164/02, Ġabra p. I-1177</REF.DOC.ECR>, punt 21, u d-digriet tat-<DATE ISO="20070430">30 ta’ April 2007</DATE>, EnBW Energie Baden-Württemberg vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-387/04" PAGE.ECR="II-1195" YEAR="2007">T-387/04, Ġabra p. II-1195</REF.DOC.ECR>, punt 127). Madankollu, f’din il-kawża, anki jekk id-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata ma jiċħadx espressament il-korrezzjoni mitluba fir-rigward tal-installazzjoni 116 bħala inammissibbli, minn qari flimkien tal-Artikolu 2 tal-Anness u tal-premessa 3 tal-imsemmija deċiżjoni jirriżulta li huwa preċiżament minħabba r-raġuni ta’ inammissibbiltà li saret f’din il-premessa li din il-korrezzjoni ma ġietx inkluża fl-anness tal-korrezzjonijiet li l-amministratur ċentrali kien ingħata struzzjonijiet, skont l-Artikolu 1 ta’ dik id-deċiżjoni, li jinkludi fit-tabella tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>PNA<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> Belġjan.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>B’hekk, anki jekk wieħed jassumi, kif issostni l-Kummissjoni, li r-Renju tal-Belġju kellu jsegwi, f’din il-kawża, il-proċedura ta’ notifika tal-PNA emendat skont l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87 u li l-Kummissjoni ma kellha l-ebda awtorità teżamina u tiċħad it-talba għal korrezzjoni fir-rigward tal-installazzjoni Nru 116 abbażi tal-Artikolu 44(2) tar-Regolament Nru 2216/2004, il-fatt jibqa’ li, essenzjalment, mid-deċiżjoni kkontestata, kif tinqara’ fid-dawl tal-motivi ewlenin tagħha, jirriżulta li l-Kummissjoni ħadet pożizzjoni espliċita fuq din it-talba u ċaħditha bħala inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>La l-argument tal-Kummissjoni, li jgħid li hija ma ddeċidietx fuq il-korrezzjoni inkwistjoni, u lanqas dak ibbażat fuq in-nuqqas ta’ effett tal-premessa 3 tad-deċiżjoni kkontestata fuq id-dispożittiv tagħha, ma jikkontestaw din l-evalwazzjoni, li barra minn hekk ġie wkoll irrikonoxxut mill-Kummissjoni fis-seduta. Fil-fatt, meta jiċċara l-portata kemm tal-Artikolu 2 u kif ukoll tal-anness tad-deċiżjoni kkontestata, li ma fihomx il-korrezzjoni mitluba fir-rigward tal-installazzjoni Nru 116, il-premessa 3 tikkostitwixxi, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 45 iktar ’il fuq, is-sostenn meħtieġ mhux biss tal-Artikolu 2, iżda wkoll tal-Artikolu 1 tal-imsemmija deċiżjoni, dispożizzjonijiet li flimkien jiddeterminaw il-limitu tal-istruzzjoni korrettiva mogħtija lill-amministratur ċentrali u li għandhom jinqraw fid-dawl tal-imsemmija premessa.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-motivi ta’ annullament invokati insostenn tar-rikors huma rilevanti u li għandu jiġi miċħud l-argument tal-Kummissjoni fuq dan il-punt.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 44(2) tar-Regolament Nru 2216/2004</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ewwel parti ta’ dan il-motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi, ir-Région wallonne jsostni, essenzjalment, li l-Kummissjoni ma setgħetx tadotta d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn hija tiċħad il-korrezzjoni mitluba dwar l-installazzjoni Nru 116, u li tibbażha fuq it-tieni sentenza tal-Artikolu 44(2) tar-Regolament Nru 2216/2004, li l-portata tagħha hija interpretata ħażin. B’differenza għal li jingħad fit-tieni sentenza tal-Artikolu 38(2) ta’ dan l-istess regolament, applikabbli għall-perijodu ta’ allokazzjoni mill-2005 sal-2007, din id-dispożizzjoni ma tirrigwardax iċ-ċaħda ta’ korrezzjoni fit-tabella <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>PNA<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> għar-raġuni mogħtija mill-Kummissjoni, jiġifieri l-allegat nuqqas ta’ konformità tal-korrezzjoni inkwistjoni mal-metodi deskritti fil-PNA.