1978L0318 — MT — 01.07.2013 — 004.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Diċembru 1977

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mas-sistemi tal-wajper u tal-washer tal-vetturi bil-mutur

(78/318/KEE)

(ĠU L 081, 28.3.1978, p.49)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 94/68/KE tas-16 ta’ Diċembru 1994

  L 354

1

31.12.1994

►M2

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/96/KE ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

81

20.12.2006

►M3

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/15/UE tat-13 ta' Mejju 2013

  L 158

172

10.6.2013


Emendat bi:

►A1

  L 236

33

23.9.2003




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Diċembru 1977

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mas-sistemi tal-wajper u tal-washer tal-vetturi bil-mutur

(78/318/KEE)



Il-KUNSILL TAL-KOMUNITÀJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),

Billi l-ħtiġiet tekniċi li l-vetturi bil-mutur għandhom jissodisfaw skond il-liġijiet nazzjonali jirrigwardaw inter alia l-wipers u l-washers tagħhom;

Billi dawn il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi huwa għalhekk meħtieġ illi l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet meħtieġa jew b’żieda jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex, b’mod partikolari, jippermettu li l-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ( 3 ), kif emendata bid-Direttiva 78/315/KEE ( 4 ), tiġi introdotta fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura;

Billi huwa mixtieq li l-ħtiġiet tekniċi jiġu abbozzati sabiex ikollhom l-istess għan bħal ħidma li qed titwettaq dwar is-suġġett fil-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-NU;

Billi dawn il-ħtiġiet japplikaw għall-vetturi bil-mutur fil-kategorija M1 (il-klassifikazzjoni internazzjonali tal-vetturi bil-mutur hija mogħtija f’L-Anness I għad-Direttiva 70/165/KEE);

Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali li jikkonċernaw vetturi bil-mutur tinvolvii r-rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri tal-verifiki li jsiru minn kull wieħed minnhom a bażi tal- ħtiġiet komuni;

Billi s-sistemi tal-washer tal-windscreen qegħdin diġa’ jiġu mqiegħda fis-suq kemm separatament u kemm wara li jiġu installati f’xi vettura; billi jekk huwa possibbli li jiġu vverifikati qabel jiġu installati f’vettura, il-moviment ħieles tagħhom jista’ jiġi faċilitat bl-introduzzjoni ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE għal tali sistemi, li huma meqjusa bħala unitajiet tekniċi separati fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 9 a tad-Direttiva 70/156/KEE,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, “vettura” tfisser kull vettura bil-mutur fil-kategorija M1 ( ►M1  kif definit f’L-Anness II A tad-Direttiva 70/156/KEE ◄ ) maħsuba għall-użu fit-triq, li jkollha mill-inqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata li teċċedi l-25 km/siegħa.

Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ vettura fir-rigward tas-sistemi tal-washer tal-windscreen u tal-wiper tal-windscreen, jew ta’ sistema tal-washer tal-windscreen jekk:

— tali vettura tissodisfa l-ħtiġiet ta’ ►M1  bl-Annessi relevanti ◄ rigward is-sistemi tal-washer tal-windscreen u tal-wiper tal-windscreen,

— tali sistema ta’ washer tal-windscreen meqjusa bħala unità teknika separata fi ħdan ►M1  fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tad-Direttiva 70/156/KEE ◄ tissodisfa l-ħtiġiet stipulati fl-Anness I,

— tali vettura hija mgħammra b’sistema tal-washer tal-windscreen li tkun ingħatat approvazzjoni tat-tip bħala unità teknika separata fi ħdan ►M1  fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tad-Direttiva 70/156/KEE ◄ u li ġiet installata skond il-ħtiġiet stipulati f’6.2.5 ta’ l-Anness I.

Artikolu 3

1.  L-ebda Stat membru ma jista’ jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ xi vettura għal raġunijiet li jirrigwardaw:

— is-sistemi tal-wiper tal-windscreen u tal-washer tal-windscreen tagħha, jekk dawn jissodisfaw il-ħtiġiet stipulati ►M1  l-Annessi relevanti ◄ ,

— is-sistema tal-washer tal-windscreen tagħha jekk tkun ingħatat approvazzjoni tat-tip bħala unità teknika separata fi ħdan ►M1  fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tad-Direttiva 70/156/KEE ◄ u tkun ġiet installata skond il-ħtiġiet stipulati f’6.2.5 ta’L-Anness I.

2.  L-ebda Stat Membru ma jista’ jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ xi sistema tal-washer tal-windscreen meqjusa bħala unità teknika separata fi ħdan ►M1  fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tad-Direttiva 70/156/KEE ◄ jekk tkun tikkonforma ma’ tip li jkun ingħata approvazzjoni tat-tip fi ħdan it-tifsira tat-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 2.

Artikolu 4

L-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li jkun informat bi kwalunkwe modifika ta’ xi parti jew xi karatteristika msemmija f’ ►M1  2.1. ◄ ta’ l-Anness I. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandhom jiddeterminaw jekk hux neċessarju li jitwettqu testijiet oħra fuq it-tip ta’ vettura modifikat u li jiġi ppreparat rapport ġdid. Jekk dawn it-testijiet juru li l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva ma kienux sodisfatti, il-modifika ma għandhix tiġi awtorizzata.

Artikolu 5

Kwalunkwe emendi meħtieġa biex jiġu adattati il-ħtiġiet tal-Annessi għall-progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.

Madankollu, din il-proċedura m’għandhiex tapplika għall-emendi li jintroduċu ħtiġiet għas-sistemi ta’ wiper u ta’ washer minbarra dawk għall-windscreen.

Artikolu 6

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar minn notifika tagħħa u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b’dan.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi t-test tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali illi jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




LISTA TA’ L-ANNESSI



Anness I:

►M1  Kamp ta’ applikazzjoni, definizzjonijiet, applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, l-għoti ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, speċifikazzjonijiet, proċeduri tat-test, marki, emendi għall-approvazzjonijiet, konformità tal-produzzjoni ◄ ►M1   ◄

Anness II:

Proċedura biex jiġi ddeterminat il-punt H u l-angolu attwali tad-dahar tas-sedil u biex jiġu verifikati l-pożizzjonijiet relattivi tal-punti R u H u r-relazzjoni bejn l-angolu tad-dahar tas-sedil fuq id-disinn u l-angolu attwali tad-dahar tas-sedil ►M1   ◄

Anness III:

Metodu biex tiġi ddeterminata r-relazzjoni dimensjonali bejn il-marki tar-referenza ewlenin tal-vettura u l-gradilja tar-referenza tridimensjonali ►M1   ◄

Anness IV:

Proċedura biex jiġu ddeterminati ż-żoni tal-vista fuq windscreens ta’ vetturi tal-kategorija M1 f’ relazzjoni mal-punti V ►M1   ◄

Anness V:

L-ispeċifikazzjoni tat-taħlita tat-test għat-testijiet tas-sistema tal-wiper tal-windscreen u tas-sistema tal-washer tal-windscreen.

Anness VI:

►M1  Dokument ta’ informazzjoni (vettura) ◄

Anness VII:

►M1  Dokument ta’ informazzjoni (unità teknika separata) ◄

▼M1

Anness VIII:

Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip (Vettura)

Anness IX:

Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip (Unità teknika separata)

▼B




ANNESS I

▼M1

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET, APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE, SPEĊIFIKAZZJONIJIET, PROĊEDURA TAT-TEST, MARKI, EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET, KONFORMIT’ TAL-PRODUZZJONI

▼B

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

1.1.

