|
25.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 80/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/455
tat-23 ta’ Lulju 2014
dwar l-għajnuna mill-istat SA.34826 (2012/C), SA.36005 (2013/NN) implimentata mill-Ġreċja għal Piraeus Bank Group rigward ir-rikapitalizzazzjoni u r-ristrutturar ta’ Piraeus Bank S.A.
(notifikata bid-dokument C(2014) 5217)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li stiednet lill-Istati Membri u lil partijiet interessati oħrajn sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont dawk id-dispożizzjonijiet (1),
Billi,
1. PROĊEDURA
1.1. PROĊEDURA RELATATA MA’ PIRAEUS BANK
|
(1) |
Permezz ta’ deċiżjoni tad-19 ta’ Novembru 2008, il-Kummissjoni approvat skema intitolata “Miżuri ta’ Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja” (l-“Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi”) maħsuba biex tiżgura l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja Griega. L-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi tippermetti li l-għajnuna tingħata taħt it-tliet miżuri kostitwenti tagħha, jiġifieri miżura ta’ rikapitalizzazzjoni, miżura ta’ garanzija u miżura ta’ self obbligazzjonarju tal-gvern (2). F’Mejju 2009, Piraeus Bank (“il-Bank” (3)) kien rikapitalizzat mill-Greċja taħt il-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni. |
|
(2) |
Il-premessa 14 tad-Deċiżjoni tad-19 ta’ Novembru 2008 irreġistrat li jiġi nnotifikat pjan ta’ ristrutturar lill-Kummissjoni fir-rigward tal-benefiċjarji tal-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni. |
|
(3) |
Fit-23 ta’ Lulju 2010, l-awtoritajiet Griegi ssottomettew pjan ta’ ristrutturar lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni rreġistrat dak il-pjan u l-aġġornamenti sussegwenti tiegħu, kif ukoll informazzjoni addizzjonali sottomessa mill-awtoritajiet Griegi bħala l-Kawża SA.30342 (PN 26/2010) u mbagħad il-Kawża SA.32787 (2011/PN). |
|
(4) |
Il-Bank ibbenefika ripetutament mill-garanziji tal-Istat u mis-self obbligazzjonarju tal-gvern taħt l-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi (4). Huwa bbenefika wkoll minn assistenza ta’ likwidità f’emerġenza garantita mill-Istat (“ELA garantita mill-Istat”). |
|
(5) |
Fl-20 ta’ April 2012, il-Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja (“HFSF”) ipprovda lill-Bank b’ittra li fiha impenja ruħu li sejjer jipparteċipa f’żieda ppjanata tal-kapital azzjonarju tal-Bank. Fit-28 ta’ Mejju 2012, l-HFSF ta rikapitalizzazzjoni tranżitorja ta’ EUR 4 700 miljun lill-Bank (“l-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja”). |
|
(6) |
Fl-10 ta’ Mejju 2012, l-awtoritajiet Griegi nnotifikaw formalment lill-Kummissjoni bl-ittra ta’ impenn li ġiet ipprovduta mill-HFSF lill-Bank. Il-Kummissjoni rreġistratha bħala għajnuna mhux innotifikata (il-Kawża SA.34826 (2012/NN)) minħabba li l-miżura kienet diġà ġiet implimentata. |
|
(7) |
Permezz ta’ deċiżjoni tas-27 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fuq l-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja (“id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ ta’ Piraeus”) (5). |
|
(8) |
F’Diċembru 2012, l-HFSF ta t-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja ta’ EUR 1 553 miljun lill-Bank (“it-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja”). Fil-21 ta’ Diċembru 2012, l-HFSF ipprovda wkoll lill-Bank b’ittra ta’ impenn għall-parteċipazzjoni tiegħu f’żieda tal-kapital azzjonarju tal-Bank u fl-istrumenti tal-kapital konvertibbli li għandhom jinħarġu, għal ammont totali sa EUR 1 082 miljun (6). L-awtoritajiet Griegi nnotifikaw dawk il-miżuri lill-Kummissjoni fl-20 ta’ Diċembru 2012 (7). |
|
(9) |
F’Settembru 2012, il-Bank ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jakkwista lil Geniki mingħand Société Générale S.A. (“Société Générale”). Matul Settembru u Ottubru, il-Kummissjoni kellha għadd numeruż ta’ telekonferenzi u skambji ta’ ittri elettroniċi ma’ rappreżentanti tal-awtoritajiet Griegi u mal-Bank fir-rigward tal-akkwiżizzjoni ta’ Geniki. |
|
(10) |
Fid-19 ta’ Ottubru 2012, il-Bank iffirma ftehim ta’ xiri ta’ ishma ma’ Société Générale rigward l-akkwiżizzjoni tas-sehem totali ta’ Société Générale’s (99,08 %) f’Geniki. |
|
(11) |
Fit-12 ta’ Diċembru 2012, is-servizzi tal-Kummissjoni bagħtu ittra lill-Greċja, li kienet tinkludi l-valutazzjoni preliminari tagħhom tal-akkwiżizzjoni ta’ Geniki. |
|
(12) |
Fis-26 ta’ Frar 2013, il-Bank informa lill-Kummissjoni bl-intenzjonijiet tiegħu li jakkwista lil Millennium Bank Greece S.A. (“MBG”). Il-Kummissjoni kellha għadd numeruż ta’ telekonferenzi u skambji ta’ ittri elettroniċi ma’ rappreżentanti tal-awtoritajiet Griegi u mal-Bank fir-rigward tal-akkwiżizzjoni ta’ MBG. |
|
(13) |
Fil-25 ta’ Marzu 2013, is-servizzi tal-Kummissjoni bagħtu ittra lill-Greċja, li kienet tinkludi l-valutazzjoni preliminari tagħhom tal-akkwiżizzjoni ta’ MBG. |
|
(14) |
Fit-22 ta’ April 2013, il-Bank ħabbar li kien daħal fi ftehim ma’ Millennium Banco Comercial Portugues (“BCP”) rigward l-akkwiżizzjoni tal-kapital azzjonarju sħiħ ta’ MBG u l-parteċipazzjoni ta’ BCP fiż-żieda tal-kapital li jmiss ta’ Piraeus. |
|
(15) |
Fit-3 ta’ Ġunju 2013, l-HFSF ikkonverta parzjalment l-ewwel u t-tieni rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji f’ekwità għal total ta’ EUR 5 891 miljun. L-HFSF injetta wkoll ammont addizzjonali ta’ EUR 1 094 miljun fil-Bank, kif kien impenjat fiż-żmien tal-akkwiżizzjonijiet mill-Bank tal-parti t-tajba ta’ Agricultural Bank of Greece (“ATE”) u tal-fergħat Griegi ta’ tliet Banek Ċiprijotti (ara t-taqsima 1.2). Barra minn hekk, l-investituri privati injettaw EUR 1 444 miljun. Ir-rikapitalizzazzjoni totali kienet tammonta għal EUR 8 429 miljun u ssir referenza għaliha bħala “r-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013”. |
|
(16) |
Fid-19 ta’ Diċembru 2013, l-awtoritajiet Griegi ppreżentaw informazzjoni lill-Kummissjoni rigward it-termini tar-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013. |
|
(17) |
Fil-25 ta’ Ġunju 2014, l-awtoritajiet Griegi ssottomettew pjan ta’ ristrutturar finali għall-Bank (“il-pjan ta’ ristrutturar”) lill-Kummissjoni. Fl-istess data, huma pprovdew informazzjoni dwar l-ELA garantita mill-Istat. Huma indikaw li għandhom il-ħsieb li jkomplu jipprovdu lill-Bank b’tali appoġġ ta’ likwidità, kif ukoll b’garanziji mill-Istat fuq l-istrumenti tad-dejn u s-self obbligazzjonarju tal-gvern taħt l-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi. |
|
(18) |
Matul il-proċess amministrattiv, il-Kummissjoni kellha għadd numeruż ta’ laqgħat, telekonferenzi u skambji ta’ ittri elettroniċi ma’ rappreżentanti tal-awtoritajiet Griegi u mal-Bank. |
|
(19) |
Il-Greċja taċċetta li, b’mod eċċezzjonali, id-deċiżjoni preżenti hija adottata bil-lingwa Ingliża biss. |
1.2. PROĊEDURA RELATATA MAN-NEGOZJI AKKWISTATI
1.2.1. Proċedura relatata ma’ ATE
|
(20) |
F’April 2011, il-Greċja injettat EUR 1 445 miljun f’ATE (ammont li kien jinkludi s-somma ta’ EUR 675 miljun oriġinarjament mogħtija taħt l-iskema tar-Rikapitalizzazzjoni Griega). Barra minn hekk, ATE rċieva appoġġ ta’ likwidità li jammonta għal EUR 6 103 miljun. Permezz ta’ deċiżjoni tat-23 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni approvat dawk il-miżuri fuq il-bażi ta’ pjan ta’ ristrutturar għal ATE (“id-Deċiżjoni dwar ir-Ristrutturar ta’ ATE”) (8). |
|
(21) |
Fid-29 ta’ Diċembru 2011, il-Greċja pparteċipat fi kwistjoni ta’ drittijiet kapitali ta’ ATE għal ammont ta’ EUR 290 miljun. |
|
(22) |
Fit-22 ta’ Marzu 2012, il-Greċja ssottomettiet rapport mill-Bank of Greece, li fih ipproponiet riżoluzzjoni ta’ ATE permezz ta’ proċedura ta’ Xiri u Suppożizzjoni (9) ta’ assi u obbligazzjonijiet magħżula ta’ ATE (“Attivitajiet Ittrasferiti ta’ ATE”), filwaqt li l-assi u l-obbligazzjonijiet li jifdal jiġu riżolti permezz ta’ bank tal-assi ħżiena. |
|
(23) |
F’Lulju 2012, il-Bank ħabbar l-akkwiżizzjoni permezz ta’ assorbiment tal-parti t-tajba ta’ ATE, li kienet tpoġġiet taħt likwidazzjoni. |
|
(24) |
F’dak iż-żmien, l-HFSF kien impenja ruħu li jkopri l-ħtiġijiet kapitali tal-Bank li jirriżultaw mill-assi akkwistati. Fis-27 ta’ Jannar 2013, il-Bank of Greece kkonkluda li l-kapital meħtieġ għal skopijiet regolatorji bħala riżultat tal-akkwiżizzjoni tal-Attivitajiet Ittrasferiti ta’ ATE kien jammonta għal EUR 570 miljun, liema somma għandha tiġi koperta mill-HFSF. |
|
(25) |
Permezz ta’ deċiżjoni tat-3 ta’ Mejju 2013 (10) (“id-Deċiżjoni dwar il-Likwidazzjoni ta’ ATE”), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri ta’ appoġġ mogħtija fiż-żmien tat-trasferiment tal-Attivitajiet Ittrasferiti ta’ ATE ma jikkostitwixxu ebda għajnuna mill-Istat lill-Bank iżda għall-Attivitajiet Ittrasferiti ta’ ATE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-għajnuna tkun kompatibbli mas-suq intern jekk il-pjan ta’ ristrutturar tal-Bank, li issa jinkludi l-Attivitajiet Ittrasferiti ta’ ATE, jippermetti li tinkiseb lura l-vijabbiltà fit-tul tiegħu. |
|
(26) |
F’Ġunju 2013, l-HFSF injetta EUR 570 miljun fil-Bank fil-qafas tar-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013 (11). |
1.2.2. Proċedura relatata mal-operazzjonijiet Griegi tal-Bank of Cyprus, Cyprus Popular Bank u Hellenic Bank (“it-tliet Banek Ċiprijotti”)
|
(27) |
Wara l-laqgħa straordinarja tal-Grupp tal-euro (12) fil-15 ta’ Marzu 2013, l-awtoritajiet Ċiprijotti u l-Unjoni Ewropea, il-Fond Monetarju Internazzjonali (“FMI”) u l-Bank Ċentrali Ewropew (“BĊE”) laħqu ftehim politiku fuq il-politika li hija l-bażi ta’ programm ta’ aġġustament makroekonomiku ġejjieni. B’mod partikolari, kien maqbul, fost l-oħrajn, li l-operazzjonijiet tat-tliet Banek Ċiprijotti fil-Greċja jiġu ttrasferiti lil bank Grieg. |
|
(28) |
Il-Bank u l-banek Griegi l-oħrajn esprimew interess fl-akkwiżizzjoni tal-operazzjonijiet tat-tliet Banek Ċiprijotti fil-Greċja. |
|
(29) |
Fit-22 ta’ Marzu 2013, l-HFSF ta l-kunsens tiegħu sabiex il-Bank jagħmel offerta għall-akkwiżizzjoni tal-fergħat Griegi, tad-depożiti u tas-self tat-tliet Banek Ċiprijotti. L-offerta tal-Bank kienet kondizzjonali fuq il-ħtieġa li l-HFSF jipprovdi ekwità lill-Bank f’ammont ugwali għall-prezz imħallas għall-ekwità tan-negozju akkwistat. |
|
(30) |
L-awtoritajiet Griegi u l-HFSF żammew lis-servizzi tal-Kummissjoni informati mill-qrib kemm dwar l-evoluzzjoni tal-proċess, kif ukoll dwar it-termini tal-akkwiżizzjoni. |
|
(31) |
Fis-26 ta’ Marzu 2013, il-Bank iffirma ftehim ta’ bejgħ u trasferiment ma’ kull wieħed mit-tliet Banek Ċiprijotti fir-rigward tal-attivitajiet Griegi tagħhom (id-depożiti, is-self u n-netwerk tal-fergħat). |
|
(32) |
Kif ġie maqbul f’Marzu 2013, l-HFSF injetta EUR 524 miljun ta’ kapital fil-Bank (13) sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet kapitali li rriżultaw mill-akkwiżizzjoni ta’ dawk l-assi. |
2. DESKRIZZJONI
2.1. IL-BANK U D-DIFFIKULTAJIET TIEGĦU
2.1.1. Il-kuntest ġenerali tas-settur bankarju Grieg
|
(33) |
Il-prodott domestiku gross (“PDG”) reali tal-Greċja naqas b’20 % mill-2008 sal-2012, kif muri fit-Tabella 1. B’riżultat ta’ dan, il-banek Griegi ffaċċjaw rata ta’ inadempjenza li kompliet tiżdied b’mod rapidu fuq is-self mogħti lill-familji u lill-kumpaniji Griegi (14). Dawk l-iżviluppi affettwaw ir-rendiment tal-assi tal-banek Griegi b’mod negattiv u wasslu għal ħtiġijiet kapitali. Tabella 1 It-Tkabbir Reali tal-PDG fil-Greċja, 2008-2013
|
|||||||||||||||||||||||
|
(34) |
Barra minn hekk, fi Frar 2012, il-Greċja implimentat skambju ta’ bonds fis-settur privat magħruf bħala Parteċipazzjoni tas-Settur Privat (“il-programm PSI”). Il-banek Griegi kienu involuti fil-programm PSI, li matulu l-gvern Grieg offra lid-detenturi tal-bonds privati eżistenti b’titoli ġodda (inklużi Bonds tal-Gvern Grieg (“GGBs”) ġodda, titoli marbuta mal-PDG u noti ta’ ħlas tal-PSI maħruġa mill-Fond Ewropew għall-Istabbiltà Finanzjarja (“EFSF”)) inkambju għall-GGBs eżistenti, bi skont nominali ta’ 53,5 % u maturitajiet itwal (15). L-awtoritajiet Griegi ħabbru r-riżultati ta’ dak l-iskambju ta’ bonds fid-9 ta’ Marzu 2012 (16). L-iskambju rriżulta f’telf sinifikanti għad-detenturi tal-bonds (stmat mill-Bank of Greece bħala 78 % tal-ammont nominali tal-GGBs l-antiki bħala medja għall-banek Griegi) u ħtiġijiet kapitali li kienu rreġistrati b’mod retroattiv fir-rapporti finanzjarji tal-banek Griegi għall-2011. It-telf totali tal-banek Griegi ewlenin minħabba l-PSI huwa miġbur fil-qosor fit-Tabella 2. Tabella 2 Telf totali tal-banek Griegi ewlenin minħabba l-PSI (f’miljuni ta’ EUR)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(35) |
Minħabba li l-banek Griegi ffaċċjaw nuqqasijiet ta’ kapital sostanzjali bħala riżultat tal-programm PSI u r-reċessjoni kontinwa, il-Memorandum ta’ Politiki Ekonomiċi u Finanzjarji (“MPEF”) tat-Tieni Programm ta’ Aġġustament għall-Greċja bejn il-gvern Grieg, l-Unjoni Ewropea, l-FMI u l-BĊE, datat il-11 ta’ Marzu 2012, għamel fondi disponibbli għar-rikapitalizzazzjoni ta’ dawk il-banek. L-awtoritajiet Griegi stmaw li l-ħtiġijiet tar-rikapitalizzazzjoni u l-ispejjeż tar-riżoluzzjoni totali tal-bank, li għandhom jiġu ffinanzjati taħt dak il-programm, kienu ta’ EUR 50 biljun (17). Dak l-ammont kien ikkalkolat fuq il-bażi ta’ test tal-istress imwettaq mill-Bank of Greece għall-perjodu li beda f’Diċembru 2011 u li jiġi fi tmiemu f’Diċembru 2014 (“it-test tal-istress tal-2012”), li kien jiddependi fuq il-previżjoni tat-telf mis-self imwettqa minn Blackrock (18). Il-fondi għar-rikapitalizzazzjoni tal-banek Griegi huma disponibbli permezz tal-HFSF. It-tabella 3 tiġbor fil-qosor il-kalkolazzjoni tal-ħtiġijiet kapitali għall-banek Griegi ewlenin kif jirriżultaw mit-test tal-istress tal-2012. Tabella 3 Test tal-istress tal-2012: Il-ħtiġijiet kapitali tal-banek Griegi ewlenin (f’miljuni ta’ EUR)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(36) |
Skont l-MPEF ta’ Marzu 2012, “il-banek li jissottomettu pjanijiet vijabbli ta’ ġbir tal-kapital jingħataw l-opportunità li japplikaw għal u jirċievu appoġġ pubbliku b’mod li jippreserva inċentivi fis-settur privat għall-injezzjoni ta’ kapital u b’hekk jitnaqqas il-piż għall-kontribwenti” (19). Il-Bank of Greece sab li kienu biss l-akbar erba’ banek (Eurobank, National Bank of Greece, il-Bank u Alpha Bank) li ssottomettew pjanijiet vijabbli ta’ ġbir tal-kapital (20). Huma rċevew l-ewwel rikapitalizzazzjoni mill-HFSF f’Mejju 2012. |
|
(37) |
Id-depożiti domestiċi fil-banek fil-Greċja naqsu b’37 % b’kollox bejn l-aħħar tal-2009 u Ġunju 2012 minħabba r-reċessjoni u l-inċertezza politika. Dawk il-banek kellhom iħallsu rati tal-imgħax ogħla sabiex jipprovaw iżommu d-depożiti. L-ispejjeż tad-depożiti żdiedu, filwaqt li l-marġini tal-imgħax nett tal-banek naqas. Minħabba li l-banek Griegi ma komplewx joperaw fis-swieq tal-finanzjament tal-operaturi, huma saru kompletament dipendenti fuq il-finanzjament tal-Eurosistema (21), li porzjon dejjem jikber minnu kien fil-forma ta’ ELA garantita mill-Istat mogħtija mill-Bank of Greece. |
|
(38) |
Fit-3 ta’ Diċembru 2012, il-Greċja nediet programm ta’ xiri lura fuq il-GGBs ġodda riċevuti mill-investituri fil-qafas tal-programm PSI, bi prezzijiet li jvarjaw minn 30,2 % sa 40,1 % tal-valur nominali tagħhom (22). Il-banek Griegi pparteċipaw f’dak il-programm ta’ xiri lura li kkristallizza t-telf ulterjuri fuq il-karti tal-bilanċ tagħhom, minħabba li ħafna mit-telf tal-kontabbiltà (jiġifieri, id-differenza bejn il-valur fis-suq u l-valur nominali) irreġistrat fuq dawk il-GGBs ġodda fiż-żmien tal-programm PSI kien sar definittiv u irriversibbli (23). |
|
(39) |
F’Diċembru 2012, l-akbar erba’ banek Griegi rċevew it-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja mill-HFSF. |
|
(40) |
Fir-rebbiegħa tal-2013, ir-rikapitalizzazzjoni tranżitorja tal-erba’ banek ġiet ikkonvertita f’rikapitalizzazzjoni permanenti f’ishma ordinarji, bl-HFSF iżomm aktar minn 80 % tal-parteċipazzjoni azzjonarja ta’ kull wieħed mill-erba’ banek. Għall-banek li rnexxielhom jattiraw ammont stabbilit minn qabel ta’ kapital privat (il-Bank, Alpha Bank u National Bank of Greece), l-HFSF irċieva ishma mingħajr vot, filwaqt li l-investituri privati ngħataw ċertifikati tal-ishma tal-HFSF. |
|
(41) |
F’Lulju 2013, il-Bank of Greece kkummissjona konsulent sabiex iwettaq studju dijanjostiku fuq il-portafolli tas-self tal-banek Griegi kollha. Dak il-konsulent wettaq projezzjonijiet tat-telf ta’ kreditu (“CLPs”) fuq il-kotba tas-self domestiċi kollha tal-banek Griegi, kif ukoll fuq is-self li jġorr riskju Grieg fil-fergħat barranin u s-sussidjarji fuq medda ta’ tliet snin u nofs u fuq orizzont tul il-ħajja ta’ self. L-analiżi pprovdiet CLPs taħt żewġ xenarji makroekonomiċi, xenarju bażi u xenarju avvers. Is-CLPs għall-portafolli tas-self barranin ġew stmati mill-Bank of Greece permezz ta’ kontribut mill-konsulent. |
|
(42) |
Abbażi tal-valutazzjoni tas-CLPs mill-konsulent, fil-ħarifa 2013, il-Bank of Greece nieda eżerċizzju ġdid ta’ test tal-istress (“it-test tal-istress tal-2013”) sabiex jivvaluta r-robustezza tal-pożizzjoni kapitali tal-banek Griegi kemm taħt xenarju bażi kif ukoll taħt xenarju avvers. Il-Bank of Greece wettaq il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet kapitali bl-appoġġ tekniku tat-tieni konsulent. |
|
(43) |
Il-komponenti ewlenin tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet kapitali skont it-test tal-istress tal-2013 kienu (i) is-CLPs (24) fuq il-portafolli tas-self tal-banek fuq bażi kkonsolidata għar-riskju Grieg u għar-riskju barrani, nett tar-riżervi tas-self eżistenti, u (ii) il-profittabbiltà operattiva stmata tal-banek għall-perjodu minn Ġunju 2013 sa Diċembru 2016, abbażi ta’ aġġustament konservattiv tal-pjanijiet ta’ ristrutturar li ġew sottomessi lill-Bank of Greece matul ir-raba’ kwart tal-2013. It-tabella 4 tiġbor fil-qosor il-kalkolazzjoni tal-ħtiġijiet kapitali għall-banek Griegi ewlenin fuq bażi kkonsolidata taħt ix-xenarju bażi għal dak it-test tal-istress tal-2013. Tabella 4 Test tal-istress tal-2013: Il-ħtiġijiet kapitali tal-banek Griegi fuq bażi kkonsolidata fix-xenarju bażi (f’miljuni ta’ EUR)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(44) |
Fis-6 ta’ Marzu 2014, il-Bank of Greece ħabbar ir-riżultati tat-test tal-istress tal-2013 u talab lill-banek sabiex jissottomettu, sa nofs April 2014, il-pjanijiet tagħhom għall-ġbir tal-kapital sabiex ikopru l-ħtiġijiet kapitali taħt ix-xenarju bażi. |
|
(45) |
Bejn l-aħħar ta’ Marzu 2014 u l-bidu ta’ Mejju 2014, il-banek ipproċedew b’żidiet kapitali. |
2.1.2. Il-benefiċjarju
|
(46) |
Il-Bank jipprovdi servizzi bankarji universali primarjament fil-Greċja u fl-Ewropa Ċentrali, tal-Lvant u tax-Xlokk (ir-Rumanija, il-Bulgarija, is-Serbja, l-Albanija, l-Ukraina u Ċipru), kif ukoll fl-Eġittu. Huwa joffri firxa sħiħa ta’ prodotti u servizzi bankarji u finanzjarji lil familji u negozji. Huwa attiv fl-operazzjonijiet bankarji privati, korporattivi u għall-konsumaturi, fil-ġestjoni tal-assi, fit-teżor u fl-operazzjonijiet bankarji ta’ investiment. Il-Bank huwa inkorporat fil-Greċja u l-ishma tiegħu huma elenkati fuq il-Borża ta’ Ateni. Fit-30 ta’ Diċembru 2012, il-Bank impjega total ta’ 18 597 ruħ (28). |
|
(47) |
Il-Bank ipparteċipa fil-programm PSI, fejn kellu ċ-ċans jiskambja GGBs u self relatat mal-Istat b’valur nominali ta’ EUR 7,7 biljun. Il-ħlas totali tiegħu relatat mal-PSI kien jammonta għal madwar EUR 5 911 miljun qabel it-taxxa u kien irreġistrat kompletament fil-kontijiet tiegħu tal-2011 (29). Matul il-programm ta’ xiri lura ta’ Diċembru 2012, il-Bank biegħ il-GGBs ġodda li kien irċieva fil-qafas tal-PSI bi skont qawwi għall-valur nominali. Dak il-bejgħ ikkristallizza t-telf tiegħu fuq il-GGBs il-ġodda. |
|
(48) |
Il-figuri ewlenin tal-Bank f’Diċembru 2010, Diċembru 2011, Diċembru 2012 u Diċembru 2013 (dejta kkonsolidata) huma ppreżentati fit-Tabella 5. Tabella 5 Figuri ewlenin ta’ Piraeus Bank, 2010, 2011, 2012 u 2013
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(49) |
It-Tabella 5 tispjega li, minbarra t-telf qawwi li rreġistra fl-2011 minħabba l-programm PSI (EUR 5 911 miljun (31)), il-Bank sofra minn tnaqqis fid-dħul (minħabba, fost raġunijiet oħrajn, l-ispejjeż ogħla tad-depożiti) u minn telf għoli u dejjem jiżdied minn indeboliment fuq il-portafolli tas-self tiegħu fil-Greċja u barra l-pajjiż sa nofs l-2012. Il-pożizzjoni tal-likwidità tal-Bank intlaqtet ħażin mill-ħruġ tad-depożiti. Dik is-sitwazzjoni tjiebet kemxejn wara li l-Bank beda jagħmel l-akkwiżizzjonijiet f’Lulju 2012. |
|
(50) |
Skont it-test tal-istress tal-2013, il-Bank of Greece kkalkula l-ħtiġijiet kapitali tal-Bank f’EUR 465 miljun għax-xenarju bażi. |
|
(51) |
F’Marzu 2014, il-Bank ipproċeda b’żieda kapitali ta’ EUR 1 752 miljun sabiex ikopri l-ħtiġijiet kapitali msemmija fil-premessa 50 u sabiex iħallas lura s-somma ta’ EUR 940 miljun f’ishma privileġġati miżmuma mill-Greċja (32). B’kuntrast maż-żieda fil-kapital ta’ Eurobank ta’ April 2014, l-HFSF ma impenjax ruħu mal-Bank li jinjetta kapital fil-qafas taż-żieda kapitali f’każ ta’ domanda privata insuffiċjenti. Iż-żieda fil-kapital tal-Bank inkisbet permezz ta’ offerta ta’ ekwità mingħajr prelazzjoni (jiġifieri żieda fil-kapital b’kanċellazzjoni tad-drittijiet ta’ prelazzjoni tal-azzjonisti) lill-investituri internazzjonali u permezz ta’ offerta pubblika fil-Greċja. Il-prezz tas-sottoskrizzjoni kien iffissat bħala EUR 1,7 għal kull sehem. |
|
(52) |
Wara ż-żieda fil-kapital, fit-22 ta’ Mejju 2014, il-Bank ħabbar li huwa kien feda l-ishma privileġġati lill-Greċja, għal ammont totali ta’ EUR 750 miljun (33). |
2.2. L-AKKWIŻIZZJONIJIET MILL-BANK TAL-ATTIVITAJIET BANKARJI GRIEGI
2.2.1. L-akkwiżizzjoni ta’ ATE
|
(53) |
ATE twaqqfet fl-1929 bħala organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ mill-Greċja. Sal-bidu tas-snin disgħin (1990s), ATE kienet istituzzjoni finanzjarja speċjalizzata li kienet tappoġġja l-iżvilupp tas-settur agrikolu f’isem l-Istat Grieg. F’Diċembru 2000, il-kumpanija kienet elenkata fuq il-Borża ta’ Ateni. Fl-14 ta’ Novembru 2011, il-Greċja kienet l-azzjonista prinċipali ta’ ATE b’sehem ta’ 89,9 %. |
|
(54) |
ATE kienet topera fl-attivitajiet bankarji kollha, kemm dawk għall-konsumaturi kif ukoll dawk għall-kumpaniji, kienet tipprovdi servizzi finanzjarji bħal attivitajiet ta’ assigurazzjoni u attivitajiet ta’ kiri u kellha parteċipazzjonijiet kbar f’kumpaniji li joperaw f’setturi mhux finanzjarji, inkluż fl-industrija tal-produzzjoni taz-zokkor u fl-industrija tal-produzzjoni ta’ prodotti magħmula mill-ħalib. |
|
(55) |
F’Lulju 2012, ATE offriet is-servizzi tagħha permezz tan-netwerk tagħha ta’ 468 fergħa u kienet timpjega 5 024 persuna. F’Lulju 2012, id-depożiti totali tagħha kienu jammontaw għal EUR 14,9 biljun għal assi totali ta’ EUR 21,8 biljun (34). |
|
(56) |
Sa mill-2006, ATE kienet bdiet toffri wkoll is-servizzi tagħha barra mill-Greċja b’sehem ta’ 74 % f’ATE Bank Romania u b’sehem ta’ 20,3 % tal-kapital azzjonarju komuni u 25 % tal-ishma privileġġati f’AIKBanka Serbia. |
|
(57) |
Id-diffikultajiet ta’ ATE tfaċċaw qabel il-kriżi sovrana tal-Greċja primarjament bħala riżultat tal-kwalità ħażina tal-assi u tal-profittabbiltà tradizzjonalment baxxa qabel l-indeboliment. Barra minn hekk, il-kriżi sovrana tal-Greċja affettwat lill-banek Griegi kollha, inkluż ATE, b’żewġ modi: (i) it-telf tal-aċċess tal-Greċja għas-swieq tad-dejn internazzjonali affettwa severament il-pożizzjoni tal-likwidità tal-banek Griegi u (ii) il-kwalità tal-assi ddeterjorat u l-indebolimenti żdiedu. |
|
(58) |
F’April 2011, il-Greċja injettat EUR 1 445 miljun f’ATE (inkluża s-somma ta’ EUR 675 miljun oriġinarjament mogħtija taħt il-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni Griega). Barra minn hekk, il-bank ATE rċieva appoġġ ta’ likwidità li kien jammonta għal EUR 6 103 miljun. Il-Kummissjoni approvat dawk il-miżuri fid-Deċiżjoni dwar ir-Ristrutturar ta’ ATE. |
|
(59) |
Madankollu, fit-tieni nofs tal-2011, is-sitwazzjoni tal-kapital ta’ ATE ddeterjorat l-aktar minħabba l-parteċipazzjoni tiegħu fil-programm PSI. Kif muri fit-Tabella 2, il-ħlas totali tiegħu relatat mal-PSI kien jammonta għal madwar EUR 4 329 miljun qabel it-taxxa u kien kompletament irreġistrat fil-kontijiet tiegħu għall-2011. Kif muri fit-Tabella 3, il-ħtiġijiet kapitali tal-Attivitajiet Ittrasferiti ta’ ATE kienu stmati bħala EUR 4 920 miljun. |
|
(60) |
Fit-22 ta’ Marzu 2012, il-Greċja ssottomettiet rapport mill-Bank of Greece li kien qiegħed jipproponi r-riżoluzzjoni ta’ ATE permezz ta’ proċedura ta’ Xiri u Suppożizzjoni fir-rigward tal-Attivitajiet Ittrasferiti ta’ ATE, filwaqt li l-assi u l-obbligazzjonijiet li jifdal għandhom jiġu riżolti minn bank ħażin. Il-Bank u bank Grieg kbir ieħor issottomettew offerti mhux vinkolanti lill-HFSF. Fis-26 ta’ Lulju 2012, il-Bord tad-Diretturi tal-HFSF approva l-offerta tal-Bank. |
|
(61) |
Fis-27 ta’ Lulju 2012, il-Bank of Greece pproċeda bit-trasferiment tal-Attivitajiet Ittrasferiti ta’ ATE lill-Bank (35). |
|
(62) |
Billi l-Attivitajiet Ittrasferiti ta’ ATE kien fihom inqas assi b’valur ġust minn obbligazzjonijiet, l-HFSF, b’konformità mad-deċiżjoni tal-Bank of Greece tat-28 ta’ Jannar 2013, kellu jpatti għad-differenza bejn l-assi ttrasferiti u l-obbligazzjonijiet ittrasferiti, jiġifieri, id-diskrepanza tal-likwidità. Il-Bank of Greece kkonkluda, abbażi tal-figuri vverifikati, li d-diskrepanza tal-likwidità sejra tkun ta’ EUR 7 471 miljun u l-HFSF ipprovda lill-Bank b’bonds tal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (“bonds tal-EFSF”) b’valur ta’ EUR 7 471 miljun. |
|
(63) |
Barra minn hekk, l-HFSF impenja ruħu li jipprovdi kapital lill-Bank, sabiex l-Attivitajiet Ittrasferiti ta’ ATE jiġu kapitalizzati sa 9 %. Dak l-ammont kien inizjalment stmat bħala EUR 500 miljun, iżda l-ammont finali kien stabbilit bħala EUR 570 miljun. L-HFSF injetta l-ammont finali fil-Bank kontra l-ishma ordinarji fil-qafas tar-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013. |
|
(64) |
Il-Bank akkwista l-Attivitajiet Ittrasferiti ta’ ATE għal prezz tax-xiri ta’ EUR 95 miljun. |
2.2.2. L-akkwiżizzjoni ta’ Geniki
|
(65) |
Geniki ġie stabbilit fl-1937. Geniki pprovda servizzi finanzjarji fis-setturi tas-servizzi bankarji għall-konsumaturi, tas-servizzi bankarji korporattivi u tas-servizzi fis-swieq tal-kapital. Fl-2004, Société Générale akkwistat il-maġġoranza tal-ishma ta’ Geniki. Fil-31 ta’ Diċembru 2012, Geniki kien qiegħed jopera b’104 fergħat u kien jimpjega 1 391 impjegat (36). L-assi totali kienu jammontaw għal EUR 2,6 biljun, is-self nett totali għal EUR 1,9 biljun u d-depożiti għal madwar EUR 2 biljun (37). |
|
(66) |
Il-kriżi sovrana tal-Greċja kellha impatt negattiv ħafna fuq ir-rendiment tas-settur bankarju. Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni tal-banek Griegi fil-programm PSI wasslet għal deterjorazzjoni rapida tas-sitwazzjoni kapitali tagħhom. Kif muri fit-Tabella 2, il-ħlas totali ta’ Geniki relatat mal-PSI kien jammonta għal madwar EUR 292 miljun qabel it-taxxa u kien kompletament irreġistrat fil-kontijiet tiegħu għall-2011. Kif muri fit-Tabella 3, il-ħtiġijiet kapitali ta’ Geniki kienu stmati bħala EUR 281 miljun u ġew ikkalkolati fuq il-bażi ta’ test tal-istress imwettaq mill-Bank of Greece. |
|
(67) |
F’Ġunju 2012, Société Générale avviċinat lill-erba’ banek Griegi kbar kollha f’tentattiv sabiex tbigħ lil Geniki. Il-Bank kien l-uniku wieħed interessat li jakkwista lil Geniki. |
|
(68) |
In-negozjati bejn Société Générale u l-Bank għall-bejgħ ta’ Geniki wasslu għal qbil uffiċjali fid-19 ta’ Ottubru 2012 li: (i) Société Générale tbigħ u l-Bank jixtri s-sehem ta’ 99,08 % li għandha Société Générale f’Geniki, kif ukoll li (ii) Société Générale tassenja u tittrasferixxi u l-Bank jakkwista 100 % tal-avvanzi tal-kapital azzjonarju ta’ Geniki li kkonkludiet Société Générale u li sejra tikkonkludi fil-ġejjieni. Fl-aħħar mill-aħħar, Société Générale qablet li tagħmel ħlas bil-quddiem ta’ madwar EUR 290 miljun lil Geniki u li tissottoskrivi bond maħruġ mill-Bank għal ammont ta’ madwar EUR 170 miljun. Il-Bank imbagħad akkwista lil Geniki għal EUR 1 miljun. |
|
(69) |
Fl-14 ta’ Diċembru 2012, il-Bank ħabbar li l-akkwiżizzjoni tas-sehem ta’ Société Générale f’Geniki kienet tlestiet. |
2.2.3. L-akkwiżizzjoni tal-operazzjonijiet Griegi tat-tliet Banek Ċiprijotti
|
(70) |
Il-Bank of Cyprus, is-Cyprus Popular Bank u l-Hellenic Bank twaqqfu fl-1899, fl-1901 u fl-1976, rispettivament. |
|
(71) |
Wara l-laqgħa straordinarja tal-Grupp tal-euro fil-15 ta’ Marzu 2013, intlaħaq qbil fuq il-parametri ewlenin ta’ pjan ta’ salvataġġ għal Ċipru mill-Unjoni Ewropea, mill-FMI u mill-BĊE. Il-Hellenic Systemic Stability Board (“HSSB”) ippropona b’mod unanimu t-trasferiment tal-assi u l-obbligazzjonijiet Griegi tal-fergħat tat-tliet Banek Ċiprijotti fil-Greċja lil bank Grieg eżistenti. B’mod partikolari, l-HSSB iddikjara li “l-[…] (*3) ftehim jiggarantixxi b’mod sħiħ li d-depożituri tal-fergħat Griegi [tat-tliet Banek Ċiprijotti], jissalvagwardja l-interess pubbliku Grieg u l-istabbiltà finanzjarja u ma jikkawżax il-piż tad-dejn pubbliku Grieg”. |
|
(72) |
Il-Bank of Greece ġie assenjat sabiex jesplora l-interess potenzjali mill-banek Griegi u, f’dan il-kuntest, għamel stedina għal espressjoni tal-interess. Barra minn hekk, l-HFSF qabel li jkopri l-ħtiġijiet kapitali (tal-akkwirent) li jirriżultaw mill-akkwiżizzjoni tal-fergħat Griegi tat-tliet Banek Ċiprijotti. |
|
(73) |
