18.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 368/4


DEĊIŻJONI (UE) 2021/1817TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tat-13 ta’ Ottubru 2021

li taħtar żewġ imħallfin tal-Qorti Ġenerali

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 7 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, wara l-ħatra tas-Sur Zoltán CSEHI u s-Sa Octavia SPINEANU-MATEI fil-Qorti tal-Ġustizzja bħala mħallfin, jenħtieġ li jinħatru żewġ imħallfin fil-Qorti Ġenerali għall-bqija tal-mandati tas-Sur Zoltán CSEHI u s-Sa Octavia SPINEANU-MATEI, jiġifieri sal-31 ta’ Awwissu 2022.

(2)

Is-Sur Krisztián KECSMÁR u s-Sur Ion GÂLEA ġew innominati għall-postijiet vakanti.

(3)

Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni favorevoli dwar l-idoneità ta’ dawk il-kandidati għall-qadi tal-funzjonijiet ta’ mħallfin fil-Qorti Ġenerali,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn il-persuni li ġejjin huma b’dan maħtura fil-Qorti Ġenerali bħala mħallfin għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Awwissu 2022:

—

Is-Sur Krisztián KECSMÁR,

—

Is-Sur Ion GÂLEA.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2021.

Il-President

I. JARC