Din id-Direttiva tapplika għall-kamp viżiv ta’ quddiem ta’ 180o tas-sewwieqa tal-vetturi fil-kategorija M1.

1.1.1.

L-iskop tagħha huwa li tiżgura viżibilità tajba f’kondizzjonijiet tat-temp ħżiena billi tispeċifika l-ħtiġiet għas-sistemi tal-wiper tal-windscreen tal-washer tal-windscreen tal-vetturi tal-kategorija M1.

1.1.2.

Il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva huma miktuba b’tali mod illi japplikaw għall-vetturi li jaqgħu taħt kategorija M1 illi fihom is-sewwieq ikun fuq ix-xellug. Għall-vetturi ta’ kategorija M1 illi fihom is-sewwieq ikun fuq il-lemin, dawn il-ħtiġiet għandhom jiġu applikati billi jinqalbu l-kriterji fejn huwa xieraq.

2.   DEFINIZZJONIJIET

▼M1 —————

▼B

►M1  2.1. ◄    Tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistemi tal-wipertal-windscreenu tal-washertal-windscreentagħha

“It-tip tal vettura fir-rigward tas-sistemi tal-wiper tal-windscreen u tal-washer tal-windscreen tagħha” tfisser vetturi illi ma jvarjawx bejniethom f’aspetti essenzjali bħal:

►M1  2.1.1. ◄

il-forom esterni u interni tagħhom u l-arranġamenti fiż-żona speċifikata f’Sezzjoni 1 illi tista’ taffettwa l-viżibilità;

▼M1

2.1.2.

il-forma u d-dimensjonijiet tal-windscreen u l-immuntar tiegħu fejn dawn aktarx jaffettwaw ż-żoni viżivi koperti bl-Anness IV;

▼B

►M1  2.1.3. ◄

il-karatteristiċi tas-sistemi tal-wiper tal-windscreen u tal-washer tal-windscreen.

►M1  2.2. ◄    Gradilja ta’ referenza tri-dimensjonali

“Gradilja ta’ referenza tridimensjonali” tfisser sistema ta’ referenza li tikkonsisti fi pjan vertikali lonġitudinali X-Z, pjan orizzontali X-Y u pjan vertikali transvers Y-Z (ara figura 2 ta’ l-Anness III). Il-gradilja hija użata sabiex tiddetermina r-relazzjonijiet dimensjonali bejn il-pożizzjonijiet tal-punti tad-disinn fuq l-iskizzijiet u l-pożizzjoni tagħhom fuq il-vettura attwali. Il-proċedura biex tiġi lokalizzata l-vettura fir-rispett tal-gradilja hija speċifikata fl-Anness III; il-koordinati kollha referuti għal livell żero għandhom jiġu bbażati fuq vettura f’kondizzjoni ta’ sewqan (kif definit fi 2.6 ta’ l-Anness I għad-Direttiva 70/156/KEE) b’ passiġġier wieħed fis-sedil ta’quddiem, bil-massa tal-passiġġier tkun 75 kg ± 1 %.

►M1  2.2.1. ◄

Vetturi mgħammra b’sospensjoni li tkun tista’ taġġusta l-ispazju minn ma’ l-art għandhom jiġu ttestjati taħt il-kondizzjonijiet normali tal-użu speċifikati mill-manifattur.

►M1  2.3. ◄    Marki ewlenin ta’ referenza

“Marki ewlenin ta’ referenza” tfisser toqob, superfiċi, marki u sinjali tal-identifikazzjoni fuq il-karozzerija tal-vettura. It-tip ta’ marka ta’ referenza użata u l-pożizzjoni ta’ kull marka relattiva għall-koordinati X, Y u Z tal-gradilja tridimensjonali ta’ referenza u għall-pjan terran tad-disinn għandhom jiġu speċifikati mill-manifattur tal-vettura. Dawn il-marki jistgħu ikunu l-punti tal-kontroll użati għar-raġunijiet ta’ immontar tal-karrozzerija.

▼M1 —————

▼B

►M1  2.4. ◄    Angolu attwali tad- ►M1  torso ◄

(Ara l-Anness II).

►M1  2.5. ◄    Angolu tad- ►M1  torso ◄ fid-disinn

(Ara l-Anness II).

►M1  2.6. ◄    Punti V

“Punti V” tfisser punti illi l-pożizzjoni tagħhom fil-kompartiment tal-passiġġier hija determinata mill-pjani vertikali lonġitudinali li jgħaddu miċ-ċentri tal-posizzjonijiet ta’ tpoġġija esterjuri nett disinjati fuq is-sedili ta’ quddiem u f’relazzjoni ma’ punt R u l-angolu tad-disinn tad-dahar tas-sedil, liema punti jintużaw biex jiġi verifikat konformità mal-ħtiġiet tal-kamp viżiv (ara l-Anness IV).

►M1  2.7. ◄    Punt R jew il-punt tar-referenza ta’ tpoġġija bil-qiegħda

(Ara l-Anness II).

►M1  2.8. ◄    Punt H

(Ara l-Anness II).

►M1  2.9. ◄    Il-punti datum tal-windscreen

“Il-punti datum tal-windscreen” tfisser il-punti lokalizzati fl-intersezzjoni mal-windscreen ta’ linji li jirradjaw ‘il quddiem mill-punti V għas-superfiċi esterjuri tal-windscreen.

►M1  2.10. ◄    Żona trasparenti ta’windscreen

“Żona trasparenti ta’ windscreen” tfisser dik iż-żona tal-windscreen ta’ vettura jew superfiċi oħra tal-ħġieġ illi t-trasmissjoni tad-dawl tagħha, imkejla f’angolu skwerra mas-superfiċi l-wiċċ, ma tkunx inqas minn 70 %.

►M1  2.11. ◄    Medda tal-aġġustament orizzontali tas-sedil

“Medda tal-aġġustament orizzontali tas-sedil” tfisser il-medda ta’ pożizzjonijiet normali tas-sewqan deżinjati mill-manifattur tal-vettura għall-aġġustament tas-sedil tas-sewwieq fid-direzzjoni tal-assi X (ara 2.3).

►M1  2.12. ◄    Medda tal-aġġustament tas-sedil estiża

“Medda tal-aġġustament tas-sedil estiża” tfisser il-medda deżinjata mill-manifattur tal-vettura għall-aġġustament tas-sedil fid-direzzjoni tal-assi X (ara 2.3) lil hinn mid-distanza dal-pożizzjonijiet normali tas-sewqan speċifikati fi 2.13 u wżati biex jikkonvertu s-sedili f’sodod jew biex jiffaċilitaw id-dħul fil-vettura.

►M1  2.13. ◄    Is-sistema tal-wipertal-windscreen

“Is-sistema tal-wiper tal-windscreen” tfisser is-sistema li tikkonsisti f’mezz biex jimsaħ is-superfiċi esterjuri tal-windscreen, flimkien mal-aċċessorji u l-kontrolli neċessarji biex jinxtegħel u jitwaqqaf il-mezz.

►M1  2.14. ◄    Iż-żona tal-wipertal-windscreen

“Iż-żona tal-wiper tal-windscreen” tfisser iż-żona tas-superfiċi esterjuri ta’ windscreen imxarrab illi jiġi mimsuħ mill-wiper tal-windscreen.

►M1  2.15. ◄    Is-sistema tal-washertal-windscreen

“Is-sistema tal-washer tal-windscreen” tfisser is-sistema li tikkonsisti f’mezz biex jaħżen fluwidu u japplikah mas-superfiċi esterjuri tal-windscreen, flimkien mal-kontrolli neċessarji biex jinxtegħel u jitwaqqaf il-mezz.

