|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1964 |
16.7.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/1964
tal-15 ta’ Lulju 2024
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta’ Ottubru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 (1). |
|
(2) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2021 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill “dwar l-azzjoni umanitarja tal-UE: sfidi ġodda, l-istess prinċipji”, il-Kunsill afferma mill-ġdid l-impenn tiegħu li jevita u, fejn ma jistax jagħmel dan, itaffi kemm jista’ jkun kwalunkwe impatt negattiv potenzjali mhux intenzjonat tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni fuq azzjoni umanitarja msejsa fuq il-prinċipji. Il-Kunsill tenna li miżuri restrittivi tal-Unjoni jikkonformaw mal-obbligi kollha skont id-dritt internazzjonali, b’mod partikolari d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, id-dritt umanitarju internazzjonali u d-dritt internazzjonali dwar ir-refuġjati. Huwa ssottolinja l-importanza li l-prinċipji umanitarji u d-dritt umanitarju internazzjonali jiġu rrispettati bis-sħiħ fil-politika tas-sanzjonijiet tal-Unjoni, inkluż bl-inklużjoni konsistenti ta’ eċċezzjonijiet umanitarji fir-reġimi ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni, fejn rilevanti, u billi jiġi żgurat li jkun hemm qafas effettiv biex dawn l-eċċezzjonijiet jintużaw minn organizzazzjonijiet umanitarji. |
|
(3) |
Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544, u sabiex tiġi ffaċilitata azzjoni umanitarja bbażata fuq il-prinċipji minn atturi umanitarji imparzjali, ċerti organizzazzjonijiet u aġenziji li jaġixxu bħala sħab umanitarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu eżentati mill-projbizzjoni li jagħmlu fondi jew riżorsi ekonomiċi disponibbli għal persuni, entitajiet u korpi deżinjati, għal finijiet esklużivament umanitarji. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi introdott mekkaniżmu ta’ deroga għal dawk l-organizzazzjonijiet u l-atturi involuti f’attivitajiet umanitarji li ma jistgħux jibbenefikaw minn dik l-eżenzjoni umanitarja. Minbarra dan, jenħtieġ li tiġi introdotta klawżola ta’ rieżami relatata ma’ dawk l-eċċezzjonijiet. |
|
(4) |
Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 3, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “7. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għal organizzazzjonijiet u aġenziji li huma soġġetti għall-valutazzjoni tal-pilastri mill-Unjoni u li magħhom l-Unjoni ffirmat ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja li abbażi tiegħu l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji jaġixxu bħala sħab umanitarji tal-Unjoni, dment li l-forniment tal-fondi jew tar-riżorsi ekonomiċi msemmija fil-paragrafu 2 ikun meħtieġ għal finijiet esklużivament umanitarji. 8. F’każijiet mhux koperti mill-paragrafu 7, u b’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jagħtu awtorizzazzjonijiet speċifiċi jew ġenerali, taħt tali kondizzjonijiet ġenerali jew speċifiċi li huma jqisu xierqa, biex jirrilaxxaw ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew biex jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li l-forniment ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jkun meħtieġ għal finijiet esklużivament umanitarji. 9. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva, talba għall-informazzjoni jew notifika għal iktar żmien mill-awtorità kompetenti rilevanti fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla ta’ talba għall-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 8, dik l-awtorizzazzjoni għandha titqies li ngħatat. 10. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafi 8 jew 9 fi żmien ġimagħtejn minn tali awtorizzazzjoni.” |
|
(2) |
fl-Artikolu 8, jiżdied il-paragrafu li ġej: “L-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 3(7), (8) u (9) fir-rigward tal-Artikolu 3(1) u (2) għandhom jiġu riveduti f’intervalli regolari, u mill-inqas kull 12-il xahar, jew fuq it-talba urġenti ta’ kwalunkwe Stat Membru, tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, jew tal-Kummissjoni, wara bidla fundamentali fiċ-ċirkostanzi.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
NAGY I.
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544 tal-15 ta’ Ottubru 2018 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi (ĠU L 259, 16.10.2018, p. 25).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1964/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)