<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-758/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CC0758</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:86">EU:C:2021:86</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Bobek – Kawża C‑758/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">OH (immunità minn ġurisdizzjoni)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Bobek</HT></P><P>ippreżentati fit‑<DATE ISO="20210202">2 ta’ Frar 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑758/19</HT></P><P>OH</P><P>vs</P><P>ID</P><P><HT TYPE="NORMAL">(Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Polymeles Protodikeio Athinon (il-Qorti tal-Ewwel Istanza, Ateni, il-Greċja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Talba għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 268, 270, 340 u 343 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Protokoll (Nru 7) dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 11, 17 u 19</KEYWORD><KEYWORD>Ex membru tal-Kummissjoni</KEYWORD><KEYWORD>Immunità minn ġurisdizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għal responsabbiltà mhux kuntrattwali</KEYWORD><KEYWORD>Rinunzja</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali huwa ċittadin Grieg li kien impjegat mill-Kummissjoni Ewropea bħala membru tal-persunal temporanju tagħha. Huwa serva fil-Kabinett ta’ ex Membru tal-Kummissjoni (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>konvenut<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> fil-kawża prinċipali). Wara allegatament telf ta’ fiduċja fir-relazzjoni bejn dawk iż-żewġ individwi, il-Kummissjoni ddeċidiet li ttemm il-kuntratt tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jgħid li hu sofra kemm dannu materjali kif ukoll morali bħala konsegwenza tat-tmiem tar-relazzjoni ta’ impjieg tiegħu. Huwa ppreżenta rikors (ċivili) quddiem qorti tal-ewwel istanza f’Ateni, fejn qiegħed jitlob kumpens għal dan id-dannu. B’dubji dwar il-ġurisdizzjoni tagħha fuq il-materja, dik il-qorti tal-ewwel istanza tagħmel numru ta’ domandi lill-Qorti tal-Ġustizzja. B’mod partikolari, tistaqsi dwar min għandu jkun il-konvenut proprju (il-Kummissarju preċedenti jew l-Unjoni) u quddiem liema qorti (il-qrati nazzjonali jew il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea) tali rikors għandu jiġi ppreżentat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet ta’ l-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Protokoll Nru 7<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), anness mat-Trattati tal-Unjoni, jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Fit-terrritorju ta’ kull Stat Membru u tkun xi tkun iċ-ċittadinanza tagħhom, uffiċjali u impjegati oħra ta’ l-Unjoni:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati li għandhom x’jaqsmu, min-naħa l-waħda, mar-regoli dwar ir-responsabbiltà ta’ uffiċjali u impjegati oħra lejn l-Unjoni u, min-naħa l-oħra, mal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea fi kwistjonijiet bejn l-Unjoni u l-uffiċjali u impjegati oħra tagħha, ikollhom immunità minn proċedimenti legali fir-rigward ta’ atti magħmulin minnhom fil-kapaċità uffiċjali tagħhom, inklużi kliem li jkunu qalu jew kitbu. Ikomplu jgawdu din l-immunità wara li jkunu temmew il-kariga tagħhom;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 17 tal-istess Protokoll:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Privileġġi, immunitajiet u faċilitajiet jingħataw lill-uffiċjali u l-impjegati oħra ta’ l-Unjoni unikament fl-interessi ta’ l-Unjoni.</ALINEA><ALINEA>Kull istituzzjoni ta’ l-Unjoni tkun meħtieġa li tirrinunzja għall-immunità mogħtija lil xi uffiċjal jew impjegat ieħor kull fejn dik l-istituzzjoni jidhrilha li r-rinunzja għal dik l-immunità ma tkunx kontra l-interessi ta’ l-Unjoni.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 19 tal-Protokoll Nru 7, l-Artikoli 11 u 17 tiegħu huma għalhekk applikabbli għall-Membri tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Grieg tal-Proċedura Ċivili li jikkonċernaw il-kamp ta’ applikazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali u l-immunità ġurisdizzjonali ta’ ċerti kategoriji ta’ persuni huma applikabbli għal din it-tilwima.