►M1  2.16. ◄    Il-kontroll tal-washertal-windscreen

“Il-kontroll tal-washer tal-windscreen” tfisser mezz jew aċċessorju sabiex tinxtegħel jew titwaqqaf is-sistema tal-washer tal-windscreen. Ix-xegħil u t-twaqqif jistgħu ikunu koordinati mat-tħaddim tal-wiper tal-windscreen jew ikunu totalment independenti minnu.

►M1  2.17. ◄    Il-pompa tal-washertal-windscreen

“Il-pompa tal-washer tal-windscreen” tfisser mezz li jittrasferixxi il-fluwidu tal-windscreen washer mill-ħażna sas-superfiċi esterjuri tal-windscreen.

▼M1

2.18.   Nozzle

“Nozzle” tfisser mezz li jservi biex jidderieġi l-likwidu tal-washer tal-windscreen għal fuq il-windscreen.

▼B

►M1  2.19. ◄    Prestazzjoni tas-sistema tal-washertal-windscreen

“Prestazzjoni tas-sistema tal-washer tal-windscreen” tfisser il-kapaċità tas-sistema tal-washer tal-windscreen biex tapplika fluwidu fuq iż-żona immirata tal-windscreen mingħajr tnixxija jew skonnettjar ta’ tubu tas-sistema tal-washer meta s-sistema tkun użata b’mod normali.

3.   APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE

3.1    L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE għal tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistemi tal-wipertal-windscreenu tal-washertal-windscreentagħha

▼M1

3.1.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tass-sistema tal-wiper u tal-washer tal-windscreen tagħha għandha tiġi sottomessa mill-manifattur.

3.1.2.

Mudell għad-dokument ta’ informazzjoni huwa muri fl-Anness VI:

▼M1 —————

▼B

►M1  3.1.3. ◄

Vettura li tirrappreżenta t-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata għandha tiġi sottomessa lis-servizz tekniku li jkun qed iwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip.

3.2.   L-applikazzjoni ghall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE għal tip ta’ sistema tal-washer tal-windscreen bħala unità teknika separata

▼M1

3.2.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għal tip ta’ sistema tal-wiper u tal-washer tal-windscreen għandha tiġi sottomessa mill-manifattur.

3.2.2.

Mudell għad-dokument ta’ informazzjoni huwa muri fl’L-Anness VII:

▼M1 —————

▼M1

3.2.3.

Kampjun wieħed tat-tip ta’ sistema li għandha tiġi approvata għandu jiġi sottomess lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettieq tat-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip. Is-servizz tekniku jista’, jekk ikun meħtieġ, jitlob kampjun ieħor. Il-kampjuni għandhom ikollhom b’modkjarament leġibbli u b’manjiera indelibbli l-isem kummerċjali jew it-trade-mark ta’ l-applikant u l-identifikazzjoni tat-tip.

4.   GĦOTI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE

4.1

Jekk il-ħtiġiet relevanti huma sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE skond l-L-Artikolu 4(3) u 4(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tingħata.

▼M1 —————

▼M1

4.2.

Mudell taċ-ċertifikat ta’ apptovazzjoni tat-tip tal-KEE huwa muri fi:

4.2.1. L-Anness VIII għal applikazzjonijiet imsemmija fi 3.1;

4.2.2. L-Anness IX għal applikazzjonijiet imsemmija fi 3.2

4.3.

Numru ta’ approvazzjoni skond l-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE għandu jiġi assenjat għal kull tip ta’ vettura jew sistema ta’ washer tal-windscreen approvata. L-istess Stat Membru m’għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura jew sistema tal-washer tal-windscreen.

▼M1 —————

▼B

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET

5.1.   Is-sistema tal-wipertal-windscreen

5.1.1.

Kull vettura għandha tkun mgħammra b’mill-inqas wiper waħda tal-windscreen awtomatika, jiġifieri sistema illi meta il-magna tal-vettura tkun qiegħda taħdem tkun kapaċi tiffunzjona mingħajr l-ebda azzjoni min-naħa tas-sewwieq ħlief għal dik meħtieġa biex tinxtgħel u titwaqqaf il-wiper tal-windscreen.

5.1.2.

Iż-żona tal-wiper tal-windscreen għandha tkopri mhux anqas minn 80 % taż-żona tal-vista B kif mfissra fi 2.3 ta’ l-Anness IV.

5.1.2.1.

Barra minn dan iż-żona tal-wiper tal-windscreen għandha tkopri mhux anqas minn 98 % taż-żona tal-vista A kif mfissra fi 2.2 ta’ l-Anness IV.

5.1.3.

Il-wiper tal-windscreen għandu jkollha mill-inqas żewġ frekwenzi ta’mesħiet:

5.1.3.1.

Waħda ta’ mhux anqas minn 45 ċikli/minuta (ċiklu meqjus bħala moviment ‘il quddiem u lura tal-wiper tal-windscreen);

5.1.3.2.

Waħda ta’ mhux anqas minn 10 u mhux aktar minn 55 ċikli/minuta.

5.1.3.3.

Id-differenza bejn l-ogħla u l-anqas frekwenza ta’ mesħiet għandha tkun ta’ l-inqas 15-il ċiklu/minuta.

▼M1

5.1.4.

il-frekwenzi msemmija fil-punt 5.1.3 għandhom jinkisbu kif imniżżel fil-punti 6.1.1 sa’ 6.1.6 u 6.1.8.

▼B

5.1.5.

Sistemi ta’ wipers tal-windscreen bi tħaddim intermittenti jistgħu jintużaw għall-finijiet ta’ aderenza mal-ħtiġiet ta’ 5.1.3, sakemm waħda mill-frekwenzi tikkonforma tal-ħtiġiet meħtieġa ta’ 5.1.3.1 u sakemm waħda mill-frekwenzi l-oħra miksuba meta l-frekwenza ewlenija tkun interrotta ma tkunx anqas minn 10 ċikli/minuta.

5.1.6.

Meta s-sistema tal-wiper tal-windscreen titwaqqaf permezz tal-użu tal-kontroll tal-wiper tal-windscreen, il-blades għandhom jirritornaw awtomatikament għall-pożizzjoni tat-twaqqif.

▼M1

5.1.7.

Is-sistema għandha tkun kapaċi żżomm id-dewmien għal 15-il sekonda. L-użu ta’ mezzi protettivi taċ-ċirkwit awtomatiċi huwa permess, basta li sabiex jerġa jiġi ssettjat ma hija meħtieġa l-ebda azzjoni fuq il-kontrolli minbarra dik tal-kontroll tal-wiper tal-windscreen. Il-proċedura u l-kondizzjonijiet tat-test huma deskritti fil-punt 6.1.7.

▼B

5.1.8.

Iż-żona tal-wiper tal-windscreen għandha tissodisfa l-ħtiġiet minimi ta’ 5.1.2 meta l-wipers jiġu eżaminati fuq frekwenza ta’ mesħiet li tikkonforma mad-disposizzjonijiet ta’ 5.1.3.2 taħt il-kondizzjonijiet stipulati f’6.1.10.

5.1.9.

L-effetti aerodinamiċi assoċjati mad-daqs u l-forma tal-windscreen, u l-effiċjenza tas-sistema tal-wiper tal-windscreen, għandhom jiġu determinati skond is-segwenti kondizzjonijiet:

▼M1

5.1.9.1.

