|
27.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 299/2 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-16 ta’ Lulju 2021
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de España
(BĊE/2021/29)
(2021/C 299/02)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Fl-2018, il-Banco de España għażel lil Mazars Auditores, S.L.P. - Mazars, S.A. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2018 sa 2020, bl-opzjoni li l-mandat jiġi estiż sas-snin finanzjarji 2021 sa 2022, u l-Kunsill Governattiv tal-BĊE kien irrakkomanda dik il-ħatra kif ukoll l-opzjoni li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2021 u 2022 (1). |
|
(3) |
Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Banco de España, Mazars Auditores, S.L.P. - Mazars, S.A., intemm wara l-awditu tas-sena finanzjarja 2020. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni għas-snin finanzjarji 2021 u 2022. |
|
(4) |
Il-Banco de España biħsiebu jestendi l-mandat ta’ Mazars Auditores, S.L.P. - Mazars, S.A. għas-snin finanzjarji 2021 u 2022 kif previst mir-Rakkomandazzjoni BĊE/2018/22 u l-premessi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1518 (2). Din l-estensjoni hija possibbli skont l-arranġamenti kuntrattwali bejn il-Banco de España u Mazars Auditores, S.L.P. - Mazars, S.A., |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat li l-assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi Mazars Auditores, S.L.P. - Mazars, S.A. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banco de España għas-snin finanzjarji 2021 u 2022.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-16 ta’ Lulju 2021.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Rakkomandazzjoni BĊE/2018/22 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta’ Settembru 2018 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de España (ĠU C 325, 14.9.2018, p. 1).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1518 tad-9 ta’ Ottubru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Banco de España (ĠU L 256, 12.10.2018, p. 63).