<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><DECISION.ECR xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.DECISION.ECR><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑220/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014TJ0220</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:267">EU:T:2017:267</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>5</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>5</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.DECISION.ECR><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="UC">Sentenza Tas-<DATE ISO="20170406">6.4.2017</DATE> – Kawża T-220/14 [<HT TYPE="ITALIC">Estratti</HT>]</HT></P><P><HT TYPE="UC">Saremar vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20170406">6 ta’ April 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Trasport marittimu</KEYWORD><KEYWORD>Kumpens ta’ servizz pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Żieda tal-kapital</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha</KEYWORD><KEYWORD>Stralċ tar-rikorrenti</KEYWORD><KEYWORD>Locus standi in judicio</KEYWORD><KEYWORD>Żamma tal-interess ġuridiku</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ nuqqas ta’ lok għall-għoti ta’ deċiżjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ għajnuna</KEYWORD><KEYWORD>Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali</KEYWORD><KEYWORD>Kriterju ta’ investitur privat</KEYWORD><KEYWORD>Żball manifest ta’ evalwazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Żball ta’ liġi</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjoni ta’ illegalità</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tad-difiża</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni 2011/21/UE</KEYWORD><KEYWORD>Linji gwida li jirrigwardaw l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà</KEYWORD><KEYWORD>Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Sentenza Altmark</KEYWORD></INDEX><DECISION.ECR.INIT><P>Fil-Kawża T-220/14,</P></DECISION.ECR.INIT><P><HT TYPE="BOLD">Saremar – Sardegna Regionale Marittima SpA</HT>, stabbilita f’Cagliari (l-Italja), irrappreżentata minn G. M. Roberti, G. Bellitti u I. Perego, avukati,</P><P>rikorrent/i,</P><P>vs</P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn G. Conte, D. Grespan, u A. Bouchagiar, bħala aġenti,</P><P>konvenuta,</P><P>sostnuta minn</P><P><HT TYPE="BOLD">Compagnia Italiana di Navigazione SpA</HT>, stabbilita f’Napoli (l-Italja), inizjalment irrappreżentata minn F. Sciaudone, R. Sciaudone, D. Fioretti u A. Neri, sussegwentement minn M. Merola, B. Carnevale u M. Toniolo, avukati,</P><P>intervenjenti,</P><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 9101 finali, tat-<DATE ISO="20140122">22 ta’ Jannar 2014</DATE>, li tikkonċerna l-miżuri ta’ għajnuna SA.32014 (2011/C), SA.32015 (2011/C) u SA.32016 (2011/C), implementati mir-reġjun awtonomu ta’ Sardegna favur Saremar, sa fejn din id-deċiżjoni kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat miżura ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku u żieda tal-kapital, iddikjarat dawn il-miżuri inkompatibbli mas-suq internet u ordnat l-irkupru tagħhom,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn D. Gratsias (Relatur), President, M. Kancheva u N. Półtorak, Imħallfin,</P><?PAGE NO="2"?><P>Reġistratur: M. J. Palacio González, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20160720">20 ta’ Lulju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.DECISION.ECR><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Qed jiġu riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis li l-pubblikazzjoni tagħhom hija utli.</P></NOTE></HT></P></TI><STI><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></STI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-locus standi in judicio ta’ Saremar</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Preliminarjament, mill-ispjegazzjonijiet u mid-dokumenti pprovduti lill-Qorti Ġenerali mill-partijiet fil-11 u fid-<DATE ISO="20160729">29 ta’ Lulju 2016</DATE> jirriżulta li, fl-impossibbiltà li tirrestitwixxi l-parti tal-għajnuna kontenzjuża diġà mħallsa, Saremar talbet li tiġi ammessa fil-proċedura ta’ ftehim mal-kredituri fl-isfond tal-istralċ tagħha, liema ftehim mal-kredituri ġie approvat mit-Tribunale di Cagliari (qorti ta’ Cagliari, l-Italja) fit-<DATE ISO="20150722">22 ta’ Lulju 2015</DATE>. Saremar temmet kull attività sa mill-<DATE ISO="20160331">31 ta’ Marzu 2016</DATE> u tinsab fi stadju avvanzat tal-fażi ta’ likwidazzjoni, sa fejn il-kredituri pprivileġġjati kollha ġew issodisfatti u sa fejn, skont din il-kumpannija stess, huwa previst, fix-xhur suċċessivi, li jsir l-ewwel tqassim sostanzjali bejn