Meta suġġett għall-velocità tal-arja relattiva ekwivalenti għal 80 % tal-velocita’ massima tal-vettura, imma lii ma taqbiżx il-160 km/siegħa, is-sistemi tal-wiper tal-windscreen, li jaħdmu fi frekwenza massima, għandhom jibqgħu ikopru ż-żona kif speċifikat fil-punt 5.1.2.1 bl-istess effiċjenza u taħt l-istess kondizzjonijiet kif imsemmija fil-punt 6.1.10.2.

▼B

5.1.10.

Il-montaġġ tal-qasba tal-wiper għandha tippermetti l-qasba tal-wiper li tiġi spustjata mill-pożizzjoni tagħha fuq il-windscreen sabiex tippermetti li l-windscreen jiġi mnaddaf manwalment. ►M1  Din il-ħtieġa ma tapplikax għal mezzi li, meta pparkeġġjati, jkunu f’parti mill-windscreen li hija moħbija mill-vista b’partijiet tal-vettura (bħall-bonnet, panel ta’ l’instrumenti, eċċ…). ◄

5.1.11.

Is-sistema tal-wiper tal-windscreen għandha tkun kapaċi li topera għal żewġ minuti fuq windscreen xott bit-temperatura ta’ barra ta’ - 18 ± 3 °C taħt il-kondizzjonijiet speċifikati f’6.1.11.

5.2.   Is-sistema tal-washertal-windscreen

5.2.1.

Kull vettura għandha tkun mgħammra b’sistema tal-washer tal-windscreen illi tkun kapaċi tirreżisti l-pressa prodotta meta n-nozzles ikunu mqabbda u s-sistema tkun attwata skond il-proċedura stipulata f’6.2.1 u 6.2.2.

▼M1

5.2.2.

Il-prestazzjoni tas-sistema tal-washer tal-windscreen m’għandhiex tiġi negattivament affettwata bl-espożiżżjoni għaċ-ċikli tat-temperatura stipulati fil-punti 6.2.3 u 6.2.4.

▼B

5.2.3.

Is-sistema tal-washer tal-windscreen għandha tkun kapaċi li titfa’ biżżejjed likwidu biex tnaddaf 60 % taż-żona definita f’2.2 ta’ l-Anness IV taħt il-kondizzjonijiet deskritti f’6.2.5 ta’ dan l-Anness.

5.2.4.

Il-kapaċità tat-tank fejn jinħażen il-likwidu għandha tkun ta’ mhux anqas minn litru.

6.   IL-PROĊEDURA TAT-TEST

6.1.   Is-sistema tal-wipertal-windscreen

6.1.1.

It-testijiet deskritti hawn taħt għandhom isiru skond is-segwenti kondizzjonijiet, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor:

6.1.2.

It-temperatura ta’ l-ambjent ta’ madwar m’għandhiex tkun ta’ anqas minn 10 °C jew ta’ aktar minn 40 °C;

6.1.3.

Il-windscreen għandu jinżamm imxarrab il-ħin kollu;

6.1.4.

fil-każ ta’ sistema tal wiper tal-windscreen elettrika is-segwenti kondizzjonijiet addizzjonali għandhom jiġu sodisfatti:

6.1.4.1. il-batterija għandha tkun iċċarġjata kompletament;

6.1.4.2. il-magna għandha tkun qed taħdem bi 30 % tal-veloċità illi fiha tiżviluppa l-qawwa massima;

6.1.4.3. il-headlamps b’raġġ dipped għandhom ikunu mixgħula;

6.1.4.4. is-sistemi ta’ tisħin u/jew tal-ventilazzjoni, jekk ikunu installati, għandhom ikunu qed joperaw bil-konsum massimu tal-elettriku;

6.1.4.5. is-sistemi li jneħħu s-silġ u/jew tat-tneħħija tat-titpin, jekk ikunu nstallati, għandhom ikunu qed joperaw bil-konsum massimu tal-elettriku;

6.1.5.

Sistemi tal-wiper tal-windscreen li jitħaddmu permezz ta’ arja kompressata jew permezz ta’ vakwu għandhom ikunu kapaċi li jiffunzjonaw kontinwament fil-frekwenzi tal-mesħiet stipulati tkun xi tkun il-veloċità tal-magna jew tagħbija tal-magna.

6.1.6.

Il-frekwenzi tal-mesħiet tas-sistemi tal-wiper tal-windscreen għandhom ikunu konformi mal-ħtiġiet ta’ 5.1.3 wara perjodu ta’ operazzjoni preliminarju ta’ 20 minuta fuq superfiċi imxarrab.

6.1.7.

Il-ħtiġiet ta’ 5.1.7 għandhom jiġu sodisfatti meta l-qasab tal-wiper ikunu mġiegħla joqogħdu fil-pożizzjoni vertikali tagħhom għal perjodu ta’ 15-il sekonda bil-kontroll tal-wiper tal-windscreen issettjat fuq il-frekwenza massima tal-mesħiet.

6.1.8.

Is-superfiċi esterjuri tal-windscreen għandu jkun imnaddaf minn żjut permezz ta’ methylated spirit jew prodott ekwivalenti sgrassanti. Wara li jinxef għandha tiġi applikata soluzzjoni ta’ ammonia ta’ mhux anqas minn 3 % u mhux aktar minn 10 %. Is-superfiċi għandha titħalla tinxef għal darba oħra imbagħad tintmesaħ b’ċarruta niexfa tal-qoton.

6.1.9.

Kisja tat-taħlita tat-test (ara l-Anness V) għandha tiġi applikata b’mod uniformi fuq is-superfiċi esterna tal-windscreen u titħalla tinxef.

6.1.10.

Għall-iskop tal-kejl taż-żona tas-sistema tal-wiper tal-windscreen, stipulata f’5.1.2 u 5.1.2.1, is-superfiċi esterjuri tal-windscreen għandha tiġi ttrattata kif indikat f’6.2.8 u f’6.1.9 jew b’xi metodu ieħor ekwivalenti.

6.1.10.1.

Għandha ssir traċċa taż-żona tal-wiper tal-windscreen u tiġi mqabbla ma’ traċċa taż-żoni tal-vista speċifikati f’5.1.2 u 5.1.2.1 sabiex jiġi verifikat illi l-ħtiġiet huma sodisfatti.

▼M1

6.1.10.2.

Fejn il-faċċata ta’ barra tal-windscreen tkun ġiet ippreparata kif deskritt fil-punti 6.1.8 u 6.1.9 il-washer tal-windscreen jista’ jintuża fit-testijiet kollha.

▼B

6.1.11.

Il-ħtiġiet ta’ 5.1.11 għandhom jintlaħqu wara li l-vettura tkun ilha f’temperatura ambjentali ta’ - 18 ± 3 °C għal minimu ta’ erba’ sigħat. Is-sistema tal-wiper tal-windscreen għandha tkun regolata biex topera skond il-kondizzjonijiet stipulati f’6.1.4 bil-kontroll fil-pożizzjoni tal-frekwenza massima. Ma hemm l-ebda ħtiġiet fir-rigward taż-żona mimsuħa.

6.2.   Is-sistema tal-washer tal-windscreen

Il-kondizzjonijiet tat-test

6.2.1.   Test Nru. 1

6.2.1.1.

