European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/619

21.2.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/619

tal-14 ta’ Frar 2024

li japprova emendi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew ta’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta (“Dunántúli / Dunántúl” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-approvazzjoni tal-emendi tal-Unjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Dunántúli / Dunántúl”, imressqa mill-Ungerija f’konformità mal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 flimkien mal-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.

(2)

Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emendi tal-Unjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), kif meħtieġ mill-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li l-emendi tal-Unjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jiġu approvati f’konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 flimkien mal-Artikolu 15(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-isem “Dunántúli / Dunántúl” (IĠP) huma b’dan approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2024.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.

(2)   ĠU C, C/2023/1213, 28.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1213/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/619/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)