It-tabella 6 tiġbor fil-qosor l-assi u l-obbligazzjonijiet tat-tliet Banek Ċiprijotti, li fl-aħħar mill-aħħar ġew ittrasferiti lill-Bank (“Attivitajiet Ċiprijotti Ttrasferiti”). Tabella 6 Attivitajiet Ittrasferiti tat-tliet Banek Ċiprijotti
|
||||||||||||
|
(74) |
L-assi ttrasferiti lill-Bank kienu jammontaw għal madwar EUR 18,9 biljun u l-obbligazzjonijiet kienu jammontaw għal madwar EUR 15-il biljun. Madankollu, il-partijiet għat-tranżazzjoni qablu li jieħdu f’kunsiderazzjoni l-ammont ta’ telf li kien previst fir-rapport tal-PIMCO għall-banek f’Ċipru, taħt xenarju avvers (38). Skont ir-rapport ta’ PIMCO, il-valur tal-assi li kellhom jiġu ttrasferiti lill-Bank kienu jammontaw għal madwar EUR 16,5 biljun. L-obbligazzjonijiet ittrasferiti kienu jammontaw għal madwar EUR 14,5 biljun. |
|
(75) |
Fil-21 u fit-22 ta’ Marzu 2013, kien hemm tliet banek biss, inkluż il-Bank, li ssottomettew offerti mhux vinkolanti. |
|
(76) |
Fit-22 ta’ Marzu 2013, l-HFSF ta l-kunsens tiegħu għall-akkwiżizzjoni tal-operazzjonijiet tat-tliet Banek Ċiprijotti fil-Greċja mill-Bank. Il-kunsiderazzjoni totali mħallsa mill-Bank għall-akkwiżizzjoni tal-Attivitajiet Ittrasferiti tal-Banek Ċiprijotti kienet ta’ EUR 524 miljun. B’mod partikolari, kien maqbul li l-Bank iħallas EUR 237 miljun għall-akkwiżizzjoni tal-attivitajiet ittrasferiti tal-Bank of Cyprus, EUR 258 miljun għall-akkwiżizzjoni tal-attivitajiet ittrasferiti tas-Cyprus Popular Bank u EUR 29 miljun għall-akkwiżizzjoni tal-attivitajiet ittrasferiti tal-Hellenic Bank. |
|
(77) |
F’Ġunju 2013, fil-qafas tar-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013 (39) l-HFSF injetta EUR 524 miljun ta’ kapital fil-Bank sabiex ikopri l-prezz tax-xiri mħallas mill-Bank. |
2.2.4. L-akkwiżizzjoni ta’ MBG
|
(78) |
MBG ġie stabbilit fis-sena 2000. Fil-31 ta’ Diċembru 2012, MBG kien qiegħed jopera 119-il fergħa u jimpjega 1 174 impjegat (40). |
|
(79) |
Fit-22 ta’ April 2013, il-Bank iffirma ftehim definittiv ma’ BCP rigward l-akkwiżizzjoni tal-kapital azzjonarju kollu ta’ MBG u l-parteċipazzjoni ta’ BCP f’żieda tal-kapital li jmiss tal-Bank. |
|
(80) |
Skont dak il-ftehim, BCP jikkontribwixxi EUR 400 miljun għar-rikapitalizzazzjoni regolatorja ta’ MBG (li EUR 139 miljun minnhom diġà kienu ġew kontribwiti minn BCP f’Diċembru 2012) permezz tal-konverżjoni ta’ krediti subordinati u privileġġati minn BCP lil MBG f’ekwità. Barra minn hekk, il-finanzjament kollu pprovdut minn BCP lil MBG fil-passat jiġi rrimborżat minn tal-aħħar f’żewġ ħlasijiet parzjali: EUR 650 miljun jitħallsu fid-data tal-għeluq tat-tranżazzjoni u l-ammont ta’ madwar EUR 250 miljun jitħallas fi żmien sitt xhur mill-għeluq. Fl-aħħar nett, BCP jikkontribwixxi EUR 400 miljun għar-rikapitalizzazzjoni tal-Bank permezz ta’ kollokament privat bl-esklużjoni tad-drittijiet ta’ prelazzjoni. Imbagħad, il-Bank jakkwista l-MBG rikapitalizzat b’mod sħiħ għal EUR 1 miljun. |
|
(81) |
Fid-19 ta’ Ġunju 2013, il-Bank ħabbar it-tlestija tal-akkwiżizzjoni ta’ MBG. |
2.2.5. Ħarsa ġenerali lejn l-effett ikkombinat tal-akkwiżizzjonijiet
|
(82) |
It-tabella 7 tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-effett tal-akkwiżizzjonijiet suċċessivi fuq id-daqs u l-forma tal-Bank fil-Greċja (ebda waħda mill-entitajiet akkwistati ma kienet tinkludi assi barranin, ħlief għall-Attivitajiet Ittrasferiti ta’ ATE, li fihom xi assi Rumeni żgħar). B’riżultat ta’ dawk l-akkwiżizzjonijiet, il-Bank issa għandu l-akbar sehem mis-suq fis-suq Grieg tas-self u tad-depożiti. Tabella 7 L-effett tal-akkwiżizzjonijiet suċċessivi fuq id-daqs ta’ Piraeus fil-Greċja
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2.3. IL-MIŻURI TA’ GĦAJNUNA
2.3.1. Il-miżuri ta’ għajnuna mogħtija lill-Bank taħt l-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi (il-miżuri L1 u A)
|
(83) |
Il-Bank kiseb diversi forom ta’ għajnuna taħt l-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi, taħt il-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni, il-miżura ta’ garanzija u l-miżura ta’ self obbligazzjonarju tal-gvern. |
2.3.1.1. Appoġġ ta’ likwidità mill-Istat mogħti taħt il-miżura ta’ garanzija u l-miżura ta’ self obbligazzjonarju tal-gvern (il-miżura L1)
|
(84) |
Il-Bank ibbenefika u qiegħed ikompli jibbenefika minn għajnuna taħt il-miżura ta’ garanzija u l-miżura ta’ self obbligazzjonarju tal-gvern. Dik l-għajnuna sejra tiġi deskritta f’din id-Deċiżjoni bħala l-“miżura L1”. Fl-2010, il-Bank ħareġ bonds garantiti mill-Istat li kienu jammontaw għal total ta’ EUR 9,9 biljun. Il-Greċja sellfet ukoll bonds tal-gvern f’valur ta’ EUR 1 289 miljun lill-Bank. Fl-aħħar ta’ Marzu 2014, l-ammont pendenti ta’ bonds tal-gvern kien ta’ EUR 1 024 miljun (41). |
|
(85) |
Fil-pjan ta’ ristrutturar għall-Bank, li ġie sottomess mill-awtoritajiet Griegi lill-Kummissjoni fil-25 ta’ Ġunju 2014, l-awtoritajiet Griegi talbu awtorizzazzjoni sabiex ikomplu jagħtu garanziji u bonds tal-gvern għal self lill-Bank taħt l-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi matul il-perjodu tar-ristrutturar, f’każ li tinħass il-ħtieġa għal tali appoġġ ta’ likwidità, għalkemm dan mhuwiex mistenni li jseħħ. |
2.3.1.2. Rikapitalizzazzjoni mill-Istat mogħtija taħt il-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni (il-miżura A)
|
(86) |
F’Mejju 2009 u Diċembru 2011, il-Bank irċieva mingħand il-Greċja, taħt il-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni tal-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi, injezzjonijiet kapitali ta’ EUR 370 miljun u EUR 380 miljun, rispettivament, li jammontaw għal total ta’ EUR 750 miljun (il-miżura A), ekwivalenti għal madwar 2,1 % tal-assi mwieżna għar-riskji (“RWA”) (42) tal-Bank f’dak iż-żmien. |
|
(87) |
Ir-rikapitalizzazzjoni ħadet il-forma ta’ ishma privileġġati sottoskritti mill-Greċja, li kellhom kupun ta’ 10 % u maturità ta’ ħames snin. |
|
(88) |
Il-Bank feda l-ishma privileġġati fit-22 ta’ Mejju 2014, kif deskritt fil-premessa (52). |
2.3.2. ELA garantita mill-Istat (il-miżura L2)
|
(89) |
ELA hija miżura eċċezzjonali li tippermetti lil istituzzjoni finanzjarja solventi, li tkun qiegħda tiffaċċja problemi ta’ likwidità temporanji, sabiex tirċievi finanzjament mill-Eurosistema mingħajr ma tali operazzjoni tkun parti mill-politika monetarja unika. Ir-rata tal-imgħax imħallsa minn istituzzjoni finanzjarja għal ELA hija […] (*4) punti bażi (“bps”) ogħla mill-imgħax li tħallas għal rifinanzjament regolari mill-Bank Ċentrali. |
|
(90) |
Il-Bank of Greece huwa responsabbli mill-programm ta’ ELA, li jfisser li kwalunkwe spiża ta’, u r-riskji li jirriżultaw mill-provvediment ta’ ELA jinġarru mill-Bank of Greece (43). Il-Greċja tat lill-Bank of Greece garanzija mill-Istat li tapplika għall-ammont totali ta’ ELA mogħtija mill-Bank of Greece. L-adozzjoni tal-Artikolu 50(7) tal-liġi 3943/2011, li emendat l-Artikolu 65(1) tal-liġi 2362/1995, ippermettiet lill-Ministru tal-Finanzi jagħti garanziji f’isem l-Istat lill-Bank of Greece bil-għan li jissalvagwardja l-pretensjonijiet tal-Bank of Greece kontra l-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Il-banek li jibbenefikaw minn ELA għandhom iħallsu miżata ta’ garanzija lill-Istat li tammonta għal […] bps. |
|
(91) |
Fil-31 ta’ Diċembru 2011, il-Bank ibbenefika minn EUR 11,64 biljun ta’ ELA garantita mill-Istat, filwaqt li fil-31 ta’ Diċembru 2012, il-Bank ibbenefika minn EUR 31,4 biljun ta’ ELA garantita mill-Istat (44). Wara tnaqqis qawwi fl-2013, fl-aħħar ta’ dik is-sena, il-Bank ibbenefika minn EUR 750 miljun biss ta’ ELA garantita mill-Istat. |
2.3.3. Il-miżuri ta’ għajnuna mogħtija lill-Bank permezz tal-HFSF (il-miżuri B1, B2, B3 u B4)
|
(92) |
Sa mill-2012, il-Bank ibbenefika minn diversi miżuri ta’ appoġġ kapitali mogħtija mill-HFSF. It-tabella 8 tipprovdi ħarsa ġenerali lejn dawk il-miżuri ta’ għajnuna. Tabella 8 Il-miżuri ta’ għajnuna mogħtija lill-Bank permezz tal-HFSF
|
2.3.3.1. L-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja (il-miżura B1)
|
(93) |
Il-premessi 14 sa 33 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Piraeus jagħtu deskrizzjoni ddettaljata tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja ta’ Mejju 2012 (il-miżura B1). L-isfond u l-karatteristiċi ewlenin ta’ dik il-miżura huma stabbiliti f’din it-taqsima. |
|
(94) |
Fl-20 ta’ April 2012, l-HFSF ipprovda ittra lill-Bank li fiha impenja ruħu li sejjer jipparteċipa f’żieda ppjanata ta’ kapital azzjonarju tal-Bank għal ammont sa EUR 5 biljun. |
|
(95) |
Taħt il-miżura B1, l-HFSF ittrasferixxa EUR 4,7 biljun ta’ bonds tal-EFSF lill-Bank f’Mejju 2012, b’konformità mad-dispożizzjonijiet għar-rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji stipulati fil-liġi 3864/2010, li tistabbilixxi l-HFSF (“il-liġi dwar l-HFSF”). Fil-premessa (53) tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Piraeus, il-Kummissjoni stabbilixxiet li “Ir-rikapitalizzazzjoni tranżitorja ffinalizzata fit-28 ta’ Mejju 2012 hija l-implimentazzjoni tal-obbligu mwettaq fl-ittra ta’ impenn u, b’hekk, hija kontinwazzjoni tal-istess għajnuna”. Il-Bank of Greece kkalkula kemm l-ammonti pprovduti fl-ittra ta’ impenn kif ukoll dawk ipprovduti fl-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja bil-għan li jiżgura li l-Bank laħaq proporzjon kapitali totali ta’ 8 % fil-31 ta’ Diċembru 2011, li hija d-data tar-reġistrazzjoni retroattiva tar-rikapitalizzazzjoni tranżitorja fir-reġistri tal-Bank. Kif jista’ jidher mit-Tabella 3, il-miżura B1 kienet tkopri biss parti mill-ħtiġijiet kapitali totali identifikati mit-test tal-istress tal-2012. Il-Bank kien mistenni li jiġġenera l-kapital permezz ta’ żieda kapitali futura u r-rikapitalizzazzjoni tranżitorja kienet intiża biss biex tippreserva l-eliġibbiltà tal-Bank għall-finanzjament tal-BĊE sakemm saret dik iż-żieda kapitali. |
|
(96) |
Għall-perjodu bejn id-data tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja u d-data tal-konverżjoni tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja f’ishma ordinarji u strumenti finanzjarji konvertibbli oħrajn, il-ftehim ta’ qabel is-sottoskrizzjoni bejn il-Bank u l-HFSF stipula li l-Bank kellu jħallas lill-HFSH miżata annwali ta’ 1 % fuq il-valur nominali tan-noti tal-EFSF u li kwalunkwe pagamenti ta’ kupuni u imgħax akkumulat għan-noti tal-EFSF għal dak il-perjodu jitqiesu bħala kontribuzzjoni kapitali addizzjonali mill-HFSF lill-Bank (46). |
2.3.3.2. It-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja (il-miżura B2)
|
(97) |
Il-Bank irreġistra aktar telf fil-ħarifa tal-2012. Għalhekk, il-kapital tiegħu reġa’ waqa’ taħt ir-rekwiżiti kapitali minimi sabiex huwa jkun jista’ jibqa’ eliġibbli għal rifinanzjament mill-BĊE. |
|
(98) |
B’riżultat ta’ dan, saret neċessarja t-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja. Fl-20 ta’ Diċembru 2012, l-HFSF implimenta t-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja ta’ EUR 1 553 miljun (il-miżura B2), li għal darba oħra tħallset permezz tat-trasferiment tal-bonds tal-EFSF lill-Bank. |
2.3.3.3. L-ittra ta’ impenn tal-20 ta’ Diċembru 2012 (il-miżura B3)
|
(99) |
Minbarra t-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja, fl-20 ta’ Diċembru 2012, l-HFSF ipprovda lill-Bank b’ittra ta’ impenn għall-parteċipazzjoni tiegħu fiż-żieda tal-kapital azzjonarju tal-Bank u fl-istrumenti konvertibbli li għandhom jinħarġu, għal ammont totali sa EUR 1 082 miljun (il-miżura B3). |
|
(100) |
It-total taż-żewġ rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji (il-miżuri B1 u B2) u tal-ammont addizzjonali impenjat f’Diċembru 2012 (il-miżura B3) kien ifisser li l-HFSF impenja ruħu li jkopri l-ħtiġijiet kapitali totali identifikati skont it-test tal-istress tal-2012 (EUR 7,335 miljun (47)). |
2.3.3.4. Il-parteċipazzjoni tal-HFSF fir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013 (il-miżura B4) u l-ħlas lura parzjali tal-miżuri B1 u B2
|
(101) |
Fit-23 ta’ April 2013, il-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti tal-Bank approvat żieda ta’ kapital azzjonarju ta’ EUR 8 429 miljun (48). Dak l-ammont kien ikkalkolat bħala s-somma ta’:
|
|
(102) |
Il-prezz tal-ishma l-ġodda kien stabbilit bħala EUR 1,70 għal kull sehem, li jikkorrispondi għal 50 % tal-prezz medju tal-istokks ippeżat skont il-volum fuq il-perjodu ta’ 50 jum tan-negozjar qabel id-determinazzjoni tiegħu. |
|
(103) |
Fit-3 ta’ Ġunju 2013, il-Bord tad-Diretturi tal-Bank ħabbar il-ħruġ ta’ 3 888 268 914 ishma ġodda b’valur nominali ta’ EUR 0,30 u bi prezz ta’ EUR 1,70 għal kull sehem (50). Fit-28 ta’ Ġunju 2013, il-Bank ħabbar (51) li l-Bord tad-Diretturi kien iċċertifika l-ħlas sħiħ taż-żieda tal-kapital totali f’sehem għal ammont totali ta’ EUR 8 429 miljun, inklużi l-ammonti tal-primjum. |
|
(104) |
Il-parteċipazzjoni privata totali fiż-żieda tal-kapital azzjonarju tal-Bank kienet tammonta għal EUR 1 444 miljun (52). Dak l-ammont jinkludi l-parteċipazzjoni ta’ BCP kif deskritta fil-premessa 80. |
|
(105) |
Għalhekk, il-parteċipazzjoni tal-HFSF fiż-żieda tal-kapital azzjonarju tal-Bank kienet tammonta għal EUR 6 985 miljun. |
|
(106) |
Immedjatament wara r-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013, l-HFSF sar l-azzjonarju prinċipali tal-Bank b’sehem ta’ 81 % (53). L-HFSF ħareġ iċ-ċertifikati u ta lill-investituri privati ċertifikat wieħed għal kull sehem sottoskritt, għall-ebda kunsiderazzjoni (54). Kull ċertifikat jinkorpora d-dritt li jinxtraw 4,48 ishma tal-HFSF, f’intervalli speċifikati u bi prezzijiet tal-eżerċitar. L-ewwel data tal-eżerċizzju kienet it-2 ta’ Jannar 2014 u mbagħad iċ-ċertifikati jkunu eżerċitabbli kull sitt xhur sat-2 ta’ Jannar 2018. Il-prezz tal-eżerċizzju huwa ugwali għall-prezz tas-sottoskrizzjoni ta’ EUR 1,70 miżjud b’rata tal-imgħax annwali (4 % għall-ewwel sena, 5 % għat-tieni sena, 6 % għat-tielet sena, 7 % għar-raba’ sena u mbagħad 8 % annwalizzata għall-aħħar sitt xhur) (55). |
|
(107) |
Il-liġi dwar l-HFSF kif emendata fl-2014 tistabbilixxi li huma biss il-prezzijiet tal-eżerċitar taċ-ċertifikati li jistgħu jiġu aġġustati f’każ ta’ ħruġ ta’ drittijiet. Barra minn hekk, kwalunkwe aġġustament bħal dan iseħħ ex post u biss sal-ammont tar-rikavat irrealizzat mill-bejgħ tad-drittijiet ta’ prelazzjoni tal-HFSF. Ma huwa previst ebda aġġustament f’każ ta’ żieda fil-kapital azzjonarju mhux ta’ prelazzjoni. |
2.3.4. Il-miżuri ta’ għajnuna għan-negozji akkwistati (il-miżura Ċ)
2.3.4.1. Il-miżuri ta’ għajnuna għal ATE
|
(108) |
Kif issemma fil-premessa 58, fiż-żmien tad-Deċiżjoni dwar ir-Ristrutturar ta’ ATE, ATE kien diġà bbenefika minn miżuri ta’ għajnuna. |
|
(109) |
F’Diċembru 2011, l-Istat Grieg injetta EUR 290 miljun f’ATE. |
|
(110) |
Ir-riżoluzzjoni tas-27 ta’ Lulju 2012, kif deskritta fil-premessi 62 u 63, kienet tinvolvi wkoll appoġġ addizzjonali mill-Istat. L-HFSF ta lill-Bank bonds tal-EFSF b’valur ta’ EUR 7 471 miljun sabiex tiġi koperta d-diskrepanza tal-likwidità. L-HFSF impenja ruħu wkoll li jirrikapitalizza lill-Bank għal ammont ta’ EUR 570 miljun. |
|
(111) |
B’mod ġenerali, l-għajnuna relatata mal-proċedura ta’ Xiri u Suppożizzjoni tammonta għal EUR 8 041 miljun. |
2.3.4.2. Il-miżuri ta’ għajnuna għall-operazzjonijiet Griegi tat-tliet Banek Ċiprijotti (il-miżura Ċ)
|
(112) |
Kif issemma diġà fil-premessi 77 u 101, fiż-żmien tal-akkwiżizzjoni tal-operazzjonijiet Griegi tat-tliet Banek Ċiprijotti, l-HFSF impenja ruħu li jipprovdi EUR 524 miljun ta’ kapital lill-Bank (il-miżura Ċ). Dak l-impenn kien implimentat f’Ġunju 2013 (56). |
2.4. IL-PJAN TA’ RISTRUTTURAR
2.4.1. Operazzjonijiet domestiċi
|
(113) |
Permezz tal-pjan ta’ ristrutturar, il-Bank sejjer jiffoka fuq l-attivitajiet bankarji prinċipali tiegħu fil-Greċja. |
|
(114) |
L-enfasi ewlenija hija li l-operazzjonijiet bankarji Griegi jinġiebu lura għal profittabbiltà u vijabbiltà. Għal dak il-għan, il-pjan ta’ ristrutturar jinkludi għadd ta’ miżuri li huma mmirati biex itejbu l-effikaċja operattiva u l-marġini tal-imgħax nett tal-Bank, kif ukoll miżuri li jsaħħu l-pożizzjoni kapitali u l-istruttura tal-karta bilanċjali tiegħu. |
|
(115) |
Fir-rigward tal-effikaċja operattiva, il-Bank diġà beda programm vast ta’ razzjonalizzazzjoni. |
|
(116) |
Mill-31 ta’ Diċembru 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013, il-Bank naqqas il-preżenza fiżika tiegħu fil-Greċja b’total ta’ 322 fergħa, billi ħa f’kunsiderazzjoni r-ristrutturar tal-entitajiet akkwistati wara d-data tal-akkwiżizzjoni. Il-Bank żamm ritmu sostnut fl-2014, b’[…] għeluq diġà kompluti fl-ewwel semestru. Tabella 9 Ir-ristrutturar tan-netwerk tal-fergħat Griegi 2010 - l-ewwel nofs tal-2014
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(117) |
Il-Bank naqqas ukoll l-għadd totali ta’ servizzi bankarji u mhux bankarji fil-Greċja matul il-perjodu 2011-2013 b’2 519-il impjegat. B’mod partikolari, 2 114-il tluq kienu attribwibbli għall-iskema ta’ rtirar volontarju li ġiet implimentata mill-Bank. Tabella 10 It-tnaqqis tal-għadd totali ta’ impjegati Griegi matul il-perjodu 2010 – 2013
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(118) |
Minn Diċembru 2013 sal-aħħar tal-2017, il-Bank qiegħed jippjana li jkompli jnaqqas, fil-Greċja, l-ammont totali ta’ impjegati tiegħu (minn 16 558 għal […] impjegati) u d-daqs tan-netwerk tiegħu (minn 1 037 għal […] fergħat). (57) […] |
|
(119) |
L-effikaċja miżjuda f’termini tal-fergħat u l-persunal sabiex l-ispiża totali tal-attivitajiet Griegi tal-Bank titnaqqas b’[…]% minn EUR 1 394 miljun fuq bażi pro forma fl-2013 għal EUR […] miljun (58) fl-2017 (59). B’riżultat ta’ dan, il-proporzjon spejjeż-dħul mistenni tal-attivitajiet Griegi tiegħu għandu jinżel taħt […]% fi tmiem il-perjodu tar-ristrutturar. |
|
(120) |
Il-pjan ta’ ristrutturar jiddeskrivi wkoll kif il-Bank sejjer inaqqas l-ispejjeż tal-finanzjament tiegħu, li huwa kruċjali għat-treġġigħ lura tal-vijabbiltà. Il-Bank qiegħed jistenna li jkun jista’ jħallas rati tal-imgħax aktar baxxi fuq id-depożiti tiegħu fl-isfond tal-ambjent aktar stabbli u, b’mod partikolari, l-istabbilizzazzjoni u l-irkupru antiċipati tal-ekonomija Griega, li mistennija terġa’ tikber mill-2014 ‘il quddiem. Il-marġini mħallsin fuq id-depożiti mistennija jonqsu fil-Greċja (60). Dak it-tnaqqis fil-marġini jinkiseb primarjament billi jitħallsu rati ferm aktar baxxi fuq id-depożiti b’terminu. Bl-istess mod, id-dipendenza tal-Bank fuq ELA u l-finanzjament usa’ mill-Eurosistema sejra tonqos minn aktar minn 45 % tal-assi totali tiegħu fl-2012 għal inqas minn […]% fl-2017 (61). |
|
(121) |
Il-pjan ta’ ristrutturar jantiċipa li l-Bank sejjer isaħħaħ ukoll il-karta bilanċjali tiegħu. Il-proporzjon self-depożitu nett tiegħu fil-Greċja sejjer jonqos għal […]% fl-2017 (minn 114 % fl-2013 (62)), filwaqt li l-adegwatezza kapitali tiegħu mistennija tkompli titjieb. |
|
(122) |
Prijorità oħra tal-Bank hija l-immaniġġjar tas-self improduttiv (“NPL”). Il-Bank sejjer itejjeb il-proċessi tal-krediti tiegħu kemm fir-rigward tal-oriġini tas-self (kopertura kollaterali aħjar u limiti mnaqqsa) kif ukoll fir-rigward tal-immaniġġjar tal-NPL. Ir-rata tal-NPL sejra tilħaq qrib […]% fl-[…] u mbagħad tibda tonqos, b’rata mistennija ta’ madwar […]% fi tmiem il-perjodu tar-ristrutturar (63). L-ispiża tar-riskju (indebolimenti tat-telf mis-self) sejra tonqos minn qrib EUR 2 biljun fl-2013 għal inqas minn EUR […] miljun fl-2018 (64). |
|
(123) |
It-titjib tal-effikaċja operattiva, iż-żieda tal-marġini tal-imgħax nett u l-ispiża dejjem tonqos tar-riskju se jippermettu lill-Bank ikun profittabbli fil-Greċja mill-[…] ‘il quddiem. Il-Bank qiegħed jantiċipa li l-profitti tiegħu sejrin jaqbżu EUR […] biljun fl-2018 għall-attivitajiet domestiċi. |
2.4.2. Attivitajiet bankarji internazzjonali
|
(124) |
Bil-għan li jtejjeb il-profittabbiltà tal-attivitajiet barranin tiegħu, il-Bank diġà beda jimplimenta programm ta’ tnaqqis sinifikanti tal-ispejjeż fin-netwerk internazzjonali. Bejn l-aħħar tal-2011 u Marzu 2014, in-numru ta’ impjegati naqas b’10 % minn 6 634 għal 5 948 u n-numru ta’ fergħat naqas bi 18 % minn 499 għal 410 (65). L-istruttura tal-portafoll internazzjonali tiegħu ġiet issimplifikata wkoll sabiex titnaqqas il-bażi tal-ispejjeż (66). |
|
(125) |
Il-pjan ta’ ristrutturar jenfasizza l-ħtieġa li titnaqqas id-dipendenza tas-sussidjarji barranin fuq il-kumpanija prinċipali Griega tagħhom fir-rigward tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament tagħhom u li tkompli tiġi ssalvagwardjata l-pożizzjoni kapitali tal-Bank. |
|
(126) |
F’Settembru 2012, il-Bank biegħ l-impriża sussidjarja Amerikana tiegħu, li kienet tammonta għal madwar EUR 0,7 biljun tal-assi (13-il fergħa u 158 impjegat). |
|
(127) |
Il-Bank sejjer inaqqas l-iskopertura tal-assi barranin tiegħu għal EUR […] biljun fl-aħħar ta’ Ġunju 2018. Dik il-figura tirrappreżenta tnaqqis ta’ […]% (67) meta mqabbla mal-aħħar tal-2012 (68). |
|
(128) |
It-tnaqqis tal-assi barranin sejjer ikun ftit iżgħar - għal EUR […] biljun - f’każ li […] (69). F’dak il-każ it-tnaqqis totali tal-assi barranin ikun jammonta għal […]% meta mqabbel mal-aħħar tal-2012. |
|
(129) |
Madankollu, minflok jikkonforma mal-limitu massimu msemmi fuq tal-assi totali fl-aħħar ta’ Ġunju 2018, il-Bank jista’ jiddeċiedi li jbigħ […] (70). F’dak il-każ, l-attivitajiet miżmuma ma jirrappreżentawx aktar minn […]% tal-attivitajiet barranin totali tal-Bank fl-aħħar tal-2012. |
|
(130) |
Il-Bank sejjer inaqqas il-finanzjament totali tiegħu għall-impriżi sussidjarji barranin. |
2.4.3. Il-ġbir tal-kapital privat u l-kontribuzzjoni mill-azzjonisti eżistenti u mill-kredituri subordinati
|
(131) |
Il-Bank ġabar ammonti sinifikanti ta’ kapital fis-suq u b’hekk naqqas l-għajnuna mill-Istat li kienet meħtieġa mill-Bank. |
|
(132) |
L-ewwel nett, fl-2011, il-Bank ġabar xi kapital privat bi ħruġ ta’ drittijiet b’valur ta’ EUR 807 miljun (71). Kif issemma fil-premessa 104, il-Bank irnexxielu jiġbor ukoll kapital mingħand investituri privati permezz tar-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013. L-azzjonisti pre-eżistenti kienu wkoll dilwiti ħafna mir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013, minħabba li l-HFSF kellu 81 % tal-ishma tal-Bank wara r-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013 u l-investituri ġodda kellhom 17 %, sabiex b’hekk l-azzjonisti pre-eżistenti kien fadlilhom biss 2 % tal-parteċipazzjoni azzjonarja. Mill-2008 ‘il quddiem ma tħallas ebda dividend fi flus kontanti. |
|
(133) |
F’April 2014, il-Bank ġabar EUR 1 750 miljun ta’ kapital mis-suq biex ikopri l-ħtiġijiet kapitali addizzjonali tiegħu u biex iħallas lura l-ishma privileġġati miżmuma mill-Greċja. L-ishma l-ġodda nħarġu bil-prezz ta’ EUR 1,7, jiġifieri l-prezz imħallas mill-HFSF fil-qafas tar-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013. |
|
(134) |
Barra minn hekk, il-bank iġġenera l-kapital billi xtara lura l-istrumenti tad-dejn subordinat u ibridu tiegħu stess bi skont għall-valur nominali. F’Marzu 2012, il-Bank offra li jixtri lura xi strumenti ibridi u tal-grad aktar baxx 2. Il-prezz, iddeterminat fuq il-bażi tal-valur tas-suq u li jinkludi primjum ta’ mhux aktar minn għaxar punti perċentwali, kien iffissat bħala 37 % tal-valur nominali tal-istrument ibridu u 50 % tal-valur nominali għall-istrument tal-grad aktar baxx 2. Ir-rati tal-parteċipazzjoni rispettivi kienu 52,8 % u 18,2 %. F’Mejju 2013, il-Bank nieda eżerċizzju addizzjonali ta’ ġestjoni tal-obbligazzjonijiet sabiex ikun jista’ jixtri lura sa EUR 321 miljun ta’ titoli pendenti. Ir-rata tal-parteċipazzjoni kienet ta’ 20 %. Dak ix-xiri lura suċċessiv irriżulta fi profitt kapitali totali ta’ madwar EUR 120 miljun (72). |
2.5. IMPENJI TAL-AWTORITAJIET GRIEGI
|
(135) |
Fil-25 ta’ Ġunju 2014, il-Greċja tat impenn li l-Bank u l-affiljati tiegħu sejrin jimplimentaw il-pjan ta’ ristrutturar sottomess fl-istess jum u tat impenji oħrajn rigward l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar (“l-Impenji”). L-Impenji, li jinsabu fl-Anness, huma miġbura fil-qosor f’din it-taqsima. |
|
(136) |
L-ewwel, il-Greċja tat impenn li l-Bank sejjer jirristruttura l-operazzjonijiet kummerċjali tiegħu fil-Greċja, billi stabbilixxiet numru massimu ta’ fergħat u impjegati fil-31 ta’ Diċembru 2017 fil-Greċja, kif ukoll ammont massimu ta’ spejjeż totali għall-attivitajiet Griegi matul is-sena 2017 (73). |
|
(137) |
Il-Greċja tat ukoll impenn li l-Bank sejjer inaqqas l-ispiża tad-depożiti miġbura fil-Greċja. Hija sejra tikkonforma ma’ proporzjon massimu ta’ self-depożiti netti fil-31 ta’ Diċembru 2017 (74). […] |
|
(138) |
Fir-rigward tas-sussidjarji barranin tal-Bank, il-Greċja tat impenn li l-Bank sejjer inaqqas mill-ingranaġġ tal-assi barranin tiegħu sat-30 ta’ Ġunju 2018 (75). Barra minn hekk, l-appoġġ ta’ likwidità jew ta’ kapital lil dawk is-sussidjarji huwa strettament limitat f’termini ta’ ammont nominali u ristrett għal ċirkostanzi speċifiċi. |
|
(139) |
Il-Greċja tat impenn li l-Bank sejjer ibigħ numru ta’ titoli. Barra minn hekk, il-Bank mhuwiex sejjer jixtri titoli fi grad mhux ta’ investiment, b’xi eċċezzjonijiet limitati (76). |
|
(140) |
Il-Greċja tat numru ta’ impenji relatati mal-governanza korporattiva tal-Bank. Hija impenjat li tillimita r-rimunerazzjoni tal-impjegati u tal-maniġers tal-Bank (77). |
|
(141) |
Il-Greċja tat ukoll impenn li l-Bank sejjer japplika politika ta’ kreditu prudenti, sabiex jiżgura li d-deċiżjonijiet dwar l-għoti u r-ristrutturar tas-self ikunu mmirati biex jimmassimizzaw il-vijabbiltà u l-profittabbiltà tal-Bank. Il-Bank sejjer jikkonforma mal-istandards għoljin li jirrigwardjaw il-monitoraġġ tar-riskju ta’ kreditu, kif ukoll ir-ristrutturar tas-self (78). |
|
(142) |
Numru ta’ impenji jittrattaw l-operazzjonijiet tal-Bank mal-mutwatarji konnessi. Dawk l-impenji għandhom l-għan li jiżguraw li l-Bank ma jiddevjax mill-prattiki bankarji prudenti meta, pereżempju, jagħti jew jirristruttura self lill-impjegati, lill-maniġers u lill-azzjonisti tiegħu, kif ukoll lil entitajiet pubbliċi, partiti politiċi u kumpaniji tal-midja (79). |
|
(143) |
Fl-aħħar nett, il-Greċja tat impenn li l-Bank sejjer jikkonforma ma’ xi limitazzjonijiet komportamentali, bħal projbizzjoni fuq il-kupuni u d-dividendi, projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjoni u projbizzjoni fuq ir-reklamar tal-appoġġ mill-Istat (80). |
|
(144) |
Dawk l-impenji sejrin jiġu mmonitorjati sal-31 ta’ Diċembru 2018 minn fiduċjarju tal-monitoraġġ. |
|
(145) |
Separatament, fis-sottomissjoni tagħha tal-25 ta’ Ġunju 2014, il-Greċja indikat li hija tfittex l-approvazzjoni tal-Kummissjoni qabel kwalunkwe xiri lura taċ-ċertifikati mill-Bank jew minn kwalunkwe entità tal-Istat, inkluż l-HFSF (81). |
3. IR-RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI FUQ L-EWWEL RIKAPITALIZZAZZJONI TRANŻITORJA
|
(146) |
Fis-27 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali sabiex tivverifika jekk il-kondizzjonijiet tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 (82) ġewx issodisfati fir-rigward tal-adegwatezza, in-neċessità u l-proporzjonalità tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja pprovduta mill-HFSF favur il-Bank (il-miżura B1). |
|
(147) |
Fir-rigward tal-adegwatezza tal-miżura, il-Kummissjoni, fid-dawl tal-fatt li l-għajnuna waslet wara rikapitalizzazzjoni u għajnuna ta’ likwidità minn qabel u minħabba l-perjodu ta’ salvataġġ imtawwal, esprimiet dubji dwar jekk ittieħdux l-azzjonijiet kollha possibbli mill-Bank sabiex jevita li terġa’ tkun meħtieġa tali għajnuna fil-ġejjieni (83). Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma kinitx ċara dwar min ser ikun qiegħed jikkontrolla l-Bank fil-ġejjieni ladarba l-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja tiġi sostitwita minn rikapitalizzazzjoni permanenti (84) billi l-Bank jista’ jsib ruħu jew taħt il-kontroll tal-Istat jew inkella taħt il-kontroll tas-sidien privati minoritarji li jistgħu jgawdu minn kontroll u ingranaġġ għoli. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni indikat li l-kwalità tal-ġestjoni tal-Bank u, b’mod partikolari, il-proċess tas-self tiegħu, għandhom jiġu ppreservati, sabiex huwa jkun jista’ jsib l-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja xierqa. |
|
(148) |
Fir-rigward tan-neċessità tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja, fil-premessa 70 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Piraeus, il-Kummissjoni staqsiet jekk ittieħdux il-miżuri kollha possibbli sabiex jiġi evitat li l-Bank jerġa’ jkollu bżonn l-għajnuna fil-ġejjieni. Minbarra dan, billi t-tul tal-perjodu tar-rikapitalizzazzjoni tranżitorja kien inċert, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi jekk dan kienx suffiċjenti u konformi mal-prinċipji tar-rimunerazzjoni u tal-kondiviżjoni tal-piżijiet skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, billi t-termini tal-konverżjoni tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja f’rikapitalizzazzjoni permanenti ma kinux magħrufa fiż-żmien li ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Piraeus, il-Kummissjoni ma setgħetx tivvalutahom. |
|
(149) |
Fir-rigward tal-proporzjonalità tal-miżura, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk is-salvagwardji (il-projbizzjoni fuq ir-reklamar tal-appoġġ mill-Istat, il-projbizzjoni fuq il-kupuni u d-dividendi, il-projbizzjoni fuq opzjoni eżerċitabbli u l-projbizzjoni fuq ix-xiri lura kif deskritti fil-premessa 76 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Piraeus) kinux suffiċjenti b’rabta mal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja. Barra minn hekk, fil-premessa 77 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Piraeus, il-Kummissjoni qalet li n-nuqqas ta’ regoli li jipprevjenu lill-HFSF milli jikkoordina l-akbar erba’ banek ewlenin (jiġifieri, il-Bank, Eurobank, NBG u Alpha Bank) u n-nuqqas ta’ salvagwardji adegwati li jwaqqfuhom milli jikkondividu informazzjoni kummerċjalment sensittiva jistgħu jwasslu għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni pproponiet li jinħatar fiduċjarju tal-monitoraġġ, li jkun fiżikament preżenti fil-Bank. |
4. KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI DWAR IL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI FUQ L-EWWEL RIKAPITALIZZAZZJONI TRANŻITORJA
4.1. KUMMENTI MILL-BANK
|
(150) |
Fit-30 ta’ Awwissu 2012, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-Bank dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Piraeus. |
|
(151) |
Fir-rigward tal-adegwatezza tal-miżuri, il-Bank innota li l-kriżi tad-dejn fil-Greċja u fiż-żona tal-euro kienet sitwazzjoni mingħajr preċedenti. L-injezzjoni tal-kapital f’Mejju 2009, ekwivalenti għal 1,0 % tal-RWA, kienet reazzjoni diretta għat-turbulenza eċċezzjonali fis-swieq finanzjarji globali. Fl-aħħar tal-2011, l-injezzjoni ta’ kapital addizzjonali ta’ EUR 380 miljun mill-Greċja kienet ekwivalenti għal 1,1 % tal-RWA tal-Bank f’dak iż-żmien u kienet maħsuba biex tindirizza n-nuqqas ta’ kapital li kien mistenni jirriżulta mir-reċessjoni dejjem tiggrava. Ir-rikapitalizzazzjoni ta’ EUR 4,7 biljun tal-Bank mill-HFSF kienet l-ewwel parti tar-rikapitalizzazzjoni li tindirizza n-nuqqas ta’ kapital li rriżulta mill-PSI u mill-valutazzjoni tal-portafolli tas-self imwettqa minn Blackrock (85) kif ukoll mir-reċessjoni dejjem tiggrava. |
|
(152) |
Huwa kien tal-fehma wkoll li l-ħatra mill-Greċja u mill-HFSF ta’ membru wieħed u żewġ membri, rispettivament, fil-Bord tad-Diretturi tal-Bank bħala r-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll ta’ membru wieħed tal-HFSF bħala membru tal-Kumitat għar-Riskji tal-Bord tal-Bank, flimkien ma’ oħrajn, iggarantixxiet li huwa ma jkunx jista’ jieħu riskji eċċessivi. |
|
(153) |
Fir-rigward tan-neċessità tal-miżuri, il-Bank ikkummenta li l-forma tar-rikapitalizzazzjoni bħala finanzjament tranżitorju ġiet deċiża mill-awtoritajiet Griegi u mill-Unjoni Ewropea, mill-FMI u mill-BĊE u li l-ammont ta’ rikapitalizzazzjoni tranżitorja ta’ EUR 4,7 biljun kważi paċa l-effett tal-PSI. Fir-rigward tal-konverżjoni tar-rikapitalizzazzjoni tranżitorja f’kapital permanenti, wara l-perjodu mtawwal mingħajr gvern fil-Greċja fit-tieni kwart tal-2012, ladarba ġiet approvata struttura finali, inevitabbilment tiġi attivata d-dilwizzjoni tal-azzjonisti eżistenti u jintlaħaq qbil fuq rimunerazzjoni adegwata (skont it-termini u l-istrumenti użati). |
|
(154) |
Fir-rigward tal-proporzjonalità tal-miżuri, il-Bank innota li mill-2009 huwa beda jaġġusta l-prattiki tas-self tiegħu billi applika kriterji ta’ kreditu aktar stretti, termini ta’ ħlas lura aċċellerat u limiti ta’ kreditu mnaqqsa. Mill-ewwel kwart tal-2009, it-talbiet kollha għal żborżamenti fuq ammont speċifiku ġew rieżaminati u approvati mill-viċi Direttur Maniġerjali u mill-Maniġer Ġenerali/Kreditu tal-Grupp. Huwa mhux ser ibiddel il-prattiki tan-negozju attwali tiegħu kif stipulati fil-pjan tan-negozju sottomess lill-Bank of Greece u mhux ser idgħajjef l-istandards tas-self attwali. Dawk l-istandards kienu fost l-aktar stretti fl-industrija, kif indikat ukoll mir-riżultati tajbin ħafna miksuba mill-Bank fl-eżerċizzju dijanjostiku ta’ Blackrock Solutions. Dawk l-intenzjonijiet jiġu garantiti mir-rappreżentanza tal-Greċja u tal-HFSF fil-Bord tad-Diretturi tal-Bank. |
|
(155) |
Fir-rigward tal-proposta tal-Kummissjoni għall-ħatra ta’ fiduċjarju tal-monitoraġġ, il-fehma tal-Bank kienet li diġà kien qiegħed isir monitoraġġ mill-qrib minn diversi partijiet terzi, bħall-Bank of Greece, awdituri esterni, ir-rappreżentant tal-Greċja u r-rappreżentanti tal-HFSF. |
4.2. KUMMENTI MINN BANK GRIEG IEĦOR
|
(156) |
Fit-3 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand bank Grieg rigward id-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Piraeus. Dak il-bank Grieg ikkummenta li r-rikapitalizzazzjoni tal-banek Griegi mill-HFSF kienet tikkostitwixxi, fil-prinċipju, pass mixtieq lejn sistema bankarja aktar b’saħħitha u vijabbli u ma esprima ebda oġġezzjoni għar-rikapitalizzazzjoni tal-Bank. |
|
(157) |
Madankollu, filwaqt li esprima l-appoġġ kollu tiegħu għall-prinċipju tar-rikapitalizzazzjoni tal-banek Griegi mill-HFSF, dak il-bank Grieg spjega li, sabiex jitnaqqsu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u tiġi evitata d-diskriminazzjoni, huwa kien qiegħed jistenna li r-rikapitalizzazzjoni mill-HFSF tkun miftuħa għall-banek kollha li joperaw fil-Greċja taħt kondizzjonijiet simili. |
5. KUMMENTI MILL-GREĊJA DWAR IL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI FUQ L-EWWEL RIKAPITALIZZAZZJONI TRANŻITORJA
|
(158) |
Fil-5 ta’ Settembru 2012, il-Greċja ssottomettiet il-kummenti tagħha, li tħejjew mill-Bank of Greece u mill-HFSF. |
5.1. KUMMENTI MILL-BANK OF GREECE
|
(159) |
Fir-rigward tal-adegwatezza tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja, il-Bank of Greece innota li l-ammont ta’ EUR 18-il biljun ta’ kapital li permezz tiegħu l-HFSF irrikapitalizza l-akbar erba’ banek Griegi f’Mejju 2012 kien inqas mill-ammont finali li kien meħtieġ għal dawk il-banek sabiex gradwalment ikunu jistgħu jilħqu u jżommu proporzjon ta’ kapital fil-Grad 1 iffissat f’perċentwal ta’ 10 % sa Ġunju 2012 u proporzjon ta’ kapital fil-Grad 1 iffissat f’perċentwal ta’ 7 % taħt xenarju ta’ stress avvers fuq perjodu ta’ tliet snin. Huwa innota wkoll li l-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja kienet temporanja, meta wieħed iqis li l-proċess ta’ rikapitalizzazzjoni sejjer jiġi konkluż b’żidiet ta’ kapital azzjonarju minn dawk l-erba’ banek. |
|
(160) |
Il-Bank of Greece osserva wkoll li r-rikapitalizzazzjoni tal-akbar banek Griegi kienet parti mir-ristrutturar fuq perjodu ta’ żmien itwal tas-settur bankarju Grieg. Huwa innota li meta bank jibqa’ f’idejn il-privat, il-maniġment probabbilment jibqa’ l-istess, filwaqt li jekk bank isir tal-Istat (jiġifieri jsir proprjetà tal-HFSF), l-HFSF ikun jista’ jaħtar maniġment ġdid li, fi kwalunkwe każ, jiġi vvalutat mill-Bank of Greece. Il-Bank of Greece rrimarka li huwa jivvaluta l-qafas tal-governanza korporattiva, l-adegwatezza tal-ġestjoni u l-profil tar-riskju ta’ kull bank fuq bażi kontinwa bil-għan li jiżgura li ma jittieħdux riskji eċċessivi. Huwa rrimarka wkoll li l-HFSF kien diġà ħatar rappreżentanti fil-Bordijiet tad-Diretturi tal-banek rikapitalizzati. |
|
(161) |
Fir-rigward tan-neċessità tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja, il-Bank of Greece osserva li r-rikapitalizzazzjoni tal-Bank kienet limitata sabiex b’hekk jiġi żgurat li jintlaħqu r-rekwiżiti kapitali minimi applikabbli (8 %). Huwa ddikjara wkoll li l-perjodu ta’ żmien imtawwal qabel ir-rikapitalizzazzjonijiet kien dovut għad-deterjorazzjoni qawwija tal-ambjent operattiv fil-Greċja u għall-impatt tal-programm PSI, għall-kumplessità tal-proġett kollu u għall-ħtieġa li tiġi mmassimizzata l-parteċipazzjoni tal-investituri privati fiż-żidiet ta’ kapital azzjonarju. |
|
(162) |
Fir-rigward tal-proporzjonalità tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja, il-Bank of Greece rrimarka li l-implimentazzjoni sħiħa tal-pjan ta’ ristrutturar li għandu jiġi sottomess lill-Kummissjoni tkun salvagwardjata mill-fatt li s-sospensjoni tad-drittijiet tal-vot tal-HFSF titneħħa jekk, fost l-oħrajn, il-pjan ta’ ristrutturar jinkiser b’mod sostantiv. Il-Bank of Greece osserva wkoll li d-diffikultajiet tal-Bank la kienu dovuti għal sottovalutazzjoni tar-riskji mill-maniġment tal-Bank u lanqas għal azzjonijiet kummerċjalment aggressivi. |
5.2. KUMMENTI MILL-HFSF
|
(163) |
Fir-rigward tal-adegwatezza tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja, sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-interferenza potenzjali mill-Istat f’każ li l-Istat jipprovdi ammonti għoljin ta’ għajnuna mill-Istat permezz tal-HFSF u l-HFSF ikollu drittijiet sħaħ tal-vot, l-HFSF iddikjara li l-banek iffinanzjati mill-HFSF mhumiex meqjusa bħala entitajiet pubbliċi jew taħt il-kontroll tal-Istat u li mhux ser ikunu kkontrollati mill-Istat wara li jkunu ġew rikapitalizzati b’mod permanenti mill-HFSF. L-HFSF irrimarka li huwa entità legali indipendenti għal kollox li hija rregolata mil-liġi privata b’awtonomija li tieħu deċiżjoni. L-HFSF mhuwiex soġġett għal kontroll mill-gvern, skont l-Artikolu 16(Ċ)(2) tal-liġi dwar l-HFSF, li jgħid li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li lilhom l-HFSF ikun ipprovda appoġġ kapitali mhumiex parti mis-settur pubbliku usa’. Huwa rrefera wkoll għall-istruttura governattiva tal-HFSF. |
|
(164) |
Fir-rigward tal-intervent tal-HFSF fil-ġestjoni tal-Bank, l-HFSF indika li huwa jirrispetta l-awtonomija tal-Bank u li mhux sejjer jinterferixxi fil-ġestjoni ta’ kuljum tiegħu minħabba li r-rwol tiegħu huwa limitat għal dak stipulat fil-Liġi dwar l-HFSF. Huwa ddikjara li mhux ser ikun hemm interferenza jew koordinazzjoni mill-Istat u li d-deċiżjonijiet tal-Bank fir-rigward tal-proċess tas-self (fost l-oħrajn fuq il-kollateral, l-ipprezzar u s-solvenza tal-mutwatarji) jittieħdu fuq il-bażi ta’ kriterji kummerċjali. |
|
(165) |
L-HFSF irrimarka li l-Liġi dwar l-HFSF u l-ftehim ta’ qabel is-sottoskrizzjoni kien fihom salvagwardji xierqa maħsuba biex iwaqqfu lill-azzjonisti privati eżistenti milli jieħdu riskji eċċessivi. Huwa għamel referenza għal elementi bħal (i) il-ħatra tar-rappreżentanti tal-HFSF bħala membri mhux eżekuttivi indipendenti tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank u l-preżenza tagħhom fil-kumitati, (ii) it-twettiq ta’ diliġenza dovuta mill-HFSF fil-Bank u (iii) il-fatt li, wara r-rikapitalizzazzjoni finali, id-drittijiet tal-vot tiegħu sejrin ikunu ristretti biss sakemm il-Bank ikun konformi mat-termini tal-pjan ta’ ristrutturar. |
|
(166) |
L-HFSF qal li hemm miżuri xierqa fis-seħħ li huma maħsuba biex jiggarantixxu li l-banek li fihom jipparteċipa l-HFSF ma jikkondividux informazzjoni kummerċjalment sensittiva bejniethom. Dawn jinkludu l-ħatra ta’ rappreżentanti differenti tal-HFSF f’dawk il-banek, il-mandati indirizzati lil dawk ir-rappreżentanti li jissalvagwardjaw speċifikament kontra l-fluss tal-informazzjoni minn rappreżentant għal ieħor u struzzjonijiet interni ċari lil dawk ir-rappreżentanti sabiex ma jittrasmettux informazzjoni kummerċjalment sensittiva tal-banek. Barra minn hekk, l-HFSF qal li huwa ma jeżerċitax id-drittijiet tiegħu fir-rigward tal-banek b’mod li jista’ jipprevjeni, jirrestrinġi, ifixkel jew inaqqas jew jimpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva. Fl-aħħar nett, l-HFSF irrimarka li l-membri tal-Bord tad-Diretturi tiegħu, flimkien mal-impjegati tiegħu, huma soġġetti għal regoli stretti ta’ kunfidenzjalità u doveri fiduċjarji, kif ukoll huma marbutin b’dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-segretezza professjonali fir-rigward tal-affarijiet tiegħu. |
6. VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA RELATATA MAL-AKKWIŻIZZJONI TA’ ATE U MAL-OPERAZZJONIJIET GRIEGI TAT-TLIET BANEK ĊIPRIJOTTI
6.1. VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA RELATATA MA’ ATE
|
(167) |
Fid-Deċiżjoni dwar ir-Ristrutturar ta’ ATE, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri deskritti fil-premessi 58 u 108 ta’ din id-Deċiżjoni jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u li huma konformi mas-suq intern. |
|
(168) |
Fid-Deċiżjoni dwar ir-Ristrutturar ta’ ATE, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri deskritti fil-premessi 109 u 110 ta’ din id-Deċiżjoni jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat għall-Attivitajiet Ittrasferiti ta’ ATE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-għajnuna lil ATE tkun kompatibbli mas-suq intern biss jekk l-integrazzjoni tal-Attivitajiet Ittrasferiti ta’ ATE tiġi implimentata skont il-pjan u jekk il-pjan ta’ ristrutturar tal-Bank – li jinkludi l-Attivitajiet Ittrasferiti ta’ ATE – jippermetti li titreġġa’ lura l-vijabbiltà fit-tul tiegħu. Dak it-treġġigħ lura tal-vijabbiltà fit-tul sejjer jiġi stabbilit fit-taqsima 7.6.2. |
|
(169) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ma għandhiex bżonn tivvaluta mill-ġdid il-miżuri msemmija qabel u fil-fatt tikkonferma li huma kompatibbli mas-suq intern. |
6.2. VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA RELATATA MAL-OPERAZZJONIJIET GRIEGI TAT-TLIET BANEK ĊIPRIJOTTI (IL-MIŻURA Ċ)
6.2.1. L-eżistenza u l-ammont ta’ għajnuna
|
(170) |
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-eżistenza tal-għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat fir-rigward tal-miżura Ċ. Skont dik id-dispożizzjoni, għajnuna mill-Istat hija kwalunkwe għajnuna mogħtija mir-riżorsi ta’ Stat Membru fi kwalunkwe forma, tkun xi tkun, li tfixkel, jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti, safejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(171) |
Ir-rikapitalizzazzjoni mill-HFSF tal-Bank għal EUR 524 miljun kienet impenjata f’Marzu 2013 matul il-proċess tas-sejħiet għall-offerti għall-akkwiżizzjoni tal-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti. Għalhekk, il-miżura ngħatat f’Marzu 2013. Ir-rikapitalizzazzjoni proprja seħħet fil-qafas tar-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013 (86). |
|
(172) |
Ir-rikapitalizzazzjoni tal-Bank saret mill-HFSF, li huwa entità mwaqqfa u ffinanzjata mill-Greċja sabiex tappoġġja lill-banek u, għaldaqstant, l-iżborżament sar bl-użu ta’ riżorsi tal-Istat. |
|
(173) |
Fir-rigward tal-benefiċjarju tal-għajnuna mill-Istat, ir-rikapitalizzazzjoni, kif ġie spjegat fil-premessa (72), kellha l-għan li tkopri l-ħtiġijiet kapitali li jirriżultaw mill-akkwiżizzjoni tal-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti. Barra minn hekk, ir-rikapitalizzazzjoni sejra tkun disponibbli għal kwalunkwe bank Grieg li jakkwista l-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti. L-offerta tal-Bank, kif ippreżentata lill-HFSF għall-approvazzjoni, ħadet f’kunsiderazzjoni rikapitalizzazzjoni mill-HFSF. F’dak iż-żmien, il-kapital kien skars għall-banek Griegi u ebda wieħed minnhom ma kien ikun jista’ jakkwista l-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti mingħajr il-wegħda ta’ rikapitalizzazzjoni. Għalhekk, anki jekk ir-riċevitur formali tal-kapital ipprovdut mill-HFSF huwa l-Bank, il-Kummissjoni tqis li l-benefiċjarju tal-għajnuna mill-Istat huwa l-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti, minħabba li l-miżura tippermettilhom li jinbiegħu lil bank Grieg. Mingħajr ir-rikapitalizzazzjoni tal-Bank, dawn ma kinux ikunu jistgħu jinkisbu minn bank Grieg. Li kieku dawn kienu jispiċċaw jitħallew fi gruppi li jgħaddu minn diffikultajiet estremi (kemm is-Cyprus Popular Bank kif ukoll il-Bank of Cyprus kienu taħt riżoluzzjoni minħabba l-ħtiġijiet kapitali kbar tagħhom) u, għalhekk, probabbilment kienu jispiċċaw ifallu jew, għall-inqas, kienu jsofru minn ħruġ kbir ta’ depożiti. B’rabta mal-eżistenza ta’ vantaġġ, il-Kummissjoni tosserva wkoll li r-rikapitalizzazzjoni tal-Bank mill-HFSF mhijiex konformi mal-prinċipju ta’ investitur f’ekonomija tas-suq: f’dak iż-żmien ta’ inċertezza kbira, investitur privat li jopera taħt kondizzjonijiet tas-suq normali ma kienx jimpenja ruħu li jinjetta ammont kbir ta’ kapital fil-Bank fil-ġejjieni mingħajr ma jkun jaf it-termini tal-injezzjoni futura (jiġifieri l-prezz tal-ħruġ) minn qabel. |
|
(174) |
Barra minn hekk, il-miżura hija prima facie selettiva, minħabba li hija tapplika esklussivament għall-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti (li kull waħda minnhom tikkostitwixxi impriża) u mhux għal kwalunkwe impriża oħra. |
|
(175) |
Fl-aħħar nett, l-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti, jiġifieri, il-fergħat Griegi tat-tliet Banek Ċiprijotti, jikkompetu ma’ banek oħrajn, inklużi sussidjarji ta’ banek barranin, li huma attivi fil-Greċja jew potenzjalment interessati li jidħlu fis-suq Grieg. B’hekk, is-salvataġġ ta’ dawk l-attivitajiet ifixkel il-kompetizzjoni u għandu effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(176) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-rikapitalizzazzjoni tal-Bank mill-HFSF li tammonta għal EUR 524 miljun tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
|
(177) |
Kif ġie spjegat diġà fil-premessa 173, il-Kummissjoni tqis l-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti bħala l-benefiċjarju tal-iżborżament tal-bonds tal-EFSF mill-HFSF. |
|
(178) |
Barra minn hekk, kif ġie spjegat fil-premessi 71 u 173, l-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti, jiġifieri, il-fergħat Griegi tat-tliet Banek Ċiprijotti, kellhom jiġu akkwistati minn bank ieħor għal raġunijiet ta’ stabbiltà finanzjarja u primarjament minħabba li t-tliet Banek Ċiprijotti kienu jinsabu f’sitwazzjoni diffiċli ħafna. Għalhekk, il-kwistjoni tal-bejgħ tal-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti u jekk dak il-bejgħ jinvolvix għajnuna mill-Istat lix-xerrej, jiġifieri l-Bank, għandha tiġi eżaminata taħt it-taqsima “Il-vijabbiltà permezz tal-bejgħ ta’ bank” tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. (87). |
|
(179) |
Għall-finijiet ta’ dak il-bejgħ, il-Bank of Greece ddeċieda li jikkuntattja biss lill-akbar banek domestiċi li joperaw fil-Greċja, li minnhom kienu biss il-Bank u żewġ banek oħrajn li ssottomettew offerti mhux vinkolanti. Il-Bank huwa l-uniku offerent li ssottometta offerta vinkolanti valida. Is-sett limitat ta’ xerrejja li ġew ikkuntattjati ma jistax jeskludi li l-offerta kienet miftuħa meta wieħed iqis li kien raġonevoli li ma tkunx mistennija offerta formali mingħand investituri oħrajn. Tabilħaqq, f’dak iż-żmien, minħabba n-nuqqas ta’ stabbiltà finanzjarja tas-sistema bankarja Griega, li rreġistrat telf kbir mis-self minħabba r-reċessjoni profonda u fit-tul, il-banek barranin preżenti fil-Greċja ċedew, jew kienu waslu biex iċedu mill-attivitajiet Griegi tagħhom (pereżempju; Geniki, MBG u Emporiki Bank). Fi kliem ieħor, huma kienu qegħdin joħorġu mis-suq Grieg u ma kinux qegħdin ifittxu opportunitajiet ta’ investimenti ġodda fil-Greċja. Barra minn hekk, huwa raġonevoli li wieħed jassumi li kien biss investitur li kapaċi jistabbilizza l-attivitajiet akkwistati malajr u jagħmilhom vijabbli - jiġifieri grupp bankarju kbir - li seta’ jkun interessat f’dawk l-attivitajiet. Fl-aħħar nett, minħabba l-limitu ta’ żmien qasir ħafna disponibbli għall-għeluq tal-bejgħ - li kien iddettat mill-kriżi finanzjarja li matulha kienu qegħdin joperaw il-banek soġġetti għall-bejgħ - il-parteċipazzjoni tal-banek barranin jew ta’ tipi oħrajn ta’ investituri fil-proċedura tal-bejgħ kienet improbabbli ħafna, billi dawk l-investituri normalment ikunu jridu li titwettaq diliġenza dovuta tal-assi offruti għall-bejgħ qabel jissottomettu offerta formali. |
|
(180) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-prezz tal-bejgħ tal-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti kien il-prezz tas-suq u li l-għajnuna pprovduta lix-xerrej, jiġifieri l-Bank, tista’ tiġi eskluża. |
6.2.2. Il-bażi legali għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà
|
(181) |
L-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex issib li l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern jekk din tkun intiża “biex tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru”. |
|
(182) |
Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-kriżi finanzjarja globali tista’ toħloq taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru u li l-miżuri li jappoġġjaw lill-banek jistgħu jirrimedjaw dak it-taqlib. Dan kien ikkonfermat fil-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. Il-Kummissjoni xorta waħda tqis li r-rekwiżiti għall-għajnuna mill-Istat li għandha tiġi approvata skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat huma ssodisfati fid-dawl tal-istress li reġa’ tfaċċa fis-swieq finanzjarji. Il-Kummissjoni kkonfermat dik il-fehma billi adottat il-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011 (88) u l-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013 (89). |
|
(183) |
Fir-rigward tal-ekonomija Griega, fid-deċiżjonijiet tagħha li japprovaw u jestendu l-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi, kif ukoll fl-approvazzjonijiet minnha tal-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Greċja lil banek individwali (90), il-Kummissjoni rrikonoxxiet li teżisti theddida ta’ taqlib serju fl-ekonomija Griega u li l-appoġġ mill-Istat lill-banek huwa xieraq sabiex jiġi rrimedjat dak it-taqlib. Għalhekk, il-bażi legali għall-valutazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna għandha tkun l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat. |
|
(184) |
Matul il-kriżi finanzjarja, il-Kummissjoni żviluppat kriterji ta’ kompatibbiltà għat-tipi differenti ta’ miżuri ta’ għajnuna. Il-prinċipji għall-valutazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna ġew stipulati għall-ewwel darba fil-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008. |
|
(185) |
B’konformità mal-punt 15 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, sabiex għajnuna tkun kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, hija għandha tikkonforma mal-kriterji ġenerali għall-kompatibbiltà:
|
|
(186) |
Matul il-kriżi finanzjarja, il-Kummissjoni żviluppat kriterji tal-kompatibbiltà għat-tipi differenti ta’ miżuri ta’ għajnuna. Il-prinċipji għall-valutazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna ġew stipulati għall-ewwel darba fil-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008. |
|
(187) |
Il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni tistabbilixxi aktar gwida dwar il-livell ta’ rimunerazzjoni meħtieġa għall-injezzjonijiet ta’ kapital mill-Istat. |
|
(188) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni spjegat fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar kif sejra tivvaluta l-pjanijiet ta’ ristrutturar. Fil-valutazzjoni tagħha tal-pjan ta’ ristrutturar tal-Bank taħt il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-Kummissjoni sejra tieħu f’kunsiderazzjoni l-miżuri kollha li huma elenkati fit-Tabella 11. |
6.2.3. Il-konformità tal-miżura ta’ għajnuna Ċ mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 u mal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni
6.2.3.1. Adegwatezza
|
(189) |
Fir-rigward tal-adegwatezza tal-miżura, jiġifieri, l-impenn mogħti mill-HFSF għar-rikapitalizzazzjoni tal-Bank b’valur li jammonta għal EUR 524 miljun, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżura hija xierqa minħabba li ppermettiet il-bejgħ tal-operazzjonijiet Griegi tat-tliet Banek Ċiprijotti lill-Bank. |
|
(190) |
Fin-nuqqas tal-miżura, ebda wieħed mill-banek Griegi, inkluż il-Bank, ma kien ikun irid jakkwista l-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti fi żmien meta ebda bank minn barra l-Greċja ma ried jidħol f’dak is-suq. Li kieku ma ġewx akkwistati l-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti, dawk l-attivitajiet u, b’mod partikolari, id-depożiti tal-fergħat Griegi kienu jsibu ruħhom fil-periklu. Għalhekk, il-miżura żgurat li tinżamm l-istabbiltà finanzjarja fil-Greċja. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ssib li l-miżura hija xierqa bħala għajnuna ta’ salvataġġ. |
6.2.3.2. Neċessità
|
(191) |
B’konformità mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, il-miżura ta’ għajnuna trid, fl-ammont u l-forma tagħha, tkun neċessarja sabiex tilħaq l-għan tal-miżura. Hija timplika li injezzjoni ta’ kapital, pereżempju, trid tkun tal-ammont minimu neċessarju sabiex tilħaq dak l-għan. |
|
(192) |
Fi żmien meta kien diffiċli ħafna għall-banek Griegi sabiex isibu l-kapital, il-miżura kopriet il-ħtiġijiet kapitali li jirriżultaw mill-ħlas tal-prezz tax-xiri għall-akkwiżizzjoni tal-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti sabiex tkun tista’ sseħħ l-akkwiżizzjoni. |
|
(193) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota b’mod pożittiv li l-għajnuna ħadet il-forma ta’ injezzjoni ta’ kapital fil-qafas tar-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013 billi l-HFSF ma ta ebda għotja lill-Bank iżda rċieva ishma ordinarji għall-istess valur. |
|
(194) |
Għalhekk, il-miżura hija meħtieġa sabiex jintlaħaq l-għan tal-limitazzjoni tat-taqlib fis-sistema bankarja Griega u fl-ekonomija b’mod ġenerali. |
6.2.3.3. Proporzjonalità
|
(195) |
L-attivitajiet megħjuna nbiegħu wara li l-awtoritajiet Griegi nedew sejħa għall-offerti. Barra minn hekk, l-attivitajiet akkwistati malajr ġew integrati fi ħdan il-Bank. L-għajnuna ma ppermettietx li l-attivitajiet megħjuna jibqgħu bħala kompetituri separati fis-suq. |
|
(196) |
Barra minn hekk, l-ammont tal-għajnuna kien relattivament żgħir minħabba li jikkorrispondi għal madwar 3 % tas-self nett totali tal-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti (jew madwar 3 % tal-RWA tagħhom) (91). |
|
(197) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-miżura kienet imfassla b’tali mod li tnaqqas id-distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni. |
6.2.3.4. Konklużjoni dwar il-konformità mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 u mal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni
|
(198) |
Fuq il-bażi tal-analiżi fil-premessi 189 sa 197, huwa konkluż li r-rikapitalizzazzjoni tal-Bank mill-HFSF, li tammonta għal EUR 524 miljun, kienet xierqa, meħtieġa sabiex jintlaħaq l-għan tal-limitazzjoni tat-taqlib fis-sistema bankarja Griega u fl-ekonomija b’mod ġenerali u kienet imfassla b’tali mod li tnaqqas id-distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni, kif ukoll hija konformi mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 u mal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni. |
6.2.4. Il-konformità tal-miżura ta’ għajnuna mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar
|
(199) |
Kif ġie spjegat fil-premessa 178, il-bejgħ tal-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti jaqa’ taħt it-taqsima tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar dwar “Il-vijabbiltà permezz tal-bejgħ ta’ bank”. B’konformità mal-punt 17 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, fil-każ tal-bejgħ ta’ bank f’diffikultà lil istituzzjoni finanzjarja oħra, ir-rekwiżiti tal-vijabbiltà, il-kontribuzzjoni proprja u l-limitazzjonijiet tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni għandhom jiġu rrispettati. |
6.2.4.1. Il-vijabbiltà fit-tul tal-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti permezz tal-bejgħ
|
(200) |
Il-punt 17 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jikkjarifika li l-bejgħ ta’ bank f’diffikultà lil istituzzjoni finanzjarja oħra jista’ jikkontribwixxi għat-treġġigħ lura tal-vijabbiltà fit-tul, jekk l-akkwirent ikun vijabbli u kapaċi jassorbi t-trasferiment tal-bank f’diffikultà u jkun jista’ jgħin sabiex tinkiseb lura l-fiduċja fis-suq. |
|
(201) |
Il-Bank irnexxielu jintegra b’suċċess l-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti. Kif ġie ddikjarat fit-taqsima 7.6, fuq il-bażi tal-pjan ta’ ristrutturar tiegħu, il-Bank jista’ jitqies bħala entità vijabbli. Għalhekk, il-fatt li l-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti ġew ittrasferiti lill-Bank jippermetti t-treġġigħ lura għall-vijabbiltà fit-tul tagħhom. |
6.2.4.2. Kontribuzzjoni proprja u kondiviżjoni tal-piżijiet
|
(202) |
Fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-azzjonisti tat-tliet Banek Ċiprijotti għall-ispejjeż tar-ristrutturar, il-Kummissjoni tosserva li t-tliet Banek Ċiprijotti ma biegħux l-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti fil-valur kontabilistiku tagħhom, iżda fil-valur aġġustat skont ir-rapport tal-PIMCO. Barra minn hekk, anki wara li sar dak l-aġġustament, it-tliet Banek Ċiprijotti ttrasferixxew aktar assi minn obbligazzjonijiet lill-Bank. Għalhekk, jista’ jingħad li nkisbet kondiviżjoni tal-piżijiet suffiċjenti tal-azzjonisti, ladarba t-telf fil-valur tal-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti tħallas mill-bejjiegħa tagħhom. |
6.2.4.3. Miżuri maħsuba sabiex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni
|
(203) |
Fir-rigward tal-miżuri maħsuba biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, il-punt 30 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jistabbilixxi li “il-Kummissjoni tieħu bħala l-punt tat-tluq għall-valutazzjoni tagħha tal-ħtieġa għal tali miżuri, id-daqs, l-iskala u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet li jkollu l-bank inkwistjoni fuq l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturar kredibbli … In-natura u l-forma ta’ tali miżuri jiddependu fuq żewġ kriterji: l-ewwel nett, l-ammont tal-għajnuna u l-kondizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi li taħthom ingħatat u, it-tieni, il-karatteristiċi tas-suq jew swieq li fihom jopera l-bank benefiċjarju.” |
|
(204) |
Kif ġie deskritt fil-premessa 196, l-ammont ta’ għajnuna jikkorrispondi għal madwar 3 % tal-RWA tal-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li dan huwa ammont relattivament żgħir meta wieħed iqis li dan ippermetta l-bejgħ tal-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti u, kif ġie spjegat fil-premessa 190, iggarantixxa ż-żamma tal-istabbiltà finanzjarja fil-Greċja. |