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tieni parti, ibbażata fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, ir-Région wallonne rrileva li l-Artikolu 44(2) tar-Regolament Nru 2216/2004 jiddistingwi bejn żewġ tipi ta’ korrezzjonijiet li l-Istati Membri jistgħu jagħmlu fit-tabella <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>PNA<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, jiġifieri, minn naħa, fl-ewwel subparagrafu, il-korrezzjonijiet ibbażati fuq id-dispożizzjonijiet tal-PNA mhux miċħuda mill-Kummissjoni, u li tirriżulta fit-titjib fid-data, u, min-naħa l-oħra, fir-raba’ subparagrafu, dawk li jinvolvu emenda fil-PNA u għalhekk jeħtieġu eżami skont l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87. Skont ir-Région wallonne, il-korrezzjoni mitluba fir-rigward tal-installazzjoni Nru 116 hija bbażata fuq il-PNA Belġjan, mingħajr ħtieġa ta’ emenda skont it-tieni metodu ta’ korrezzjoni previst fl-Artikolu 44(2) tar-Regolament Nru 216/2004. F’dan ir-rigward, hija ppreċiżat, essenzjalment, li mill-Anness Va tal-PNA Belġjan jirriżulta b’mod ċar li l-allokazzjoni ta’ kwoti għall-installazzjoni Nru 116 ser tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>kif u skont l-alimentazzjoni tar-riżerva<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, u<?PAGE NO="9"?> huwa dan li jagħmel possibbli l-allokazzjoni gradwali tal-kwoti, fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji u tal-istat tar-riżerva, b’mod partikolari meta jittieħed inkunsiderazzjoni l-għeluq eventwali ta’ installazzjonijiet eżistenti u t-twettiq effettiv ta’ proġetti industrijali mħabbra.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Sussidjarjament, il-Kummissjoni ssostni li dan il-motiv ta’ annullament huwa infondat.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel parti tal-motiv, il-Kummissjoni ssostni, essenzjalment, li t-tabella <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>PNA<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> tista’ titqies li hija bbażata fuq il-PNA jekk tkun ibbażata fuq il-mekkaniżmi ta’ allokazzjoni pprovduti mill-imsemmi PNA, u mhux fuq metodi oħra li ma humiex previsti. Skont l-Artikolu 44(2) tar-Regolament Nru 2216/2004, għandhom jiġu sodisfatti żewġ kundizzjonijiet, jiġifieri li l-korrezzjoni mitluba tkun ibbażata fuq il-PNA u li tirriżulta minn titjib fid-data, li ma kienx il-każ f’din il-kawża. Skont il-Kummissjoni, in-nuqqas ta’ reġistrazzjoni minħabba l-korrezzjoni fil-kawża inkwistjoni ma kinitx ibbażata fuq il-PNA Belġjan peress li kienet tinkludi l-motiv ta’ nuqqas ta’ konformità mal-proċeduri previsti mill-imsemmi PNA. Għalhekk, hija setgħet tibbaża d-deċiżjoni kkontestata u n-nuqqas ta’ reġistrazzjoni tal-korrezzjoni kkontestata fuq l-inkompatibbiltà ta’ din il-korrezzjoni mal-metodi speċifikati mill-PNA Belġjan.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni parti tal-motiv, il-Kummissjoni tirrileva, essenzjalment, li l-allokazzjoni tal-kwoti mitluba favur l-installazzjoni Nru 116 tmur kontra l-metodi previsti mill-PNA Belġjan, li jipprovdi li, għall-operaturi ġodda kollha, il-ħruġ tal-kwoti se jiġi deċiż sal-aħħar tal-perijodu mill-2008 sal-2012. Barra minn hekk, skont l-imsemmi PNA, l-installazzjoni Nru 116 ma tibbenefikax mill-aċċess għar-riżerva, iżda tingħata kwoti biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>kif u skont l-alimentazzjoni tar-riżerva<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>. Issa, dan il-metodu ta’ allokazzjoni ma għandux jiġi interpretat li jagħti xi setgħa diskrezzjonali lill-awtorità kompetenti sabiex tistabbilixxi kull sena l-ammont ta’ kwoti li tkun bi ħsieba talloka lill-installazzjoni kkonċernata. Minflok, għandhom jiġu interpretati l-metodi kollha ta’ allokazzjoni previsti mill-PNA Belġjan b’mod koerenti u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>bħala li tobbliga lill-awtorità kompetenti biex tagħti lill-installazzjoni [Nru 116,] għall-perijodu kollu [mill-]2008 [sal-]2012 [,] kwoti li l-ammont globali u l-ammont annwali jistgħu jkunu inqas minn dawk previsti fl-Anness Va tal-PNA Belġjan, skont l-istat tar-riżerva.