Is-sistema tal-washer tal-windscreen għandha tintmela bl-ilma, kompletament inneskata, u mqegħda f’temperatura ambjentali ta’ 20 ± 2 °C għal minimu ta’ erba’ sigħat. In-nozzles kollha għandhom jiġu konnettjati u l-kontroll tal-windscreen-washer jitħaddem sitt darbiet f’minuta, kull darba mill-inqas għal tliet sekondi. Jekk is-sistema tkun mħaddma bl-enerġija muskolari tas-sewwieq, il-forza applikata għandha tkun dik murija fit-tabella li ġejja:



Tip ta’ pompa

Forza li għandha tiġi applikata

id

11 sa 13.5 daN

sieq

40 sa 44.5 daN

6.2.1.2.

Għall-pompi tal-elettriku, il-vultaġġ tat-test għandu jkun ta’ mhux anqas mill-vultaġġ iffissar mingħajr ma jeċċediħ b’iktar minn żewġ volts.

6.2.1.3.

Il-prestazzjoni tas-sistema tal-washer tal-windscreen fi tmiem it-test għandha tkun kif imfissra fi 2.21.

6.2.2.   Test Nru. 2

Is-sistema tal-washer tal-windscreen għandha timtela bl-ilma, kompletament inneskata, u mqegħda f’temperatura ambjentali ta’ -18 ± 3 °C għal minimu ta’ erba’ siegħat. Il-kontroll tal-windscreen-washer għandu jiġi mħaddem sitt darbiet f’minuta, kull darba għal mill-inqas tliet sekondi, waqt li tintuża l-forza stipulata f’6.2.1. Is-sistema għandha imbagħad titqiegħed f’temperatura ambjentali ta’ 20 ± 2 °C sakemm is-silġ ikun inħall kompletament. Il-prestazzjoni tas-sistema tal-washer tal-windscreen għandha imbagħad tiġi verifikata billi titħaddem kif stipulat f’6.2.1.

6.2.3.    Test Nru 3 (Test tal-espożizzjoni għal temperatura baxxa)

6.2.3.1.

Is-sistema tal-washer tal-windscreen għandha tiġi mimlija bl-ilma, inneskata kompletament, u mqegħda f’temperatura ambjentali ta’ -18 ± 3 °C għal minimu ta’ erba’ sigħat sabiex il-massa totali tal-ilma fis-sistema tal-washer tiffriża. ►M1  Is-sistema għandha sussegwentement titqiegħed f’temperatura ambjentali ta’ 20 ± 2 C sakemm is-silġ idub kompletament, imma fl-ebda każ għal aktar minn erba’ sigħat. ◄

6.2.3.2.

Is-sistema tal-washer tal-windscreen għandha tiġi mimlija u inneskata kompletament bi fluwidu għall-washer tal-windscreen f’temperatura baxxa li jikkonsisti f’soluzzjoni ta’50 % ta’ methanol, jew alternattivament alkoħol isopropilu, f’ilma ta’ ebusija ta’ mhux aktar minn 205 g/tunnellata.

6.2.3.2.1.

Is-sistema għandha titqiegħed f’temperatura ambjentali ta’ - 18 ± 3 °C għal minimu ta’ erba’ sigħat. Il-prestazzjoni tas-sistema tal-washer tal-windscreen għandha imbagħad tiġi verifikata billi titħaddem kif stipulat f’6.2.1.

6.2.4.   Test Nru 4 (Test tal-espożizzjoni għal temperatura għolja)

6.2.4.1.

Is-sistema tal-washer tal-windscreen għandha tiġi mimlija bl-ilma, inneskata kompletment, u mqegħda f’temperatura ambjentali ta’ 80 ± 3 °C għal minimu ta’ tmien sigħat u imbagħad f’temperatura ambjentali ta’20 ± 2 °C. Meta t-temperatura tkun stabbiliżżat ruħha, il-prestazzjoni tas-sistema tal-washer tal-windscreen għandha tiġi verifikata billi titħaddem kif stipulat f’6.2.1.

6.2.4.2.

Jekk parti mis-sistema tal-washer tal-windscreen tkun lokalizzata fil-kompartiment tal-magna, is-sistema għandha tiġi mimlija bl-ilma, kompletament inneskata, u mqegħda f’temperatura ambjentali ta’ 80 ± 3 °C għall-ħin minimu ta’ tmien siegħat. Il-prestazzjoni tas-sistema tal-washer tal-windscreen għandha imbagħad tiġi verifikata billi titħaddem kif stipulat f’6.2.1.

6.2.4.3.

Jekk l-ebda parti mis-sistema tal-washer tal-windscreen ma tkun lokalizzata fil-kompartiment tal-magna, is-sistema għandha timtela bl-ilma, kompletament inneskata, u mqegħda f’temperatura ambjentali ta’ 60 ± 3 °C għal minimu ta’ tmien siegħat. Il-prestazzjoni tas-sistema tal-washer tal-windscreen għandha imbagħad tiġi verifikata billi titħaddem kif stipulat f’6.2.1.

6.2.5.   Test Nru 5 (Test tal-kapaċità tas-sistema tal-washertal-windscreenstipulata f’5.2.3)

6.2.5.1.

Is-sistema tal-washer tal-windscreen għandha tkun mimlija bl-ilma u kompletament inneskata. ►M1  Bil-vettura wieqfa u mingħajr ebda effett sinifikanti ta’ riħ, in-nozzle jew nozzles tal-washer, jekk jistgħu jiġu aġġustati, għandhom jiġu ppuntati lejn il-żona immirata fuq il-faċċata ta’ barra tal-windscreen. ◄

6.2.5.2.

s-superfiċi esterna tal-windscreen għandha tiġi ttrattata kif stipulat f’6.1.8 u 6.1.9.

6.2.5.3.

Is-sistema tal-washer tal-windscreen għandha imbagħad titħaddem skond kif indikat mill-manifattur għal 10 ċikli ta’ operazzjoni awtomatika tas-sistema tal-wiper tal-windscreen bi frekwenza massima u l-proporzjon taż-żona tal-vista imfissra f’2.2 ta’ l-Anness IV illi tiġi mnaddfa għandha mbagħad titkejjel.

6.3.

It-testijiet kollha tal-windscreen-washer deskritti f’6.2.1 sa 6.2.4 għandhom jitwettqu unikament fuq l-istess sistema tal-washer tal-windscreen, jew imwaħħla ma’ vettura illi għaliha tkun intalbet l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, jew mhux imwaħħla ma’ vettura, fil-każ ta’ sistema illi għaliha tkun intalbet approvazzjoni tat-tip tal-KEE bħala unità teknika separata.

▼M1

7.   MARKI

7.1.

Kull sistema tal-washer tal-windscreen li tikkonforma mat-tip approvat taħt din id-Direttiva bħala unità teknika separata għandu jkollha marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE.

7.2.

Din il-marka għandha tikkonsisti f’ rettangolu li jiċċirkonda l-ittra “e” segwita bin-numru jew bl-ittri li jiddistingwu l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat -tip:

1

għall-Ġermanja,

2

għal Franza,

3

għall-Italja,

4

għall-Olanda,

6

għall-Belġju,

▼A1

7

għall-Ungerija,

8

għar-Repubblika Ċeka,

▼M1

9

għal Spanja,

11

għall-Ingilterra,

13

għall-Lussemmburgu,

18

għad-Danimarka,

▼M2

19

għar-Rumanija,

▼A1

20

għall-Polonja,

▼M1

21

għall-Portugal,

23

għall-Greċja,

▼M3

25

għall-Kroazja,

▼A1

26

għas-Slovenja,

27

għas-Slovakkja,

29

għall-Estonja,

32

għal-Latvja,

▼M2

34

għall-Bulgarija,

▼A1

36

għal-Litwanja,

CY

għal-Ċipru,

▼M1

IRL

għall-Irlanda,

▼A1

MT

għal-Malta.