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>B’mod iktar speċifiku, skont l-Artikolu 3(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, barranin li jgawdu minn immunità minn ġurisdizzjoni ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni Griega, ħlief f’tilwim relatat mad-drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fi proprjetà immobbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 24 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jipprovdi li ċittadini Griegi li jgawdu minn immunità ġurisdizzjonali, kif ukoll uffiċjali maħtura f’pożizzjonijiet barra mill-pajjiż, huma suġġetti għall-ġurisprudenza tal-qrati tal-post ta’ residenza tagħhom qabel tali missjoni jew, fin-nuqqas, tal-ġurisdizzjoni tal-qrati li jinsabu fil-kapitali tal-Istat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċeduri nazzjonali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20141101">1 ta’ Novembru 2014</DATE>, ir-rikorrent ingħaqad mal-Kummissjoni Ewropea bħala membru tal-persunal temporanju rreklutat skont l-Artikolu 2(ċ) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Kondizzjonijiet tal-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Skont din id-dispożizzjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>membri tal-persunal temporanju<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> jinkludu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>persunal, barra uffiċjali tal-Unjoni imqabbad biex jassisti jew persuna li għandha uffiċċju pprovdut fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jew il-President elett ta’ waħda mill-istituzzjonijiet jew organi tal-Unjoni, jew wieħed mill-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew jew il-Kumitat tar-Reġjuni, jew grupp fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>. Ara r-Regolament Nru 31 (KEE), 11 (KEFA), li jistabbilixxi ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 1962, p. 45, p. 1385), kif emendat.</P></NOTE>. Huwa kien impjegat sabiex iservi bħala Deputat Kap tal-Kabinett fl-uffiċċju tal-konvenut, li kien ġie maħtur bħala Kummissarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>F’April 2016, id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea nnotifika lir-rikorrent li r-relazzjoni ta’ impjieg tiegħu mal-Kummissjoni Ewropea kienet ser tintemm, wara perijodu ta’ notifika ta’ tliet xhur, b’effett mill-<DATE ISO="20160801">1 ta’ Awwissu 2016</DATE>, minħabba li l-konvenut kien tilef il-fiduċja fih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Bil-fehma li huwa ma kienx mogħti d-dritt għal smigħ qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni li jiġi mitmum il-kuntratt tiegħu, ir-rikorrent ressaq ilment kontra dik id-deċiżjoni skont l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal. L-ilment ġie miċħud fid-<DATE ISO="20161129">29 ta’ Novembru 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20170310">10 ta’ Marzu 2017</DATE>, ir-rikorrent ikkontesta d-deċiżjoni li ttemm il-kuntratt tiegħu quddiem il-Qorti Ġenerali, fejn allega ksur tad-dritt għal smigħ tiegħu. Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li dik l-allegazzjoni kienet fondata u annullat id-deċiżjoni kkontestata permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20190110">10 ta’ Jannar 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190110">10 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>RY vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑160/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:1">EU:T:2019:1</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Wara l-għoti ta’ dik is-sentenza, il-Kummissjoni pprovdiet lir-rikorrent il-possibbiltà li jinstema’. Fl-<DATE ISO="20190410">10 ta’ April 2019</DATE>, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni ġdida li ttemm il-kuntratt tar-rikorrent bħala membru tal-persunal temporanju. Ir-rikorrent ressaq ilment amministrattiv kontra dik id-deċiżjoni, li ġie miċħud permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="20190814">14 ta’ Awwissu 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20191202">2 ta’ Diċembru 2019</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta rikors għall-annullament tad-deċiżjoni l-ġdida li ttemm il-kuntratt tiegħu quddiem il-Qorti Ġenerali. Permezz tas-sentenza tagħha tat-<DATE ISO="20210113">13 ta’ Jannar 2021</DATE>, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P><REF.DOC.ECR><NAME.CASE>RY vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑824/19</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:6">EU:T:2021:6</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>B’mod parallel, fit-<DATE ISO="20170913">13 ta’ Settembru 2017</DATE>, ir-rikorrent beda proċeduri kontra l-konvenut quddiem il-Polymeles Protodikeio Athinon (il-Qorti tal-Ewwel Istanza, Ateni, il-Greċja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Quddiem dik il-qorti, ir-rikorrent allega