31968L0089



Official Journal L 032 , 06/02/1968 P. 0012 - 0015
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0103
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0103
Danish special edition: Series I Chapter 1968(I) P. 0006
English special edition: Series I Chapter 1968(I) P. 0006
Greek special edition: Chapter 03 Volume 3 P. 0013
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 2 P. 0078
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 2 P. 0078


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-23 ta’ Jannar 1968

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta’ l-injam mhux raffinat

(68/89/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi l-istabbiliment tas-suq komuni ħoloq żieda fil-kummerċ intra-Komunitarju ta’ l-injam mhux raffinat, li diġà jinvolvi ħafna miljuni ta’ metri kubi fis-sena;

Billi varjetà ta’ sistemi huma użata fl-Istati Membri differenti għall-kejl u l-klassifikazzjoni ta’ l-injam mhux raffinat u dan in-nuqqas ta’ uniformità jaffettwa direttament l-iffunzjonar tas-suq komuni;

Billi l-armonizzazzjoni tal-liġijiet f’dak il-qasam, mixtieqa mill-konferenza ta’ Brussel dwar il-foresti ta’ Ġunju 1959, m’għandhiex biss tiffaċilita n-negozju intra-Komunitarju imma wkoll tagħmel possibbli statistika dwar il-produzzjoni, ix-xiri u l-bejgħ, il-konsum u l-prezzijiet ta’ l-injam mhux raffinat fil-Komunità li tiġi kompilata li tkun tista’ titqabbel;

Billi dawn l-objettivi jistgħu jinkisbu jekk l-Istati Membri jwaqqfu kull klassifikazzjoni mandatarja ta’ l-injam mhux raffinat li jkun ġej minn Stati Membri oħrajn u jekk jagħmlu disponibbli bil-liġi lil dawk konċernati sistema ta’ kejl u klassifikazzjoni li tkun l-istess mal-Komunità kollha;

Billi l-injam mhux raffinat ma għandux jinxtara jew jinbigħ fi ħdan il-Komunità bħala injam mhux raffinat "klassifikat KEE" sakemm ma jikkorrispondix ma’ waħda mill-klassifikazzjonijiet provduti;

Billi mhux iktar tard minn sentejn wara n-notifika tad-Direttiva m’għandha teżisti iktar ebda xkiel għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ l-injam mhux raffinat minħabba raġunijiet ta’ klassifikazzjoni;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha tapplika għal injam mhux raffinat li jitqiegħed fis-suq fi ħdan il-Komunità bħala injam mhux raffinat "klassifikat KEE".

L-Artikolu 2

"Injam mhux raffinat" ifisser injam maqtugħ, ippuntat u miżbur, kemm jekk imnażża’ mill-qoxra tiegħu, maqtugħ kontra l-vina jew maqsum.

L-Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li injam mhux raffinat ma jistax jiġi deskritt bħala "klassifikat KEE" meta jitqiegħed fis-suq sakemm ma jkun ġie kklassifikat u, fejn xieraq, immarkat kif meħtieġ fl-Anness li jinsab ma’ din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-klassifikazzjoni elenkata fl-Anness tista’ tingħata biss lill-injam mhux raffinat li jkun ġie kklassifikat kif meħtieġ fl-Anness.

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet adottati minnhom skond il-paragrafi 1 u 2.

L-Artikolu 4

Stat Membru jista’ jagħmel użu mill-klassifikazzjonijiet li tipprovdi għalihom din id-Direttiva obbligatorja għall-marketing ta’ parti jew kollha kemm hi tal-produzzjoni tiegħu stess ta’ l-injam mhux raffinat.

L-Artikolu 5

Il-klassifikazzjoni skond id-daqs jew il-kwalità kif ipprovdut f’din id-Direttiva m’għandhiex tipprekludi l-introduzzjoni ta’ subklassijiet għat-tqegħiq fis-suq ta’ injam mhux raffinat. Iżda, l-introduzzjoni ta’ sub-klassijiet m’għandhiex toħloq ostakoli għall-kummerċ intra-Komunitarju.