il-kredituri ordinarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Issa, skont id-dritt nazzjonali u l-proċedura applikabbli, kumpannija fi stralċ tista’ titlef il-locus standi in judicio, tal-inqas f’isimha proprja. Barra minn dan, ir-rikorrenti tindika hija stess li dan jista’ jkun il-każ fid-dritt Taljan. Ċertament, fis-seduta u fil-kuntest tal-ittra tagħha tad-<DATE ISO="20160729">29 ta’ Lulju 2016</DATE>, il-Kummissjoni sostniet biss li l-istralċ tar-rikorrenti jpoġġi f’dubju l-interess ġuridiku tagħha, iżda mhux li dan l-istralċ ipoġġi f’dubju l-<HT TYPE="ITALIC">locus standi in judicio</HT> tagħha. Madankollu, sa fejn l-eventwali telf tal-<HT TYPE="ITALIC">locus standi in judicio</HT> tar-rikorrenti jkun jirrendi mingħajr skop il-kwistjoni tal-interess ġuridiku tagħha, jeħtieġ li jiġi vverifikat jekk hija kkonservatx l-imsemmi <HT TYPE="ITALIC">locus standi in judicio</HT> fil-pendenzi tal-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għalkemm, kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>persuna ġuridika<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, li jinsab fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263(4) TFUE, ma jikkoinċidix neċessarjament ma’ dawk ta’ ordinamenti ġuridiċi oħrajn tal-Istati Membri, madankollu jirriżulta mill-ġurisprudenza li dan il-kunċett jimplika, bħala prinċipju, l-eżistenza ta’ personalità ġuridika kkostitwita skont id-dritt ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz u ta’ <HT TYPE="ITALIC">locus standi in judicio</HT> rikonoxxut minn dak id-dritt (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19590320">20 ta’ Marzu 1959</DATE>, <NAME.CASE>Nold vs L-Awtorità l-Għolja</NAME.CASE>, <NO.CASE>18/57</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1959:6">EU:C:1959:6</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19821028">28 ta’ Ottubru 1982</DATE>, <NAME.CASE>Groupement des Agences de voyages vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>135/81</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1982:371">EU:C:1982:371</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070118">18 ta’ Jannar 2007</DATE>, <NAME.CASE>PKK u KNK vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-229/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:32">EU:C:2007:32</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0114">114</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u d-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091124">24 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Landtag Schleswig-Holstein vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-281/08 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:728">EU:C:2009:728</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). B’hekk, huwa biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali, partikolarment meta r-rekwiżiti sabiex tiġi żgurata protezzjoni ġudizzjarja effettiva jkunu jimponu dan, li tista’ tiġi ammessa l-ammissibbiltà ta’ rikors ta’ entità li ma jkollhiex <HT TYPE="ITALIC">locus standi in judicio</HT> skont id-dritt nazzjonali partikolari (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070118">18 ta’ Jannar 2007</DATE>, <NAME.CASE>PKK u KNK vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-229/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:32">EU:C:2007:32</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0109">109</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0114">114</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, dan il-<HT TYPE="ITALIC">locus standi in judicio</HT> għandu jipperdura <HT TYPE="ITALIC">pendente lite</HT> (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070920">20 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Salvat père &amp; fils <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-136/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:295">EU:T:2007:295</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120321">21 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Marine Harvest Norway u Alsaker Fjordbruk vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-113/06</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:135">EU:T:2012:135</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR><?PAGE NO="3"?