li l-konvenut kien għamel dikjarazzjonijiet malafamanti dwar il-qadi inadegwat ta’ dmirijietu. Dak l-aġir allegatament ikkawża lir-rikorrent li jsofri kemm danni materjali kif ukoll danni morali. L-ewwel dannu jikkonsisti fil-paga dovuta mill-Kummissjoni Ewropea għall-perijodu bejn l-<DATE ISO="20161101">1 ta’ Novembru 2016</DATE> sal-<DATE ISO="20191031">31 ta’ Ottubru 2019</DATE>, fl-ammont totali ta’ EUR 452 299.32. Id-dannu tal-aħħar, li jirriżulta mid-dannu għar-reputazzjoni tiegħu li jfixkel il-karriera futura tiegħu fi ħdan l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, kien ikkunsidrat li jammonta għal EUR <FT TYPE="NUMBER">600000</FT> skont ir-rikorrent. Fuq dik il-bażi,<?PAGE NO="4"?> ir-rikorrent talab lill-qorti nazzjonali li tagħti sentenza provviżorjament infurzabbli li tordna lill-konvenut li jagħmel tajjeb għad-danni materjali u morali kkawżati lilu, jirtira ċertu dikjarazzjonijiet allegatament malafamanti, u jħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tinnota li r-rikors ġie ppreżentat kontra Kummissarju preċedenti li, għalkemm huwa ċittadin Grieg, għandu l-privileġġ tal-immunità minn proċeduri legali skont l-Artikolu 343 TFUE u l-Artikoli 11, 17 u 19 tal-Protokoll Nru 7. F’ċertifikat tat-<DATE ISO="20171222">22 ta’ Diċembru 2017</DATE> prodott quddiem il-qorti tar-rinviju, id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea jgħid illi: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>bħala membru tal-Kummissjoni, [il-konvenut] […] għandu immunità mill-proċeduri legali fir-rigward ta’ atti mwettqa minnu fil-kapaċità uffiċjali tiegħu, inkluż kliemu bil-fomm jew bil-miktub, skont l-Artikoli 11 u 19 tal-[Protokoll Nru 7]. Immunità tista’ tiġi rrinunzjata mill-Kulleġġ tal-Kummissarji fuq talba ta’ qorti nazzjonali, sakemm ir-rinunzja ta’ tali immunità ma tkunx kuntrarja għall-interessi tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fuq dak l-isfond, b’dubji dwar l-interpretazzjoni proprja tar-regoli rilevanti tal-Unjoni, il-Polymeles Protodikeio Athinon (il-Qorti tal-Ewwel Istanza, Ateni) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>(1)</NO.P><TXT>Il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>immunità minn proċedimenti legali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> u ta’ ‘immunità imsemmija fl-Artikolu 11 [tal-Protokoll Nru 7], kif ifformulati u fir-rigward tal-għan intiż tagħhom, huma ekwivalenti?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>L-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>immunità minn proċedimenti legali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>’/<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>immunità<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> imsemmija fl-Artikolu 11 tinkludi u tkopri, minbarra l-kawżi kriminali, anki l-kawżi ċivili li jiġu ppreżentati fil-konfront ta’ membri tal-Kummissjoni minn partijiet terzi li jkunu ġarrbu dannu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>L-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>immunità minn proċedimenti legali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/>/<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>immunità<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> ta’ Kummissarju tista’ tiġi rrevokata anki fil-kuntest ta’ kawża ċivili fil-konfront tiegħu, bħall-kawża ppreżentata f’dan il-każ? Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, min għandu jiftaħ il-proċedura ta’ revoka?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Il-qrati tal-Unjoni Ewropea għandhom ġurisdizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni ta’ azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali fil-konfront ta’ Kummissarju, bħall-kawża ppreżentata ppreżentata f’dan il-każ?<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet bil-miktub ġew ippreżentati mir-rikorrent, mill-konvenut u mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, il-kwistjoni ċentrali ta’ dan il-każ tinsab fir-raba’ domanda: min hu l-leġittimu konvenut u x’inhu l-forum proprju f’każ fejn membru tal-persunal preċedenti ta’ istituzzjoni tal-Unjoni jitlob danni allegatament ikkawżati mill-aġir ta’ membru preċedenti ta’ dik l-istituzzjoni. Jien għalhekk ser nibda b’dik id-domanda. Wara ser indur għall-ewwel tliet domandi preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju, f’ġieħ il-kompletezza peress li r-risposta proposta tiegħi għar-raba’ domanda tagħmel risposti għad-domandi l-oħra superfluwi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-raba’ domanda</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Bir-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandhiex ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ rikors għal responsabbiltà mhux kuntrattwali, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kontra Kummissarju preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Id-domanda tgħaqqad flimkien żewġ kwistjonijiet distinti: l-identità tal-konvenut u tal-forum. Kontra <HT TYPE="ITALIC">min</HT> għandu r-rikorrent iressaq proċeduri sabiex ifittex kumpens għad-dannu allegat (il-Kummissarju preċedenti jew l-Unjoni Ewropea), u <HT TYPE="ITALIC">quddiem liema qorti</HT> għandu jagħmel dan (il-qrati nazzjonali jew il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea). Barra minn hekk, fil-fatt hemm it-tielet kwistjoni, marbuta ma’, jew anki li tippreċedi l-ewwel żewġ kwistjonijiet, li mingħajrha l-mistoqsija relatata mal-identità tal-konvenut u tal-forum ma tistax tiġi evalwata, iżda li ma hijiex qiegħda tissemma: x’inhu eżattament l-att li kellu jikkawża d-dannu lir-rikorrent? Liema hu l-<HT TYPE="ITALIC">iżball</HT> speċifiku li għalih qiegħed jiġi mfittex id-dannu?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>F’din it-taqsima, jien ser nibda bil-kwistjoni li jiġi identifikat il-konvenut proprju fir-rigward ta’ dak li jidher li huwa l-att żbaljat li kellu jikkawża d-dannu lir-rikorrent (1). Ladarba n-natura tal-iżball, u għalhekk il-konvenut proprju, ikunu identifikati, il-forum proprju għal tali rikors ikun ċar (2).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-konvenut</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 11 tal-Protokoll Nru 7, fit-territorju ta’ kull Stat Membru, uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni għandhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>immunità minn proċedimenti legali fir-rigward ta’ atti magħmulin minnhom fil-kapaċità uffiċjali tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. Dik l-immunità tkompli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>wara li jkunu temmew il-kariga tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. Dik id-dispożizzjoni hija applikabbli għall-Membri tal-Kummissjoni permezz tal-Artikolu 19 tal-Protokoll Nru 7.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Għalhekk, fir-rigward ta’ atti mwettqa <HT TYPE="ITALIC">fil-kapaċità uffiċjali tagħhom</HT>, membri tal-persunal (u l-Kummissarji) ma jistgħux, mingħajr rinunzja mill-istituzzjoni tal-Unjoni rilevanti, ikunu suġġetti għal proċeduri legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, ir-rekwiżit li l-att inkwistjoni jitwettaq f’kapaċità uffiċjali jirreferi għal dawk l-atti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>li, permezz ta’ relazzjoni interna u diretta, huma estensjoni neċessarja tal-kompiti fdati lill-istituzzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19690710">10 ta’ Lulju 1969</DATE>, <NAME.CASE>Sayag u Zurich</NAME.CASE> (<NO.CASE>9/69</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1969:37">EU:C:1969:37</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fi kliem ieħor, l-Artikolu 11 tal-Protokoll Nru 7 jirreferi għall-atti li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>min-natura tagħhom, jirrappreżentaw parteċipazzjoni tal-persuna li tisħaq immunità fit-twettiq tal-kompiti tal-istituzzjoni li għaliha tappartjeni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Gand fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Sayag u Zurich</NAME.CASE> (<NO.CASE>9/69</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1969:31">EU:C:1969:31</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, p. 338).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-immunità hija limitata <HT TYPE="ITALIC">funzjonalment</HT>. Għandu jkun hemm livell raġonevoli ta’ prossimità (relazzjoni diretta) bejn il-kompiti fdati lill-istituzzjonijiet u t-tip ta’ aġir jew l-att tal-uffiċjal tal-Unjoni. Madankollu, ladarba dak ir-rekwiżit ikun issodisfatt, l-immunità li jgawdi minnha tkopri atti indipendentement minn kwalunkwe qasam tal-liġi (kriminal, amministrattiv, ċivil, jew kwalunkwe ieħor), u indipendentement minn jekk dawk l-atti humiex fil-fatt legali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Junqueras Vies</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑502/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1115">EU:C:2019:1115</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070912">12 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Nikolaou vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑259/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:254">EU:T:2007:254</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0162">162</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0185">185</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0188">188</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0192">192</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0199">199</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0208">208</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0209">209</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs RQ</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑831/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1143">EU:C:2019:1143</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Hogan fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Auditors vs Pinxten</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑130/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1052">EU:C:2020:1052</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, kif iċċarat mir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE u mill-Artikolu 11<?PAGE NO="6"?> tal-Protokoll Nru 7, membri tal-persunal (temporanju) li jkunu aġixxew illegalment jistgħu jkunu responsabbli fil-konfront tal-Unjoni u għalhekk suġġetti għal proċeduri relatati skont l-Artikolu 22 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 11 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Lil hinn minn din id-demarkazzjoni ġenerali, il-mistoqsija dwar jekk att speċifiku kienx twettaq f’kapaċità uffiċjali minn membru tal-persunal tiddependi ħafna skont il-każ inkwistjoni. Jidher ċar li <HT TYPE="ITALIC">l-post tat-twettiq</HT> ma tantx huwa deċiżiv: is-sempliċi fatt li att jitwettaq fuq il-post tax-xogħol ta’ istituzzjoni tal-Unjoni, waqt missjoni uffiċjali, jew fil-kuntest ta’ avveniment relatat max-xogħol ma huwiex, fih innifsu, biżżejjed sabiex jiġi stabbilit li twettaq f’kapaċità uffiċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19690710">10 ta’ Lulju 1969</DATE>, <NAME.CASE>Sayag u Zurich</NAME.CASE> (<NO.CASE>9/69</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1969:37">EU:C:1969:37</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900322">22 ta’ Marzu 1990</DATE>, <NAME.CASE>Le Pen u Front National</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑201/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:133">EU:C:1990:133</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L-istess huwa minnu fir-rigward ta’ pereżempju, dikjarazzjonijiet malafamanti jew inġurjużi magħmula minn membru tal-persunal tal-Unjoni kontra persuna oħra, jew forom ta’ fastidju psikoloġiku jew sesswali, jew ksur ta’ regolamenti lokali dwar is-saħħa u s-sigurtà pubblika, li kollha jistgħu jiġu misħuqa bħala neċessarji għall-eżerċizzju effettiv tal-attività tiegħu. Madankollu, il-fatt li tali avvenimenti sfortunati kapaċi jseħħu fil-post tax-xogħol u jinvolvu l-kollegi jew kollaboraturi ċertament ma jfissirx li dawn awtomatikament jitwettqu f’kapaċità uffiċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-uniku kriterju jibqa’ <HT TYPE="ITALIC">r-rabta mill-qrib</HT> mal-kompiti fdati lill-istituzzjonijiet: fi kliem sempliċi, test ta’ prossimità. Fil-fatt, rabta maħlula u purament kontinġenti bejn l-atti mwettqa u l-eżekuzzjoni tad-dmirijiet uffiċjali mill-membri tal-persunal inkwistjoni ma jistgħux ikunu biżżejjed sabiex jiskattaw l-immunità minn ġurisdizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>F’dan is-sens, b’analoġija, ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110906">6 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Patriciello</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑163/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:543">EU:C:2011:543</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L-immunità ġurisdizzjonali hija biss iggarantita għal atti li jsibu r-<HT TYPE="ITALIC">raison d’être</HT> tagħhom fil-funzjonijiet uffiċjali attribwiti lill-membru tal-persunal inkwistjoni, mhux għal atti li setgħu wkoll twettqu f’kuntest ieħor, mhux uffiċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fil-livell ta’ <HT TYPE="ITALIC">proċedura</HT>, tkun il-qorti nazzjonali li quddiemha tressqet it-tilwima (jew kwalunkwe organu nazzjonali kompetenti ieħor) li għandha teżamina l-fatti rilevanti sabiex tiddetermina jekk att partikolari ta’ membru tal-persunal kienx twettaq fil-kapaċità uffiċjali tiegħu jew tagħha. Huwa minnu li l-evalwazzjoni tista’ ma tkunx dejjem sempliċi, peress li