|
(205) |
Wara l-bejgħ tal-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti, il-fergħat Griegi waqfu jeżistu bħala kompetituri awtonomi, hekk kif ġew integrati b’mod sħiħ fil-Bank. |
|
(206) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li minħabba l-ammont relattivament żgħir ta’ għajnuna għall-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti u l-fatt li l-fergħat Griegi mhux ser jibqgħu jeżistu bħala kompetituri awtonomi, ma hemm ebda distorsjoni żejda tal-kompetizzjoni. |
6.2.4.4. Konklużjoni dwar il-konformità mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar
|
(207) |
Abbażi tal-analiżi fil-premessi 199 sa 206, huwa konkluż li l-bejgħ tal-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti u l-integrazzjoni tagħhom fil-Bank jiggarantixxu l-vijabbiltà fit-tul tagħhom, li l-għajnuna hija limitata għall-minimu neċessarju u li ma hemm ebda distorsjoni żejda tal-kompetizzjoni, b’konformità mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
|
(208) |
Għalhekk, ir-rikapitalizzazzjoni tal-Bank mill-HFSF, li tammonta għal EUR 524 miljun, għandha tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-suq intern. |
7. VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA MOGĦTIJA LILL-BANK
7.1. L-EŻISTENZA U L-AMMONT TAL-GĦAJNUNA
|
(209) |
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-eżistenza tal-għajnuna mill-Istat lill-Bank skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
7.1.1. L-eżistenza tal-għajnuna fil-miżuri mogħtija taħt l-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi
7.1.1.1. L-appoġġ ta’ likwidità mogħti mill-Istat taħt il-garanzija u l-miżuri ta’ self obbligazzjonarju mill-gvern (il-miżura L1)
|
(210) |
Il-Kummissjoni diġà stabbilixxiet fid-deċiżjonijiet li japprovaw u jestendu l-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi (92) li l-appoġġ ta’ likwidità mogħti taħt l-iskema jikkostitwixxi għajnuna. Fl-2011, il-Bank ħareġ bonds garantiti mill-Istat li kienu jammontaw għal total ta’ EUR 9,9 biljun. Il-Greċja sellfet ukoll EUR 1 289 miljun f’bonds tal-gvern lill-Bank. Fl-aħħar ta’ Marzu 2014, l-ammont pendenti ta’ bonds garantiti mill-Istat u ta’ bonds tal-gvern kien ta’ EUR 9,9 biljun u EUR 1,024 miljun, rispettivament. (93). L-appoġġ ta’ likwidità mogħti fil-ġejjieni taħt l-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi wkoll jikkostitwixxi għajnuna. |
7.1.1.2. Rikapitalizzazzjoni mill-Istat mogħtija taħt il-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni (il-miżura A)
|
(211) |
Il-Kummissjoni diġà stabbilixxiet fid-Deċiżjoni tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi li r-rikapitalizzazzjonijiet li għandhom jingħataw taħt il-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni tagħha jikkostitwixxu għajnuna. Il-Bank irċieva EUR 750 miljun permezz ta’ ishma privileġġati, li jirrappreżentaw 2,1 % tal-RWA tal-Bank (94). |
7.1.2. L-eżistenza tal-għajnuna fl-ELA garantita mill-Istat (il-miżura L2)
|
(212) |
Il-Kummissjoni kkjarifikat fil-punt 51 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 li l-għoti ta’ fondi tal-banek ċentrali lill-istituzzjonijiet finanzjarji ma jikkostitwixxi ebda għajnuna jekk jiġu ssodisfati erba’ kondizzjonijiet kumulattivi fir-rigward tas-solvenza tal-istituzzjoni finanzjarja, il-kollateralizzazzjoni tal-faċilità, ir-rata tal-imgħax mitluba lill-istituzzjoni finanzjarja u n-nuqqas ta’ kontro-garanzija mill-Istat. Billi l-ELA garantita mill-Istat mogħtija lill-Bank ma tikkonformax ma’ dawk l-erba’ kondizzjonijiet kumulattivi, b’mod partikolari minħabba li hija garantita mill-Istat u tingħata flimkien ma’ miżuri ta’ appoġġ oħrajn, ma jistax jiġi konkluż li l-ELA garantita mill-Istat ma tikkostitwixxi ebda għajnuna mill-Istat. |
|
(213) |
L-ELA garantita mill-Istat tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat. L-ewwel nett, minħabba li l-miżura tinkludi garanzija mill-Istat favur il-Bank of Greece, kwalunkwe telf jitħallas mill-Istat. Għalhekk, il-miżura tinvolvi r-riżorsi Statali. L-ELA tippermetti lill-banek jiksbu finanzjament fi żmien meta ma jkollhom ebda aċċess għas-suq tal-finanzjament tal-operaturi u għall-operazzjonijiet regolari ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema. Għalhekk, l-ELA garantita mill-Istat tagħti vantaġġ lill-Bank. Minħabba li l-ELA garantita mill-Istat hija limitata għas-settur bankarju, il-miżura hija selettiva. Minħabba li l-ELA garantita mill-Istat tippermetti lill-Bank ikompli jopera fis-suq u tevita li dan jisfa inadempjenti u jkollu joħroġ mis-suq, mela hija titqies bħala li tfixkel il-kompetizzjoni. Billi l-Bank huwa attiv fi Stati Membri oħrajn u billi l-istituzzjonijiet finanzjarji minn Stati Membri oħrajn joperaw jew potenzjalment ikunu interessati li joperaw fil-Greċja, il-vantaġġ mogħti lill-Bank jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(214) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ELA garantita mill-Istat (il-miżura L2) tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. L-ammont ta’ ELA garantita mill-Istat varja matul iż-żmien. Fil-31 ta’ Diċembru 2012, hija kienet tammonta għal madwar EUR 31,4 biljun. Wara tnaqqis qawwi fl-2013, hija kienet tammonta għal EUR 750 miljun biss fl-aħħar ta’ dik is-sena. |
7.1.3. L-eżistenza tal-għajnuna fil-miżuri mogħtija permezz tal-HFSF
7.1.3.1. L-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja (il-miżura B1)
|
(215) |
Fit-taqsima 5.1 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Piraeus, il-Kummissjoni diġà kkonkludiet li l-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Il-kapital riċevut kien jammonta għal EUR 4,7 biljun. |
7.1.3.2. It-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja (il-miżura B2)
|
(216) |
Il-miżura B2 ġiet implimentata bir-riżorsi tal-HFSF, li, kif ġie spjegat fil-premessa 65 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Piraeus, jinvolvu r-riżorsi Statali. |
|
(217) |
Fir-rigward tal-eżistenza ta’ vantaġġ, il-miżura B2 żiedet il-proporzjon tal-kapital tal-Bank għal livell li ppermettielu jkompli jiffunzjona fis-suq u jikseb aċċess għall-finanzjament mill-Eurosistema. Barra minn hekk, ir-rimunerazzjoni tal-miżura B2 kienet tikkonsisti fl-imgħaxijiet akkumulati fuq in-noti tal-EFSF u fi ħlas addizzjonali ta’ 1 %. Minħabba li r-rimunerazzjoni hija evidentement aktar baxxa mir-rimunerazzjoni ta’ strumenti kapitali simili fis-suq, ċertament li l-Bank ma kienx ikun jista’ jiġbor dak il-kapital fuq tali termini fis-suq. Għalhekk, il-miżura B2 tat vantaġġ lill-Bank mir-riżorsi Statali. Minħabba li l-miżura tpoġġiet disponibbli biss għall-Bank, hija selettiva fin-natura tagħha. |
|
(218) |
Il-pożizzjoni tal-Bank issaħħet bħala riżultat tal-miżura B2, billi l-Bank kien ipprovdut bir-riżorsi finanzjarji meħtieġa sabiex ikun jista’ jkompli jikkonforma mar-rekwiżiti kapitali, sitwazzjoni li b’hekk wasslet għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Billi l-Bank huwa attiv fi swieq bankarji fi Stati Membri oħrajn u billi l-istituzzjonijiet finanzjarji minn Stati Membri oħrajn joperaw fil-Greċja jew potenzjalment ikunu interessati li joperaw fil-Greċja, il-miżura B2 taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(219) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżura B2 tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Hija kienet innotifikata bħala għajnuna mill-awtoritajiet nazzjonali. Il-kapital riċevut kien jammonta għal EUR 1 553 miljun. |
7.1.3.3. Ittra ta’ impenn (il-miżura B3)
|
(220) |
Permezz tal-miżura B3, l-HFSF impenja ruħu li jipprovdi l-kapital addizzjonali meħtieġ sabiex jikkompleta r-rikapitalizzazzjoni tal-Bank sal-ammont mitlub mill-Bank of Greece fil-qafas tat-test tal-istress tal-2012. L-HFSF jirċievi r-riżorsi tiegħu mill-Istat. Għalhekk, l-ittra timpenja riżorsi Statali. Iċ-ċirkostanzi li fihom l-HFSF jista’ jagħti appoġġ lill-istituzzjonijiet finanzjarji huma definiti b’mod preċiż u limitati mil-liġi. Għaldaqstant, l-użu ta’ dawk ir-riżorsi Statali huwa r-responsabbiltà tal-Istat. L-HFSF impenja li jipprovdi sa EUR 1 082 miljun ta’ kapital addizzjonali. |
|
(221) |
L-ittra ta’ impenn tat vantaġġ lill-Bank minħabba li rriassigurat lid-depożituri li l-Bank ser ikun jista’ jiġbor l-ammont kollu tal-kapital li kellu jiġbor, jiġifieri, l-HFSF jipprovdi l-kapital f’każ li l-Bank jonqos milli jiġbru u jpoġġih fis-suq. Dak l-impenn iffaċilita wkoll il-ġbir ta’ kapital privat mis-suq, billi l-investituri ġew riassigurati li, jekk il-Bank ma jkunx jista’ jsib parti mill-kapital mis-suq, dan jiġi pprovdut mill-HFSF. Ebda investitur privat ma kien ikun lest li jaċċetta li jimpenja ruħu qabel ikunu magħrufa t-termini tar-rikapitalizzazzjoni u, f’dak iż-żmien, il-Bank ma kellu ebda aċċess għas-swieq kapitali. Dak il-vantaġġ huwa selettiv minħabba li ma ngħatax lill-banek kollha li joperaw fil-Greċja. |
|
(222) |
Billi l-Bank huwa attiv fi Stati Membri oħrajn u billi l-istituzzjonijiet finanzjarji minn Stati Membri oħrajn joperaw jew potenzjalment ikunu interessati li joperaw fil-Greċja, il-miżura B3 x’aktarx li taffettwa wkoll il-kummerċ bejn l-Istati Membri u li tfixkel il-kompetizzjoni. |
|
(223) |
Għalhekk, il-miżura B3 tikkostitwixxi għajnuna u ġiet innotifikata bħala għajnuna mill-Istat mill-awtoritajiet Griegi. |
7.1.3.4. Il-parteċipazzjoni tal-HFSF fir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013 sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet kapitali tat-test tal-istress tal-2013 (il-miżura B4)
|
(224) |
Il-parteċipazzjoni tal-HFSF fir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013, li għandha l-għan li tkopri l-ħtiġijiet kapitali identifikati fit-test tal-istress tal-2012 (il-miżura B4), hija l-konverżjoni parzjali tal-ewwel u tat-tieni rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji (il-miżuri B1 u B2) f’rikapitalizzazzjoni permanenti ta’ EUR 5 891 miljun f’ishma ordinarji. Billi l-miżura B4 hija l-konverżjoni parzjali tal-għajnuna diġà mogħtija, hija xorta waħda tinvolvi riżorsi Statali, iżda hija ma żżidx l-ammont nominali tal-għajnuna. Madankollu, għal ammont nominali ta’ għajnuna mogħtija, hija żżid il-vantaġġ għall-Bank (u, għalhekk, id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni), minħabba li hija rikapitalizzazzjoni permanenti u mhux rikapitalizzazzjoni temporanja bħal fil-każ tal-miżuri B1 u B2. |
|
(225) |
Il-Kummissjoni tinnota li dan l-appoġġ ma ngħatax lill-banek kollha li joperaw fil-Greċja. Fir-rigward tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ, il-Kummissjoni tinnota, pereżempju, li l-għajnuna ppermettiet lill-Bank iwettaq l-operazzjonijiet tiegħu fi Stati Membri oħrajn. Likwidazzjoni tal-Bank kienet twassal għat-terminazzjoni tal-attivitajiet tiegħu barra l-pajjiż, permezz tal-likwidazzjoni ta’ dawk l-attivitajiet jew permezz tal-bejgħ tagħhom. Barra minn hekk, ċerti banek minn Stati Membri oħrajn kienu qegħdin joperaw fil-Greċja. Għalhekk, il-miżura tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżura B4 tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. |
7.1.3.5. Konklużjoni dwar il-miżuri B1, B2, B3 u B4
|
(226) |
Il-miżuri B1, B2, B3 u B4 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. L-ammont ta’ għajnuna mill-Istat inkluż fil-miżuri B1, B2 u B3 huwa ta’ EUR 7 335 miljun. Kif ġie indikat fit-taqsima 7.1.3.3, minħabba li l-Bank attira kapital privat li jammonta għal EUR 1 444 miljun fir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013, parti biss mill-ewwel u mit-tieni rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji (il-miżuri B1 u B2) ġiet ikkonvertita f’rikapitalizzazzjoni permanenti (il-miżura B4). Il-kapital addizzjonali ta’ EUR 1 082 miljun (il-miżura B3) impenjat mill-HFSF ma kienx meħtieġ u, għalhekk, ma tħallasx. Għalhekk, l-ammont ta’ appoġġ mill-Istat imħallas kien biss is-somma tal-ewwel u tat-tieni rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji, jiġifieri EUR 6 253 miljun u parti minn dik l-għajnuna tħallset lura fi żmien sitt xhur matul ir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013 (il-miżura B4) minħabba li l-parteċipazzjoni privata qabżet l-ammont tal-impenn. |
|
(227) |
Il-punt 31 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jindika li, minbarra l-ammont assolut ta’ għajnuna, il-Kummissjoni għandha tieħu f’kunsiderazzjoni l-għajnuna “fir-rigward tal-assi mwieżna għar-riskji tal-bank”. Il-miżuri B1, B2 u B3 ingħataw matul perjodu ta’ sena, minn April 2012 sa Mejju 2013. Matul dak il-perjodu, l-RWA tal-Bank żdied bil-kbir wara l-akkwiżizzjonijiet suċċessivi. Għalhekk, qamet il-mistoqsija dwar liema livell ta’ RWA għandu jintuża u, b’mod partikolari, jekk l-għajnuna mill-Istat għandhiex tiġi vvalutata b’referenza għall-RWA li kien jeżisti fil-bidu tal-perjodu jew fi tmiem il-perjodu. Il-miżuri B1, B2 u B3 għandhom l-għan li jkopru ħtieġa kapitali identifikata mill-Bank of Greece f’Marzu 2012 (it-test tal-istress tal-2012). Fi kliem ieħor, il-ħtiġijiet kapitali li dawk il-miżuri ta’ appoġġ mill-Istat għandhom l-għan li jindirizzaw kienu diġà jeżistu f’Marzu 2012. Għalhekk, il-Kummissjoni tal-fehma li l-ammont ta’ għajnuna inkluż fil-miżuri B1, B2 u B3 għandu jitqabbel mal-RWA tal-Bank fil-31 ta’ Marzu 2012. Huwa mfakkar ukoll li, wara Marzu 2012 u sar-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013, il-Bank of Greece ma ħax f’kunsiderazzjoni l-akkwiżizzjonijiet magħmula mill-banek Griegi sabiex jaġġusta l-ħtiġijiet kapitali tagħhom ‘il fuq jew ‘l isfel. Dak l-element ikompli juri li l-miżuri B1, B2 u B3 kienu miżuri ta’ għajnuna relatati mal-perimetru tal-Bank minħabba li kien diġà jeżisti fil-31 ta’ Marzu 2012. |
|
(228) |
L-għajnuna mogħtija lill-Bank kienet tammonta għas-somma tal-ewwel u tat-tieni rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji (il-miżuri B1 u B2) u l-impenn mogħti mill-HFSF (il-miżura B3), jiġifieri EUR 7 335 miljun jew 21,5 % tal-RWA tal-Bank fil-31 ta’ Marzu 2012. |
|
(229) |
L-għajnuna mħallsa lill-Bank kienet tammonta għas-somma tal-ewwel u tat-tieni rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji (il-miżuri B1 u B2), jiġifieri EUR 6 253 miljun jew 18,4 % tal-RWA tal-Bank fil-31 ta’ Marzu 2012. |
|
(230) |
Billi l-Bank irnexxielu jattira kapital privat, l-ammont definittivament injettat mill-HFSF fil-Bank fil-forma ta’ ishma ordinarji kien jammonta għal EUR 5 891 miljun, li jirrappreżenta 17,3 % tal-RWA tal-Bank fil-31 ta’ Marzu 2012. |
7.1.4. Konklużjoni dwar l-eżistenza u l-ammont totali tal-għajnuna riċevuta mill-Bank
|
(231) |
Il-miżuri A, B1, B2, B3, B4, L1 u L2 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Dawk il-miżuri huma miġbura fil-qosor fit-Tabella 11. Tabella 11 Ħarsa ġenerali lejn l-għajnuna totali riċevuta mill-Bank
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
7.2. IL-BAŻI LEGALI GĦALL-VALUTAZZJONI TAL-KOMPATIBBILTÀ
|
(232) |
Kif ġie konkluż fil-premessa 183, il-bażi legali għall-valutazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna għandha tkun l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat (95). |
|
(233) |
Matul il-kriżi finanzjarja, il-Kummissjoni żviluppat kriterji tal-kompatibbiltà għat-tipi differenti ta’ miżuri ta’ għajnuna. Il-prinċipji għall-valutazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna ġew stipulati għall-ewwel darba fil-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008. |
|
(234) |
Il-gwida għall-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tista’ tinstab fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u fil-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011. |
|
(235) |
Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tiddefinixxi l-approċċ adottat mill-Kummissjoni fir-rigward tal-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ ristrutturar, b’mod partikolari l-ħtieġa tar-ritorn għall-vijabbiltà, tal-iżgurar ta’ kontribuzzjoni xierqa mill-benefiċjarju u tal-limitazzjoni tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. |
|
(236) |
Dak il-qafas kien ikkumplimentat mill-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013, li tapplika għall-miżuri ta’ għajnuna nnotifikati jew mogħtija mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni wara l-31 ta’ Lulju 2013. |
7.2.1. Il-bażi legali għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-appoġġ ta’ likwidità lill-Bank (il-miżura L1)
|
(237) |
L-appoġġ ta’ likwidità diġà riċevut mill-Bank kien approvat b’mod definittiv permezz tad-deċiżjonijiet suċċessivi li jawtorizzaw il-miżuri taħt l-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi u l-emendi u l-estensjonijiet tagħha (96). Kwalunkwe appoġġ ta’ likwidità fil-ġejjieni għall-Bank ser ikollu jingħata taħt skema li tkun debitament approvata mill-Kummissjoni. It-termini ta’ din l-għajnuna ser ikollhom jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni qabel tingħata u, għalhekk, ma għandhomx bżonn jiġu vvalutati aktar f’din id-deċiżjoni. |
7.2.2. Il-bażi legali għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-ishma privileġġati (il-miżura A)
|
(238) |
Ir-rikapitalizzazzjoni mogħtija fl-2009 fil-forma ta’ ishma privileġġati (il-miżura A) ingħatat taħt il-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni tal-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi, li kienet approvata fl-2008 skont il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008. Għalhekk, hija ma għandhiex bżonn tiġi vvalutata mill-ġdid skont il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 u għandha tiġi vvalutata biss skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
7.2.3. Il-bażi legali għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-ELA garantita mill-Istat (il-miżura L2)
|
(239) |
Il-kompatibbiltà tal-ELA garantita mill-Istat (il-miżura L2) għandha l-ewwel tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 u l-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011. Kwalunkwe ELA garantita mill-Istat mogħtija mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni wara l-31 ta’ Lulju 2013 taqa’ taħt il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013. |
7.2.4. Il-bażi legali għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tar-rikapitalizzazzjonijiet mill-HFSF (il-miżuri B1, B2, B3 u B4)
|
(240) |
Il-kompatibbiltà tar-rikapitalizzazzjonijiet mill-HFSF (il-miżuri B1, B2, B3 u B4), b’mod partikolari fir-rigward tar-rimunerazzjoni, għandha l-ewwel tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011. Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Piraeus, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżura B1 ma’ dawk il-Komunikazzjonijiet. Billi ġew implimentati qabel l-1 ta’ Awwissu 2013, dawk il-miżuri ma jaqgħux taħt il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013. Il-kompatibbiltà tar-rikapitalizzazzjonijiet mill-HFSF (il-miżuri B1, B2, B3 u B4) għandha tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
7.3. IL-KONFORMITÀ TAL-MIŻURA L2 MAL-KOMUNIKAZZJONI BANKARJA TAL-2008, MAL-KOMUNIKAZZJONI DWAR IR-RIKAPITALIZZAZZJONI U MAL-KOMUNIKAZZJONI DWAR L-ESTENSJONI TAL-2011
|
(241) |
Sabiex għajnuna tkun kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, hija għandha tikkonforma mal-kriterji ġenerali għall-kompatibbiltà: l-adegwatezza, in-neċessità u l-proporzjonalità. |
|
(242) |
Minħabba li l-banek Griegi ma baqgħux joperaw aktar fis-swieq tal-operaturi u saru kompletament dipendenti fuq il-finanzjament mill-bank ċentrali, kif ġie indikat fil-premessa 37, u ladarba l-Bank ma setax jidħol għal self ta’ ammont suffiċjenti ta’ fondi permezz tal-operazzjonijiet standard ta’ rifinanzjament, il-Bank kellu jiddependi fuq l-ELA garantita mill-Istat sabiex jikseb likwidità suffiċjenti bil-għan li jevita li jisfa inadempjenti. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżura L2 hija mekkaniżmu xieraq sabiex jirrimedja t-taqlib serju li seta’ jiġi kkawżat mill-inadempjenza tal-Bank. |
|
(243) |
Billi l-ELA garantita mill-Istat tinvolvi spiża relattivament għolja ta’ finanzjament għall-Bank, il-Bank għandu biżżejjed inċentiv sabiex jevita li jkollu jiddependi fuq dak is-sors ta’ finanzjament sabiex jiżviluppa l-attivitajiet tiegħu. Il-Bank kellu jħallas rata ta’ imgħax ta’ […] bps ogħla mill-operazzjonijiet standard ta’ rifinanzjament bl-Eurosistema. Barra minn hekk, il-Bank kellu jħallas miżata ta’ garanzija ta’ […] bps lill-Istat. Bħala riżultat, l-ispiża totali tal-ELA garantita mill-Istat għall-Bank hija ferm ogħla mill-ispejjeż normali tar-rifinanzjament mill-BĊE. B’mod partikolari, id-differenza bejn tal-ewwel u tal-aħħar hija ogħla mil-livell tal-miżata ta’ garanzija mitluba mill-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011. B’riżultat ta’ dan, ir-rimunerazzjoni totali mitluba mill-Istat tista’ titqies bħala suffiċjenti. Fir-rigward tal-ammont tal-ELA garantita mill-Istat, dan jiġi rivedut regolarment mill-Bank of Greece u mill-BĊE fuq il-bażi tal-ħtiġijiet proprji tal-Bank. Huma jimmonitorjaw mill-qrib l-użu tagħha u jiżguraw li hija tkun limitata għall-minimu neċessarju. Għalhekk, il-miżura L2 ma tipprovdix lill-Bank b’likwidità żejda li tista’ tintuża sabiex tiffinanzja attivitajiet li jfixklu l-kompetizzjoni. Hija limitata għall-ammont minimu neċessarju. |
|
(244) |
Tali skrutinju mill-qrib tal-użu tal-ELA garantita mill-Istat u l-verifika regolari li l-użu tagħha huwa limitat għall-minimu jiżguraw ukoll li l-likwidità tkun proporzjonata u li ma twassalx għal distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-Greċja tat impenn li l-Bank sejjer jimplimenta pjan ta’ ristrutturar li jnaqqas id-dipendenza tiegħu fuq il-finanzjament mill-bank ċentrali u li l-Bank sejjer jikkonforma mal-limitazzjonijiet fl-imġiba, kif ġie analizzat fit-taqsima 7.6. Dawk il-fatturi jiżguraw li d-dipendenza fuq l-appoġġ ta’ likwidità sejra tintemm mill-aktar fis possibbli u li tali għajnuna hija proporzjonata. |
|
(245) |
Għalhekk, il-miżura L2 tikkonforma mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 u mal-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011. Billi l-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013 ma introduċietx aktar rekwiżiti fir-rigward tal-garanziji, il-miżura L2 tikkonforma wkoll mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013. |
7.4. IL-KONFORMITÀ TAL-MIŻURI B1, B2, B3 U B4 MAL-KOMUNIKAZZJONI BANKARJA TAL-2008, MAL-KOMUNIKAZZJONI DWAR IR-RIKAPITALIZZAZZJONI, MAL-KOMUNIKAZZJONI DWAR L-ESTENSJONI TAL-2011 U MAL-KOMUNIKAZZJONI BANKARJA TAL-2013
|
(246) |
Kif ġie indikat fil-premessa 241 u b’konformità mal-punt 15 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, sabiex għajnuna tkun kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, hija trid tikkonforma mal-kriterji ġenerali għall-kompatibbiltà (97): l-adegwatezza, in-neċessità u l-proporzjonalità. |
|
(247) |
Il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011 jistabbilixxu aktar gwida dwar il-livell ta’ rimunerazzjoni meħtieġ għall-injezzjonijiet ta’ kapital mill-Istat. |
7.4.1. Adegwatezza tal-Miżuri
|
(248) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li r-rikapitalizzazzjonijiet tal-HFSF (il-miżuri B1, B2, B3 u B4) huma xierqa minħabba li jippermettu lill-Bank ikun konformi mar-rekwiżiti kapitali. Mingħajr ir-rikapitalizzazzjonijiet mill-HFSF, il-Bank ma kienx ikun jista’ jwettaq l-attivitajiet tiegħu u kien jitlef l-aċċess għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-BĊE. |
|
(249) |
F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Piraeus li l-Bank huwa waħda mill-akbar istituzzjonijiet bankarji fil-Greċja, kemm f’termini ta’ self kif ukoll f’termini ta’ ġbir ta’ depożiti. Bħala tali, il-Bank huwa bank sistematikament importanti għall-Greċja. Konsegwentement, inadempjenza mill-Bank kienet toħloq taqlib serju fl-ekonomija Griega. Taħt dawk iċ-ċirkostanzi prevalenti, l-istituzzjonijiet finanzjarji fil-Greċja kellhom diffikultajiet sabiex jiksbu aċċess għall-finanzjament. Dak in-nuqqas ta’ finanzjament illimita l-abbiltà tagħhom li jipprovdu self lill-ekonomija Griega. F’dak il-kuntest, it-taqlib fl-ekonomija seta’ jiġi aggravat mill-inadempjenza tal-Bank. Barra minn hekk, il-miżuri B1, B2, B3 u B4 waslu sa ċertu punt sinifikanti minħabba l-programm PSI, avveniment straordinarju u imprevedibbli ferm u mhux bħala riżultat ta’ tmexxija ħażina jew teħid ta’ riskji eċċessivi mill-Bank. Għalhekk, il-miżuri huma primarjament intiżi biex jittrattaw ir-riżultati tal-programm PSI u jikkontribwixxu sabiex tinżamm l-istabbiltà finanzjarja fil-Greċja. |
|
(250) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Piraeus, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk ittieħdux minnufih il-miżuri kollha possibbli sabiex jiġi evitat li l-Bank jerġa’ jiġi bżonn l-għajnuna fil-ġejjieni. Kif ġie indikat fil-premessi 140 u 141 ta’ din id-Deċiżjoni, il-Greċja impenjat ruħha li timplimenta għadd ta’ azzjonijiet relatati mal-governanza korporattiva u l-operazzjonijiet kummerċjali tal-Bank. Kif ġie deskritt fil-premessi 115, 116 u 117, il-Bank irristruttura wkoll l-attivitajiet tiegħu b’mod sinifikanti, tant li diġà ġie implimentat ħafna tnaqqis tal-ispejjeż. Għalhekk, id-dubji tal-Kummissjoni ttaffew. |
|
(251) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Piraeus, il-Kummissjoni esprimiet ukoll dubji dwar jekk kienx hemm biżżejjed salvagwardji f’każ li l-Bank jaqa’ taħt il-kontroll tal-Istat jew f’każ li l-azzjonisti privati jżommu l-kontroll waqt li l-maġġoranza tal-proprjetà tinżamm mill-Istat. L-impenji deskritti fil-premessi 140 u 141 ta’ din id-Deċiżjoni jiżguraw li l-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Bank jitmexxew fuq bażi kummerċjali u li n-negozju ta’ kuljum jiġi protett minn interferenza Statali. Il-qafas tar-relazzjoni miftiehem bejn l-HFSF u l-Bank jiżgura wkoll li l-interessi tal-Istat bħala l-azzjonist prinċipali jiġu mħarsa kontra t-teħid ta’ riskji eċċessivi mill-maniġment tal-Bank. |
|
(252) |
Għalhekk, il-miżuri B1, B2, B3 u B4 jiżguraw li tinżamm l-istabbiltà finanzjarja fil-Greċja. Ittieħdu azzjonijiet sinifikanti sabiex inaqqsu t-telf fil-ġejjieni u sabiex jiżguraw li l-attivitajiet tal-Bank ma jiġux ipperikolati minn governanza mhux xierqa. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ssib li l-miżuri B1, B2, B3 u B4 huma xierqa. |
7.4.2. Neċessità – limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu
|
(253) |
B’konformità mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, il-miżura ta’ għajnuna trid, fl-ammont u l-forma tagħha, tkun neċessarja sabiex tilħaq l-għan tagħha. Dan ifisser li l-injezzjoni ta’ kapital trid tkun tal-ammont minimu neċessarju sabiex tilħaq l-għan. |
|
(254) |
L-ammont ta’ appoġġ kapitali kien ikkalkolat mill-Bank of Greece fil-qafas tat-test tal-istress tal-2012 bil-għan li jiġi żgurat li l-proporzjon ta’ kapital fil-Grad 1 tal-Bank jibqa’ ‘l fuq minn ċertu livell matul il-perjodu 2012-2014, kif rifless fit-Tabella 3. Għalhekk, il-miżuri B1, B2, B3 u B4 ma jipprovdux lill-Bank b’kapital żejjed. Kif ġie spjegat fil-premessa 250, ittieħdu azzjonijiet sabiex inaqqsu r-riskju li l-Bank ikun jeħtieġ għajnuna addizzjonali fil-ġejjieni. |
|
(255) |
Fir-rigward tar-rimunerazzjoni tal-ewwel u tat-tieni rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji (il-miżuri B1 u B2), il-Kummissjoni tfakkar li dawn ingħataw f’Mejju 2012 u Diċembru 2012, rispettivament, u li tħallsu in natura fil-forma ta’ noti tal-EFSF. L-HFSF irċieva bħala rimunerazzjoni, mid-data tal-iżborżament tan-noti tal-EFSF sad-data tar-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013, l-imgħax akkumulat fuq in-noti tal-EFSF flimkien ma’ ħlas ta’ 1 % (98). Kif ġie enfasizzat fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Piraeus, dik ir-rimunerazzjoni hija aktar baxxa mill-medda ta’ bejn 7 % u 9 % definita fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni. Madankollu, il-perjodu ta’ rimunerazzjoni baxxa kien limitat għal sena waħda għall-miżura B1 u ħames xhur għall-miżura B2 (jiġifieri, sal-konverżjoni tar-rikapitalizzazzjoni tranżitorja f’rikapitalizzazzjoni standard f’ishma ordinarji, jiġifieri l-miżura B4). Filwaqt li l-ewwel u t-tieni rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji ma wasslux għad-dilwizzjoni tal-azzjonisti eżistenti, ir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013, li kienet il-konverżjoni parzjali tal-ewwel u tat-tieni rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji, wasslet għal dilwizzjoni qawwija tal-azzjonisti pre-eżistenti, minħabba li s-sehem tagħhom fl-ekwità tal-Bank niżel għal 2,3 %. Is-sitwazzjoni anormali li pprevaliet mid-data tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja mbagħad ġiet fi tmiemha. Għaldaqstant, id-dubji mqajma fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Piraeus ittaffew. |
|
(256) |
It-tieni, minħabba s-sors atipiku tad-diffikultajiet tal-Bank, fejn it-telf kien ġej primarjament minn rinunzja tad-dejn favur l-Istat (il-programm PSI u x-xiri lura tad-dejn, li jipprovdu vantaġġ sinifikanti lill-Istat, jiġifieri, tnaqqis tad-dejn) u mill-konsegwenzi ta’ reċessjoni mtawla fl-ekonomija domestika tiegħu, il-Kummissjoni tista’ taċċetta devjazzjoni temporanja bħal din mir-rekwiżiti tar-rimunerazzjoni standard stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni (99). |
|
(257) |