> sa <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). L-eżistenza ta’ personalità ġuridika u l-<HT TYPE="ITALIC">locus standi in judicio</HT> għandhom jiġu eżaminati fid-dawl tad-dritt nazzjonali rilevanti (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19841127">27 ta’ Novembru 1984</DATE>, <NAME.CASE>Bensider <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>50/84</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1984:365">EU:C:1984:365</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u d-digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080403">3 ta’ April 2008</DATE>, <NAME.CASE>Landtag Schleswig-Holstein vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-236/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:91">EU:T:2008:91</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-ittra ta’ Saremar tad-<DATE ISO="20160729">29 ta’ Lulju 2016</DATE> jirriżulta li, b’mod konformi mal-ġurisprudenza tal-Corte suprema di cassazione (qorti ta’ kassazzjoni, l-Italja), kumpannija li tkun suġġetta għal proċedura ta’ ftehim mal-kredituri tippreżerva d-dritt li teżerċitaha f’isimha proprju azzjonijiet ġudizzjarji u li tipparteċipa f’kawżi bil-għan li tipproteġi l-patrimonju tagħha. Barra minn hekk, ir-rikorrenti inkludiet ma’ din l-ittra, ittra tal-istralċjarji tagħha tas-<DATE ISO="20160726">26 ta’ Lulju 2016</DATE> li tikkonferma li l-mandat tal-konsulenti tagħha f’dan ir-rikors kien għadu validu. Konsegwentement, hemm lok li jiġi kkunsidrat li, minkejja l-istralċ, Saremar ma tilfitx il-<HT TYPE="ITALIC">locus standi in judicio</HT> tagħha fil-pendenzi tal-kawża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eċċezzjoni li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni invokata mill-Kummissjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li, minħabba l-istralċ pendenti ta’ Saremar, l-interess ġuridiku ta’ din tal-aħħar ma baqax jeżisti fil-pendenzi tal-kawża. F’dan ir-rigward, hija ssostni li l-istralċ ta’ Saremar jinsab fi stadju avvanzat u jaf jintemm qabel l-għoti tas-sentenza odjerna. Barra minn hekk, kif irrikonoxxiet ir-rikorrenti stess, hija ma tkunx tista’ iktar twettaq attività ekonomika, anki jekk id-deċiżjoni kkontestata tiġi annullata u hija eżentata, minħabba f’dan, mill-obbligu li tirrestitwixxi l-għajnuna. Fl-aħħar, l-interess tal-kredituri ta’ Saremar li l-ammont tal-għajnuna kkontestata jiġi eskluż mill-passiv ta’ din il-kumpannija huwa distint mill-interess li tkompli bl-attività tagħha. Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tindika li tali karenza ta’ interess ġuridiku għandha twassal lill-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, b’risposta għal dawn l-argumenti, Saremar issostni li l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata tipproduċi effetti legali fir-rigward tagħha, sa fejn dan jirriżulta fit-tnaqqis tal-passiv suġġett għall-ftehim mal-kredituri ta’ iktar minn il-11 miljun euro, li kien jippermetti il-ħlas integru tal-kredituri kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, l-interess ġuridiku jikkostitwixxi kundizzjoni essenzjali u prevalenti għal kull azzjoni ġudizzjarja (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Mory <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-33/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:609">EU:C:2015:609</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-Artikolu 263 TFUE jirriżulta li teżisti distinzjoni netta bejn id-dritt għal azzjoni għal annullament mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u mill-Istati Membri, imsemmi fit-tieni paragrafu ta’ dan l-artikolu, u dak tal-persuni fiżiċi u legali, imsemmi fir-raba’ paragrafu tieħu. B’hekk, skont ġurisprudenza stabbilita, l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt għal azzjoni, fir-rigward tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri, la huwa kkundizzjonat għall-ġustifikazzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tagħhom u lanqas għall-interess ġuridiku tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110324">24 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-443/08 u T-455/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:117">EU:T:2011:117</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u d-digriet tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130219">19 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Provincie Groningen <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-15/12 u T-16/12</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:74">EU:T:2013:74</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, id-dritt għal azzjoni tal-persuni fiżiċi u legali msemmi fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE huwa ssubordinat, minn naħa, għall-kundizzjoni li jiġi rrikonoxxut li dawn għandhom il-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT>, jiġifieri, skont il-kliem ta’ din id-dispożizzjoni, għall-kundizzjoni li l-azzjoni tagħhom tkun tikkonċerna att huma d-destinatarji tiegħu jew att li jikkonċernahom direttament u individwalment jew li tkun tikkonċerna att regolatorju li jikkonċernahom direttament u li ma jkunx jinvolvi miżuri ta’ implementazzjoni. Min-naħa l-oħra, dan id-dritt għal azzjoni huwa ssubordinat għall-eżistenza ta’ interess ġuridiku fl-istadju tal-preżentata ta’ rikors, fatt li jikkostitwixxi kundizzjoni ta’ ammissibbiltà distinta mil-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT>. Bl-istess mod bħall-iskop tal-kawża, dan l-interess ġuridiku<?PAGE NO="4"?