31982R2151



Official Journal L 228 , 04/08/1982 P. 0004 - 0004
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 2 P. 0022
Spanish special edition: Chapter 01 Volume 3 P. 0222
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 2 P. 0022
Portuguese special edition Chapter 01 Volume 3 P. 0222


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2151/82

tat-28 ta' Lulju 1982

li jemenda r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 li jipprovdi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda għall-Komunitajiet Ewropej;

Wara li kkunsidrat il-Protokoll dwar il-Privileġġi u Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu;

Wara li kkunsidrat il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 1544/73 [2], għandu jiġi emendat biex jieħu kont tar-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2150/82) tat-28 ta' Ġunju 1982 li jintroduċi miżuri speċjali u temporanji biex jintemmu s-servizzi ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej b'konsegwenza ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika [3].

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

- "dawk intitolati għall-allowance għat-terminazzjoni tas-servizz taħt l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2150/82."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara dak tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika miż-żmien meta r-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2150/82 jidħol fis-seħħ.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Lulju 1982.

Għall-Kunsill

Il-President

O. Møller

[1] ĠU L 56, ta' l-4.3.1968, p. 8.

[2] ĠU L 155, tal-11.6.1973, p. 6.

[3] Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------