L-Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom iħassru d-dispożizzjonijiet kollha li jeħtieġu li injam mhux raffinat li jiġi minn Stat Membru ieħor jiġi kklassifikat.

L-Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom, fi żmien perjodu ta’ sentejn wara notifika ta’ din id-Direttiva, idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u l-Anness tagħha u għandhom minnufih javżaw lill-Kumissjoni b’dan.

L-Artikolu 8

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta’ Janar 1968.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Couve de Murville

[1] ĠU 156, tal-15.7.1967, p. 59.

[2] ĠU 17, tat-28.1.1967, p. 282/67.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

1. KEJL

1.1 Ġenerali

1.1.1 Il-kejl għandu jkun jew skond il-volum (metri kubi veri jew mgħobbija) jew skond il-piż.

1.1.2 Is-sistema metrika biss għandha tiġi użata għall-kejl.

1.1.3 L-istrumenti tal-kejl għandhom jiġu spezzjonati uffiċjalment u miżmuma f’kundizzjoni tajba.

1.2 Injam f’tul sħiħ

1.2.1 Injam mhux raffinat li l-volum tiegħu huwa s-soltu espress f’metri kubi veri għandu jissejjaħ injam f’tul sħiħ.

1.2.2 Injam f’tul sħiħ għandu normalment jitkejjel f’unitajiet individwali. L-injam fit-tul sħiħ ta’ forma irregolari għandu jitkejjel f’taqsimiet.

1.2.3 Il-volum ta’ unità individwali għandu jiġi stabbilit mit-tul u d-djametru mkejjel fuq jew taħt il-qoxra.

Il-volum għandu jiġi kkalkulat sa l-eqreb żewġ figuri deċimali mill-inqas, bl-użu ta’ l-iskedi kubiċi abitudinali.

1.2.4 Il-kejl tad-djametru għandu jiġi rranġat għaċ-ċentimetru li jiġi taħt. Meta d-djametru jitkejjel fuq il-qoxra, għandu jsir tnaqqis raġjonevoli. It-tnaqqis magħmul għandu jiġi dikjarat.

1.2.5 Fil każ ta’ kejl sa u li jinkludi 19-il ċm, id-djametru taħt il-qoxra għandu jitkejjel f’operazzjoni waħda bl-użu ta’ kalibru tal-foresterija fuq iz-zokk maqtugħ (id-djametru oriżżontali). Fil każ ta’ kejl ta’ 20 ċm jew iktar taħt il-qoxra, iżda, id-djametru għandu jiġi stabbilit b’żewġ miżuri li jaqsmu l-xulxin magħmula b’mod perpendikolari wieħed ma’ l-ieħor (safejn hu posibbli, fl-idjaq djametru u fid-djametru l-iktar wiesa’). Jekk il-post li għandu jitkejjel jinstab fuq ċirku ta’ friegħi jew f’parti oħra irregolari taz-zokk, id-djametru għandu jinkiseb billi tittieħed il-medja tal-kejl magħmul fuq kull naħa f’distanza ekwivalenti mill-post li għandu jitkejjel.

1.2.6 Il-miżuri tat-tul għandhom jiġu ttundjati għad-deċimetru li jiġi taħt. Għall-injam fit-tul sħiħ b’djametru fin-nofs ta’ 20 ċm jew inqas taħt il-qoxra, it-tul jista’ jiġi ttundjat għall-metru li jiġi taħt.

Jekk hemm tastatur, it-tul għandu jitkejjel min-nofs ta’ dak it-tastatur.

1.3 Injam mgħobbi fuq xulxin f’metri kubi

1.3.1 Injam mhux raffinat li l-volum tiegħu huwa s-soltu espress f’metri kubi mgħobbi fuq xulxin għandu jissejjaħ injam f’metri kubi mgħobbi.

1.3.2 Injam f’metri kubi mgħobbi għandu jitkejjel żejjed f’ogħli b’mill inqas ta’ 3 %.

2. KLASSIFIKAZZJONI

2.1 Ġenerali

2.1.1 Injam mhux raffinat jista’ jiġi kklassifikat:

(i) skond l-ispeċi u l-isem komuni,

(ii) skond id-daqs,

(iii) skond il-kwalità.