<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/></TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkunsidra li din l-evalwazzjoni hija konformi mal-ispirtu tad-Direttiva 2003/87, b’mod partikolari mal-Artikolu 9(1) tagħha, li jgħid li l-PNA għandhom josservaw il-kriterji tal-Anness III, speċjalment il-kriterji 5 u 6 fuq il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bejn l-impriżi u l-obbligu li jiżguraw l-aċċess għal operaturi ġodda fl-iskema ta’ skambju. F’dan ir-rigward, l-argument ibbażat fuq l-iddifferenzjar bejn l-operaturi ġodda <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>tal-ewwel prijorità<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>, li jkunu l-uniċi suġġetti għar-regoli tat-taqsima 5 tal-PNA Belġjan, u dawk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>tat-tieni prijorità<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>, li jkunu suġġetti għar-regola tal-allokazzjoni addizzjonali, jiġifieri l-allokazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>kif u skont l-alimentazzjoni tar-riżerva<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> ma jistax jirnexxi, peress li r-regoli ġenerali tal-imsemmija taqsima għandhom japplikaw għall-operaturi l-ġodda, inklużi dawk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>tat-tieni prijorità<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>. Fil-fatt, skont il-Kummissjoni, jekk ir-riżerva ma tkunx biżżejjed biex tippermetti l-għoti ta’ kwoti lill-operaturi ġodda <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>tat-tieni prijorità<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>, u li din ir-riżerva ma tkunx rifornita, dawn l-operaturi ġodda ma jirċievu l-ebda kwota, u dan skont ir-regola ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>min jasal l-ewwel, jinqeda l-ewwel<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>. Il-Kummissjoni minn dan tikkonkludi li, skont ir-regola ta’ allokazzjoni ta’ kwoti għall-perijodu kollu mill-2008 sal-2012, operatur ġdid <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>tat-tieni prijorità<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>, bħalma hija l-installazzjoni Nru 116, għandu jingħata kwoti għas-snin 2008 sal-2012, u mhux għal sena jew sentejn biss. In-numru ta’ kwoti li jiġu allokati għandu jiġi ddeterminat minn qabel għal dan il-perijodu kollu — u mhux annwalment u b’mod diskrezzjonali — sal-ammont tan-numru eżistenti ta’ kwoti, fir-riżerva rifornita, skont ir-regola li tipprojbixxi l-użu tar-riżerva sabiex isiru aġġustamenti <HT TYPE="ITALIC">ex post</HT> tal-allokazzjoni inizjali riċevuta mill-installazzjonijiet ikonċernati. Għalhekk, f’din il-kawża, kienu disponibbli biss 700 000 kwota għall-installazzjoni Nru 116 għall-imsemmi perijodu kollu kemm hu.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali tfakkar li l-Artikolu 44(2) tar-Regolament Nru 2216/2004 jipprovdi għal żewġ kriterji kumulattivi għal korrezzjoni li tista’ ssir fit-tabella <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>PNA<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>, mingħajr ma għandha ssir il-proċedura ta’ notifika ta’ PNA emendat skont l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87. Min-naħa waħda, din il-korrezzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-PNA, kif innotifikat lill-Kummissjoni u li ma ġiex miċħud minnha, u, min-naħa l-oħra, għandha tirriżulta minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>titjib fid-data<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>. Barra minn hekk, meta dawn<?PAGE NO="10"?