tirrikjedi ċertu tagħrif tal-kompetenzi u tal-funzjonament intern tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Madankollu, f’każijiet meta tali kwistjoni hija pendenti quddiem qorti nazzjonali, jew fl-aħħar tasal quddiemha fuq stħarriġ ġudizzjarju, tista’ dejjem issir talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE għall-finijiet ta’ interpretazzjoni tal-Artikolu 11 tal-Protokoll Nru 7<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110906">6 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Patriciello</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑163/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:543">EU:C:2011:543</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Konformità mill-awtoritajiet nazzjonali mar-regoli stabbiliti fil-Protokoll Nru 7 tista’ fl-aħħar tasal għand il-Qorti tal-Ġustizzja indirettament, permezz ta’ proċeduri ta’ ksur skont l-Artikoli 258 sa 260 TFUE: ara, b’analoġija, id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201215">15 ta’ Diċembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Junqueras i Vies vs Il‑Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑24/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:601">EU:T:2020:601</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0084">84</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Madankollu, fil-kuntest ta’ dan il-każ, il-parti l-kbira ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet jidhru kemxejn ipotetiċi, għal żewġ raġunijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, minħabba l-fatti tal-każ kif stabbiliti mill-qorti tar-rinviju, il-kwistjoni dwar jekk l-atti tal-konvenut ġewx imwettqa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>f’kapaċità uffiċjali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> hija improbabbli li mqar titqajjem f’dawn il-proċeduri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fil-fatt, wara d-dikjarazzjonijiet magħmula mill-qorti tar-rinviju, u f’dan ir-rigward ikkonfermati mis-sottomissjonijiet tar-rikorrent, id-dannu allegat mir-rikorrent <HT TYPE="ITALIC">isegwi</HT> mill-fatt li r-relazzjoni ta’ impjieg tiegħu kienet ġiet mitmuma. Għalhekk, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li<?PAGE NO="7"?> ttemm il-kuntratt tar-rikorrent tidher li hija l-avveniment li huwa kkunsidrat li kkawża d-dannu allegat. Il-Kummissarju kien ċertament jipprovdi input għall-proċess li wassal għat-tkeċċija tar-rikorrent, iżda d-deċiżjoni finali għal dan il-għan ġiet adottata fis‑<DATE ISO="20160427">27 ta’ April 2016</DATE> mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u Sigurtà tal-Kummissjoni. Fil-fatt, kif il-Qorti Ġenerali osservat tajjeb fis-sentenza tagħha fil-każ imressaq mir-rikorrent, minkejja t-telf tal-fiduċja reċiproka bejn iż-żewġ individwi, il-Kummissjoni setgħet għażlet li tadotta miżuri oħra barra t-tkeċċija, bħall-assenjazzjoni tar-rikorrent għal pożizzjoni oħra fil-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190110">10 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>RY vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑160/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:1">EU:T:2019:1</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, investigazzjoni dwar jekk l-atti tal-konvenut kinux adottati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>fil-kapaċità uffiċjali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> tiegħu jew le kienet tkun rilevanti kieku d-dannu kien jirriżulta minn, jew kien attribwibbli <HT TYPE="ITALIC">direttament</HT>, għal dawk l-atti. Madankollu, fil-każ preżenti, il-katina ta’ avvenimenti hija differenti: id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ttemm il-kuntratt tar-rikorrent isseħħ bejn l-aġir tal-Kummissarju, minn naħa waħda, u l-allegat dannu, min-naħa l-oħra, hekk li tikser ir-rabta kawżali diretta bejn dawn it-tnejn. Jidher li l-aġir li lmenta dwaru l-konvenut ma huwiex il-kawża diretta u determinanti tad-dannu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Unjoni, għandu jkun hemm rabta kawżali diretta bejn l-att żbaljat u d-dannu sabiex tiskatta r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni (wieħed jista’ madankollu jassumi li dik il-kundizzjoni hija l-istess fil-parti l-kbira tal-ordinamenti ġuridiċi oħrajn, inkluż nazzjonali): ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190905">5 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>L‑Unjoni Ewropea vs Guardian Europe u Guardian Europe vs L‑Unjoni Ewropea</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑447/17 