Fir-rigward tal-miżura B3, kien impenn sabiex jiġi pprovdut kapital fil-qafas ta’ żieda ta’ kapital fil-ġejjieni. Dak l-impenn magħmul f’Diċembru 2012 seta’ ġie implimentat f’injezzjoni proprja ta’ kapital f’Mejju-Ġunju 2013, sempliċiment ħames xhur wara, meta l-Bank ipproċeda biż-żieda ta’ kapital tiegħu. Billi l-Bank attira investituri privati, l-HFSF ma kienx mitlub li jinjetta l-kapital impenjat. Minħabba l-perjodu qasir li matulu kien fis-seħħ dak l-impenn sabiex jiġi pprovdut il-kapital u għar-raġunijiet imsemmija fil-premessa 256, huwa aċċettabbli li ma tħallset ebda rimunerazzjoni għal dak l-impenn. |
|
(258) |
Fir-rigward tal-miżura B4, b’konformità mal-punt 8 tal-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011, l-injezzjonijiet ta’ kapital għandhom jiġu sottoskritti bi skont suffiċjenti għall-prezz tal-ishma, aġġustat għall-effett ta’ dilwizzjoni, sabiex b’hekk tingħata assigurazzjoni raġonevoli ta’ rimunerazzjoni adegwata għall-Istat. Filwaqt li l-miżura B4 ma pprevediet ebda skont sinifikanti għall-prezz tal-ishma kif aġġustat għall-effett ta’ dilwizzjoni, fil-fatt kien impossibbli li jinkiseb skont sinifikanti għall-prezz teoretiku qabel il-ħruġ ta’ ishma bi dritt. (100). Qabel ir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013, il-kapitalizzazzjoni tas-suq tal-Bank kienet biss ta’ ftit mijiet ta’ miljuni ta’ euros. F’ċirkostanzi bħal dawn, tqum il-kwistjoni dwar jekk l-azzjonisti eżistenti kellhomx jiġu eliminati għal kollox. Il-Kummissjoni tinnota li l-prezz tal-ħruġ kien stabbilit bi skont ta’ 50 % għall-prezz medju tas-suq fuq il-perjodu ta’ ħamsin jum qabel id-determinazzjoni tal-prezz tal-ħruġ. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li d-dilwizzjoni tal-azzjonisti eżistenti kienet kbira ħafna, billi wara r-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013 huma kellhom biss 2,3 % tal-parteċipazzjoni azzjonarja tal-Bank. Għalhekk, l-applikazzjoni ta’ skont ulterjuri fuq il-prezz tas-suq seta’ kellha impatt żgħir fuq ir-rimunerazzjoni tal-HFSF. Fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika tal-banek Griegi spjegata fil-premessa 256 u minħabba l-fatt li l-ħtieġa għall-għajnuna ġejja fil-biċċa l-kbira tagħha minn rinunzja tad-dejn favur l-Istat, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-prezz tal-ħruġ tal-ishma sottoskritti mill-Istat kien baxx biżżejjed. |
|
(259) |
L-HFSF ħareġ ukoll ċertifikati u ta ċertifikat wieħed għal kull sehem ġdid sottoskritt minn investitur privat li jipparteċipa fir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013. L-HFSF ta dawk iċ-ċertifikati mingħajr ebda kunsiderazzjoni. Kif ġie spjegat fil-premessa 106, kull ċertifikat jinkorpora d-dritt li jinxtraw 4,48 ishma tal-HFSF f’intervalli speċifikati u bi prezzijiet tal-eżerċitar. Il-prezz tal-eżerċitar huwa ugwali għall-prezz tas-sottoskrizzjoni tal-HFSF miżjud b’marġini annwali u kumulattiv (4 % għall-ewwel sena, 5 % għat-tieni sena, 6 % għat-tielet sena, 7 % għar-raba’ sena u 8 % annwalizzati għall-aħħar sitt xhur). Ir-rimunerazzjoni riċevuta mill-HFSF fuq l-ishma li jippossjedi hija de facto limitata għal dawk il-livelli. Dik ir-rimunerazzjoni hija aktar baxxa mill-medda ta’ bejn 7 % u 9 % definita fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni. Madankollu, minħabba li dawk iċ-ċertifikati kienu fattur ewlieni fis-suċċess tal-ħruġ tad-drittijiet u tal-kollokament privat imnedija mill-Bank fil-qafas tar-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013, il-Kummissjoni hija tal-fehma li dawk iċ-ċertifikati ppermettew lill-Bank tnaqqas l-ammont ta’ għajnuna b’EUR 1 444 miljun. Tabilħaqq, minħabba l-proporzjon ta’ kapital baxx tal-Bank qabel ir-rikapitalizzazzjoni u l-inċertezza għolja li kienet prevalenti f’dak iż-żmien, is-simulazzjonijiet li kienu disponibbli wrew li mingħajr iċ-ċertifikati, l-investituri privati ma setgħux jiksbu ritorn suffiċjenti u ma kinux jipparteċipaw. Għar-raġunijiet spjegati fil-premessi 249 u 256, minħabba li l-HFSF jirċievi rimunerazzjoni pożittiva minima jekk jiġu eżerċitati ċ-ċertifikati u minħabba li kien objettiv tal-MPEF li jattira xi investituri privati sabiex jinżammu xi banek taħt maniġment privat, kif ukoll sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn is-settur bankarju kollu jkun ikkontrollat mill-HFSF, il-Kummissjoni tista’ taċċetta tali devjazzjoni mir-rekwiżiti tar-rimunerazzjoni standard stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni. Dik l-aċċettazzjoni hija bbażata wkoll fuq il-fatt li l-liġi tal-HFSF, kif emendata f’Marzu 2014, ma tipprevedi ebda aġġustament taċ-ċertifikati f’każ ta’ żieda fil-kapital azzjonarju mhux ta’ prelazzjoni, kif ukoll li f’każ ta’ ħruġ ta’ drittijiet, huwa biss il-prezz tal-eżerċitar skont iċ-ċertifikat li jista’ jiġi aġġustat u l-aġġustament jista’ jsir biss ex-post u biss sal-ammont tar-rikavat realizzat mill-bejgħ ta’ drittijiet ta’ prelazzjoni tal-HFSF. Barra minn hekk, l-impenn mogħti mill-Greċja li hija sejra tfittex l-approvazzjoni tal-Kummissjoni qabel kwalunkwe xiri lura taċ-ċertifikati maħruġa mill-HFSF jippermetti lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe xiri lura potenzjali fil-ġejjieni ma jkomplix inaqqas ir-rimunerazzjoni tal-HFSF u jżid ir-rimunerazzjoni tad-detenturi taċ-ċertifikati. |
|
(260) |
Fir-rigward tal-fatt li l-ishma tal-HFSF huma ishma mingħajr id-dritt ta’ votazzjoni, il-Kummissjoni tfakkar li l-ħtieġa għall-għajnuna ma tiġix primarjament mit-teħid ta’ riskji eċċessivi. Barra minn hekk, kien objettiv tal-MPEF li jżomm xi banek taħt maniġment privat. Barra minn hekk, il-qafas tar-relazzjoni u l-introduzzjoni awtomatika mill-ġdid tad-drittijiet ta’ votazzjoni f’każ ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar jipprovdu salvagwardji kontra t-teħid ta’ riskji eċċessivi fil-ġejjieni minn maniġers privati. Fl-aħħar nett, il-PSI u x-xiri lura ta’ Diċembru 2012 huma tip ta’ rimunerazzjoni lill-Istat, minħabba li d-dejn ta’ dan tal-aħħar lejn il-Bank tnaqqas b’diversi biljuni ta’ euros. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-Kummissjoni tista’ taċċetta li l-HFSF jirċievi ishma mingħajr id-dritt ta’ votazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura B4 kienet meħtieġa. |
|
(261) |
Bħala konklużjoni, il-miżuri B1, B2, B3 u B4 huma meħtieġa bħala għajnuna ta’ salvataġġ kemm fl-ammont kif ukoll fil-forma tagħhom. |
7.4.3. Proporzjonalità – miżuri li jillimitaw effetti negattivi li jinfirxu
|
(262) |
Il-Bank irċieva ammont kbir ħafna ta’ għajnuna mill-Istat. Għalhekk, dik is-sitwazzjoni tista’ twassal għal distorsjonijiet serji tal-kompetizzjoni. Madankollu, il-Greċja impenjat ruħha li timplimenta għadd ta’ miżuri li huma maħsuba biex inaqqsu l-effetti konsegwenzjali negattivi. B’mod partikolari, l-impenji jistabbilixxu li l-operazzjonijiet tal-Bank ikomplu jitmexxew fuq bażi kummerċjali, kif ġie spjegat fil-premessi 136 u 137. Il-Greċja impenjat ruħha wkoll għal projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjonijiet u għal numru ta’ ċessjonijiet, kif deskritt fil-premessi 138, 139 u 143. Il-limiti għad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni sejrin ikomplu jiġu vvalutati fit-taqsima 7.6. |
|
(263) |
Fil-Bank inħatar fiduċjarju tal-monitoraġġ sabiex jimmonitorja l-implimentazzjoni korretta tal-impenji dwar il-governanza korporattiva u l-operazzjonijiet kummerċjali. Dan se jevita kwalunkwe bidla detrimentali fil-prattika kummerċjali tal-Bank u b’hekk jitnaqqsu l-effetti konsegwenzjali negattivi potenzjali. |
|
(264) |
Fl-aħħar nett, fil-25 ta’ Ġunju 2014 ġie sottomess pjan ta’ ristrutturar komprensiv ġdid lill-Kummissjoni. Dak il-pjan ta’ ristrutturar sejjer jiġi vvalutat fit-taqsima 7.6. |
|
(265) |
Bħala konklużjoni, id-dubji mqajma fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Piraeus ittaffew. Il-miżuri B1, B2, B3 u B4 huma proporzjonati fid-dawl tal-punt 15 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008. |
7.4.4. Konklużjoni dwar il-konformità tar-rikapitalizzazzjonijiet tal-HFSF mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, mal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u mal-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011
|
(266) |
B’hekk ġie konkluż li r-rikapitalizzazzjonijiet tal-HFSF (il-miżuri B1, B2, B3 u B4) huma xierqa, neċessarji u proporzjonati, fid-dawl tal-punt 15 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u tal-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011. Għalhekk, il-miżuri B1, B2, B3 u B4 jikkonformaw mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, mal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u mal-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011. |
7.5. IL-KONFORMITÀ TAL-AKKWIŻIZZJONIJIET TAL-ATTIVITAJIET ITTRASFERITI TA’ ATE, TA’ GENIKI, TAL-ATTIVITAJIET ITTRASFERITI ĊIPRIJOTTI U TA’ MBG MAL-KOMUNIKAZZJONI DWAR IR-RISTRUTTURAR
|
(267) |
Il-punt 23 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jispjega li l-akkwiżizzjonijiet ta’ impriżi minn banek megħjuna ma jistgħux jiġu ffinanzjati permezz ta’ għajnuna mill-Istat sakemm dan ma jkunx essenzjali għat-treġġigħ lura tal-vijabbiltà ta’ impriża. Barra minn hekk, il-punti 40 u 41 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jgħidu li l-banek ma għandhomx jużaw l-għajnuna mill-Istat għall-akkwiżizzjoni ta’ negozji kompetituri, sakemm l-akkwiżizzjoni ma tkunx parti minn proċess ta’ konsolidazzjoni meħtieġ għat-treġġigħ lura tal-istabbiltà finanzjarja jew għall-iżgurar ta’ kompetizzjoni effettiva. Barra minn hekk, l-akkwiżizzjonijiet jistgħu jipperikolaw jew jikkomplikaw it-treġġigħ lura tal-vijabbiltà. Għalhekk, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk l-akkwiżizzjonijiet magħmula mill-Bank jistgħux jiġu rrikonċiljati mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
7.5.1. Il-konformità tal-akkwiżizzjoni tal-Attivitajiet Ittrasferiti ta’ ATE mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar
7.5.1.1. L-effett tal-akkwiżizzjoni tal-Attivitajiet Ittrasferiti ta’ ATE fuq il-vijabbiltà fit-tul tal-Bank
|
(268) |
L-akkwiżizzjoni tal-Attivitajiet Ittrasferiti ta’ ATE ġabet fil-Bank ġabra kbira ta’ depożiti b’ammont ferm iżgħar ta’ self nett (101). Għalhekk, hija kkontribwixxiet għat-tnaqqis b’mod sinifikanti tal-proporzjon self-depożitu għoli ħafna tal-Bank. |
|
(269) |
Barra minn hekk, l-akkwiżizzjoni wasslet għal sinerġiji konsiderevoli bħal sinerġiji tal-ispejjeż permezz tal-fergħat, tnaqqis tal-persunal u l-integrazzjoni tal-IT, sinerġiji tal-finanzjament u sinerġiji tad-dħul. |
|
(270) |
Għalhekk, l-akkwiżizzjoni hija pożittiva ħafna għat-treġġigħ lura tal-vijabbiltà fit-tul tal-Bank. |
7.5.1.2. L-effett tal-akkwiżizzjoni tal-Attivitajiet Ittrasferiti ta’ ATE fuq l-ammont ta’ għajnuna meħtieġa mill-Bank
|
(271) |
B’konformità mal-punt 23 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-għajnuna għar-ristrutturar ma għandhiex tintuża għall-akkwiżizzjoni ta’ kumpaniji oħrajn, iżda sempliċiment biex tkopri l-ispejjeż tar-ristrutturar li huma meħtieġa għat-treġġigħ lura tal-vijabbiltà tal-Bank. |
|
(272) |
Il-korrispettiv imħallas mill-Bank għall-akkwiżizzjoni tal-Attivitajiet Ittrasferiti ta’ ATE kien stabbilit f’perċentwal ta’ 0,6 % tal-valur tad-depożiti ttrasferiti u kien jammonta għal madwar EUR 95 miljun. Huwa kien ekwivalenti għal 0,02 % tal-assi totali tal-Bank fil-mument tal-akkwiżizzjoni. Għalhekk, dak l-ammont jista’ jitqies bħala ammont żgħir, iżda mhux negliġibbli. |
|
(273) |
L-akkwiżizzjoni tal-Attivitajiet Ittrasferiti ta’ ATE tejbet b’mod drammatiku l-pożizzjoni ta’ likwidità stressanti ħafna tal-Bank u poġġietu f’sitwazzjoni ħafna aktar vijabbli. Il-Kummissjoni tfakkar li […]. Għalhekk, l-akkwiżizzjoni u l-prezz tax-xiri baxx tagħha jistgħu jitqiesu bħala essenzjali għat-treġġigħ lura tal-vijabbiltà fit-tul tal-Bank u jaqgħu taħt l-eżenzjoni fil-punt 23 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
7.5.1.3. L-effett distortiv tal-akkwiżizzjoni tal-Attivitajiet Ittrasferiti ta’ ATE fuq il-kompetizzjoni
|
(274) |
B’konformità mal-punti 39 u 40 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-għajnuna mill-Istat ma għandhiex tintuża għad-detriment tal-kumpaniji mhux megħjuna u, b’mod partikolari, għall-akkwist ta’ negozji kompetituri. Il-punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jgħid ukoll li l-akkwiżizzjonijiet jistgħu jiġu awtorizzati jekk ikunu parti minn proċess ta’ konsolidazzjoni meħtieġ għat-treġġigħ lura tal-istabbiltà finanzjarja jew għall-iżgurar ta’ kompetizzjoni effettiva. F’ċirkostanzi bħal dawn, il-proċess tal-akkwiżizzjoni għandu jkun ġust u l-akkwiżizzjoni għandha tiżgura l-kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva fis-suq rilevanti. |
|
(275) |
ATE ma kienx meqjus bħala vijabbli fuq bażi awtonoma mill-Bank of Greece, meta dan tal-aħħar analizza l-vijabbiltà tal-banek Griegi kollha fil-bidu tal-2012. Barra minn hekk, il-Bank of Greece analizza alternattivi differenti għal ATE (pereżempju; likwidazzjoni) u kkonkluda li l-bejgħ tal-Attivitajiet Ittrasferiti ta’ ATE kien l-aktar għażla attraenti, minħabba li għandu jnaqqas ir-riskju ta’ eżekuzzjoni, kif ukoll inaqqas l-ispejjeż għall-Greċja. B’hekk, l-akkwiżizzjoni tista’ titqies bħala parti minn proċess ta’ konsolidazzjoni li huwa meħtieġ għat-treġġigħ lura tal-istabbiltà finanzjarja tat-tip deskritt fil-punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
|
(276) |
Barra minn hekk, ma kien hemm ebda offerent mhux megħjun li ssottometta offerta għall-Attivitajiet Ittrasferiti ta’ ATE. |
|
(277) |
Fl-aħħar nett, billi l-akkwiżizzjoni tal-Attivitajiet Ittrasferiti ta’ ATE kienet awtorizzata mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni Ellenika (102), jista’ jiġi preżunt li l-eżitu tal-proċess tal-bejgħ ma jipperikolax il-kompetizzjoni effettiva fil-Greċja. |
|
(278) |
Għalhekk, l-akkwiżizzjoni tal-Attivitajiet Akkwistati ta’ ATE hija konformi mat-taqsima 4 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
7.5.1.4. Konklużjoni dwar l-akkwiżizzjoni tal-Attivitajiet Ittrasferiti ta’ ATE
|
(279) |
Ġie konkluż li, fid-dawl tas-sitwazzjoni unika tal-banek Griegi u l-ispeċifiċitajiet tal-akkwiżizzjoni tal-Attivitajiet Ittrasferiti ta’ ATE, dik l-akkwiżizzjoni hija konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
7.5.2. Il-konformità tal-akkwiżizzjoni ta’ Geniki mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar
7.5.2.1. L-effett tal-akkwiżizzjoni ta’ Geniki fuq il-vijabbiltà fit-tul tal-Bank
|
(280) |
F’termini ta’ profittabbiltà operattiva, l-akkwiżizzjoni ta’ Geniki għandha ttejjeb ir-ritorn tal-Bank għal vijabbiltà fit-tul. Skont l-analiżi sottomessa mill-Bank fil-mument ta’ dik l-akkwiżizzjoni, il-fużjoni ta’ żewġ banek fl-istess suq ġeografiku toħloq sinerġiji bħal iffrankar tal-ispejjeż permezz ta’ tnaqqis tal-persunal u għeluq ta’ fergħat. Il-Bank sejjer jakkwista l-klijenti u d-depożituri ta’ Geniki, sabiex b’hekk inaqqas l-ispejjeż tad-distribuzzjoni b’mod sinifikanti. |
|
(281) |
F’termini tal-pożizzjoni ta’ likwidità, kif spjegat fil-premessa (65), Geniki kellu aktar depożiti minn self nett. Għalhekk, l-akkwiżizzjoni żiedet il-likwidità tal-Bank u għenet lill-Bank inaqqas il-proporzjon self-depożitu tiegħu. Minbarra dan, Geniki kien kapitalizzat b’mod adegwat qabel seta’ jiġi akkwistat mill-Bank. B’hekk, l-akkwiżizzjoni mhijiex mistennija toħloq ħtiġijiet kapitali fil-ġejjieni għall-Bank. |
|
(282) |
Għalhekk, l-akkwiżizzjoni hija pożittiva għat-treġġigħ lura tal-vijabbiltà fit-tul tal-Bank. |
7.5.2.2. L-effett tal-akkwiżizzjoni ta’ Geniki fuq l-ammont ta’ għajnuna meħtieġa mill-Bank
|
(283) |
B’konformità mal-punt 23 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-għajnuna għar-ristrutturar ma għandhiex tintuża għall-akkwiżizzjoni ta’ kumpaniji oħrajn, iżda sempliċiment biex tkopri l-ispejjeż tar-ristrutturar li huma meħtieġa għat-treġġigħ lura tal-vijabbiltà tal-Bank. F’dan il-każ, għalkemm l-akkwiżizzjoni għandha implikazzjonijiet pożittivi għall-vijabbiltà tal-Bank, mhijiex essenzjali għall-vijabbiltà tiegħu skont it-tifsira tal-punt 23 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
|
(284) |
Madankollu, il-Bank ħallas biss EUR 1 miljun għax-xiri ta’ Geniki, li huwa meqjus bħala ammont żgħir ħafna. Barra minn hekk, Geniki kien kapitalizzat b’mod adegwat u, bħala kondizzjoni għat-tranżazzjoni, Société Générale injettat ammont sinifikanti ta’ kapital fil-Bank (103). |
|
(285) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li, fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet tat-tranżazzjoni (akkwiżizzjoni bi prezz baxx ħafna ta’ bank kapitalizzat b’mod sħiħ u injezzjoni ta’ kapital mill-bejjiegħ fil-Bank), l-akkwiżizzjoni ma tiġġenera ebda ħtieġa kapitali ulterjuri għall-Bank u, għalhekk, l-akkwiżizzjoni ta’ Geniki ma tiksirx b’mod eċċezzjonali l-prinċipju li l-għajnuna għandha tkun limitata għall-minimu neċessarju. |
7.5.2.3. L-effett distortiv tal-akkwiżizzjoni ta’ Geniki fuq il-kompetizzjoni
|
(286) |
Kif intqal fil-premessa 274, b’konformità mal-punti 39 u 40 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-għajnuna mill-Istat ma għandhiex tintuża għad-detriment tal-kumpaniji mhux megħjuna u, b’mod partikolari, għall-akkwist ta’ negozji kompetituri, għajr taħt ċirkostanzi speċifiċi. |
|
(287) |
Geniki ma kienx meqjus bħala vijabbli fuq bażi awtonoma mill-Bank of Greece, meta dan tal-aħħar analizza l-vijabbiltà tal-banek Griegi kollha fil-bidu tal-2012. Geniki kien qiegħed jiġġenera telf kbir għal Société Générale li, għalhekk, riedet tbiegħu u, jekk tali bejgħ ma kienx possibbli, setgħet tikkunsidra li tħallih ifalli. Għalhekk, l-akkwiżizzjoni tista’ titqies bħala parti minn proċess ta’ konsolidazzjoni li huwa meħtieġ għat-treġġigħ lura tal-istabbiltà finanzjarja tat-tip deskritt fil-punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
|
(288) |
Barra minn hekk, ma kien hemm ebda offerent mhux megħjun li ssottometta offerta valida sabiex jakkwista lil Geniki. Għalhekk, ma tħalla barra eba offerent mhux megħjun mill-Bank. |
|
(289) |
Barra minn hekk, billi l-akkwiżizzjoni kienet awtorizzata mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni Ellenika (104), jista’ jiġi preżunt li l-eżitu tal-proċess tal-bejgħ ma jipperikolax il-kompetizzjoni effettiva fil-Greċja. |
|
(290) |
Fl-aħħar nett, il-prezz tax-xiri kien baxx ħafna. Għalhekk, ma jistax jitqies li l-Bank uża l-għajnuna mill-Istat sabiex jiffinanzja l-akkwiżizzjoni. Fid-dawl ta’ dawk l-elementi, jista’ jiġi konkluż li l-akkwiżizzjoni ta’ Geniki taqa’ taħt l-eżenzjoni fil-punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
7.5.2.4. Konklużjoni dwar l-akkwiżizzjoni ta’ Geniki
|
(291) |
Ġie konkluż li, fid-dawl tas-sitwazzjoni unika tal-banek Griegi u l-ispeċifiċitajiet tal-akkwiżizzjoni ta’ Geniki, dik l-akkwiżizzjoni hija konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
7.5.3. Il-konformità tal-akkwiżizzjoni tal-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar
7.5.3.1. L-effett tal-akkwiżizzjoni tal-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti fuq il-vijabbiltà fit-tul tal-Bank
|
(292) |
L-akkwiżizzjoni tal-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti ssaħħaħ il-vijabbiltà fit-tul tal-Bank. |
|
(293) |
Skont l-analiżi sottomessa mill-Bank fil-mument tal-akkwiżizzjoni, it-tranżazzjoni sejra twassal għal sinerġiji konsiderevoli bħal sinerġiji tal-ispejjeż permezz ta’ ffrankar tal-ispejjeż relatati mal-amministrazzjoni u l-persunal u titjib sinifikanti tal-ispiża tad-depożiti. Minn mindu saret l-akkwiżizzjoni, il-Bank integra b’mod sħiħ l-operazzjonijiet Griegi tat-tliet Banek Ċiprijotti, ta identità ġdida lill-fergħat kollha tat-tliet Banek Ċiprijotti u jinsab fi stadju avvanzat fir-razzjonalizzazzjoni tan-netwerk. |
|
(294) |
Il-portafolli tas-self tal-operazzjonijiet Griegi tat-tliet Banek Ċiprijotti kienu pprovduti sewwa. Tabilħaqq, il-Bank akkwista dak is-self bi prezz ferm aktar baxx mill-ammonti nominali tiegħu: il-prezz tax-xiri tnaqqas sabiex jirrifletti t-telf fil-ġejjieni kkalkolat minn PIMCO fil-qafas ta’ test tal-istress. Għalhekk, ir-riskju li t-telf mis-self jaqbeż dak rifless fil-prezz baxx tax-xiri huwa limitat. |
|
(295) |
Il-Bank akkwista wkoll ġabra kbira ta’ depożiti, kważi kbira daqs is-self nett akkwistat. Għalhekk, huwa saħħaħ il-pożizzjoni tal-likwidità tiegħu. |
|
(296) |
Għalhekk, l-akkwiżizzjoni hija pożittiva għat-treġġigħ lura tal-vijabbiltà fit-tul tal-Bank. |
7.5.3.2. L-effett tal-akkwiżizzjoni tal-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti fuq l-ammont ta’ għajnuna meħtieġa mill-Bank
|
(297) |
B’konformità mal-punt 23 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-għajnuna għar-ristrutturar ma għandhiex tintuża għall-akkwiżizzjoni ta’ kumpaniji oħrajn, iżda sempliċiment biex tkopri l-ispejjeż tar-ristrutturar li huma meħtieġa sabiex titreġġa’ lura l-vijabbiltà tal-Bank. |
|
(298) |
Kif ġie analizzat fit-taqsima 7.3, l-għajnuna kellha l-għan li tkopri l-ħtiġijiet kapitali tal-akkwirent tal-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti, hekk kif l-akkwiżizzjoni tagħhom tiżgura ż-żamma tal-istabbiltà finanzjarja fil-Greċja. Il-korrispettiv finalment imħallas mill-Bank għall-akkwiżizzjoni tal-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti kien ferm aktar baxx mill-valur kontabilistiku tal-portafoll akkwistat. Huwa kien saħansitra aktar baxx mill-valur tas-self wara li kien aġġustat ‘l isfel sabiex jirrifletti t-telf mis-self fil-ġejjieni kkalkolat minn PIMCO taħt it-test tal-istress. Għalhekk, il-prezz tal-akkwiżizzjoni jista’ jitqies bħala wieħed negattiv. Dik il-konklużjoni hija appoġġjata mill-fatt li l-Bank ipprenota avvjament negattiv kbir meta akkwista l-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti, li żied il-kapital tiegħu. |
|
(299) |
Madankollu, f’każ li jitqies li l-Bank ħallas prezz pożittiv, il-Kummissjoni tosserva li, bħala prekondizzjoni tal-akkwiżizzjoni, l-HFSF ta impenn lix-xerrej li huwa sejjer jinjetta l-ammont tal-prezz tax-xiri f’kapital. L-HFSF irrispetta dak l-impenn fil-qafas tar-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013. Dik l-injezzjoni ta’ kapital hija għajnuna għall-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti u mhux lill-Bank, kif ġie spjegat fit-taqsima 6.2.1. Għalhekk, l-akkwiżizzjoni ma ħolqot ebda ħtieġa għal għajnuna mill-Istat addizzjonali lill-Bank. |
|
(300) |
Ġie konkluż li, minħabba termini atipiċi (il-prezz baxx tax-xiri u l-impenn mogħti mill-HFSF li jinjetta l-prezz tax-xiri fil-qafas ta’ żieda ta’ kapital), l-akkwiżizzjoni tal-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti ma tiksirx b’mod eċċezzjonali l-prinċipju li l-għajnuna għandha tkun limitata għall-minimu neċessarju. |
7.5.3.3. L-effett distortiv tal-akkwiżizzjoni tal-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti fuq il-kompetizzjoni
|
(301) |
Kif ġie ddikjarat fil-premessa 274, b’konformità mal-punti 39 u 40 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-għajnuna mill-Istat ma għandhiex tintuża għad-detriment tal-kumpaniji mhux megħjuna u, b’mod partikolari, għall-akkwist ta’ negozji kompetituri, għajr taħt ċirkostanzi speċifiċi. |
|
(302) |
Il-bejgħ tal-operazzjonijiet Griegi tal-Banek Ċiprijotti kellu l-għan li jissalvagwardja l-istabbiltà tas-sistema bankarja Griega u li jiżgura li l-Banek Ċiprijotti jkunu jistgħu jbigħu dawk in-negozji qabel ma x’aktarx jitilfu mill-valur tagħhom. B’hekk, it-tranżazzjoni tista’ titqies bħala parti minn proċess ta’ konsolidazzjoni li huwa meħtieġ sabiex titreġġa’ lura l-istabbiltà finanzjarja tat-tip deskritt fil-punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
|
(303) |
Barra minn hekk, ma kien hemm ebda offerent mhux megħjun li ssottometta offerta valida sabiex jakkwista lit-tliet Banek Ċiprijotti. Il-proċess tal-bejgħ kien miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju. |
|
(304) |
Fl-aħħar nett, minħabba li dik l-akkwiżizzjoni kienet awtorizzata mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni Ellenika (105), jista’ jiġi preżunt li l-eżitu tal-proċess tal-bejgħ ma jipperikolax il-kompetizzjoni effettiva fil-Greċja. |
|
(305) |
Fid-dawl ta’ dawk l-elementi, jista’ jiġi konkluż li l-akkwiżizzjoni tal-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti taqa’ taħt l-eżenzjoni fil-punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
7.5.3.4. Konklużjoni dwar l-akkwiżizzjoni tal-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti
|
(306) |
Ġie konkluż li, fid-dawl tas-sitwazzjoni unika tal-banek Griegi u l-ispeċifiċitajiet tal-akkwiżizzjoni tal-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti, dik l-akkwiżizzjoni hija konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
7.5.4. Il-konformità tal-akkwiżizzjoni ta’ MBG mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar
7.5.4.1. L-effett tal-akkwiżizzjoni ta’ MBG fuq il-vijabbiltà fit-tul tal-Bank
|
(307) |
L-akkwiżizzjoni tal-MBG rikapitalizzat b’mod sħiħ issaħħaħ il-vijabbiltà fit-tul tal-Bank. |
|
(308) |
Skont l-analiżi sottomessa mill-Bank fil-mument tal-akkwiżizzjoni, it-tranżazzjoni sejra twassal għal sinerġiji konsiderevoli bħal sinerġiji tal-ispejjeż permezz ta’ tnaqqis ta’ fergħat u persunal, spejjeż aktar baxxi tad-depożiti u sinerġiji tad-dħul. Sadanittant, il-Bank integra b’mod sħiħ lil MBG. |
|
(309) |
Barra minn hekk, minħabba li MBG kien kapitalizzat b’mod adegwat qabel ġie akkwistat mill-Bank u minħabba li l-bank ħallas prezz tax-xiri ta’ EUR 1 miljun, l-akkwiżizzjoni mhijiex mistennija toħloq ħtiġijiet kapitali fil-ġejjieni għall-Bank. Barra minn hekk, il-bejjiegħ ta impenn, bħala parti mit-tranżazzjoni, li jinjetta EUR 400 miljun ta’ kapital fil-Bank. Dik l-impenn ġie implimentat fil-qafas tar-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013, li matulha BCP injetta EUR 400 miljun fil-Bank. |
|
(310) |
Ġie konkluż li l-akkwiżizzjoni hija pożittiva għat-treġġigħ lura tal-vijabbiltà fit-tul tal-Bank u li l-prezz tax-xiri ta’ MBG kien tant baxx li ma waqqafx l-għajnuna milli tkun limitata għall-minimu neċessarju. |
7.5.4.2. L-effett tal-akkwiżizzjoni ta’ MBG fuq l-ammont ta’ għajnuna meħtieġa mill-Bank
|
(311) |
B’konformità mal-punt 23 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-għajnuna għar-ristrutturar ma għandhiex tintuża għall-akkwiżizzjoni ta’ kumpaniji oħrajn, iżda sempliċiment biex tkopri l-ispejjeż tar-ristrutturar li huma meħtieġa sabiex titreġġa’ lura l-vijabbiltà tal-Bank. F’dan il-każ, għalkemm l-akkwiżizzjoni għandha implikazzjonijiet pożittivi għall-vijabbiltà tal-Bank, mhijiex essenzjali għall-vijabbiltà tiegħu skont it-tifsira tal-punt 23 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
|
(312) |
Madankollu, il-Bank ħallas biss EUR 1 miljun għax-xiri ta’ MBG, li huwa meqjus bħala ammont żgħir ħafna. Barra minn hekk, MBG kien kapitalizzat b’mod adegwat minn BCP u, bħala kondizzjoni tat-tranżazzjoni, BCP injetta EUR 400 miljun ta’ kapital fil-Bank (106). |
|
(313) |
Ġie konkluż li, fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet tat-tranżazzjoni (akkwiżizzjoni bi prezz baxx ħafna ta’ bank kapitalizzat b’mod sħiħ u injezzjoni ta’ kapital mill-bejjiegħ fil-Bank), l-akkwiżizzjoni ta’ MBG ma tiġġenera ebda ħtieġa kapitali ulterjuri għall-Bank u, għalhekk, l-akkwiżizzjoni ta’ MBG ma tiksirx b’mod eċċezzjonali r-rekwiżit li titnaqqas l-għajnuna. |
7.5.4.3. L-effett distortiv tal-akkwiżizzjoni ta’ MBG fuq il-kompetizzjoni
|
(314) |
Kif ġie ddikjarat fil-premessa 274, b’konformità mal-punti 39 u 40 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-għajnuna mill-Istat ma għandhiex tintuża għad-detriment tal-kumpaniji mhux megħjuna u, b’mod partikolari, għall-akkwist ta’ negozji kompetituri, għajr taħt ċirkostanzi speċifiċi. |
|
(315) |
MBG ma kienx meqjus bħala vijabbli fuq bażi awtonoma mill-Bank of Greece, meta dan tal-aħħar analizza l-vijabbiltà tal-banek Griegi kollha fil-bidu tal-2012. MBG kien qiegħed jiġġenera telf kbir għal BCP li, għalhekk, ried ibiegħu u, jekk tali bejgħ ma kienx possibbli, seta’ jikkunsidra li jħallih ifalli. Il-bejgħ ta’ MBG kien ukoll parti mill-pjan ta’ ristrutturar ta’ BCP (107). Għalhekk, l-akkwiżizzjoni tista’ titqies bħala parti minn proċess ta’ konsolidazzjoni li huwa meħtieġ għat-treġġigħ lura tal-istabbiltà finanzjarja tat-tip deskritt fil-punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
|
(316) |
Barra minn hekk, ma kien hemm ebda offerent mhux megħjun li ssottometta offerta valida sabiex jakkwista lil MBG. |
|
(317) |
F’dan l-isfond, jista’ jiġi konkluż li l-akkwiżizzjoni ta’ MBG taqa’ taħt l-eżenzjoni fil-punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
7.5.4.4. Konklużjoni dwar l-akkwiżizzjoni ta’ MBG
|
(318) |
Ġie konkluż li, fid-dawl tas-sitwazzjoni unika tal-banek Griegi u l-ispeċifiċitajiet tal-akkwiżizzjoni ta’ MBG, dik l-akkwiżizzjoni hija konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
7.6. IL-KONFORMITÀ TAL-MIŻURI A, B1, B2, B3 U B4 MAL-KOMUNIKAZZJONI DWAR IR-RISTRUTTURAR
7.6.1. Sorsi tad-diffikultajiet u l-konsegwenzi fuq il-valutazzjoni skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar
|
(319) |