2.2 Klassifikazzjoni skond id-daqs

2.2.1 Għall-kejl tad-djametru u t-tul għal skopijiet ta’ klassifikazzjoni, il-punti 1.2.4, 1.2.5 u 1.2.6 għandhom japplikaw.

2.2.2 Il-klassifikazzjoni tad-daqs għandha ssir, irrispettivament mit-tul, skond id-djametru tan-nofs taħt il-qoxra bl-użu tal-klassifikazzjonijiet li ġejjin:

Il-Klassi | Id-Djametru |

L 0 | inqas minn 10 ċm |

L 1 a | 10 sa 14-il ċm |

L 1 b | 15 sa 19-il ċm |

L 2 a | 20 sa 24 ċm |

L 2 b | 25 sa 29 ċm |

L 3 a | 30 sa 34 ċm |

L 3 b | 35 sa 39 ċm |

L 4 | 40 sa 49 ċm |

L 5 | 50 sa 59 ċm |

L 6 | 60 ċm jew iktar |

2.2.3 Iktar klassijiet jistgħu jiġu ffurmati ’l fuq mill-klassi 6, iżda għandha tinżamm l-istess gradazzjoni. Is-subdiviżjoni fis-subklassijiet a u b tista’ ma titqiesx jew tiġi estiża għall-klassijiet kollha.

2.2.4 Injam fit-tul sħiħ jista’ wkoll jiġi kklassifikat bit-tul minimu u bid-djametru ta’ fuq taħt il-qoxra li jikkorrispondi għal dak it-tul bl-użu tal-klassifikazzjonijiet li ġejjin:

Il-Klassi | It-Tul Minimu | Id-Djamteru minimu ta’ fuq |

H 1 | 8 m | 10 ċm |

H 2 | 10 m | 12-il ċm |

H 3 | 14-il m | 14-il ċm |

H 4 | 16-il m | 17-il ċm |

H 5 | 18-il m | 22 ċm |

H 6 | 18-il m | 30 ċm |

Permezz ta’ deroga mid-dispożizzjonijiet tal-punt 1.2.5, id-djametru ta’ fuq għandu jitkejjel biss darba.

2.2.5 Ċerti gruppi magħmula minn tipi differenti ta’ injam fit-tul sħiħ (arbli, lasti eċċ) għandhom jitqassmu fi klassijiet skond id-djametru fuq iz-zokk 1 ċm mit-tarf t’isfel bl-użu tal-klassifikazzjonijiet li ġejjin:

Il-Klassi | Id-Djametru |

P 1 | mhux iktar minn 6 ċm |

P 2 | 7 sa 13-il ċm |

P 3 | 14-il ċm jew iktar |

2.2.6 Injam f’metri kubi mgħobbi fuq xulxin għandu jitqassam fi klassijiet skond id-djametru ta’ fuq fuq il-qoxra bl-użu tal-klassifikazzjonijiet li ġejjin:

Il-Klassi | |

S 1 | zkuk tondi minn 3 sa 6 ċm f’djamteru (zkuk żgħar) |

S 2 | zkuk tondi minn 7 sa 13-il ċm f’djamteru (zkuk) |

S 3 | zkuk tondi 14-il ċm jew iktar f’djametru u kwarti (zkuk kbar u kwarti). |

Meta l-injam f’metri kubi mgħobbi fuq xulxin jitnażża’ mill-qoxra tiegħu, id-djametri mogħtija fuq għandhom jitnaqqsu b’ċm wieħed.

2.3 Il-klassifikazzjoni skond il-kwalità

2.3.1 Il-klassifikazzjoni skond il-Kwalità għandha tikkunsidra l-kriterji li ġejjin:

- It-tgħawwiġ: it-tgħawwiġ għandu jitkejjel permezz tad-diviżjoni tal-qaws totali, espress f’ċentimetri sa l-eqreb ċentimetru, bid-distanza li tissepara ż-żewġ estremitajiet tat-tgħawwiġa, espressa f’metri sa figura deċimali waħda.