▼M1

Din għandha tinkludi wkoll fil-viċinanza tar-rettangolu “in-numru ta’ approvazzjoni tal-bażi’’ kontenut fis-sezzjoni 4 tan-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip msemmi fl’L-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE, preċedut miż-żewġ figuri li jindikaw in-numru tas-sekwenza assenjat lill-emenda teknika maġġuri l-iżjed riċenti għad-Direttiva 78/318/KEE fid-data li ingħatat l-approvazzjoni ta t-tip tal-KEE. F’din id- Direttiva in-numru tas-sekwenza huwa 00,

7.3.

Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE għandha titwaħħal fuq il-kontenitur tal-likwidu tal-washer tal-windscreen b’mod illi tkun indelibbli u kjarament leġibbli anke jekk il-mezz jitwaħħal mal-vettura.

7.4.

Eżempju tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE huwa muri fl-Appendici.

8.   MODIFIKAZZJONIJIET TAT-TIP U EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET

8.1.

Fil-każ ta’ modifikazzjonijiet tat-tip approvat skond din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet ta’ l- L-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom japplikaw.

9.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

9.1.

Għandhom jittieħdu miżuri biex tiġi assigurata l-konformità tal-produzzjoni skond id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.

▼M1 —————

▼M1




Appendiċi

MUDELL GĦALL-MARKA TA’ l-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE

image

Is-sistema tal-washer tal-windscreen li għandha l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta ’ hawn fuq huwa mezz li ġie approvat fi Spanja (e 9) taħt in-numru approvat tal-bażi 0148 abbażi ta’ din id-Direttiva. Il-figuri użati huma biss indikattivi.

▼B




ANNESS II

PROĊEDURA BIEX JIĠI DDETERMINAT IL-PUNT H U L-ANGOLU ATTWALI TAD-DAHAR TAS-SEDIL U BIEX JIĠU VERIFIKATI L-POŻIZZJONIJIET RELATTIVI TAL-PUNTI R U Ħ U R-RELAZZJONI BEJN L-ANGOLU TAD-DAHAR TAS-SEDIL FUQ ID-DISINN U L-ANGOLU ATTWALI TAD-DAHAR TAS-SEDIL

▼M1

L-Anness III għad-Direttiva tal-Kunsill 77/649/KEE għandu japplika.

▼B




ANNESS III

METODU BIEX JIĠU DETERMINATA R-RELAZZJONIJIET DIMENSJONALI BEJN IL-MARKI TAR-REFERENZA EWLENIN TAL-VETTURA U L-GRADILJA TAR-REFERENZA TRIDIMENSJONALI

1.   RELAZZJONI BEJN IL-GRADILJA TAR-REFERENZA U L-MARKI TAR-REFERENZA EWLENIN TAL-VETTURA.

Sabiex jiġu verifikati dimensjonijiet speċifiċi fuq jew fi ħdan vettura sottomessa għall-approvazzjoni tat-tip skond din id-Direttiva, ir-relazzjoni bejn il-koordinati tal-gradilja tar-referenza tri-dimensjonali imfissra fi 2.3 ta’ l-Anness I, illi tinħareġ fl-istadji bikrija ta’ l-iddinsinjar tal-vettura, u l-pożizzjonijiet tal-marki tar-referenza ewlenin kif mfissra fi 2.4 ta’ l-Anness I, għandhom jiġu stabbiliti preċiżament sabiex il-punti speċifiċi fuq id-disinji tal-manifatturar tal-vettura ikunu jistgħu jiġu lokalizzati fuq il-vettura attwali prodotta minn dawk id-disinji.

2.   METODU BIEX TIĠI STABBILITA R-RELAZZJONI TAL-GRADILJA TAR- REFERENZA U L-MARKI TAR-REFERENZA.

Għal dan il-għan, għandu jinbena pjan terran tar-referenza, illi jkun immarkat bil-kejl X-X u bil-kejl Y-Y. Il-metodu biex isir dan huwa stipulat fil-figura 3 ta’ dan l-Anness, il-pjan tar-referenza ikun superfiċi iebes, ċatt u nvell fuq liema tkun wieqfa l-vettura, u li jkollhu żewġ skali ta’ kejl mehmuża sew mas-superfiċi tiegħu; dawn ikunu gradwati bil-millimetri, l-iskala X-X ma tkunx ta’ tul anqas minn 8m, u l-iskala Y-Y mhux anqas minn 4m. Iż-żewġ skali għandhom jiġu arranġati fi skwerra ma’ xulxin kif muri fil-figura 3 ta’ dan l-Anness. L-intersezzjoni tal-iskali ikun terran żero.

3.   EŻAMINAZZJONI TAL-PJAN TAR-REFERENZA

Sabiex jinħaseb għal varjazzjonijiet minuri fil-livell tal-pjan tar-referenza jew iż-żona tat-test, huwa neċessarju li jitkejlu d-devjazzjonijiet mit-terran żero matul iż-żewġ skali X u Y f’intervalli ta’ 250 mm u biex jiġi reġistrat il-kejl miksub ħalli jkunu jistgħu isiru korrezzjonijiet waqt li l-vettura tkun qiegħda tiġi ċċekkjata.

4.   L-ATTITUDNI ATTWALI TAT-TEST

Sabiex jiġi provdut għal tibdil minuri fl-għoli tas-sospensjoni, etc, huwa neċessarju li jkun provdut mezz biex jinġiebu l-marki tar-referenza primarji biex jiġu kkoreġuti l-pożizzjonijiet tal-koordinati relattivi għall-attitudni tad-disinji qabel jittieħdu miżuri ulterjuri. Barra minn dan, għandu jkun possibbli li jsir aġġustament laterali u/jew lonġitudinali minuri għall-pożizzjoni tal-vettura sabiex titpoġġa korrettament f’relazzjoni mal-gradilja tar-referenza.

5.   RIŻULTATI

Meta l-vettura tkun mqegħda korrettament f’relazzjoni mal-gradilja tar-referenza u tal-attitudni tad-disinn tagħha, is-sit tal-punti neċessarji biex jiġu studjati l-ħtiġiet tal-viżibilità ’ quddiem ikun jista’ jiġi deċiż. Metodi tat-test biex jiġu deċiżi dawn il-ħtiġiet jistgħu jinkludu l-użu ta’ theodolites, sorsi ta’ dwal jew ta’ dellijiet, jew xi metodu ieħor li jista’ jintwera li jagħti riżultati ekwivalenti.

image

Figura 1

Determinazzjoni tal-punti ‘V’ għall-angolu tad-dahar tas-sedil ta’ 25o

image

Figura 2

Gradilja tridimensjonali ta’ referenza

image

Figura 3

Spazju għax-xogħol livellati




ANNESS IV

PROĊEDURA BIEX JIĠU DETERMINATI Ż-ŻONI TAL-VISTA FUQ WINDSCREENSTA’ VETTURI TAL-KATEGORIJA M1 F’ RELAZZJONI MAL-PUNTI V

1.   POSIZZJONIJIET TAL-PUNTI V

1.1.

Il-pożizzjonijiet tal-punti V f’relazzjoni mal-punt R, kif indikat mill-koordinati XYZ minn fuq il-gradilja tar-referenza tri-dimensonali, huma kif murija fit-Tabelli I u II.

1.2.

Tabella I tindika l-koordinati ewlenin għal angolu tas-sedil iddisinjat ta’ 25o. Id-direzzjoni pożittiva tal-koordinati hija ndikata fil-figura 1 ta’ l-Anness III.