Kif ġie indikat fit-taqsimiet 2.1.1 u 2.1.2, id-diffikultajiet iffaċċjati mill-Bank ġejjin primarjament mill-kriżi sovrana Griega u mir-reċessjoni profonda fil-Greċja u fin-nofsinhar tal-Ewropa. Fir-rigward tal-fattur imsemmi l-ewwel, il-gvern Grieg tilef l-aċċess għas-swieq finanzjarji u finalment kellu jinnegozja ftehim mal-kredituri domestiċi u internazzjonali tiegħu, il-programm PSI, li rriżulta f’telf impost fuq il-pretensjonijiet miżmuma kontra l-Istat bi 53,3 %. Barra minn hekk, 31,5 % tal-pretensjonijiet ġew skambjati għall-GGBs ġodda b’rati tal-imgħax aktar baxxi u maturitajiet itwal. Dawk il-GGBs inxtraw lura mill-Istat mingħand il-banek Griegi f’Diċembru 2012 bi prezz ta’ bejn 30,2 % u 40,1 % tal-valur nominali tagħhom, sabiex b’hekk kien ikkristallizzat telf ulterjuri għall-banek Griegi. Minbarra l-impatt tal-programm PSI u x-xiri lura tad-dejn fuq il-pożizzjoni kapitali tiegħu, il-Bank osserva wkoll ħruġ enormi ta’ depożiti bejn l-2010 u nofs l-2012 minħabba r-riskju li l-Greċja tista’ toħroġ miż-żona tal-euro bħala konsegwenza ta’ dejn pubbliku insostenibbli u r-reċessjoni ekonomika. |
|
(320) |
L-għajnuna mogħtija lill-Bank, jiġifieri s-somma tal-miżuri B1, B2, B3 u B4, jew EUR 7 335 miljun, hija ogħla mill-ammont tat-telf ipprenotat wara l-programm PSI (EUR 5 911-il miljun). |
|
(321) |
Parti kbira mill-ħtiġijiet kapitali jirriżultaw mill-iskopertura standard ta’ istituzzjoni finanzjarja għar-riskju sovran tal-pajjiż domestiku tagħha. Dak il-fatt kien enfasizzat ukoll fil-premessi 63 u 74 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Piraeus. Bħala konsegwenza, hemm inqas ħtieġa għall-Bank li jindirizza l-kwistjonijiet ta’ periklu morali fil-pjan ta’ ristrutturar tiegħu milli għal istituzzjonijiet finanzjarji megħjuna oħrajn, li akkumulaw f’riskji eċċessivi. Għalhekk, billi l-miżuri ta’ għajnuna huma inqas distortivi, il-miżuri meħuda sabiex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni għandhom isiru inqas stretti b’mod proporzjonali. Minħabba li l-programm PSI u x-xiri lura tad-dejn jikkostitwixxu rinunzja tad-dejn favur l-Istat, ir-rimunerazzjoni tal-Istat għar-rikapitalizzazzjoni tal-banek tista’ tkun aktar baxxa. Madankollu, il-Kummissjoni tosserva li l-iskopertura tal-Bank għar-riskju sovran Grieg kienet akbar mill-iskopertura tal-banek Griegi kbar l-oħrajn. (108). Bħala riżultat, mhux it-telf kollu fuq il-GGBs jista’ jiġi attribwit għall-iskopertura standard ta’ istituzzjoni finanzjarja għar-riskju sovran tal-pajjiż domestiku tagħha. |
|
(322) |
It-tieni sors ta’ telf għall-Bank huwa t-telf fuq is-self tiegħu lill-familji u l-korporazzjonijiet Griegi. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li dak it-telf huwa primarjament dovut għall-kontrazzjoni tal-PDG ta’ madwar 25 % fuq medda ta’ ħames snin matul ir-reċessjoni profonda u mtawla b’mod eċċezzjonali, filwaqt li mhumiex dovuti għal prattiki ta’ self riskjużi mill-Bank. B’riżultat ta’ dan, l-għajnuna mogħtija sabiex tkopri dak it-telf ma toħloq ebda periklu morali, li huwa l-każ meta l-għajnuna tipproteġi lil bank mill-konsegwenzi ta’ mġiba riskjuża fil-passat. Għalhekk, l-għajnuna hija inqas distortiva (109). |
|
(323) |
Madankollu, parti mill-ħtiġijiet kapitali u mit-telf fuq is-self tal-Bank ġejja minn xi sussidjarji internazzjonali. It-testijiet tal-istress imwettqa fl-2012 sabiex jiddeterminaw il-ħtiġijiet kapitali tal-Bank indikaw li l-projezzjonijiet tat-telf tal-kreditu fuq is-self barrani kienu jammontaw għal EUR 1 314-il miljun fix-xenarju bażi u EUR 1 624 miljun fix-xenarju avvers. Fis-snin riċenti, bosta minn dawk in-negozji barranin kienu qegħdin jagħmlu t-telf. Fl-2012, it-telf minn attivitajiet internazzjonali kien jammonta għal EUR 244 miljun qabel it-taxxa (110). L-assi barranin wasslu wkoll għal tnaqqis gradwali fuq il-likwidità. |
|
(324) |
Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li parti sinifikanti mit-telf u l-ħtieġa għall-għajnuna jaqgħu taħt il-punt 14 tal-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011, li jippermetti lill-Kummissjoni tħeffef ir-rekwiżiti tagħha. Bl-istess mod, parti mill-ħtieġa għall-għajnuna ġejja mir-reċessjoni profonda b’mod eċċezzjonali fil-Greċja u mhux minn self riskjuż. Tali għajnuna ma toħloq ebda periklu morali u, għalhekk, hija inqas distortiva. |
|
(325) |
Fl-aħħar nett, parti mill-ħtieġa għall-għajnuna ġejja mit-teħid ta’ riskju mill-Bank stess fir-rigward tas-sehem kbir tiegħu ta’ dejn sovran u s-sussidjarji barranin tiegħu. |
7.6.2. Vijabbiltà
|
(326) |
Pjan ta’ ristrutturar irid jiżgura li l-istituzzjoni finanzjarja tkun tista’ treġġa’ lura l-vijabbiltà fit-tul tagħha sal-aħħar tal-perjodu tar-ristrutturar (it-taqsima 2 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar). Fil-każ inkwistjoni, il-perjodu tar-ristrutturar huwa definit bħala l-perjodu bejn id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u l-31 ta’ Diċembru 2018. |
|
(327) |
B’konformità mal-punti 9, 10 u 11 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-Greċja ssottomettiet pjan ta’ ristrutturar komprensiv u ddettaljat li jipprovdi informazzjoni kompleta dwar il-mudell kummerċjali tal-Bank. Il-pjan jidentifika wkoll il-kawżi tad-diffikultajiet iffaċċjati mill-Bank, kif ukoll il-miżuri meħuda bil-għan li jindirizzaw il-kwistjonijiet kollha ta’ vijabbiltà li kellu jiffaċċja. B’mod partikolari, il-pjan ta’ ristrutturar jiddeskrivi l-istrateġija magħżula għall-preservazzjoni tal-effikaċja operattiva tal-Bank u għall-indirizzar tal-livell għoli ta’ NPL, tal-likwidità vulnerabbli u l-pożizzjonijiet kapitali tiegħu, kif ukoll in-negozji barranin tiegħu, li, matul is-snin riċenti, kellhom jiddependu fuq il-kumpanija prinċipali tagħhom għall-fondi u l-kapital. |
7.6.2.1. Attivitajiet bankarji Griegi
|
(328) |
Fir-rigward tal-likwidità (111) u d-dipendenza tal-Bank fuq il-finanzjament tal-Eurosistema, il-pjan ta’ ristrutturar jipprevedi tkabbir limitat tal-karta bilanċjali fil-Greċja, filwaqt li l-bażi tad-depożiti għandha terġa’ tikber. Id-dipendenza fuq l-ELA garantita mill-Istat, li diġà naqset, mistennija tkompli tonqos aktar, sitwazzjoni li se tgħin lill-Bank inaqqas l-ispiża tal-finanzjament tiegħu. |
|
(329) |
L-impenn tal-proporzjon self-depożiti msemmi fil-premessa 137 jiggarantixxi li l-istruttura tal-karta bilanċjali tal-Bank tkun sostenibbli fl-aħħar tal-perjodu tar-ristrutturar. Il-bejgħ tat-titoli u ta’ attivitajiet mhux ewlenin oħrajn se jsaħħaħ ukoll il-pożizzjoni tal-likwidità tal-Bank. Minħabba l-pożizzjoni tal-likwidità stressanti tal-Bank, il-Kummissjoni tista’ taċċetta t-talba tal-awtoritajiet Griegi li jkunu awtorizzati sabiex jipprovdu likwidità lill-Bank taħt il-miżuri ta’ garanzija u self obbligazzjonarju tal-gvern fi ħdan l-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi u taħt l-ELA garantita mill-Istat. |
|
(330) |
Bil-għan li tnaqqas l-ispejjeż tal-finanzjament tagħha, il-Greċja pprovdiet ukoll impenn li l-Bank se jkompli jnaqqas ir-rati tal-imgħax li qiegħed iħallas fuq id-depożiti fil-Greċja, kif deskritt fil-premessa (137). Il-kisba ta’ tali tnaqqis fl-ispiża tad-depożiti sejra tkun kontribuzzjoni kruċjali għat-titjib tal-profittabbiltà ta’ qabel il-proviżjonament tal-Bank. |
|
(331) |
Minn mindu bdiet il-kriżi, il-Bank għamel akkwiżizzjonijiet kbar li żiedu d-daqs u l-bażi tad-depożiti tiegħu b’mod drammatiku. Il-Bank irnexxielu jintegra b’suċċess in-negozju akkwistat fi żmien rekord. Bħalissa, il-Bank qiegħed jipprova jwettaq is-sinerġiji kollha possibbli wara dawk l-akkwiżizzjonijiet. Huwa beda jirrazzjonalizza n-netwerk kummerċjali tiegħu fil-Greċja, permezz ta’ tnaqqis fin-numru ta’ fergħat u impjegati (112). Sal-2017, l-ispejjeż totali tal-Bank fil-Greċja mistennija jonqsu bi […]% ulterjuri meta mqabbla mal-2013. Bil-għan li tilħaq dik il-mira, il-Greċja impenjat li l-Bank sejjer inaqqas il-fergħat u l-impjegati tiegħu fil-Greċja għal […] u […] rispettivament fil-31 ta’ Diċembru 2017, bi spejjeż totali massimi fil-Greċja ta’ EUR […] biljun. Il-proporzjon spejjeż-dħul mistenni għandu jinżel taħt […]% fi tmiem il-perjodu tar-ristrutturar. Il-Kummissjoni tqis li l-pjan tar-ristrutturar jippreserva l-effikaċja tal-Bank fl-ambjent tas-suq il-ġdid. |
|
(332) |
Qasam ewlieni ieħor huwa t-trattament tal-NPL, hekk kif fil-31 ta’ Diċembru 2013 dawn kienu jammontaw għal 36 % tal-portafoll tal-Bank (113). Il-Bank qiegħed jippjana li jsaħħaħ il-politika kreditizja tiegħu (il-limiti, il-kopertura kollaterali) u li jiffoka fuq l-attività prinċipali sabiex inaqqas it-telf tiegħu. Il-Greċja tat ukoll impenn li l-Bank se jikkonforma mal-istandards għoljin fir-rigward tal-politika kreditizja tiegħu sabiex jiġġestixxi r-riskji u sabiex inaqqas il-valur għall-Bank f’kull stadju tal-proċess tal-kreditu, inkluż ir-ristrutturar tas-self, kif deskritt fil-premessa 141. |
7.6.2.2. Governanza korporattiva
|
(333) |
Punt ieħor ta’ attenzjoni huwa l-governanza tal-Bank minħabba li l-HFSF jippossjedi l-maġġoranza tal-ishma tal-Bank wara r-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013, iżda b’setgħa ta’ votazzjoni ristretta. Barra minn hekk, uħud mill-investituri privati li jikkontrollaw il-Bank għandhom ukoll ċertifikati u b’hekk jiggwadanjaw il-benefiċċju sħiħ li kieku l-prezz tal-ishma kellu jogħla matul il-perjodu tar-ristrutturar. Minħabba li s-sitwazzjoni tista’ toħloq periklu morali, fl-2013 intlaħaq qbil fuq qafas tar-relazzjoni speċifiku bejn il-Bank u l-HFSF. Dak il-ftehim jipproteġi l-ħidma ta’ kuljum tal-Bank minn kwalunkwe interferenza mill-azzjonisti prinċipali tiegħu, filwaqt li jiggarantixxi li l-HFSF ikun jista’ jissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar u jipprevjeni t-teħid ta’ riskji eċċessivi mill-maniġment tal-Bank permezz ta’ proċeduri ta’ konsultazzjoni xierqa. Il-Bank impenja ruħu wkoll li jissorvelja mill-qrib l-iskopertura tiegħu għall-mutwatarji konnessi. Il-Kummissjoni tinnota b’mod pożittiv il-fatt li l-HFSF jerġa’ jikseb id-drittijiet tal-vot awtomatikament jekk il-Bank ma jimplimentax il-pjan ta’ ristrutturar tiegħu. |
7.6.2.3. Attivitajiet internazzjonali
|
(334) |
Uħud mill-attivitajiet internazzjonali tal-Bank ġabu fix-xejn il-kapital u l-likwidità tal-Bank fil-passat, kif spjegat fil-premessa 323. |
|
(335) |
Il-pjan ta’ ristrutturar jantiċipa li l-Bank ser ikompli jiffoka mill-ġdid fuq is-suq domestiku tiegħu. Il-Bank diġà biegħ l-impriża sussidjarja tiegħu fl-Istati Uniti tal-Amerika. Huwa beda jirrazzjonalizza wkoll lis-sussidjarji l-oħrajn, bil-għan li jsaħħaħ il-proċess tas-sottoskrizzjoni tas-self u jnaqqas id-diskrepanza tal-likwidità tas-sussidjarji. Huwa qiegħed jippjana razzjonalizzazzjoni ulterjuri tan-netwerk tiegħu fl-impriżi sussidjarji miżmuma, kif deskritt fil-premessa 130. |
|
(336) |
Għalhekk, l-ammont totali ta’ assi barranin sejjer jiċkien fil-ġejjieni. Fl-aħħar tal-perjodu tar-ristrutturar, dawn sejrin jammontaw għal […] parti mill-karta bilanċjali totali tal-Bank. |
|
(337) |
Għalhekk, il-Kummissjoni temmen li l-Bank sejjer jirristruttura u jnaqqas dawk in-negozji barranin b’mod suffiċjenti sabiex jevita li jiġi espost għal ħtiġijiet kapitali addizzjonali u għal nuqqas ta’ likwidità fil-ġejjieni. L-impenn deskritt fil-premessa (138) sabiex joqgħod lura milli jinjetta ammonti kbar ta’ kapital fis-sussidjarji internazzjonali tal-Bank jikkontribwixxi wkoll sabiex jiġi żgurat li s-sussidjarji barranin ma jirrappreżentaw ebda theddida għall-kapital jew għall-pożizzjoni tal-likwidità tal-Bank. |
7.6.2.4. Konklużjoni dwar il-vijabbiltà
|
(338) |
Ix-xenarju bażi, kif deskritt fit-taqsima 2.4, juri li, fl-aħħar tal-perjodu tar-ristrutturar, il-Bank ser ikun jista’ jikseb ritorn li jippermettilu jkopri l-ispejjeż kollha tiegħu u jipprovdi ritorn xieraq fuq l-ekwità, billi jieħu f’kunsiderazzjoni l-profil tar-riskju tiegħu. Fl-istess ħin, il-pożizzjoni kapitali tal-Bank hija pproġettata li tibqa’ f’livell sodisfaċenti. |
|
(339) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tieħu nota tax-xenarju avvers deskritt fil-pjan ta’ ristrutturar tal-Bank kif sottomess mill-awtoritajiet Griegi. Dak ix-xenarju avvers huwa bbażat fuq sett ta’ suppożizzjonijiet maqbula mal-HFSF. Huwa jieħu f’kunsiderazzjoni reċessjoni itwal u aktar profonda, kif ukoll deflazzjoni aktar severa tal-prezzijiet tal-proprjetà immobbli. Il-pjan ta’ ristrutturar juri li l-Bank kapaċi jirreżisti ammont raġonevoli ta’ stress minħabba li, fix-xenarju avvers, huwa jibqa’ profittabbli u kapitalizzat sewwa fl-aħħar tal-perjodu tar-ristrutturar. |
|
(340) |
L-ammont ta’ kapital addizzjonali li nġabar fl-2014, jiġifieri EUR 1 750 miljun, huwa biżżejjed sabiex ilaħħaq max-xenarju bażi tat-test tal-istress tal-2013 fil-perjodu tar-ristrutturar u sabiex jitħallsu lura l-ishma privileġġati, kif fil-fatt għamel il-Bank f’Mejju 2014 (114). […] Il-Kummissjoni tfakkar li fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet kapitali taħt ix-xenarju bażi, il-Bank of Greece diġà introduċa bosta aġġustamenti li wasslu għal żieda fil-ħtiġijiet kapitali stmati mqabbla mal-ħtiġijiet kapitali stmati mill-Bank fi ħdan ix-xenarju bażi tiegħu stess. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ħtiġijiet kapitali stmati mill-Bank of Greece taħt ix-xenarju bażi jassumu ċertu livell ta’ stress. Sabiex tkun tista’ tikkonkludi li l-Bank huwa vijabbli, il-Kummissjoni ma tirrikjedix li l-Bank ikollu biżżejjed kapital bil-quddiem sabiex ikopri l-ħtiġijiet kapitali stmati mill-Bank of Greece taħt xenarju stressanti, minħabba li dak il-livell stmat jirrappreżenta livell għoli ta’ stress u minħabba li l-ġbir tal-kapital ta’ Marzu 2014 juri li l-Bank reġa’ kiseb l-aċċess għas-swieq kapitali. |
|
(341) |
Barra minn hekk, huwa pożittiv li l-Bank mhuwiex ser jagħmel investimenti addizzjonali f’dokument mhux fi grad ta’ investiment, fatt li se jgħinu sabiex jippreserva l-kapital u l-pożizzjoni tal-likwidità tiegħu. |
|
(342) |
Għalhekk, ġie konkluż li t-taħlita tar-ristrutturar diġà implimentat u r-ristrutturar addizzjonali propost huma biżżejjed sabiex titreġġa’ lura l-vijabbiltà fit-tul tal-Bank. |
7.6.3. Kontribuzzjoni proprja u kondiviżjoni tal-piżijiet
|
(343) |
Kif ġie ddikjarat fit-taqsima 3 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-banek u l-partijiet interessati tagħhom jeħtieġ li jikkontribwixxu għar-ristrutturar kemm jista’ jkun sabiex jiżguraw li l-għajnuna tkun limitata għall-minimu neċessarju. Għaldaqstant, il-banek għandhom jużaw ir-riżorsi proprji tagħhom biex jiffinanzjaw ir-ristrutturar, pereżempju billi jbigħu l-assi, filwaqt li l-azzjonisti għandhom jassorbu t-telf tal-bank, fejn ikun possibbli. |
7.6.3.1. Kontribuzzjoni proprja mill-Bank: ċessjonijiet u tnaqqis tal-ispejjeż
|
(344) |
Il-Bank diġà ċeda xi negozji barranin żgħar (fl-Istati Uniti tal-Amerika) u wettaq id-diżingranaġġ ta’ parti mill-portafoll tiegħu sabiex isaħħaħ kemm l-adegwatezza kapitali kif ukoll il-pożizzjoni tal-likwidità tiegħu. Il-pjan ta’ ristrutturar jipprevedi d-diżingranaġġ tal-attivitajiet barranin tiegħu, kif deskritt fil-premessi 125 sa 129. Meta wieħed iqis id-diżingranaġġ u ċ-ċessjonijiet diġà implimentati, kif ukoll wara l-implimentazzjoni tal-impenji relatati mad-diżingranaġġ u maċ-ċessjonijiet tan-negozji barranin, il-Bank ser ikun naqqas b’mod sinifikanti l-preżenza ġeografika tiegħu fi […]. It-tnaqqis fl-assi internazzjonali tal-Bank se jwassal ukoll għal tnaqqis sinifikanti tar-riskju kontinġenti li tkun meħtieġa l-għajnuna fil-ġejjieni. Għalhekk, dan qiegħed jgħin sabiex l-ammont tal-għajnuna jitnaqqas għall-minimu. |
|
(345) |
Bil-għan li jillimita l-ħtiġijiet kapitali tiegħu, il-Bank mhuwiex sejjer juża l-kapital sabiex jappoġġja jew jespandi s-sussidjarji barranin tiegħu, kif deskritt fil-premessa 138. Barra minn hekk, l-impenji magħmula mill-Greċja jiggarantixxu li l-Bank ma jagħmilx akkwiżizzjonijiet għaljin. |
|
(346) |
Il-Bank involva ruħu wkoll fi programm ambizzjuż ta’ tnaqqis tal-ispejjeż, kif indikat fit-taqsima 2.4.2. L-ispejjeż tiegħu sejrin ikomplu jonqsu sal-2017. Il-forza tax-xogħol tiegħu qiegħda titnaqqas u s-salarji qegħdin jiġu aġġustati ‘l isfel. Il-Greċja impenjat ruħha wkoll illi tillimita r-rimunerazzjoni tal-maniġers tal-Bank, […]. |
7.6.3.2. Kondiviżjoni tal-piżijiet mill-azzjonisti storiċi u kapital ġdid miġbur fis-suq
|
(347) |
L-azzjonisti storiċi tal-Bank kienu dilwiti permezz tal-ħruġ tad-drittijiet fl-2009 (115) u għal darba oħra permezz tar-rikapitalizzazzjoni tal-HFSF (il-miżura B4) u l-ġbir tal-kapital privat tal-2013 u ta’ Marzu 2014. Pereżempju, is-sehem li kellhom l-azzjonisti tal-Bank, li f’dak iż-żmien kien jinkludi lill-investituri li injettaw il-flus fl-2009, tnaqqas minn 100 % qabel ir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013 għal 2,3 % biss wara dik ir-rikapitalizzazzjoni. Barra minn hekk, il-Bank ma ħallas ebda dividend fi flus kontanti mill-2008 ‘il quddiem. Minbarra dik il-kondiviżjoni tal-piżijiet mill-azzjonisti storiċi, il-Bank ġabar ammont sinifikanti ta’ kapital privat minn mindu bdiet il-kriżi fl-2008, jiġifieri EUR 807 miljun fl-2009, EUR 1 444 miljun fl-2013 u EUR 1 750 miljun fl-2014. |
7.6.3.3. Kondiviżjoni tal-piżijiet mid-detenturi tad-dejn subordinat
|
(348) |
Id-detenturi tad-dejn ibridu u subordinat tal-Bank ikkontribwixxew għall-ispejjeż tar-ristrutturar tal-Bank. Il-Bank wettaq bosta eżerċizzji ta’ ġestjoni tal-obbligazzjonijiet bil-għan li jiġġenera l-kapital, kif deskritt fil-premessa 134. |
|
(349) |
L-istrumenti li sa issa għadhom pendenti huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq il-kupuni msemmija fil-premessa 143. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li kondiviżjoni tal-piżijiet adegwata mid-detenturi tad-dejn ibridu u subordinat tal-Bank hija garantita u li r-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar f’dak ir-rigward qegħdin jiġu ssodisfati. |
7.6.3.4. Konklużjoni dwar il-kontribuzzjoni proprja u l-kondiviżjoni tal-piżijiet
|
(350) |
Meta mqabbla mar-rikapitalizzazzjoni Statali totali riċevuta, il-kontribuzzjoni proprja u l-kondiviżjoni tal-piżijiet, speċjalment fil-forma tal-bejgħ tal-assi u t-tnaqqis tal-ktieb tas-self, huma ferm inqas minn dak li l-Kummissjoni ġeneralment tqis bħala biżżejjed. It-tnaqqis jikkonċerna biss l-attivitajiet barranin, li jammontaw għal parti limitata tal-Bank (116) u r-ristrutturar ma jipprevedi ebda tnaqqis fid-daqs tal-kotba tas-self u tad-depożiti fil-Greċja, li, għall-kuntrarju, kibru b’mod drammatiku matul l-aħħar sena, wara l-akkwiżizzjonijiet li saru. Madankollu, il-Kummissjoni tieħu f’kunsiderazzjoni l-elementi diskussi fit-taqsima 7.6.1 u, b’mod partikolari, il-fatt li l-għajnuna riċevuta tikkwalifika parzjalment għall-eżenzjoni stipulata fil-punt 14 tal-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011, li permezz tagħha l-Kummissjoni tista’ taċċetta inqas kontribuzzjoni proprja u kondiviżjoni tal-piżijiet. Il-Kummissjoni tinnota wkoll b’mod pożittiv li l-Bank ġabar EUR 1 444 miljun fis-suq f’Mejju 2013 u EUR 1 750 miljun f’Marzu 2014, […]. Barra minn hekk, il-kapital miġbur f’Marzu 2014 inġabar bi prezz għal kull sehem ugwali għall-prezz għal kull sehem li bih l-HFSF issottoskriva fil-qafas tar-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013 (il-miżura B4). Għalhekk, il-prezz għoli tal-ħruġ illimita d-dilwizzjoni tal-HFSF. Barra minn hekk, il-Bank ħallas lura l-ishma privileġġati (il-miżura A). Meta wieħed iqis dawk l-elementi kollha, il-pjan ta’ ristrutturar jista’ jitqies bħala li qiegħed jipprovdi biżżejjed miżuri ta’ kontribuzzjoni proprja u kondiviżjoni tal-piżijiet intiżi biex jillimitaw l-għajnuna għall-minimu neċessarju. |
7.6.4. Miżuri maħsuba sabiex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni
|
(351) |
Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tirrikjedi pjan ta’ ristrutturar li jipproponi miżuri intiżi biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u jiggarantixxu settur bankarju kompetittiv. Barra minn hekk, dawk il-miżuri għandhom jindirizzaw ukoll il-kwistjonijiet ta’ periklu morali u jiżguraw li l-għajnuna mill-Istat ma tintużax sabiex tiffinanzja mġiba anti-kompetittiva. |
|
(352) |
Il-Punt 31 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jiddikjara li meta jiġi vvalutat l-ammont ta’ għajnuna u d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kemm l-ammont relattiv kif ukoll dak assolut tal-għajnuna mill-Istat riċevuta, kif ukoll il-livell tal-kondiviżjoni tal-piżijiet u l-pożizzjoni tal-istituzzjoni finanzjarja fis-suq wara r-ristrutturar. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li l-Bank irċieva appoġġ kapitali mill-Istat ekwivalenti għal 23,7 % tal-RWA tiegħu (117). Barra minn hekk, fl-2010, il-Bank kiseb garanziji ta’ likwidità li jammontaw għal EUR 9,9 biljun u self obbligazzjonarju tal-gvern għal ammont ta’ EUR 1,3 biljun, li flimkien jirrappreżentaw kważi 25 % tal-karta bilanċjali tal-Bank. Barra minn hekk, il-Bank irċieva ELA garantita mill-Istat. Għalhekk, il-miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni huma neċessarji fid-dawl tal-ammont kbir tal-għajnuna. Barra minn hekk, is-sehem mis-suq tal-Bank fil-Greċja huwa kbir. L-akkwiżizzjoni tal-Attivitajiet Ittrasferiti ta’ ATE, ta’ Geniki, ta’ MBG u tal-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti żiedet l-ishma mis-suq tal-Bank. Wara dawk l-akkwiżizzjonijiet, is-sehem mis-suq tal-Bank f’depożiti kien jammonta għal 29 % fl-aħħar tal-2013, filwaqt li l-ishma mis-suq tiegħu f’ipoteki residenzjali, self lill-konsumaturi u self lil negozji kienu 25 %, 22 % u 35 % rispettivament (imqabbla ma’ 10 %, 8 %, 8 % u 14 %, rispettivament, fl-2011) (118). |
|
(353) |
Il-Kummissjoni tfakkar li d-diffikultajiet tal-Bank irriżultaw fil-biċċa l-kbira tagħhom minn xokkijiet esterni bħall-kriżi sovrana Griega u r-reċessjoni mtawla li ħarbtet l-ekonomija Griega sa mill-2008, kif ġie nnotat diġà fil-premessa 74 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Piraeus. Għalhekk, il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ta’ periklu morali naqset. Kif ġie diskuss fit-taqsima 7.6.1 ta’ din id-Deċiżjoni, l-effett distortiv tal-miżuri ta’ għajnuna huwa inqas fid-dawl ta’ dawk il-fatturi, bħalma hija l-ħtieġa għal miżuri intiżi biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Għal dawk ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tista’ taċċetta b’mod eċċezzjonali li, minkejja l-ammont għoli ta’ għajnuna u l-ishma mis-suq għoljin, il-pjan ta’ ristrutturar ma jipprevedi ebda tnaqqis tal-karta bilanċjali u tas-self fil-Greċja. Madankollu, ikun problematiku jekk l-aktar bank megħjun minn fost l-erba’ banek Griegi kbar u dak li kiber l-aktar permezz tal-akkwiżizzjonijiet li saru matul l-aħħar snin ikomplu jikbru matul il-perjodu tar-ristrutturar b’pass aktar mgħaġġel mis-suq, tant li potenzjalment jispiċċaw jitwarrbu l-banek inqas megħjuna. Għalhekk, il-Kummissjoni tilqa’ l-impenn li l-Bank mhuwiex ser jikber aktar malajr mit-tkabbir tas-suq. |
|
(354) |
Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li r-rikapitalizzazzjonijiet tal-Istat ippermettew lill-Bank ikompli bl-attivitajiet bankarji tiegħu fis-swieq barranin. |
|
(355) |
Il-Kummissjoni tinnota li, minbarra d-diżingranaġġ u r-ristrutturar implimentati diġà, il-Bank sejjer ikompli jirristruttura u jwettaq diżingranaġġ tal-assi barranin tiegħu sat-30 ta’ Ġunju 2018 (119). Barra minn hekk, il-Bank impenja ruħu li ma jużax l-għajnuna sabiex jiffinanzja t-tkabbir ta’ dawk l-attivitajiet. Għalhekk, l-għajnuna ma għandhiex tintuża sabiex tfixkel il-kompetizzjoni f’dawk is-swieq barranin. |
|
(356) |
Il-Greċja impenjat ukoll li l-Bank mhuwiex ser jagħmel akkwiżizzjonijiet għaljin, sabiex b’hekk tiżgura li l-Bank ma jużax l-għajnuna mill-Istat riċevuta għall-akkwist ta’ negozju ġdid. Dik il-projbizzjoni tikkontribwixxi sabiex tiżgura li l-għajnuna tintuża strettament biex tappoġġja t-treġġigħ lura tal-vijabbiltà tal-attivitajiet bankarji Griegi u mhux, pereżempju, għal tkabbir fis-swieq barranin. |
|
(357) |
L-impenn li jitnaqqas l-imgħax imħallas fuq id-depożiti Griegi minn livelli għoljin b’mod insostenibbli jiggarantixxi wkoll li l-għajnuna ma tintużax sabiex tiffinanzja strateġiji insostenibbli ta’ ġbir tad-depożiti li jfixklu l-kompetizzjoni fis-suq Grieg. Bl-istess mod, l-impenn li jiġu implimentati linji gwida stretti fir-rigward tal-ipprezzar tas-self ġdid, abbażi ta’ valutazzjoni xierqa tar-riskju tal-kreditu, se jipprevjeni lill-Bank milli jfixkel il-kompetizzjoni fis-suq Grieg bi strateġiji ta’ pprezzar inadegwati fuq is-self lill-klijenti. |
|
(358) |
Meta wieħed iqis is-sitwazzjoni speċifika deskritta fit-taqsima 7.6.1 u l-miżuri previsti fil-pjan ta’ ristrutturar, il-Kummissjoni hija tal-fehma li hemm biżżejjed salvagwardji li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. |
7.6.5. Monitoraġġ
|
(359) |
B’konformità mat-taqsima 5 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, huma meħtieġa rapporti regolari li jippermettu lill-Kummissjoni tivverifika li l-pjan ta’ ristrutturar qiegħed jiġi implimentat kif suppost. Kif ġie ddikjarat fl-impenji mogħtija mill-Greċja (120), il-Greċja se tiżgura li sal-aħħar tal-perjodu tar-ristrutturar, jiġifieri, il-31 ta’ Diċembru 2018, il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, li nħatar mill-Bank bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni, jissorvelja l-impenji mogħtija mill-Greċja fuq ir-ristrutturar tal-attivitajiet fil-Greċja u barra minnha, kif ukoll fuq il-governanza korporattiva u l-operazzjonijiet kummerċjali. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-monitoraġġ xieraq tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar huwa garantit. |
7.6.6. Konklużjoni dwar il-konformità tal-miżuri A, B1, B2, B3 u B4 mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar
|
(360) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-pjan ta’ ristrutturar, meta kkunsidrat flimkien mal-impenji fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, jiżgura t-treġġigħ lura tal-vijabbiltà fit-tul tal-Bank, huwa suffiċjenti fir-rigward tal-kondiviżjoni tal-piżijiet u l-kontribuzzjoni proprja, huwa addattat sabiex ipaċi l-effetti ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna eżaminati f’din id-Deċiżjoni u huwa proporzjonat. Il-pjan ta’ ristrutturar u l-impenji sottomessi lill-Kummissjoni jissodisfaw il-kriterji tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
8. KONKLUŻJONI
|
(361) |
Il-Kummissjoni jiddispjaċiha li l-Greċja implimentat b’mod illegali l-miżuri ta’ għajnuna B2, B3 u B4 bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, minħabba li dawn ġew implimentati qabel in-notifika formali tagħhom. Madankollu, dawk il-miżuri, kif ukoll il-miżuri l-oħrajn analizzati f’din id-Deċiżjoni, jistgħu jitqiesu bħala kompatibbli mas-suq intern, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-miżuri li ġejjin implimentati mill-Greċja jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat:
|
(a) |
l-assistenza ta’ likwidità f’każ ta’ emerġenza pprovduta lil Piraeus Bank S.A. mill-Bank of Greece u garantita mill-Greċja (il-miżura L2); |
|
(b) |
it-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja ta’ EUR 1 553 miljun mogħtija mill-Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja (“HFSF”) lil Piraeus Bank S.A. f’Diċembru 2012 (il-miżura B2); |
|
(c) |
l-ittra ta’ impenn ta’ EUR 1 082 miljun mogħtija mill-HFSF lil Piraeus Bank S.A. fl-20 ta’ Diċembru 2012 (il-miżura B3); |
|
(d) |
ir-rikapitalizzazzjoni ta’ EUR 5 891 miljun mogħtija mill-HFSF lil Piraeus Bank S.A. fir-Rebbiegħa 2013 (il-miżura B4); u |
|
(e) |
ir-rikapitalizzazzjoni ta’ EUR 524 miljun mill-HFSF lil Piraeus Bank S.A. mogħtija fir-Rebbiegħa 2013 (il-miżura Ċ). |
2. Fid-dawl tal-pjan ta’ ristrutturar relatat mal-Piraeus Bank Group, li jinkludi lil Piraeus Bank S.A. u s-sussidjarji u l-fergħat kollha tiegħu, li ġie sottomess fil-25 ta’ Ġunju 2014, kif ukoll fid-dawl tal-impenji pprovduti mill-Greċja f’dik id-data, l-għajnuna mill-Istat li ġejja hija kompatibbli mas-suq intern:
|
(a) |
l-injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 750 miljun mogħtija mill-Greċja lil Piraeus Bank S.A. f’Mejju 2009 u Diċembru 2011 taħt l-Iskema ta’ Rikapitalizzazzjoni (il-miżura A); |
|
(b) |
l-assistenza ta’ likwidità f’każ ta’ emerġenza pprovduta lil Piraeus Bank S.A. mill-Bank of Greece u garantita mill-Greċja sa minn Lulju 2011, għal ammont ta’ EUR 30,4 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2012 (il-miżura L2); |
|
(c) |
l-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja ta’ EUR 4,7 biljun mogħtija mill-HFSF lil Piraeus Bank S.A. f’Mejju 2012 (il-miżura B1); |
|
(d) |
it-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja ta’ EUR 1 553 miljun mogħtija mill-HFSF lil Piraeus Bank S.A. f’Diċembru 2012 (il-miżura B2); |
|
(e) |
l-impenn ta’ EUR 1 082 miljun mogħti mill-HFSF lil Piraeus Bank S.A. fl-20 ta’ Diċembru 2012 (il-miżura B3); |
|
(f) |
ir-rikapitalizzazzjoni ta’ EUR 5 891 miljun mogħtija mill-HFSF lil Piraeus Bank S.A. fir-Rebbiegħa 2013 (il-miżura B4); u |
|
(g) |
ir-rikapitalizzazzjoni ta’ EUR 524 miljun mogħtija mill-HFSF lil Piraeus Bank S.A. fir-Rebbiegħa 2013 (il-miżura Ċ). |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi President
(1) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Lulju 2012 fl-għajnuna mill-Istat SA. 34826 (2012/C, ex 2012/NN), “Ir-rikapitalizzazzjoni ta’ Piraeus Bank mill-Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja” (ĠU C 359, 21.11.2012, p. 43).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2008 fl-għajnuna mill-Istat N 560/2008 “ Miżuri ta’ Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja ” (ĠU C 125, 5.6.2009, p. 6). Hija ġiet irreġistrata taħt in-numru SA.26678 (N 560/2008). Dik l-iskema kienet sussegwentement estiża u emendata kif deskritt fin-nota 4 f’qiegħ il-paġna.