> għandu jipperdura sal-prolazzjoni tad-deċiżjoni ġudizzjarja, u fin-nuqqas ta’ dan ma jkunx hemm lok li tingħata deċiżjoni (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Mory <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-33/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:609">EU:C:2015:609</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-eżistenza ta’ interess ġuridiku tikkostitwixxi kwistjoni ta’ ordni pubbliku li l-Qorti Ġenerali għandha teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> kemm fl-istadju tal-preżentata tar-rikors sabiex tivverifika l-ammissibbiltà ta’ dan tal-aħħar, kif ukoll <HT TYPE="ITALIC">pendente lite</HT> sabiex tivverifika jekk ikunx għad hemm li tiġi deċiża l-kawża (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110324">24 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-36/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:124">EU:T:2011:124</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l- ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Tali interess ġuridiku jippreżumi li l-annullament tal-att ikkontestat jista’, permezz tiegħu stess, ikollu konsegwenzi legali u li r-rikors b’hekk jista’, bir-riżultat tiegħu jagħti benefiċċju lill-persuna li tkun ippreżentatu (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070607">7 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Wunenburger vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-362/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:322">EU:C:2007:322</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Mory <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-33/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:609">EU:C:2015:609</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, l-interess ġuridiku ta’ rikorrent għandu jkun reali u attwali u ma jistax ikun jikkonċerna sitwazzjoni futura u ipotetika (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Mory <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-33/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:609">EU:C:2015:609</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Preliminarjament, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li r-rikors odjern jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà mfakkra fil-punti 51 sa 53 iktar ’il fuq kemm fil-livell tal-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tar-rikorrenti kif ukoll ta’ dak tal-eżistenza tal-interess ġuridiku tagħha fl-istadju tal-preżentata tar-rikors, fatt li barra minn hekk ma huwiex ikkontestat mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod partikolari, tal-interess ġuridiku, hemm lok li jiġi rrilevat li, fid-data tal-preżentata tar-rikors, id-deċiżjoni kontestata kienet tippreġudika lir-rikorrenti, sa fejn il-Kummissjoni ddikjarat inkompatibbli u illegali għajnuna li kienet tibbenefika minnha ir-rikorrenti u ordnat l-irkupru tagħha. Fil-fatt, sempliċiment permezz ta’ dan, id-deċiżjoni kkontestata biddlet is-sitwazzjoni legali ta’ din il-kumpannija, li, sa mill-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni ma kellhiex iktar dritt tibbenefika minn din l-għajnuna u kellha bħala prinċipju taħseb sabiex tirrestitwixxiha (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>ACEA vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-319/09 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:857">EU:C:2011:857</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-istralċ ta’ Saremar ma kellux l-effett li jpoġġu f’dubju, fil-pendenzi tal-kawża, l-interess ġuridiku tagħha kif iddefinit fil-punt 55 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fil-fatt, qabel xejn, jeħtieġ li jiġi rrilevat li d-deċiżjoni kkontestata ma tħassritx jew ġiet irtirata b’tali mod li r-rikors odjern għad għandu skop (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070607">7 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Wunenburger vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-362/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:322">EU:C:2007:322</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-effetti legali tad-deċiżjoni kkontestata ma sarux nulli u bla effett sempliċiment bl-istralċ ta’ Saremar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fil-fatt, fl-ewwel lok, minħabba din id-deċiżjoni, ir-RAS