TABELLA I

punt V

x

y

Z

V1

68 mm

— 5 mm

665 mm

V2

68 mm

— 5 mm

589 mm

1.3.

Korrezzjoni għall-angoli tad-dahar tas-sedili iddisinjati minbarra dawk ta’ 25o

1.3.1.

It-Tabella II turi korrezzjonijiet ulterjuri li għandhom isiru fuq il-koordinati X u Z ta’ kull punt V meta l-angolu tad-dahar tas-sedil iddisinjat ma jkunx 25o. Id-direzzjoni pożittiva tal-koordinati hija murija fil-figura 1 ta’ l-Anness III.



TABELLA II

Angolu tad-dahar tas-sedil

(f’o)

Koordinati orizzontali

Δ X

Koordinati Vertikali

Δ Z

Angolu tad-dahar tas-sedil

(f’o)

Koordinati orizzontali

Δ X

Koordinati Vertikali

Δ Z

5

— 186 mm

28 mm

23

— 18 mm

5 mm

6

— 177 mm

27 mm

24

— 9 mm

3 mm

7

— 167 mm

27 mm

25

0 mm

0 mm

8

— 157 mm

27 mm

26

9 mm

— 3 mm

9

— 147 mm

26 mm

27

17 mm

— 5 mm

10

— 137 mm

25 mm

28

26 mm

— 8 mm

11

— 128 mm

24 mm

29

34 mm

—11 mm

12

— 118 mm

23 mm

30

43 mm

—14 mm

13

— 109 mm

22 mm

31

51 mm

—18 mm

14

— 99 mm

21 mm

32

59 mm

—21 mm

15

— 90 mm

20 mm

33

67 mm

—24 mm

16

— 81 mm

18 mm

34

76 mm

—28 mm

17

— 72 mm

17 mm

35

84 mm

—32 mm

18

— 62 mm

15 mm

36

92 mm

—35 mm

19

— 53 mm

13 mm

37

100 mm

—39 mm

20

— 44 mm

11 mm

38

108 mm

—43 mm

21

— 35 mm

9 mm

39

115 mm

—48 mm

22

— 26 mm

7 mm

40

123 mm

—52 mm

2.   ŻONI TAL-VISTA

2.1.

Żewġ żoni tal-vista għandhom jiġu determinati mill-punti V.

2.2.

Iż-żona tal-vista A hija ż-żona fuq is-superfiċi esterna tal-windscreen ristretta mis-segwenti erba’ pjani ta’ wara li jestendu ‘l quddiem minn punt V (ara figura 1):

— pjan vertikali li jgħaddi minn V1 u V2 f’angolu ta’ 13o lejn ix-xellug ta’ l-assi X;

— pjan parallel għall-assi Y, li jgħaddi minn ġewwa V1 u f’angolu’l axxendenti ta’ 3o mill-assi X;

—  pjan parallel għall-assi Y, li jgħaddi minn ġewwa V2 u f’angolu dixxendenti ta’ 1o mill-assi X;

— pjan vertikali li jgħaddi minn V1 u V2 f’angolu ta’ 20o lejn il-lemin ta’ l-assi X.

2.3.

Iż-żona tal-vista B hija ż-żona tas-superfiċi esterna tal-windscreen illi hija iktar minn 25 mm mix-xifer estern taż-żona trasparernti u hija ristretta bl-intersezzjoni tas-segwenti erba’ pjani mas-superfiċi esterna tal-windscreen (ara figura 2):

— pjan parallel għall-assi Y, li jgħaddi minn ġewwa V1 u f’angolu axxendenti ta’ 7o mill-assi X;

— pjan parallel għall-assi Y, li jgħaddi minn ġewwa V2 u f’angolu dixxendenti ta’ 5o; mill-assi X;

— pjan vertikali li jgħaddi minn V1 u V2 f’angolu ta’ 17o lejn ix-xellug ta’ l-assi X;

— pjan simmetriku għall-pjan preċedenti f’relazzjoni mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

image

Figura 1

Żona tal-vista A

image

Figura 2

Żona tal-vista B




ANNESS V

L-ISPEĊIFIKAZZJONI T AT-TAĦLITA TAT -TEST GĦAT-TEST TAS-SISTEMA TAL-WIPERTAL-WINDSCREENU TAS-SISTEMA TAL-WASHER TAL-WINDSCREEN.

It-taħlita tat-test msemmija f’6.1.9. ta’ Anness I għandha tkun tikkonsisti f’li ġej (fil-volum): 92.5 % ilma (b’ebusija ta’ anqas minn 205 g/tunnellata wara l-evaporazzjoni), 5 % soluzzjoni ta’ melħ maħlul saturat (sodium chloride) u 2.5 % ta’ trab kostitwit skond it-Tabelli I u II.



TABELLA I

Analiżi tat-trab tat-test

Kostitwent

% Massa

SiO2

67 sa 69

Fe2O3

3 sa 5

Al2O3

15 sa 17

CaO

2 sa 4

Mg O

0.5 sa 1.5

Alkali

3 sa 5

Telf tat-tqabbid

2 sa 3



TABELLA II

Distribuzzjoni tal-qies tal-partikuli ta’ trab ta’ grad oħxon

Kobor tal-partikuli

(fi μm)

Distribuzzjoni tal-partikuli skond il-kobor (%)

0 sa 5

12 ± 2

5 sa 10

12 ± 3

10 sa 20

14 ± 3

20 sa 40

23 ± 3

40 sa 80

30 ± 3

80 sa 200

9 ± 3

▼M1




 ( 5 )L-ANNESS VI

Dokument ta’ Informazzjoni Nru …

skond l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE li tirrigwarda l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ vettura f’dak li għandhom xjaqsmu tas-sistema tal-wiper u washer (id-Direttiva tal-Kunsill 78/318/KEE kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/68/KE)

L-informazzjoni li ġejja, jekk tkun applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinn għandu jingħata fi skala adatta bl-iskala approprjata u f’dettal suffiċjenti fuq karti ta’ daqs A4 jew fuq folder f’format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettal suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponent, jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0.   ĠENERALI

0.1.

Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2.

It-tip u d-deskrizzjoni (jiet) tal-kummerċ ġenerali:

0.3.

Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (b):

0.3.1.

Lok ta’ dak l-immarkar:

0.4.

Kategorija tal-vettura (ċ):

0.5.

Isem u indirizz ta’ l-manifattur:

0.8.

Indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ:

1.   KARATTERISTIĊI ĠENERALI TA’ KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA

1.1

Ritratti u/jew disinni ta’ vettura rappreżentattiva:

2.   MASES U DIMENSJONIJIET (e) (f’kg u mm)

2.6

Massa tal-vettura bil-karozzerija f’kundizzjoni li taħdem, jew massa tax-chassis bil-kabina jekk il-manifattur ma’ jiffittjax il-karrozzerija (inklużi l-likwidu tat-tkessiħ, żjut, karburanti, għodod, rota spare u s-sewwieq) (o) (mass. u min. għal kull verżjoni):

3.   IMPJANT TAL-ENERĠIJA (q)

3.2.1.8

Enerġija netta massima (t): … kW fi … min-1

3.2.5

Sistema elettrika

3.2.5.1

Vultaġġ stmat: … V, pos./neg. ground (5) 

3.2.5.2

Ġeneratur

3.2.5.2.1

Tip:

3.2.5.2.2

Output nominali: … VA

4.   TRASMISSJONI(v)

4.7

Velocita’ massima tal-vettura u gear li bih din tintlaħaq (f’ km/h) (w):

9.   KARROZZERIJA

9.4.1

Partikolarijiet tal-marki tar-referenza primarja f’dettal suffiċjenti sabiex tippermettilhom ikunu identifikati faċilment u l-pożizzjoni ta’ kull waħda f’relazzjoni ma’ l-oħrajn u mal-punt R biex jiġi vverifikat:

9.5.1

Windscreen

9.5.1.2

Metodu ta’ immuntar:

9.5.1.4

Numru(i) ta’ approvazzjoni:

9.6

Wiper(s) tal-windscreen

9.6.1

Deskrizzjoni teknika dettaljata (li tinkludi ritratti jew disinni):

9.7

Washer tal-windscreen

9.7.1.