(3) “Il-Bank” tirreferi għall-Piraeus Bank Group.
(4) Fit-2 ta’ Settembru 2009, il-Greċja nnotifikat għadd ta’ emendi għall-miżuri ta’ appoġġ u estensjoni tal-31 ta’ Diċembru 2009, li kienu approvati fit-18 ta’ Settembru 2009 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Settembru 2009 fl-Għajnuna mill-Istat N 504/2009 “ Estensjoni u emendar tal-Miżuri ta’ Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja ” (ĠU C 264, 6.11.2009, p. 5)). Fil-25 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni approvat it-tieni estensjoni tal-miżuri ta’ appoġġ sat-30 ta’ Ġunju 2010 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Jannar 2010 fl-Għajnuna mill-Istat N 690/2009 “ Estensjoni tal-Miżuri ta’ Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja ” (ĠU C 57, 9.3.2010, p. 6)). Fit-30 ta’ Ġunju 2010, il-Kummissjoni approvat għadd ta’ emendi għall-miżuri ta’ appoġġ u estensjoni sal-31 ta’ Diċembru 2010 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2010 fl-Għajnuna mill-Istat N 260/2010 “ Estensjoni tal-Miżuri ta’ Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja ” (ĠU C 238, 3.9.2010, p. 3)). Fil-21 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni approvat estensjoni tal-miżuri ta’ appoġġ sat-30 ta’ Ġunju 2011 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2010 fl-għajnuna mill-Istat SA 31998 (2010/N) “ Ir-raba’ estensjoni tal- Miżuri ta’ Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja ” (ĠU C 53, 19.2.2011, p. 2)). Fl-4 ta’ April 2011, il-Kummissjoni approvat emenda (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ April 2011 fl-Għajnuna mill-Istat SA.32767 (2011/N) “ Emenda għall-Miżuri ta’ Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja ” (ĠU C 164, 2.6.2011, p. 8)). Fis-27 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni approvat estensjoni tal-miżuri ta’ appoġġ sal-31 ta’ Diċembru 2011 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju 2011 fl-għajnuna mill-Istat SA.33153 (2011/N) “ Il-ħames estensjoni tal-miżuri ta’ Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja ” (ĠU C 274, 17.9.2011, p. 6)). Fis-6 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni approvat estensjoni tal-miżuri ta’ appoġġ sat-30 ta’ Ġunju 2012 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Frar 2012 fl-għajnuna mill-Istat SA.34149 (2011/N) “ Is-sitt estensjoni tal-Miżuri ta’ Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja ” (ĠU C 101, 4.4.2012, p. 2)). Fis-6 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni approvat estensjoni tal-miżuri ta’ appoġġ sal-31 ta’ Diċembru 2012 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Lulju 2012 fl-għajnuna mill-Istat SA.35002 (2012/N) - il-Greċja “ Estensjoni tal-Miżuri ta’ Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja ” (ĠU C 77, 15.3.2013, p. 14)). Fit-22 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni approvat estensjoni tal-Iskema ta’ Garanzija u tal-Iskema ta’ Self Obbligazzjonarju sat-30 ta’ Ġunju 2013 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Jannar 2013 fil-kawża dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.35999 (2012/N) - il-Greċja “ Estensjoni tal-Iskema ta’ Garanzija u tal-Iskema ta’ Self Obbligazzjonarju għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja ” (ĠU C 162, 7.6.2013, p. 6). Fil-25 ta’ Lulju 2013 il-Kummissjoni approvat estensjoni tal-Iskema ta’ Garanzija u tal-Iskema ta’ Self Obbligazzjonarju sal-31 ta’ Diċembru 2013 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Lulju 2013 fil-kawża dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.36956 (2013/N) - il-Greċja “ Estensjoni tal-Iskema ta’ Garanzija u tal-Iskema ta’ Self Obbligazzjonarju għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja ”, li għadha ma ġietx ippubblikata. Fl-14 ta’ Jannar 2014, il-Kummissjoni approvat estensjoni tal-Iskema ta’ Garanzija u tal-Iskema ta’ Self Obbligazzjonarju sat-30 ta’ Ġunju 2014 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Jannar 2014 fil-kawża dwar l-Għajnuna mill-Istat (SA). 37958 (2013/N) - il-Greċja “ Estensjoni tal-Iskema ta’ Garanzija u tal-Iskema ta’ Self Obbligazzjonarju għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu fil-Greċja ”, li għadha ma ġietx ippubblikata.
(5) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1.
(6) Stqarrija għall-istampa tal-HFSF, l-24 ta’ Diċembru 2012, disponibbli onlajn fuq: http://www.hfsf.gr/files/press_release_20121224_en.pdf.
(7) Dawk il-miżuri ġew irreġistrati mill-Kummissjoni bħala l-Kawża SA.36005 (2013/NN).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Mejju 2011 fl-Għajnuna mill-Istat SA.31154 “ Ir-ristrutturar ta’ Agricultural Bank of Greece”, (ĠU C 317, 29.10.2011, p. 4).
(9) Xiri u Suppożizzjoni hija proċedura ta’ riżoluzzjoni li tikkonsisti fl-identifikazzjoni, f’entità legali taħt likwidazzjoni, tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta’ kwalità għolja u l-irkant tagħhom sabiex jiġu ttrasferiti lil kumpanija vijabbli.
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Mejju 2013 fl-Għajnuna mill-Istat SA.35460 “Għajnuna ta’ likwidazzjoni għal riżoluzzjoni ta’ ATE Bank”, (ĠU C 261, 10.9.2013, p. 1).
(11) Ara t-Taqsima 2.3.3.3.
(12) Il-laqgħa tal-Grupp tal-euro hija l-laqgħa tal-Ministri tal-finanzi taż-żona tal-euro, jiġifieri dawk l-Istati Membri li adottaw l-Euro bħala l-munita uffiċjali tagħhom.
(13) Ara t-Taqsima 2.3.3.3.
(14) Il-Kummissjoni Ewropea – id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji. It-Tieni Programm ta’ Aġġustament Ekonomiku għall-Greċja - Marzu 2012, p. 17, disponibbli onlajn fuq
http://ec.europa.eu/economy_finance/publications/occasional_paper/2012/pdf/ocp94_en.pdf.
(15) Ara t-taqsima II “Ir-ristrutturar tad-Dejn Sovran Grieg” tar-Rapport dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u r-Ristrutturar tas-Settur Bankarju Grieg, Bank of Greece, Diċembru 2012, disponibbli onlajn fuq: http://www.bankofgreece.gr/BogEkdoseis/Report_on_the_recapitalisation_and_restructuring.pdf.
(16) Stqarrija għall-istampa tal-Ministeru tal-Finanzi tad-9 ta’ Marzu 2012, disponibbli onlajn fuq: http://www.pdma.gr/attachments/article/80/9%20MARCH%202012%20-%20RESULTS.pdf.
(17) Ara n-nota 14 f’qiegħ il-paġna, p. 106.
(18) Ara n-nota 15 f’qiegħ il-paġna.
(19) Ara n-nota 14 f’qiegħ il-paġna, p. 104.
(20) Ara n-nota 15 f’qiegħ il-paġna.
(21) Il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali flimkien jikkostitwixxu l-Eurosistema, li hija s-sistema tal-banek ċentrali taż-żona tal-euro.
(22) Stqarrija għall-istampa tal-Ministeru tal-Finanzi tat-3 ta’ Diċembru 2012, disponibbli onlajn fuq: http://www.pdma.gr/attachments/article/248/Press%20Release%20-%20December%2003.pdf.
Dak ix-xiri lura tad-dejn tiegħu stess bi prezz ferm taħt il-valur nominali ġġenera tnaqqis sinifikanti tad-dejn għall-Greċja.
(23) Fin-nuqqas ta’ tali xiri lura, il-valur fis-suq ta’ dawk il-GGBs ġodda seta’ jiżdied skont l-evoluzzjoni ta’ parametri tas-suq bħar-rati tal-imgħax u l-probabbiltà ta’ inadempjenza tal-Greċja.
(24) Inkluż it-telf mistenni mill-produzzjoni tas-self ġdida fil-Greċja matul il-perjodu minn Ġunju 2013 sa Diċembru 2016.
(25) L-impatt tas-CLPs għal riskju barrani ġie kkalkolat wara t-taxxa barranija u b’kunsiderazzjoni tal-impenji ta’ ċessjoni li ġew ipprovduti lid-Direttorat Ġenerali għall-Politika dwar il-Kompetizzjoni f’dak iż-żmien.
(26) Ir-riżervi tat-telf mis-self ta’ NBG fit-30 ta’ Ġunju 2013 proforma tad-dispożizzjonijiet ta’ First Business Bank u Probank.
(27) Ir-riżervi tat-telf mis-self ta’ Eurobank fit-30 ta’ Ġunju 2013 proforma tad-dispożizzjonijiet ta’ New Hellenic Postbank u New Proton Bank, li ġew akkwistati f’Awwissu 2013.
(28) Rapport annwali tal-2012, http://www.piraeusbankgroup.com/en/investors/financials/annual-reports.
(29) Ara t-Tabella 2.
(30) Għall-2012, dak l-ammont ma jinkludix iż-żewġ rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji riċevuti mill-Bank. L-ammont għall-2013 jinkludi r-rikapitalizzazzjoni sħiħa tar-Rebbiegħa 2013.
(*1) Inklużi ATE u Geniki
(*2) Inklużi ATE, Geniki, il-fergħat Griegi tat-tliet Banek Ċiprijotti, MBG
(31) Ara t-Tabella 2.
(32) Ara t-taqsima 2.3.1.2 dwar ir-rikapitalizzazzjoni mill-Istat mogħtija taħt il-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni.
(33) http://www.piraeusbankgroup.com/en/press-office/press-release/2014/05/apopliromi-pronomiouxon-metoxon-ellinikou-dimosiou.
(34) Pjan ta’ ristrutturar sottomess fil-25 ta’ Ġunju 2014, p. 40.
(35) Ara l-premessa 27 tad-Deċiżjoni dwar il-Likwidazzjoni ta’ ATE.
(36) Hellenic Bank Association, dejta disponibbli onlajn fuq: http://62.1.43.74/4Statistika/UplPDFs/network2012engl.pdf
(37) http://www.geniki.gr/Portals/0/PDFs/140321_annual_results_en_2.pdf.
(*3) Sigriet kummerċjali.
(38) Ir-rapport tħejja minn PIMCO, kien datat l-1 ta’ Frar 2013 u intitolat “Diliġenza Dovuta Indipendenti tas-Sistema Bankarja f’Ċipru”. L-estimi tal-kapital ġew iġġenerati kemm taħt xenarju bażi, kif ukoll taħt xenarju makroekonomiku avvers. Id-data ta’ referenza applikabbli għall-eżerċizzju kienet it-30 ta’ Ġunju 2012 u l-perjodu previst kien estiż mit-30 ta’ Ġunju 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2015.
(39) Ara l-premessa 101.
(40) Ibid.
(41) Pjan ta’ ristrutturar sottomess fil-25 ta’ Ġunju 2014, p. 51.
(42) It-terminu “ assi mwieżna għar-riskji ” jirreferi għal aggregat regolatorju li jkejjel l-iskopertura għar-riskji ta’ istituzzjoni finanzjarja u li jintuża mis-superviżuri sabiex jimmonitorjaw l-adegwatezza kapitali tal-istituzzjonijiet finanzjarji.
(*4) Informazzjoni kunfidenzjali
(43) Skont l-ittra tal-Bank of Greece tas-7 ta’ Novembru 2011, “Il-Garanziji japplikaw fuq l-ammont totali ta’ Assistenza ta’ Likwidità f’Emerġenza (ELA)”.
(44) Pjan ta’ ristrutturar sottomess fil-25 ta’ Ġunju 2014, p. 133.
(45) Minbarra l-parti tar-rikapitalizzazzjoni sottoskritta mill-HFSF għall-issodisfar tar-rekwiżiti kapitali li rriżultaw mix-xiri ta’ ATE Bank u tal-fergħat Griegi tat-tliet Banek Ċiprijotti. Għal aktar dettalji, ara l-premessa 101.
(46) Il-ftehim ta’ qabel is-sottoskrizzjoni stabbilixxa li: “Ir-Riskju Effettiv pagabbli lill-Bank jinkludi l-bonds tal-EFSF u kwalunkwe pagamenti ta’ kupuni u imgħax akkumulat għall-bonds tal-EFSF għall-perjodu mill-ħruġ tal-bonds sal-konverżjoni tal-Avvanz f’kapital azzjonarju u strumenti finanzjarji konvertibbli oħrajn kif preskritti hawnhekk”.
(47) Ara t-Tabella 3.
(48) http://www.piraeusbankgroup.com/~/media/Com/Piraeus-Bank-Documents/Press-Releases/2013/Apofaseis_BGM_23042013_en.pdf.
(49) Ara l-premessa 112.
(50) http://www.piraeusbankgroup.com/~/media/Com/Piraeus-Bank-Documents/Press-Releases/2013/Anakoinwsi-apokomis-DS-gia-AMK.pdf.
(51) http://www.piraeusbankgroup.com/en/press-office/announcement/2013/06/anakoinosi-kalipsis.
(52) http://www.hfsf.gr/files/HFSF_activities_Jan_2013_Jun_2013_en.pdf.
(53) http://www.hfsf.gr/files/HFSF_activities_Jan_2013_Jun_2013_en.pdf.
(54) http://www.piraeusbankgroup.com/~/media/Com/Downloads/Investors/PIRAEUS-BANKS-ANNOUNCEMENTS-ON-THE-CHARACTERISTICS-OF-HFSF-WARRANTS.pdf.
(55) Pereżempju, il-prezz tal-eżerċizzju fit-2 ta’ Jannar 2014 kien EUR 1,7340, fit-2 ta’ Lulju 2014 kien EUR 1,7680, fit-2 ta’ Jannar 2015 sejjer ikun EUR 1,8105, fit-2 ta’ Lulju 2015 sejjer ikun EUR 1,8530 u jibqa’ jiżdied b’dan il-mod.
(56) Ara t-Taqsima 2.3.3.4.
(57) Pjan ta’ ristrutturar sottomess fil-25 ta’ Ġunju 2014, p. 117.
(58) Inklużi l-kontribuzzjonijiet għall-Fond ta’ Garanzija ta’ Depożiti u Investiment (“TEKE”).
(59) Pjan ta’ ristrutturar sottomess fil-25 ta’ Ġunju 2014, p. 128.
(60) Pjan ta’ ristrutturar sottomess fil-25 ta’ Ġunju 2014, p. 117.
(61) Tabelli tal-pjan ta’ ristrutturar sottomessi fil-25 ta’ Ġunju 2014, p. 133.
(62) Pjan ta’ ristrutturar sottomess fil-25 ta’ Ġunju 2014, p. 117.
(63) Pjan ta’ ristrutturar sottomess fil-25 ta’ Ġunju 2014, p. 136.
(64) Pjan ta’ ristrutturar sottomess fil-25 ta’ Ġunju 2014, p. 128.
(65) Rapport annwali tal-2012 għall-figuri tal-2012, http://www.piraeusbankgroup.com/en/investors/financials/annual-reports.
Pjan ta’ ristrutturar sottomess fil-25 ta’ Ġunju 2014, p. 96 għall-figuri tal-2014.
(66) Pjan ta’ ristrutturar sottomess fil-25 ta’ Ġunju 2014, p. 97.
(67) Pjan ta’ ristrutturar sottomess fil-25 ta’ Ġunju 2014, p. 149.
(68) Ara l-Impenji fl-Anness, il-kapitolu I.
(69) Ara l-Impenji fl-Anness, il-kapitolu I.
(70) Ara l-Impenji fl-Anness, il-kapitolu I.
(71) Pjan ta’ ristrutturar sottomess fil-25 ta’ Ġunju 2014, p. 44.
(72) Pjan ta’ ristrutturar sottomess fil-25 ta’ Ġunju 2014, p. 147.
(73) Ara l-Impenji fl-Anness, il-kapitolu II.
(74) Ara l-Impenn fl-Anness, il-kapitolu II.
(75) Ara l-Anness, il-kapitolu II.
(76) Ara l-Anness, il-kapitolu II.
(77) Ara l-Anness, il-kapitolu III, it-taqsima A.
(78) Ara l-Anness, il-kapitolu III, it-taqsima A.
(79) Ara l-Anness, il-kapitolu III, it-taqsima A.
(80) Ara l-Anness, il-kapitolu III, it-taqsima Ċ.
(81) “Fl-aħħar nett, fir-rigward taċ-ċertifikati maħruġa mill-HFSF, għandu jiġi kkjarifikat li r-Repubblika Ellenika se tfittex l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea qabel kwalunkwe xiri lura taċ-ċertifikati minn Alpha Bank jew minn kwalunkwe entità tal-Istat (inkluż l-HFSF), sabiex b’hekk il-Kummissjoni Ewropea tkun tista’ tivverifika li x-xiri lura previst taċ-ċertifikati ma jmurx kontra r-rekwiżiti tar-rimunerazzjoni tal-Istat skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.”
(82) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni - L-applikazzjoni ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri meħuda fejn jidħlu istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja globali attwali (ĠU C 270, 25.10.2008, p. 8).
(83) Il-Premessa 64 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Piraeus.
(84) Il-Premessa 68 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Piraeus.
(85) Ara l-premessa 35.
(86) Ara l-premessa 101.
(87) Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-treġġigħ lura għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni tal-miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9).
(88) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Jannar 2012, ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li huma maħsuba biex jappoġġjaw il-miżuri favur l-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (ĠU C 356, 6.12.2011, p. 7).
(89) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Awwissu 2013, ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li huma maħsuba biex jappoġġjaw il-miżuri favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (ĠU C 216, 30.7.2013, p. 1).
(90) Ara n-nota 6 f’qiegħ il-paġna.
(91) Pjan ta’ ristrutturar sottomess fil-25 ta’ Ġunju 2014, p. 40.
(92) Ara n-nota 4 f’qiegħ il-paġna.
(93) Pjan ta’ ristrutturar sottomess fil-25 ta’ Ġunju 2014, p. 51.
(94) Ara d-deċiżjoni tal-Ftuħ ta’ Piraeus, il-premessa 41.
(95) Huwa nnotat ukoll li l-Greċja tat l-għajnuna lill-Bank taħt l-Iskema ta’ Appoġġ lill-Banek Griegi, li kienet awtorizzata mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, kif ukoll permezz tal-HFSF, li l-kriterju tiegħu kien approvat ukoll minn deċiżjoni tal-Kummissjoni.
(96) Ara n-nota 6 f’qiegħ il-paġna.
(97) Ara l-premessa 41 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża NN 51/2008 Skema ta’ garanzija għall-banek fid-Danimarka (ĠU C 273, 28.10.2008, p. 2).
(98) Ara l-premessa 96: l-imgħaxijiet akkumulati jitqiesu bħala kontribuzzjoni addizzjonali mill-HFSF u, għalhekk, naqqsu l-ħlas li kellu jagħmel l-HFSF lill-Bank sabiex iħallas ir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013.
(99) Ara wkoll it-Taqsima 7.5.1.
(100) Il-prezz teoretiku qabel il-ħruġ ta’ ishma bi dritt (theoretical ex-right price – “TERP”) huwa metodoloġija ġeneralment aċċettata fis-suq għall-kwantifikazzjoni tal-effett ta’ dilwizzjoni taż-żieda tal-kapital azzjonarju.
(101) Ara l-premessa 55.
(102) http://www.epant.gr/apofasi_details.php?Lang=gr&id=345&nid=689.
(103) Ara l-premessa 68.
(104) http://www.epant.gr/news_details.php?Lang=en&id=89&nid=497.
(105) http://www.epant.gr/apofasi_details.php?Lang=gr&id=352&nid=713.
(106) Ara l-premessa 80.
(107) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Awwissu 2013 fil-kawża SA.34724, “ Ir-Ristrutturar ta’ Banco Comercial Português (BCP) Group”, li għadha ma ġietx ippubblikata.
(108) Ara t-Tabella 2.
(109) Ara l-punt (28) tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar u ara l-premessa 320 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ April 2011 dwar il-miżuri Nru. C 11/09 (ex NN 53b/2008, NN 2/10 u N 19/10) implimentati mill-Istat Olandiż għal ABN AMRO Group NV (maħluq wara l-fużjoni bejn Fortis Bank Nederland u ABN AMRO N) (ĠU L 333, 15.12.2011, p. 1).
(110) http://www.piraeusbankgroup.com/en/investors/financials/presentation-audio-archive.
(111) Il-Kummissjoni tosserva wkoll li parti mill-ħtiġijiet tal-likwidità tal-Bank ġejja mill-forma atipika tal-parteċipazzjoni tal-HFSF fl-ewwel u fit-tieni rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji, kif ukoll fir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013. Tabilħaqq, bħala korrispettiv għall-parteċipazzjoni tiegħu, l-HFSF ittrasferixxa lill-Bank noti tal-EFSF minflok flus kontanti. Il-Bank għandu ammont kbir ta’ noti tal-EFSF fuq perjodu ta’ żmien medju u twil, li jżidu l-ħtiġijiet tal-finanzjament tiegħu meta mqabbla ma’ sitwazzjoni fejn ir-rikapitalizzazzjoni kienet titħallas fi flus kontanti. Dik il-parti tal-ħtiġijiet tal-likwidità ma tirriflettix mudell ta’ negozju jew struttura ta’ karta bilanċjali mhux xierqa. Hija tgħib awtomatikament meta n-noti tal-EFSF jimmaturaw.
(112) Ara l-premessa 116.
(113) Pjan ta’ ristrutturar sottomess fil-25 ta’ Ġunju 2014, p. 132.
(114) Ara l-premessa 52.
(115) Ara l-premessa 132.
(116) Id-daqs tal-miżura proposta ta’ kontribuzzjoni proprja għandu jitqabbel mad-daqs tal-Bank qabel l-akkwiżizzjonijiet tal-Attivitajiet Ittrasferiti ta’ ATE, ta’ Geniki, ta’ BCP u tal-Attivitajiet Ittrasferiti Ċiprijotti għar-raġuni spjegata fit-taqsima 7.1.3.5.
(117) Meta wieħed iqis biss l-għajnuna effettivament imħallsa, li hija l-aktar vantaġġjuża u, għalhekk, l-aktar li tfixkel il-kompetizzjoni, l-ammont tal-għajnuna jitnaqqas għal 19,4 % tal-RWA tal-Bank.
(118) Pjan ta’ ristrutturar sottomess fil-25 ta’ Ġunju 2014, p. 35.
(119) Ara l-Anness, il-kapitolu II.
(120) Ara l-premessa (129).
ANNESS
PIRAEUS BANK – IMPENJI MIR-REPUBBLIKA ELLENIKA
Ir-Repubblika Ellenika tiżgura li l-Bank ikun qiegħed jimplimenta l-pjan ta’ ristrutturar sottomess fil-25 ta’ Ġunju 2014. Il-pjan ta’ ristrutturar huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet makroekonomiċi kif ipprovduti mill-Kummissjoni Ewropea (il-“Kummissjoni”) fl-Appendiċi, kif ukoll fuq suppożizzjonijiet regolatorji.
B’hekk, ir-Repubblika Ellenika tipprovdi l-impenji li ġejjin (l-“ Impenji ”), li huma parti integrali mill-pjan ta’ ristrutturar. L-impenji jinkludu l-impenji rigward l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar (l-“Impenji tar-Ristrutturar” ) u l-Impenji dwar il-Governanza Korporattiva u l-Operazzjonijiet Kummerċjali.
L-impenji jidħlu fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-pjan ta’ ristrutturar (id-“Deċiżjoni”).
Il-perjodu tar-ristrutturar jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2018. L-impenji japplikaw matul il-perjodu ta’ ristrutturar sakemm l-Impenn individwali ma jiddikjarax mod ieħor.
Dan it-test jiġi interpretat fid-dawl tad-Deċiżjoni fil-qafas ġenerali tal-liġi tal-Unjoni u b’referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (1).
KAPITOLU I. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet tal-Impenji, it-termini li ġejjin ifissru:
(1) Bank: Piraeus Bank S.A. u s-sussidjarji kollha tiegħu. Għalhekk, huwa jinkludi l-Piraeus Bank Group kollu bis-sussidjarji u l-fergħat Griegi u mhux Griegi kollha tiegħu, kemm dawk fis-settur bankarju kif ukoll dawk li mhumiex.
(2) Offerta kapitali miżjuda b’mod gradwali fis-settur bankarju: offerta li tirriżulta f’żieda fil-proporzjon tal-kapital regolatorju tal-Bank, b’kunsiderazzjoni tal-elementi rilevanti kollha, b’mod partikolari l-profitt/it-telf ipprenotat fuq it-tranżazzjoni u t-tnaqqis tal-RWA li jirriżulta mill-bejgħ (jekk meħtieġ ikkoreġut għaż-żieda tal-RWA li tirriżulta mil-links tal-finanzjament li jifdal).
(3) Offerta kapitali miżjuda b’mod gradwali fis-settur tal-assigurazzjoni: offerta li tirriżulta f’żieda fil-proporzjon tal-kapital regolatorju tal-Bank. Kwalunkwe offerta ‘l fuq mill-valur kontabilistiku tal-attività tal-assigurazzjoni fil-kont tal-Bank hija awtomatikament preżunta bħala waħda b’żieda gradwali ta’ kapital.
(4) Għeluq: id-data tat-trasferiment tat-titolu legali tan-Negozju taċ-Ċessjoni lill-Akkwirent.
(5) Negozju ta’ Ċessjoni: in-negozji u l-assi kollha li l-Bank jimpenja li jbigħ, jillikwida jew jissoġġetta għal proċeduri ta’ stralċ.
(6) Data Effettiva: id-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni.
(7) Tmiem il-perjodu tar-ristrutturar: il-31 ta’ Diċembru 2018.