ma għadx għandha dritt tħallas lil Saremar il-parti taż-żieda tal-kapital kontenzjuża li, kif jirriżulta mill-verbal tal-laqgħa tal-azzjonisti ta’ Saremar tal-<DATE ISO="20120711">11 ta’ Lulju 2012</DATE> anness mar-rikors, peress li din l-awtorità pubblika ma kinitx għadha ħallset minħabba n-notifika ta’ din it-tranżazzjoni lill-Kummissjoni. Issa, l-ebda element tal-proċess ma jippermetti li tiġi eskluża l-possibbiltà li, f’każ ta’ annullament tad-deċiżjoni kkontestata, din il-parti taż-żieda tal-kapital ikkontestata, li Saremar kellha d-dritt li tibbenefika minnha, tiġi integrata fil-patrimonju tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-parti mill-għajnuna kontenzjuża li kienet diġà tħallset mir-RAS lil Saremar, minn ġurisprudenza stabbilta jirriżulta li s-sempliċi ċirkustanza li l-impriża tkun suġġetta għal proċedura ta’ falliment, b’mod partikolari meta din il-proċedura twassal għall-istralċ tal-impriża, ma tikkontestax il-prinċipju tal-irkupru tal-għajnuna. Fil-fatt, f’tali każ, l-istabbiliment mill-ġdid<?PAGE NO="5"?> tas-sitwazzjoni preċedenti u l-eliminazzjoni tad-distorzjoni tal-kompetizzjoni naxxenti mill-għajnuna mħallsa illegalment jistgħu, bħala prinċipju, jitwettqu bir-reġistrazzjoni fil-passiv tal-impriża fi stralċ ta’ obbligazzjoni marbuta mal-ħlas lura tal-għajnuna kkonċernata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090701">1 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>KG Holding <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-81/07 sa T-83/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:237">EU:T:2009:237</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0192">192</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0193">193</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Konsegwentement, minħabba d-deċiżjoni kkontestata, l-għajnuna kkontestata kellha, tal-inqas, tinżamm fil-passiv ta’ Saremar, b’tali mod li, anki jekk jiġi preżunt li ma tistax titħallas lura lir-RAS, xorta waħda ma tkunx tifforma parti mill-patrimonju tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li jiġi rrilevat li l-istralċ ta’ Saremar ma jpoġġix f’dubju il-konstatazzjoni mwettqa fil-punt 55 iktar ’il fuq li l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata jista’ jipprovdi benefiċċju lir-rikorrenti, peress li permezz tagħha neċessarjament tinbidel is-sitwazzjoni legali ta’ din tal-aħħar fir-rigward tal-għajnuna kkontestata. Barra minn hekk, dan l-annullament ikollu wkoll l-effett li jtejjeb is-sitwazzjoni ekonomika tagħha b’mod sinjifikattiv, peress li l-għajnuna kkontestata tista’ tiġi integrata mill-ġdid fil-patrimonju tagħha. Barra minn hekk, hemm lok li jiġi rrilevat li dan l-analiżi huwa kkonfermat bis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100913">13 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il-Greċja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-415/05, T-416/05 u T-423/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:386">EU:T:2010:386</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fiha l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li kumpanniji fi stralċ, li kienu ħallsu lura l-għajnuna inkwistjoni f’dawn il-kawżi, kien għad għandhom interess ġuridiku peress li, f’każ ta’ annullament, ir-Repubblika Ellenika tkun obbligata li tħallashom lura l-ammonti rrimborsati, li jiġu rreġistrati fl-attiv tal-karti tal-bilanċ rispettivi tal-istralċ (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100913">13 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il-Greċja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-415/05, T-416/05 u T-423/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:386">EU:T:2010:386</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jiżdied li sal-lum, il-Qorti Ġenerali ma ġietx informata bit-tmiem tal-istralċ ta’ Saremar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal jirriżulta li Saremar għad għandha interess ġuridiku fil-kuntest tal-kawża odjerna u li konsegwentement, hemm lok li tingħata deċiżjoni.</TXT><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla)</P><P>Taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Saremar– Sardegna Regionale Marittima SpA hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Compagnia Italiana di Navigazione SpA.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.DECISION.ECR><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Gratsias</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kancheva</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Półtorak</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fis-<DATE ISO="20170406">6 ta’ April 2017</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></DECISION.ECR>