> iż-żewġ kriterji kumulattivi jkunu sodisfatti, il-Kummissjoni hija obbligata, skont it-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(2), fl-aħħar nett, tar-Regolament Nru 2216/2004, li tinkariga lill-amministratur ċentrali biex idaħħal il-korrezzjoni inkwistjoni fit-tabella <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>PNA<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel mill-imsemmija kriterji, għandu jiġi evalwat jekk il-Kummissjoni ppruvatx li hija setgħet ġustament tikkonkludi, fid-deċiżjoni kkontestata, li ma kienx hemm lok li jiġi inkarigat l-amministratur ċentrali biex idaħħal fit-tabella <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>PNA<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> Belġjan il-korrezzjoni mitluba fir-rigward tal-installazzjoni Nru 116, minħabba li din il-korrezzjoni ma kinitx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>ibbażata fuq il-[PNA] innotifikat lill-Kummissjoni li ma ġiex miċħud [minnha].<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/></TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li, anki jekk id-deċiżjoni kkontestata hija strettament ibbażata fuq l-Artikolu 44(2) tar-Regolament Nru 2216/2004, il-premessa 3 tal-imsemmija deċiżjoni hija limitata għal konstatazzjoni, essenzjalment, li t-talba għal korrezzjoni fuq l-installazzjoni Nru 116 hija inammissibbli, peress li ma hjiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>skont il-metodoloġija stabbilita fil-[PNA Belġjan]<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/>, li hija motivazzjoni li tikkorrispondi, essenzjalment, għal dak ipprovdut mill-Artikolu 38(2) tal-istess regolament, li ma huwiex applikabbli f’dan il-każ għaliex jirrigwarda perijodu ta’ allokazzjoni li jibda mill-2005 sal-2007.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Sussegwentement, anki jekk jiġi aċċettat l-argument tal-Kummissjoni li jgħid li l-kriterju applikat minnha f’din il-kawża, jiġifieri dak ibbażat fuq il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>metodoloġija stabbilita fil-[PNA]<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/>, huwa l-istess bħal dak li jgħid li t-talba għal korrezzjoni għandha tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>ibbażata fuq il-[PNA]<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/>, ir-raġuni għall-korrezzjoni mitluba fl-installazzjoni Nru 116 ma hijiex ibbażata fuq il-PNA Belġjan, kif innotifikat lill-Kummissjoni u li ma ġiex miċħud minnha, fis-sens tal-Artikolu 44(2) tar-Regolament Nru 2216/2004, la tirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata u lanqas mill-pożizzjonijiet adottati mill-Kummissjoni fil-mori tal-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li l-Anness Va tal-PNA Belġjan intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>Operaturi ġodda li diġà ġew ikkunsidrati fil-[PNA]<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>Operaturi ġodda li għad trid issir l-allokazzjoni tagħhom tal-2008<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/>, jinkludi tabella li fiha, bin-numru 11, tissemma’ l-installazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0073" REF.END="QE0073"/>Arcelor-Mittal kalkara tal-funderija 6<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/>. Il-partijiet qablu unanimament, b’risposta għall-mistoqsijiet bil-miktub mill-Qorti Ġenerali, li din l-installazzjoni taqbel ma’ dik ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0074" REF.END="QE0074"/>Arcelor — Cockerill Sambre_HF6_Seraing<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/> li kienet, minn naħa, bl-istess numru, fit-tabella tal-Anness VI tal-imsemmi PNA, u, min-naħa l-oħra, bin-Nru 