Deskrizzjoni teknika dettaljata (li tinkludi ritratti jew disinni) jew, jekk approvata bħala unità teknika separata, in-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip:

9.8

Tneħħija tas-silġ u tneħħija taċ-ċpar

9.8.2

Konsum elettriku massimu: … kW

9.10

Il-muntaġġi nterni

9.10.3

Sedili

9.10.3.5

Ko-ordinati jew disinn tal-punt R(x)

9.10.3.5.1

Sedil tas-sewwieq:

9.10.3.6

Disinn ta’ l-angolu ta’ wara tas-sedil

9.10.3.6.1

Sedil tas-sewwieq:

9.10.3.7

Medda ta’ aġġustament tas-sedil

9.10.3.7.1

Sedil tas-sewwieq:

9.10.5

Sistemi li jsaħħnu għall-kompartiment tal-passiġġier

9.10.5.3

Konsum elettriku massimu: … kW




L-ANNESS VII

Dokument ta’ Informazzjoni Nru …

li jirrigwarda l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE bħala unità teknika separata tas-sistemi tal-washer tal-windscreen (id-Direttiva tal-Kunsill 78/318/KEE kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/68/KE)

L-informazzjoni li ġejja, jekk tkun applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinn għandu jingħata fi skala adattas u f’dettal suffiċjenti fuq karti ta’ daqs A4 jew fuq folder b’format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettal suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhomkontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0.   ĠENERALI

0.1

Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2

It-tip u d-deskrizzjoni (jiet) kummerċjali ġenerali

0.5

Isem u indirizz ta’ l-manifattur:

0.7

Fil-każ ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati, il-lok u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni tal- KE:.

0.8

Indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ:

1.   DESKRIZZJONI TAL-MEZZ

1.1

Deskrizzjoni teknika dettaljata (li tinkludi ritratti jew disinn) li tiddentifika dawk il-komponenti li jistgħu jitwaħħlu fil-kompartiment tal-magna.

1.2

Kwalunkwe restrizzjonijiet dwar l-użu u kondizzjonijiet tat-twaħħil.

▼M1




L-ANNESS VIII

MUDELL

image

— l-approvazzjoni tat-tip ( 6 )

— l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip (6) 

— iċ-ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip (6) 

— l-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip (6) 

ta’ tip ta’ vettura/komponent/unità teknika separata (6)  fir-rigward tad-Direttiva 78/38/KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/68/KE

Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip:

Raġuni għall-estensjoni:

Sezzjoni I

0.1

Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2

It-tip u d-deskrizzjoni (jiet) kummerċjali ġenerali:

0.3

Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata (6)  ( 7 )

0.3.1

Lok ta’ dak l-immarkar:

0.4

Kategorija tal-vettura ( 8 ):

0.5

Isem u indirizz ta’ l-manifattur:

0.7

Fil-każ ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati, il-lok u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni tal- KE:.

0.8

Isem(ismijiet) u indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ:

Sezzjoni II

1.

Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): Ara appendiċi

2.

Servizz tekniku risponsabbli mit-twettieq tat-testijiet:

3.

Data tar-report tat-test:

4.

Numru tar-report tat-test:

5.

Rimarki (jekk hemm): Ara appendiċi

6.

Post:

7.

Data:

8.

Firma:

9.

L-indiċi għall-pakkett ta’ l-informazzjoni ippreżentat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż.




Appendiċi

Iċ- ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE Nru …

li jikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tad-Direttiva 78/318/KEE kif l-aħħar emendata bid-Direttiva …

1.   Informazzjoni addiżżjonali

1.1

Wiper, — numru ta’ blades:

1.2



Washer,

— metodu ta’ ħidma:

— marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip (fejn japplika):

5.   Rimarki:

(eż. valida sew għal vetturi li jinsaqu minn naħa tax-xellug u għal vetturi li jinsaqu minn naħa tal-lemin)




L-ANNESS IX

MUDELL

image

— l-approvazzjoni tat-tip ( 9 )

— l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip (9) 

— iċ-ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip (9) 

— l-rtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip (9) 

tat-tip ta’ vettura/komponent/unità teknika separata (9)  fir-rigward tad-Direttiva 78/318/KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/68/KEE

Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip:

Raġuni għall-estensjoni:

Sezzjoni I

0.1

Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2

It-tip u d-deskrizzjoni (deskrizzjonijiet) ġenerali tal-kummerċ:

0.3

Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata (9)  ( 10 )

0.3.1

Lok ta’ dak l-immarkar:

0.4

Kategorija tal-vettura ( 11 ):

0.5

Isem u indirizz tal-manifattur:

0.7

Fil-każ ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati, il-lok u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni tal- KE:.

0.8

Isem(ismijiet) u indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ:

Sezzjoni II

1.

Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): Ara Appendiċi

2.

Servizz tekniku risponsabbli mit-twettieq tat-testijiet:

3.

Data tar-report tat-test:

4.

Numru tar-report tat-test:

5.

Rimarki (jekk hemm): Ara Appendiċi

6.

Post:

7.

Data:

8.

Firma:

9.

L-indiċi għall-pakkett ta’ l-informazzjoni ippreżentat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż.




Appendiċi

għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjon tat-tip tal-KEE Nru …

li jirrigwardja l-approvazzjoni tat-tip ta’ l-unità teknika separata tas-sistemi tal-washer tal-windscreen fir-rigward tad-Direttiva 78/318/KEE kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/68/KE)

1.   Informazzjoni addizzjonali

1.1

Kwalunkwe restrizzjonijiet ta’ l-użu u kondizzjonijiet ta’ twaħħil.

5.   Rimarki:.



( 1 ) ĠU C 118, tas-16.5.1977, p. 33.

( 2 ) ĠU C 114, tal-11.5.1977, p. 8.

( 3 ) ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

( 4 ) Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 5 ) In-numri tal-punti u tan-noti ta’ qiegħ il-paġna wżati f’dan id-dokument ta’ l-informazzjoni jikkorrispondu għal dawk stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 70/156/KEE. Il-punti li mhumiex relevanti għall-iskop ta’ din id-Direttiva tħallew barra.

( 6 ) Ħassar fejn ma japplikax

( 7 ) Jekk il-mezz ta’ l-identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex relevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta’ vettura, ta’ komponent jew ta’ unità teknika separata koperti b’dan iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu: (e.g. ABC??123??).

( 8 ) Kif msemmi fl-Anness II A Direttiva 70/156/ZEE

( 9 ) Ħassar fejn ma japplikax.

( 10 ) Jekk il-mezz ta’ l-identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex relevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta’ vettura, ta’ komponent jew ta’ unità teknika separata koperti b’dan iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu: (e.g. ABC??123??).

( 11 ) Kif msemmi fl-Anness II A Direttiva 70/156/ZEE