It-tgħawwiġ għandu jiġi espress f’ċentimeti għal kull metru.

- Il-vina mibruma: il-firxa ta’ dan id-difett għandha titkejjel permezz li tiġi stabbilita d-distanza, espressa f’ċentimetri sa l-eqreb ċentimetru għal kull metru tul, bejn id-direzzjoni tal-fibri u l-linja ġġenerata parallela mal-fus ta’ l-injam fit-tul sħiħ.

Il-brim għandu jiġi espress f’ċentimetri għal kull metru.

- Tirqieq lejn it-tarf: It-tirqieq lejn it-truf għandu jitkejjel permezz tad-diviżjoni tad-differenza bejn id-djametri ta’ l-injam fit-tul sħiħ 1m mit-truf, imkejjla f’ċentimetri u ttundjata saċ-ċentimetru li jiġi taħt, permezz tad-distanza li tisseparahom, espressa f’metri sa figura deċimali waħda.

It-tirqieq lejn it-trud għandu jiġi espress f’ċentimeti għal kull metru sa figura deċimali waħda.

- Ingroppi esposti, ingroppi sħaħ (jew ċari), ingroppi mherrija (jew sewda).

Id-djametru ta’ l-ingroppi għandu jitkejjel f’millimetri fl-iżgħar dimensjoni tagħhom.

- Ingroppi mkabbra wisq, għoqod.

- Il-qalba eċċentrika.

- Injam ta’ reazzjoni: injam ta’ tensjoni fil-każ ta’ siġar b’weraq wiesgħin, injam ikkumpressat jew strixxat bl-aħmar fil-każ ta’ koniferi.

- L-irregolarità tal-kontorn.

- Xpakkaturi tondi, xpakkaturi forma ta’ qalb, xpakkaturi tal-qtugħ, qsim tas-silġ.

- Injam derivat minn siġar trattati fuq iz-zokk u difetti minħabba l-ittrattar, verifiki.

- Id-diskulurazzjoni.

- Difetti oħrajn ikkawżati minn organiżmi li jagħmlu l-ħsara.

2.3.2 Meta l-klassifikazzjoni hija skond il-kwalità, l-injam mhux raffinat għandu jiġi maqsum fi klassijiet ta’ kwalità skond il-klassifikazzjonijiet li ġejjin:

Il-Klassi A/KEE: | Injam sħiħ, li jippossjedi kwalitajiet speċifiċi superjuri, ħieles minn difetti jew li jippossjedi difetti daqshekk ħfief li ma jillimitawx l-użu tiegħu. |

Il-Klassi B/KEE: | Injam ta’ kwalità standard, inkluż injam minn siġar trattati fuq iz-zokk, li jippossjedi wieħed jew iktar mid-difetti li ġejjin: tgħawwiġ u brim ħafif tal-vina, tirqieq ħafif lejn it-truf, ebda ngroppi kbar, xi ngroppi sħaħ żgħar jew medji, numru żgħir ta’ ngroppi mherrija ta’ daqs imnaqqas, bil-qalba kemm kemm eċċentrika, xi irregolaritajiet ta’ kontorn jew difetti isolati oħrajn li tpatti għalihom il-kwalità tajba ġenerali. |

Il-Klassi Ċ/KEE: | Injam li, minħabba d-difetti tiegħu, ma jista’ la jiġi kklasifikat fil-Klassi A/KEE lanqas fil-Klassi B/KEE, imma li jkun madankollu ta’ kwalità li jista’ jiġi użat fl-industrija. |

2.3.3 Injam fit-tul sħiħ fil-klassijiet ta’ kwalità A/KEE u Ċ/KEE għandu jkollu marka ta’ identifikazzjoni tal-klassi li ma titħassarx. Il-marka ta’ identifikazzjoni tal-klassi mhijiex meħtieġa għall-injam fit-tul sħiħ tal-klassi B/KEE.

--------------------------------------------------