116 fit-talba għall-korrezzjoni kontenzjuża tat-tabella <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0075" REF.END="QE0075"/>PNA<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/> Belġjan, kif indirizzata lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra tar-Renju tal-Belġju fit-<DATE ISO="20090218">18 ta’ Frar 2009</DATE>, li pprovdiet ammont ta’ 700 000 kwota għal din l-installazzjoni kemm għall-2008 u kif ukoll għall-perijodu ta’ allokazzjoni sħiħ mill-2008 sal-2012 (ara l-punt 23 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Huwa wkoll paċifiku li t-tabella fl-Anness Va tal-PNA Belġjan tipprovdi, għall-perijodu mill-2008 sal-2012, kwantità totali ta’ 12 949 538 għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0076" REF.END="QE0076"/>Arcelor-Mittal kalkara tal-funderija 6<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/>, maqsuma kull sena, suddiviż f’700 000 għall-2008, 1 000 000 għall-2009 u 3 749 846 għal kull sena rispettiva bejn l-2010 u l-2012 (ara l-punt 16 iktar ’il fuq), liema tqassim madankollu ma jidhirx fit-tabella tal-Anness VI tal-PNA Belġjan, li fiha, fil-kaxxi għas-snin 2008 sal-2012, jidhru biss il-kelmiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0077" REF.END="QE0077"/>[o]peratur [ġ]did<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/> (ara l-punt 19 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>B’hekk, l-ammont ta’ 700 000 kwota maħsuba għall-installazzjoni Nru 116 għall-2008, li huwa s-suġġett tat-talba għal korrezzjoni kkontestata fit-tabella tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0078" REF.END="QE0078"/>PNA<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/> Belġjan, jikkorrispondi manifestament u preċiżament ma’ dak previst fit-tabella tal-Anness Va tal-PNA Belġjan. Issa, il-Kummissjoni ma tikkontestax din il-koinċidenza, u lanqas il-fatt li hija ma tikkontestax il-kontenut ta’ dan il-PNA fil-kuntest tal-proċedura ta’ stħarriġ previst fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni sempliċement issostni, essenzjalment, li dawn is-700 000 kwota għandhom jitqiesu li huma l-ammont massimu disponibbli għall-installazzjoni Nru 116 għall-perijodu ta’ allokazzjoni sħiħ mill-2008 sal-2012 u mhux għall-2008 biss (ara l-punt 54 fl-aħħar nett, iktar ’il fuq). Tali interpretazzjoni hija ċertament ikkorroborata mill-qari tal-aħħar kolonna tat-tabella <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0079" REF.END="QE0079"/>PNA<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/> Belġjan emendat, kif innotifikat mir-Renju tal-Belġju fit-<DATE ISO="20090218">18 ta’ Frar 2009</DATE>, li fiha tidher, b’ripetizzjoni<?PAGE NO="11"?> tal-ammont tal-kwoti fl-ewwel kolonna għall-2008, il-volum totali ta’ 700 000 kwota għall-perijodu kollu mill-2008 sal-2012. Madankollu, dan il-fatt fih innifsu probabbilment ma jsostnix l-oġġezzjoni prinċipali tal-Kummissjoni, li permezz tagħha t-talba għal korrezzjoni kontenzjuża ma hijiex ibbażata fuq il-PNA Belġjan, kif innotifikat u mhux miċħud, fis-sens tal-Artikolu 44(2) tar-Regolament Nru 2216/2004, iżda pjuttost jikkonferma li l-volum totali ta’ kwoti għall-installazzjoni Nru 116, mitluba għal dan l-istess perijodu kollu kemm hu, kien b’mod ċar taħt il-limitu ta’ kwoti previst fit-tabella Va tal-PNA Belġjan. Għalhekk, fil-mori tal-kawża, il-Kummissjoni ma tistax tilmenta li r-Renju tal-Belġju ppreżenta talba għal korrezzjoni intiża li temenda l-volum ta’ kwoti li tkun disponibbli biss għall-2008 u mhux għas-snin li jiġu wara l-perijodu ta’ allokazzjoni kkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi konkluż li l-Kummissjoni għamlet żball dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 44(2) tar-Regolament Nru 2216/2004 meta ddikjarat, essenzjalment, li t-talba għal korrezzjoni