(8) Assi barranin jew assi mhux Griegi: assi relatati mal-attivitajiet ta’ klijenti barra l-Greċja, indipendentement mill-pajjiż fejn jitniżżlu l-assi. Pereżempju, l-assi mniżżla fil-kotba fil-Lussemburgu iżda relatati mal-attivitajiet ta’ klijenti fil-Greċja mhumiex inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-definizzjoni. Għall-kuntrarju, l-assi mniżżla fil-kotba fil-Lussemburgu jew fil-Greċja iżda relatati mal-attivitajiet ta’ klijenti f’pajjiżi oħrajn tal-SEE jitqiesu bħala assi barranin u huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-definizzjoni.
(9) Negozji barranin: sussidjarji u fergħat bankarji u mhux bankarji barranin tal-Bank.
(10) Sussidjarji barranin: is-sussidjarji bankarji u mhux bankarji kollha tal-Bank barra mill-Greċja.
(11) Attivitajiet bankarji Griegi: l-attivitajiet bankarji Griegi tal-Bank, indipendentement mill-pajjiż fejn jitniżżlu l-assi.
(12) Attivitajiet mhux bankarji Griegi: l-attivitajiet mhux bankarji Griegi tal-Bank, indipendentement mill-pajjiż fejn jitniżżlu l-assi.
(13) Sussidjarji Griegi: is-sussidjarji bankarji u mhux bankarji Griegi kollha tal-Bank.
(14) Fiduċjarju tal-Monitoraġġ: persuna jew persuni fiżika/fiżiċi jew ġuridika/ġuridiċi, indipendenti mill-Bank, approvata/i mill-Kummissjoni u maħtura mill-Bank; il- Fiduċjarju tal-Monitoraġġ għandu d-dover li jissorvelja l-konformità tal-Bank mal-Impenji.
(15) Akkwirent: persuna jew persuni fiżika/fiżiċi jew ġuridika/ġuridiċi għall-akkwist, b’mod sħiħ jew parzjalment, tan-Negozju ta’ Ċessjoni.
(16) Bejgħ: il-bejgħ ta’ 100 % tal-parteċipazzjoni azzjonarja miżmuma mill-Bank, sakemm l-Impenn individwali ma jiddikjarax mod ieħor.
Għall-finijiet tal-Impenji, is-singular ta’ dawk it-termini jinkludi l-plural (u viċi versa), sakemm l-Impenji ma jistabbilixxux mod ieħor.
KAPITOLU II. IMPENJI TA’ RISTRUTTURAR
|
(1) |
In-numru ta’ fergħat fil-Greċja: In-numru ta’ fergħat fil-Greċja jammonta għal massimu ta’ […] fil-31 ta’ Diċembru 2017. F’każ ta’ ċessjoni ta’ Geniki, din il-figura tiġi riveduta għal […]. |
|
(2) |
In-numru ta’ impjegati fil-Greċja: In-numru ta’ Ekwivalenti għal Full Time (l-“FTEs”) fil-Greċja (attivitajiet bankarji u mhux bankarji Griegi) jammonta għal massimu ta’ […] fil-31 ta’ Diċembru 2017. F’każ ta’ ċessjoni ta’ Geniki, din il-figura tiġi riveduta għal […]. |
|
(3) |
L-ispejjeż totali fil-Greċja: L-ispejjeż totali (2) fil-Greċja (attivitajiet bankarji u mhux bankarji Griegi) jammontaw għal massimu ta’ EUR 1 200 miljun fl-2017. F’każ ta’ ċessjoni ta’ Geniki, din il-figura tiġi riveduta għal […]. |
|
(4) |
L-ispejjeż tad-depożiti fil-Greċja: Sabiex titreġġa’ lura l-profittabbiltà ta’ qabel il-proviżjonament tiegħu fis-suq Grieg, il-Bank inaqqas l-ispiża tal-finanzjament permezz tat-tnaqqis tal-ispiża tad-depożiti miġbura fil-Greċja (inklużi t-tfaddil, id-depożiti liberi u b’terminu u prodotti simili oħrajn offruti lill-klijenti u li l-ispejjeż tagħhom jitħallsu mill-Bank) […]. |
|
(5) |
Il-proporzjon self-depożiti nett fil-Greċja: Għall-attivitajiet bankarji Griegi, il-proporzjon self-depożiti totali nett jammonta għal massimu ta’ […] fil-31 ta’ Diċembru 2017. […] |
|
(6) |
Ir-rata ta’ tkabbir tas-self gross għall-attivitajiet bankarji Griegi: Ir-rata ta’ tkabbir tas-self gross ma tkunx ogħla mir-rata ta’ tkabbir tas-suq kif irrapportata mill-Bank of Greece, sakemm ir-rata ta’ tkabbir tas-suq ma tkunx taħt il-projezzjonijiet tal-Kummissjoni (ara l-Appendiċi), li fuqhom huwa bbażat il-pjan ta’ ristrutturar. F’każ bħal dan, il-limitu tat-tkabbir tas-self jista’ jiġi rivedut, billi jiġu kkunsidrati l-kondizzjonijiet makroekonomiċi u l-kompetizzjoni fis-settur bankarju Grieg. Dak l-Impenn għandu jiġi mmonitorjat fuq bażi annwali. |
|
(7) |
Appoġġ lis-sussidjarji barranin: Għal kull impriża sussidjarja barranija, mid-Data Effettiva sat-30 ta’ Ġunju 2018, il-Bank ma jipprovdix ekwità addizzjonali jew kapital subordinat għal ammont ogħla mill-inqas bejn (i) […]% tal-RWA ta’ dik l-impriża sussidjarja kif ikkalkolat fil-31 ta’ Diċembru 2012 jew (ii) EUR […] miljun fuq aggregat għas-sussidjarji barranin kollha (b’mod kumulattiv bejn it-30 ta’ Ġunju 2013 u t-30 ta’ Ġunju 2018). Jekk il-Bank ikollu l-ħsieb li jinjetta ekwità jew dejn subordinat lill-impriża sussidjarja barranija għal ammont ogħla mil-limitu massimu definit, huwa jrid jitlob lill-awtoritajiet Griegi sabiex ifittxu deċiżjoni tal-Kummissjoni bil-għan li jkun jista’ jemenda l-pjan ta’ ristrutturar […]. |
|
(8) |
Diżingranaġġ tal-assi mhux Griegi sat-30 ta’ Ġunju 2018: L-awtoritajiet Griegi jimpenjaw li l-Bank jissodisfa mill-inqas waħda miż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin sat-30 ta’ Ġunju 2018:
|
|
(9) |
Il-bejgħ ta’ […]: […] |
|
(10) |
Il-bejgħ ta’ titoli: Il-portafoll tat-titoli elenkati, definit kif ġej, jiġi ċedut bi […], filwaqt li l-portafoll tat-titoli mhux elenkati jiġi ċedut bi […]: dawn il-portafolli jinkludu l-investimenti tal-ekwità kollha akbar minn EUR […] miljun, kif ukoll l-investimenti kollha f’bonds subordinati u bonds ibridi. Dan l-impenn ma japplikax għall-parteċipazzjonijiet f’sussidjarji barranin jew għall-investimenti fl-entitajiet li ġejjin:
[…]. |
|
(11) |
Sabiex kwalunkwe bejgħ li jsir ikun konformi mal-impenji ta’ bejgħ jew ċessjoni inklużi f’dan id-dokument, ir-Repubblika Ellenika timpenja li:
|
|
(12) |
Politika ta’ investiment: Sat-30 ta’ Ġunju 2017, il-Bank ma jakkwistax titoli fi grad mhux ta’ investiment.
Dan l-Impenn ma japplikax għat-titoli li ġejjin (it-Titoli Eżentati): […] |
|
(13) |
Limitu massimu tas-salarju: Sa […], il-Bank ma jħallasx rimunerazzjoni annwali totali (paga, kontribuzzjoni tal-pensjoni, bonus) ogħla minn […] lil xi impjegat jew maniġer. F’każ ta’ injezzjoni ta’ kapital mill-HFSF, il-limitu massimu tar-rimunerazzjoni jkun irid jiġi evalwat mill-ġdid b’konformità mal-Komunikazzjoni Bankarja Ewropea tal-1 ta’ Awwissu 2013. |
KAPITOLU III. IMPENJI FUQ IL-GOVERNANZA KORPORATTIVA U L-OPERAZZJONIJIET KUMMERĊJALI – ESTENSJONI U EMENDI
|
(1) |
Il-Bank ikompli jimplimenta l-Impenji fuq il-Governanza Korporattiva u l-Operazzjonijiet Kummerċjali, kif sottomessi mir-Repubblika Ellenika fl-20 ta’ Novembru 2012, bl-emendi sussegwenti pprovduti fil-Kapitolu III tal-Impenji, sat-30 ta’ Ġunju 2018. |
|
(2) |
F’każ li Impenn individwali ma japplikax fil-livell tal-Bank, il-Bank ma jużax is-sussidjarji jew l-attivitajiet mhux koperti minn dak l-Impenn individwali sabiex jaħrab mill-Impenn. |
It-Taqsima A. It-twaqqif ta’ organizzazzjoni interna effikaċi u adegwata
|
(3) |
Il-Bank, minbarra s-sussidjarji barranin tiegħu, josserva f’kull ħin id-dispożizzjonijiet kollha tal-liġi 3016/2002 dwar il-Governanza Korporattiva u tal-liġi 2190/1920 dwar is-Sociétés Anonymes u, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet b’rabta mal-funzjonijiet ta’ korpi korporattivi bħal-laqgħa tal-azzjonisti u l-Bord tad-Diretturi sabiex jiżgura distribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet u t-trasparenza. Is-setgħat tal-laqgħa tal-azzjonisti jkunu ristretti għall-kompiti ta’ laqgħa ġenerali b’konformità mal-liġi dwar il-kumpaniji, b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet relatati mal-informazzjoni. Setgħat aktar estensivi, li jippermettu influwenza mhux xierqa fuq il-ġestjoni, jitwaqqfu. Ir-responsabbiltà għall-ġestjoni operattiva ta’ kuljum tkun b’mod ċar f’idejn id-Diretturi eżekuttivi tal-Bank. |
|
(4) |
Il-Bank, minbarra s-sussidjarji barranin tiegħu, għandu dejjem jikkonforma mal-Qafas tar-Relazzjoni tal-Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja (l-“HFSF”). |
|
(5) |
Il-Bank josserva d-dispożizzjonijiet tal-Att tal-Gvernatur 2577/9.3.2006 fis-seħħ, bil-għan li jżomm, fuq bażi individwali u kollettiva, struttura organizzattiva effettiva u Sistema ta’ Kontroll Intern adegwata, inklużi t-tliet pilastri ewlenin, jiġifieri l-funzjonijiet tal-Verifika Interna, tal-Ġestjoni tar-Riskji u tal-Konformità u l-aqwa prattiki internazzjonali ta’ governanza korporattiva. |
|
(6) |
Il-Bank ikollu struttura organizzattiva effiċjenti, sabiex ikun jista’ jiżgura li d-dipartimenti tal-Verifika Interna u tal-Ġestjoni tar-Riskju jkunu indipendenti b’mod sħiħ min-netwerks kummerċjali u jirrapportaw direttament lill-Bord tad-Diretturi. Kumitat tal-Verifika u Kumitat tar-Riskju – maħluqa fi ħdan il-Bord tad-Diretturi – jivvalutaw il-kwistjonijiet kollha mqajma minn dawk id-dipartimenti rispettivi. Karta adegwata dwar il-Verifika Interna u Karta adegwata dwar il-Ġestjoni tar-Riskju jispeċifikaw ir-rwoli, ir-responsabbiltajiet u r-riżorsi ta’ dawk id-dipartimenti. Dawk il-karti jikkonformaw mal-istandards internazzjonali u jiggarantixxu indipendenza sħiħa lid-dipartimenti. Politika Kreditizja tipprovdi gwida u struzzjonijiet rigward l-għoti tas-self, inkluż dwar l-ipprezzar tas-self u r-ristrutturar tas-self. |
|
(7) |
Il-Bank jippubblika u jibgħat lill-awtoritajiet kompetenti l-lista ta’ azzjonisti li għandhom mill-inqas 1 % ta’ ishma ordinarji. |
It-Taqsima B. Il-prattiki kummerċjali u l-monitoraġġ tar-riskji
Prinċipji ġenerali
|
(8) |
Il-Politika Kreditizja tispeċifika li l-klijenti kollha jiġu ttrattati b’mod ġust permezz ta’ proċeduri mhux diskriminatorji għajr dawk relatati mar-riskju ta’ kreditu u l-abbiltà li jħallsu. Il-Politika Kreditizja tiddefinixxi l-limiti massimi li l-għoti tas-self ‘il fuq minnhom irid jiġi approvat minn maniġment f’livelli ogħla. Jiġu definiti limiti massimi simili rigward ir-ristrutturar tas-self u l-immaniġġjar tal-pretensjonijiet u l-litigazzjonijiet. Il-Politika Kreditizja tiċċentralizza f’ċentri magħżula l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell nazzjonali u tipprovdi salvagwardji ċari li jiżguraw l-implimentazzjoni konsistenti tal-istruzzjonijiet tagħha fi ħdan l-attivitajiet bankarji Griegi kollha. |
|
(9) |
Għall-attivitajiet bankarji Griegi kollha, il-Bank jinkorpora b’mod sħiħ ir-regoli tal-Politika Kreditizja fis-sistemi tagħhom ta’ żborżament u fluss tax-xogħol tar-rifinanzjament tas-self u tal-oriġini tas-self. |
Dispożizzjonijiet speċifiċi
|
(10) |
Id-dispożizzjonijiet speċifiċi elenkati fil-paragrafi (8) sa (18) tal-Kapitolu III tal-Impenji japplikaw għall-attivitajiet bankarji Griegi, sakemm ma jiġix iddikjarat espliċitament mod ieħor. |
|
(11) |
Il-Politika Kreditizja tesiġi li l-ipprezzar tas-self u tal-ipoteki jkun konformi ma’ linji gwida stretti. Dawk il-linji gwida jinkludu l-obbligu li jiġu rrispettati strettament it-tabelli standard tal-politika kreditizja fir-rigward tal-faxex (firxiet) tar-rati tal-imgħax skont il-maturità tas-self, il-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu tal-klijent, il-potenzjal tal-irkupru mistenni tal-kollateral mirhun (inkluż il-qafas taż-żmien għal likwidazzjoni potenzjali), ir-relazzjoni ġenerali mal-Bank (eż. il-livell u l-istabbiltà tad-depożiti, l-istruttura tal-miżati u attivitajiet oħrajn ta’ bejgħ trasversali) u l-ispiża tal-finanzjament tal-Bank. Jiġu ġġenerati klassijiet speċifiċi ta’ assi ta’ self (eż. self kummerċjali, ipoteki, garantiti/mhux garantiti, eċċ.) u l-qafas tal-ipprezzar tagħhom jiġi strutturat f’tabella xierqa tal-Politika Kreditizja li tiġi aġġornata fuq bażi regolari mill-Kumitat tal-Kreditu. Kwalunkwe eċċezzjoni trid tkun debitament awtorizzata mill-Kumitat tal-Kreditu, jew f’livell aktar baxx ta’ awtorità meta dan ikun permess mill-Politika Kreditizja. Tranżazzjonijiet imfassla apposta, bħal self sindakat jew finanzi ta’ proġett, jirrispettaw l-istess prinċipji, billi tingħata attenzjoni xierqa lill-fatt li dawn jistgħu ma jadattawx tajjeb fit-tabelli standardizzati tal-politika kreditizja. Kwalunkwe ksur ta’ dik il-politika dwar l-ipprezzar jiġi rrapportat lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ. |
|
(12) |
Id-Dipartiment tal-Ġestjoni tar-Riskji jkun responsabbli mill-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu u mill-istima tal-kollateral. Meta jiġi biex jivvaluta l-kwalità tas-self, id-Dipartiment tal-Ġestjoni tar-Riskji jaġixxi b’mod indipendenti, billi jipprovdi l-opinjoni tiegħu bil-miktub bil-għan li jiżgura li l-kriterji użati fil-valutazzjoni jiġu applikati b’mod konsistenti matul iż-żmien u fost il-klijenti u fir-rigward tal-politika kreditizja tal-Bank. |
|
(13) |
Fir-rigward tas-self lil individwi u entitajiet legali, għall-attivitajiet bankarji Griegi kollha, abbażi tal-aqwa prassi internazzjonali, il-Bank japplika limiti individwali u aggregati stretti li jirregolaw l-ammont ta’ self massimu li jista’ jingħata għal riskju ta’ kreditu wieħed (jekk dan ikun permess skont il-liġi Griega u tal-UE). Dawk il-limiti għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni l-maturità tas-self u l-kwalità ta’ kwalunkwe kollateral/titolu pprovdut u għandhom jiġu stabbiliti fl-isfond ta’ punti ta’ riferiment ewlenin, inkluż il-kapital. |
|
(14) |
L-għoti tas-self (4) sabiex il-mutwatarji jkunu jistgħu jakkwistaw ishma jew strumenti ibridi tal-Bank u ta’ banek oħrajn (5) għandu jiġi pprojbit, irrispettivament minn min ikunu dawk il-mutwatarji (6). Din id-dispożizzjoni għandha tapplika u tiġi ssorveljata fil-livell tal-Bank. |
|
(15) |
It-talbiet kollha għal self minn mutwatarji mhux konnessi akbar minn [[…]% tal-RWA tal-Bank] jew għal kwalunkwe self li jżomm l-iskopertura għal grupp wieħed (definit bħala grupp ta’ mutwatarji konnessi li jirrappreżentaw riskju ta’ kreditu waħdieni) ogħla minn [[…]% tal-RWA tal-Bank] għandhom jiġu rrapportati lill- Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, li min-naħa tiegħu jista’, jekk ma jidhirx li l-kundizzjonijiet ikunu ġew stabbiliti b’mod distakkat jew jekk ma tkunx ġiet ipprovduta biżżejjed informazzjoni lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, jipposponi l-għoti tal-linja ta’ kreditu jew tas-self bi […] jiem tax-xogħol. F’każijiet ta’ emerġenza, dak il-perjodu jista’ jitnaqqas għal […] jiem tax-xogħol, bil-kundizzjoni li tkun ġiet ipprovduta biżżejjed informazzjoni lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ. Dak il-perjodu jippermetti lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jirrapporta l-każ lill-Kummissjoni u lill-HFSF qabel tittieħed kwalunkwe deċiżjoni definittiva mill-Bank. |
|
(16) |
Il-Politika Kreditizja tagħti struzzjonijiet ċari dwar ir-ristrutturar tas-self. Hija tiddefinixxi b’mod ċar liema self huwa eliġibbli, taħt liema ċirkostanzi u tindika t-termini u l-kundizzjonijiet li jistgħu jiġu proposti lill-klijenti eliġibbli. Għall-attivitajiet bankarji Griegi kollha, il-Bank jiżgura li r-ristrutturar kollu jimmira li jtejjeb l-irkupri futuri mill-Bank, sabiex b’hekk jiġi ssalvagwardjat l-interess tal-Bank. Il-politika dwar ir-ristrutturar f’ebda każ ma tipperikola l-profittabbiltà futura tal-Bank. Għal dak il-għan, id-Dipartiment tal-Ġestjoni tar-Riskji fi ħdan il-Bank ikun responsabbli sabiex jiżviluppa u juża mekkaniżmi adegwati ta’ rapportar tal-effettività tar-ristrutturar, iwettaq analiżi profonda tal-aqwa prassi interni u/jew esterni, jirrapporta s-sejbiet tiegħu mill-inqas fuq bażi trimestrali lill-Kumitat tal-Kreditu u lill-Kumitat tar-Riskju tal-Bord, jissuġġerixxi titjib azzjonabbli għall-proċessi u l-politiki involuti u jissorvelja u jirrapporta l-implimentazzjoni tagħhom lill-Kumitat tal-Kreditu u lill-Kumitat tar-Riskju tal-Bord. |
|
(17) |
Għall-attivitajiet bankarji Griegi kollha, il-Bank jippromulga politika ta’ pretensjoni u litigazzjoni li jkollha l-għan li timmassimizza l-irkupru u li tipprevjeni kwalunkwe diskriminazzjoni jew trattament preferenzjali fl-immaniġġjar tal-litigazzjonijiet. Il-Bank jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa sabiex ikun jista’ jimmassimizza l-irkupri għall-Bank u jipproteġi l-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fit-tul. Kwalunkwe ksur fl-implimentazzjoni ta’ dik il-politika jiġi rrapportat lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ. |
|
(18) |
Il-Bank jissorvelja r-riskju ta’ kreditu permezz ta’ sett żviluppat sewwa ta’ twissijiet u rapporti, li jippermettu lid-Dipartiment tal-Ġestjoni tar-Riskji: (i) jidentifika s-sinjali bikrija tal-indeboliment tas-self u l-avvenimenti ta’ inadempjenza; (ii) jivvaluta l-potenzjal ta’ rkupru tal-portafoll tas-self (inkluż iżda mhux limitat għal sorsi alternattivi ta’ ħlas lura, bħal kondebituri u garanti, kif ukoll il-kollateral mirhun jew disponibbli iżda mhux mirhun); (iii) jivvaluta l-iskopertura globali tal-Bank fuq bażi ta’ klijent individwali jew ta’ portafoll; u (iv) jipproponi azzjonijiet ta’ korrezzjoni u titjib lill-Bord tad-Diretturi, skont kif meħtieġ. Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jingħata aċċess għal dik l-informazzjoni. |
Dispożizzjonijiet li japplikaw għall-mutwatarji konnessi
|
(19) |
Id-dispożizzjonijiet kollha li japplikaw għall-mutwatarji konnessi japplikaw fil-livell tal-Bank. |
|
(20) |
Fi ħdan il-Politika Kreditizja, tiġi ddedikata taqsima speċifika għar-regoli li jirregolaw ir-relazzjonijiet mal-mutwatarji konnessi. Il-mutwatarji konnessi jinkludu impjegati, azzjonisti, diretturi, maniġers, kif ukoll il-konjugi, it-tfal u l-aħwa tagħhom, kif ukoll kwalunkwe entità legali kkontrollata direttament jew indirettament minn impjegati ewlenin (jiġifieri impjegati involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Politika Kreditizja), azzjonisti, diretturi jew maniġers jew il-konjugi, it-tfal u l-aħwa tagħhom. Permezz ta’ estensjoni, kwalunkwe istituzzjoni pubblika jew organizzazzjoni kkontrollata mill-gvern, kwalunkwe kumpanija pubblika jew aġenzija tal-gvern titqies bħala mutwatarja konnessa. Il-partiti politiċi jiġu ttrattati wkoll bħala mutwatarji konnessi fil-Politika Kreditizja. Issir enfasi partikolari fuq id-deċiżjonijiet li jirrigwardjaw kwalunkwe ristrutturar u tniżżil fil-valur tas-self lil impjegati, diretturi, azzjonisti u maniġers attwali jew preċedenti, u qraba tagħhom, kif ukoll fuq il-politiki segwiti fl-adegwatezza, fl-evalwazzjoni u fir-reġistrazzjoni tal-ipoteki u l-esklużjoni tal-kollateral tas-self. Id-definizzjoni ta’ mutwatarji konnessi kompliet tiġi speċifikata f’dokument separat. |
|
(21) |
Id-Dipartiment tal-Ġestjoni tar-Riskji jkun responsabbli għall-immappjar tal-gruppi konnessi kollha ta’ mutwatarji li jirrappreżentaw riskju ta’ kreditu waħdieni bil-għan li jissorveljaw kif suppost il-konċentrazzjoni tar-riskju ta’ kreditu. |
|
(22) |
Fir-rigward tas-self lil individwi u entitajiet legali, il-Bank, fuq il-bażi tal-aqwa prassi internazzjonali, japplika limiti individwali u aggregati stretti li jirregolaw l-ammont ta’ self massimu li jista’ jingħata għal riskju ta’ kreditu wieħed li jkun relatat mal-mutwatarji konnessi (jekk dan ikun permess skont il-liġi Griega u tal-UE). |
|
(23) |
Il-Bank jissorvelja separatament l-iskopertura tiegħu għall-mutwatarji konnessi, inklużi entitajiet fis-settur pubbliku u partiti politiċi. Il-produzzjoni ġdida tas-self (7) lil mutwatarji konnessi (% annwali ta’ stokk Y-1 (8)) ma tkunx ogħla mill-produzzjoni ġdida tal-portafoll tas-self totali fil-Greċja (% annwali tal-istokk Y-1). Dak l-Impenn jiġi rrispettat separatament għal kull tip ta’ mutwatarju konness (impjegati, azzjonisti, maniġers, entitajiet pubbliċi, partit politiku). Il-valutazzjoni tal-kreditu tal-mutwatarji konnessi, kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-ipprezzar u r-ristrutturar possibbli offrut lilhom, ma jkunux aktar vantaġġjużi meta mqabbla mal-kundizzjonijiet offruti lil mutwatarji simili iżda mhux konnessi, sabiex b’hekk jiġu assigurati kundizzjonijiet ekwi fl-ekonomija Griega. Dak l-obbligu ma japplikax għall-iskemi ġenerali eżistenti li minnhom jibbenifikaw l-impjegati, li joffrulhom self issussidjat. Il-Bank jirrapporta kull xahar dwar l-evoluzzjoni ta’ dik l-iskopertura, l-ammont tal-produzzjoni ġdida u t-talbiet riċenti akbar minn [[…]% tal-RWA tal-Bank] li għandhom jiġu indirizzati waqt il-laqgħa tal-kumitat tal-Kreditu. |
|
(24) |
Il-kriterji tal-kreditu applikati għall-impjegati/maniġers/azzjonisti ma jkunux inqas stretti minn dawk applikati għal mutwatarji mhux konnessi oħrajn. Jekk l-iskopertura tal-kreditu totali għal impjegat/maniġer/azzjonist wieħed taqbeż ammont ugwali għal [[…]] ta’ salarju fiss għas-self garantit u ammont ugwali għal [[…]] ta’ salarju fiss għas-self mhux garantit, l-iskopertura tiġi rrapportata fil-pront lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, li min-naħa tiegħu jista’ jintervjeni u jipposponi l-għoti tas-self skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu (25) tal-Kapitolu III tal-Impenji. |
|
(25) |
It-talbiet kollha għal self mill-mutwatarji konnessi li jkunu akbar minn [[…]% tal-RWA tal-Bank] jew kwalunkwe self li jżomm l-iskopertura għal grupp wieħed (definit bħala grupp ta’ mutwatarji konnessi li jirrappreżentaw riskju ta’ kreditu waħdieni) ogħla minn [[…]% tal-RWA tal-Bank] jiġu rrapportati lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, li jista’, jekk ma jidhirx li l-kundizzjonijiet ikunu ġew stabbiliti b’mod distakkat jew jekk ma tkunx ġiet ipprovduta biżżejjed informazzjoni lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, jipposponi l-għoti tal-linja ta’ kreditu jew tas-self bi […] jiem tax-xogħol. F’każijiet ta’ emerġenza, dak il-perjodu jista’ jitnaqqas għal […] jiem tax-xogħol, bil-kundizzjoni li tkun ġiet ipprovduta biżżejjed informazzjoni lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ. Dak il-perjodu jippermetti lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jirrapporta l-każ lill-Kummissjoni u lill-HFSF qabel tittieħed kwalunkwe deċiżjoni definittiva mill-Bank. |
|
(26) |
Ir-ristrutturar tas-self li jinvolvi mutwatarji konnessi jikkonforma mal-istess rekwiżiti applikabbli għall-mutwatarji mhux konnessi. Barra minn hekk, l-oqfsa u l-politiki stabbiliti li jittrattaw l-assi danneġġati jiġu vvalutati u mtejba, jekk ikun meħtieġ. Madankollu, huwa mistenni li s-self ristrutturat tal-mutwatarji konnessi jiġi rrapportat separatament, mill-inqas għal kull klassi tal-assi ta’ self u għal kull tip ta’ mutwatarju konness. |
Taqsima Ċ: Restrizzjonijiet oħrajn
|
(27) |
Projbizzjoni fuq id-Dividendi, il-Kupuni, ir-Riakkwist, is-Sejħa u x-Xiri Lura: Sakemm il-Kummissjoni ma taqbilx mod ieħor għal eżenzjoni, ir-Repubblika Ellenika timpenja li:
|
|
(28) |
Projbizzjoni fuq l-Akkwiżizzjonijiet: Ir-Repubblika Ellenika timpenja li l-Bank ma jikseb ebda sehem f’ebda impriża, kemm jekk ikun assi jew trasferiment ta’ ishma. Dik il-projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjonijiet tkopri kemm impriża li għandha l-forma legali ta’ kumpanija, kif ukoll kwalunkwe pakkett ta’ assi li jifforma negozju (9).
|
|
(29) |
Projbizzjoni fuq ir-reklamar: Ir-Repubblika Ellenika timpenja li l-Bank joqgħod lura minn reklamar li jirreferi għall-appoġġ mill-Istat u milli jadotta strateġiji kummerċjali aggressivi li ma jistgħux iseħħu mingħajr l-appoġġ tar-Repubblika Ellenika. |
KAPITOLU IV. FIDUĊJARJU TAL-MONITORAĠĠ
|
(1) |
Ir-Repubblika Ellenika timpenja li l-Bank jemenda u jestendi l-mandat tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ approvat mill-Kummissjoni u maħtur mill-Bank fis-16 ta’ Jannar 2013 sal-aħħar tal-perjodu tar-ristrutturar. Il-Bank iwessa’ wkoll il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak il-mandat sabiex jinkorpora l-monitoraġġ (i) tal-pjan ta’ ristrutturar u (ii) tal-Impenji kollha stipulati f’dan il-katalogu. |
|
(2) |
Erba’ ġimgħat wara d-Data Effettiva tal-Impenji, ir-Repubblika Ellenika tissottometti lill-Kummissjoni t-termini sħaħ tal-mandat emendat, li jinkludu d-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jippermettu lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jissodisfa d-doveri tiegħu skont dawk l-Impenji. |
|
(3) |
Id-dispożizzjonijiet addizzjonali dwar il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ huma speċifikati f’dokument separat. |
Is-Segretarju Ġenerali
Christina PAPAKONSTANTINOU
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).
(2) Inkluża l-kontribuzzjoni ta’ TEKE.
(3) Dan ma japplikax għall-bejgħ ta’ proprjetà immobbli, f’liema każ il-Bank jista’ jipprovdi finanzjament lill-Akkwirent, jekk dan is-self ġdid isir b’konformità ma’ prattika tas-self prudenti. Għall-finijiet tal-verifika tal-konformità mal-impenn fuq id-diżingranaġġ ta’ assi mhux Griegi, jiġi kkunsidrat kwalunkwe self ġdid li jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ assi mhux Griegi.
(4) Għall-fini ta’ dak l-Impenn, it-terminu “self” jiġi interpretat largo sensu, bħal kwalunkwe tip ta’ finanzjament, eż. faċilità ta’ kreditu, garanzija, eċċ.
(5) Għall-finijiet ta’ kjarifika, it-terminu “banek oħrajn” jirreferi għal kwalunkwe bank – istituzzjoni finanzjarja fid-dinja.
(6) Għall-finijiet ta’ kjarifika, il-mutwatarji kollha, inklużi l-klijenti bankarji privati tal-Bank, huma koperti minn dak l-Impenn.
(7) Għall-finijiet ta’ kjarifika, il-produzzjoni ġdida tas-self tkopri wkoll ir-rifinanzjament tas-self u r-ristrutturar tas-self eżistenti.
(8) Għall-finijiet ta’ kjarifika, “% annwali ta’ stokk Y-1” tirreferi għall-produzzjoni ġdida bħala perċentwal tal-istokk fi tmiem is-sena preċedenti. L-ammont ta’ RWA huwa dak li jiġi kkalkolat fl-aħħar tas-sena.
(9) Għall-finijiet ta’ kjarifika u ta’ dak l-Impenn, in-negozju tal-Ekwità Privata/Kapital ta’ Riskju tal-Bank jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak l-Impenn. F’dak ir-rigward, il-Bank jagħmel talba formali lill-Kummissjoni, li tinkludi pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għal dik l-entità.
(10) Għall-finijiet ta’ kjarifika u ta’ dak l-Impenn, id-daqs tal-karta bilanċjali huwa ugwali għall-assi totali tal-Bank.
(11) Għall-finijiet ta’ kjarifika, f’każ li l-approvazzjoni tal-Kummissjoni sabiex titneħħa l-projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjonijiet tinkiseb skont il-punt i., tal-paragrafu (28), Kapitolu III tal-Impenji, il-karta bilanċjali tal-Bank fid-Data Effettiva tal-Impenji għandha tiġi kkalkolata sabiex jiġu inklużi wkoll l-assi tal-entitajiet akkwistati jew l-assi akkwistati fid-data tal-akkwiżizzjoni.
Appendiċi
Il-projezzjonijiet makroekonomiċi għall-operazzjonijiet domestiċi Griegi
|
% ta’ tkabbir annwali (sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor) |
2012 |
2013 |
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
Rata ta’ tkabbir kumulattiv għall-perjodu 2013-2017 |
|
PDG reali |
–6,4 |
–4,2 |
0,6 |
2,9 |
3,7 |
3,5 |
6,4 |
|
It-tkabbir tas-Self Nominali fil-Greċja |
–6,4 |
–4,2 |
0,6 |
2,9 |
3,7 |
3,5 |
6,4 |
|
Deflatur tal-PDG |
–0,8 |
–1,1 |
–0,4 |
0,4 |
1,1 |
1,3 |
1,3 |
|
Il-prezzijiet tal-proprjetà |
–11,7 |
–10 |
–5 |
0 |
2 |
3,5 |
|
|
Introjtu disponibbli nominali tal-unitajiet domestiċi |
–8,8 |
–9,5 |
–0,3 |
–0,4 |
2,6 |
3,6 |
–4,5 |
|
Depożiti fis-Settur Privat |
–7 |
1,3 |
1 |
3,4 |
5 |
5 |
16,6 |
|
Il-qgħad (%) |
24,2 |
27 |
26 |
24 |
21 |
18,6 |
|
|
Ir-rata ta’ rifinanzjament mill-BĊE (%) |
0,75 |
0,5 |
0,5 |
1 |
1,5 |
1,75 |
|
|
Il-quċċata tal-formazzjoni tal-NPL |
|
|
It-tieni nofs tal-2014 |
|
|
|
|
|
3 xhur ta’ Euribor (medja, %) |
|
0,24 |
0,43 |
0,75 |
1,25 |
1,80 |
|
|
Aċċess għas-swieq kapitali – repos |
|
IVA-Ebda Limitu Massimu |
|
||||
|
Aċċess għas-suq kapitali – kopert/prijoritarju mhux assigurat |
|
IVA – sa EUR 500 miljun kull wieħed |
IVA – sa EUR 1 biljun kull wieħed |
IVA-Ebda Limitu Massimu |
|
||