|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6279 |
15.10.2024 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2698 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1529, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2697 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u għal gruppi u entitajiet armati fil-Lvant Nofsani u fir-reġjun tal-Baħar l-Aħmar
(C/2024/6279)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532 (1) kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2698 (2) u fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1529 (3) kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2697 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u għal gruppi u entitajiet armati fil-Lvant Nofsani u fir-reġjun tal-Baħar l-Aħmar.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni u entitjiet għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 u r-Regolament (UE) 2023/1529.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/1529, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3a tar-Regolament).
Il-persuni fiżiċi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill qabel l-1 ta' Jannar 2025 , flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
Belgique/België |
L-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 186, 25.7.2023, p. 20.
(2) ĠU L, 2024/2698, 14.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2698/oj.
(3) ĠU L 186, 25.7.2023, p. 1.
(4) ĠU L, 2024/2697, 14.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2697/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6279/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)