kontenzjuża li tikkonċerna l-installazzjoni Nru 116 ma kinitx ibbażata fuq il-PNA Belġjan kif innotifikat lill-Kummissjoni li ma ġiex miċħud minnha. Għaldaqstant, ma hemmx bżonn li tingħata deċiżjoni dwar il-kwistjoni ta’ jekk din it-talba tirrigwardax <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0080" REF.END="QE0080"/>titjib fid-data<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/>, aspett li dwaru l-Kummissjoni wkoll ma esprimietx ruħha, la fid-deċiżjoni kkontestata u lanqas fl-atti tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ma tistax tikkontesta din l-evalwazzjoni, bl-argument li t-talba għall-korrezzjoni kontenzjuża kienet madankollu inkonsistenti mal-PNA Belġjan peress li, min-naħa, hija ma tissodisfax il-metodi previsti fl-imsemmi PNA u li, min-naħa l-oħra, kif il-Kummissjoni fuq kollox spjegat fis-seduta, skont il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-funzjonament tal-iskema ta’ skambju ta’ kwoti, in-numru massimu ta’ kwoti li għandhom jiġu allokati lill-operaturi ġodda kollha għandu jiġi ddeterminat minn qabel u għall-perijodu ta’ allokazzjoni inkwistjoni kollu kemm hu.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel argument, għandu jiġi kkonstatat li, kif tirrikonoxxi l-Kummissjoni nnifisha, it-tabella tal-Anness Va tal-PNA Belġjan tinkludi dispożizzjoni li tinsab f’nota ta’ qiegħ il-paġna, li fiha hemm iddikjarat li l-installazzjonijiet elenkati f’din it-tabella <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0081" REF.END="QE0081"/>ser jiġu allokati kif u skont l-alimentazzjoni tar-riżerva.<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/> Issa, il-Kummissjoni ma qajmet l-ebda oġġezzjoni għal dan matul il-proċedura ta’ stħarriġ tal-PNA Belġjan skont l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87, u lanqas ikkontestat, fil-mori tal-kawża, li din id-dispożizzjoni kienet ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0082" REF.END="QE0082"/>metodu ta’ allokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/> partikolari ta’ kwoti favur operaturi ġodda <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0083" REF.END="QE0083"/>tat-tieni prijorità<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="201D" ID="QE0083"/> (ara l-punt 53 iktar ’il fuq). Fil-fatt, kif spjega r-Région wallonne, u dan ma ġiex ikkontestat bħala tali mill-Kummissjoni, din id-dispożizzjoni tippermetti lill-awtoritajiet Belġjani jallokaw kwoti lill-installazzjonijiet ikkonċernati sal-ammont annwali massimu previst fl-imsemmija tabella biss sa fejn ir-riżerva hija suffiċjentement alimentata għal dan l-għan. Għalhekk, sa fejn it-talba għal korrezzjoni fuq l-installazzjoni Nru 116 hija effettivament ibbażata fuq dan il-metodu ta’ allokazzjoni, il-Kummissjoni ma tistax issostni l-inkompatibbiltà tagħha mal-PNA Belġjan (ara, b’mod partikolari, il-premessa 3 tad-deċiżjoni kkontestata). Barra minn hekk, f’dan ir-rigward, l-argument tal-Kummissjoni li dan il-metodu ta’ allokazzjoni ma jistax jiġi interpretat li jagħti diskrezzjoni lill-awtorità kompetenti li tistabbilixxi kull sena l-ammont ta’ kwoti li tkun bi ħsieba talloka għall-installazzjoni kkonċernata huwa irrilevanti, peress li t-talba għall-korrezzjoni kontenzjuża hija limitata b’mod speċifiku għat-talba għall-inklużjoni fit-tabella <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0084" REF.END="QE0084"/>PNA<QUOT.END REF.START="QS0084" CODE="201D" ID="QE0084"/> Belġjan, tal-istess ammont ta’ kwoti għall-installazzjoni Nru 116 għall-2008 kif previst fit-tabella fl-Anness Va tal-PNA Belġjan kif ukoll għal ammont ta’ kwoti ferm taħt il-limitu previst fl-imsemmija tabella għall-perijodu kollu mill-2008 sal-2012.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni argument, ibbażat fuq nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-funzjonament tal-iskema ta’ skambju ta’ kwoti li jirrikjedu li l-Istat Membru jiddetermina minn qabel l-ammont massimu ta’ kwoti disponibbli għall-installazzjonijiet ikkonċernati matul il-perijodu kollu ta’ allokazzjoni, għandu jiġi osservat li dan l-argument ma jsib ebda sostenn fid-deċiżjoni kkontesta. Barra minn hekk, kif jirriżulta diġà mill-punt 62 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni ma wrietx li, f’din il-kawża, l-għoti ta’ 700 000 kwota għall-installazzjoni Nru 116, kemm għas-sena 2008 biss, kif previst mill-ewwel kolonna tat-tabella fl-Anness Va tal-PNA Belġjan, kif ukoll għall-perijodu kollu mill-2008 sal-2012, kif previst fl-aħħar kolonna ta’ dik it-tabella, imur kontra għal dawn il-prinċipji ġenerali. Ċertament, minħabba r-regola ġenerali li tirrikjedi, skont l-Artikolu 11(2), li jinqara flimkien<?PAGE NO="12"?> mal-kriterji ta’ allokazzjoni msemmija fl-Anness III tad-Direttiva 2003/87, li jiġi ffissat bil-quddiem l-ammont totali ta’ kwoti disponibbli matul il-perijodu ta’ allokazzjoni kkonċernat, il-kriterji kumulattivi ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0085" REF.END="QE0085"/>korrezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0085" CODE="201D" ID="QE0085"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0086" REF.END="QE0086"/>titjib fid-data<QUOT.END REF.START="QS0086" CODE="201D" ID="QE0086"/> għandhom jingħataw, bħala eċċezzjonijiet, interpretazzjoni restrittiva, sabiex tiġi ppreżervata l-effettività tal-proċedura ta’ notifika skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 44(2) tar-Regolament Nru 2216/2004, moqri flimkien mal-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87. Fil-fatt, hija biss interpretazzjoni restrittiva li tista’ tiggarantixxi stħarriġ minn qabel sħiħ, fir-rigward tal-imsemmija kriterji ta’ allokazzjoni, ta’ emendi sussegwenti mitluba mill-Istat Membru. Issa, skont dak li ġie spjegat fil-punt 62 iktar ’il fuq, jirriżulta biss li t-talba għall-korrezzjoni kontenzjuża għandha tiġi interpretata li tkopri l-perijodu kollu mill-2008 sal-2012.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jintlaqa’ l-ewwel motiv u għandha tiġi annullata d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn hija tiċħad it-talba għall-korrezzjoni kontenzjuża dwar l-installazzjoni Nru 116, mingħajr il-ħtieġa li jiġu eżaminati l-motivi u l-ilmenti l-oħra mqajma mir-Région wallonne.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Kummissjoni tilfet, hija għandha tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż, skont it-talbiet tar-Région wallonne.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-<DATE ISO="20090327">27 ta’ Marzu 2009</DATE> li tagħti struzzjoni lill-amministratur ċentrali biex idaħħal korrezzjoni fit-tabella <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0087" REF.END="QE0087"/>Pjan Nazzjonali ta’ Allokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0087" CODE="201D" ID="QE0087"/> Belġjan fir-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet, sa fejn tirrifjuta li tagħti struzzjoni lill-imsemmi amministratur li jdaħħal korrezzjoni ta’ allokazzjoni ta’ kwoti favur l-installazzjoni 116 imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0088" REF.END="QE0088"/>Arcelor-Cockerill Sambre_HF6_Seraing<QUOT.END REF.START="QS0088" CODE="201D" ID="QE0088"/>, kif mitlub mir-Renju tal-Belġju fl-ittra tiegħu tat-<DATE ISO="20090218">18 ta’ Frar 2009</DATE>, hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Azizi</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Martins Ribeiro</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Frimodt Nielsen</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fl-<DATE ISO="20120201">1 ta’ Frar 2012</DATE>.</P><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>