P u C‑479/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:672">EU:C:2019:672</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fil-qosor, il-katina ta’ avvenimenti tidher li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>it-telf ta’ fiduċja mistqarra mill-Kummissarju – id-deċiżjoni tal-Kummissjoni – l-allegat dannu<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>. Ma tidhirx li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>l-allegat att żbaljat tal-Kummissarju – l-allegat dannu<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. Fi ħdan tali xenarju, ma huwiex ċar għalija għaliex hemm ħtieġa li jiġi diskuss il-kamp ta’ applikazzjoni tal-immunità li l-konvenut igawdi minnha, jekk l-att li kkawża l-allegat dannu (kemm materjali – id-dħul mitluf mill-Kummissjoni, kif ukoll morali – l-impatt għar-reputazzjoni tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Kif stabbilit iktar ’il fuq fil-punt 16 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>) huwa fil-fatt deċiżjoni uffiċjali ta’ istituzzjoni tal-Unjoni, jiġifieri l-Kummissjoni. F’tali ċirkustanzi, il-konvenut proprju huwa biċ-ċar l-awtur tal-att tal-aħħar, jiġifieri l-Kummissjoni (jew pjuttost l-Unjoni rappreżentata mill-Kummissjoni).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>It-tieni nett, anki jekk nassumu li investigazzjoni dwar in-natura tal-atti tal-konvenut tkun fil-fatt neċessarja għall-qorti nazzjonali biex tiddeċiedi l-każ, li fuq il-bażi tal-ewwel punt deskritt fil-qosor hawn fuq ma jidhirx illi huwa l-każ, jidher kemxejn ċar li dawk l-atti kienu twettqu mill-konvenut fil-kapaċità uffiċjali tiegħu. Fil-fatt, xejn fit-talba għal deċiżjoni preliminari jew fis-sottomissjoni tar-rikorrent ma jissuġġerixxi li l-allegat dannu jirriżulta minn atti li ma humiex direttament konnessi mal-eżerċizzju tal-funzjonijiet uffiċjali tal-konvenut (ta’ dak iż-żmien) bħala Kummissarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fil-fatt, jidher li l-oppost huwa veru. L-allegat dannu jidher li jirriżulta, essenzjalment, mill-fatt li r-relazzjoni ta’ impjieg ġiet mitmuma minħabba li l-konvenut stqarr li tilef il-fiduċja fir-rikorrent. Il-bażi li fuqha r-rikorrent qiegħed ifittex kumpens għal dannu materjali u morali, u l-ammonti ta’ dan, turi biċ-ċar illi l-ebda dannu ma huwa allegat li rriżulta minn atti li huma separabbli mit-tmiem tal-impjieg tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, id-deċiżjoni li jiġi mitmum il-kuntratt tar-rikorrent, jekk jitqies li hemm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>deċiżjoni personali<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> preċedenti u separata tal-Kummissarju li tista’ tidher bħala distinta mid-deċiżjoni uffiċjali tal-Kummissjoni li ttieħdet wara u li fil-fatt temmet il-kuntratt, <HT TYPE="ITALIC">quid non</HT>, fi kwalunkwe każ taqa’ eżatt taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>atti mwettqa f’kapaċità uffiċjali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar illi r-rikorrent kien ġie impjegat, bħala membru tal-persunal temporanju tal-Kummissjoni, sabiex iservi fil-Kabinett ta’ Kummissarju. Kif qalet sew il-Qorti Ġenerali fis-sentenza mogħtija fl-ewwel proċedura mressqa mir-rikorrent, Membru tal-Kummissjoni għandu Kabinett li jinkludi membri tal-persunal li huma l-konsulenti personali tiegħu. Dawk il-konsulenti huma maħtura <HT TYPE="ITALIC">intuitu personae</HT>, jiġifieri b’mod li huwa fil-parti l-kbira diskrezzjonali, b’dawk ikkonċernati magħżula kemm għall-kwalitajiet professjonali kif ukoll personali tagħhom u għall-abbiltà tagħhom li jadattaw għall-metodi ta’ ħidma speċifiċi għall-Membru tal-Kummissjoni kkonċernat u dawk tal-kabinett kollu tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190110">10 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>RY vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑160/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:1">EU:T:2019:1</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Fl-istess sentenza, il-Qorti Ġenerali kompliet tgħid li d-diskrezzjoni wiesgħa tal-Membru tal-Kummissjoni biex jagħżel il-persunal tiegħu hija ġġustifikata b’mod partikolari min-natura speċifika tad-dmirijiet imwettqa fil-kabinett ta’ Membru tal-Kummissjoni, u bil-bżonn li jinżammu relazzjonijiet ta’ fiduċja reċiproka bejn il-Membru tal-Kummissjoni u l-persunal tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Naqbel. Kummissarju għandu jkollu diskrezzjoni wiesgħa meta jagħżel il-persunal li għandu jservi fil-Kabinett tiegħu jew tagħha. L-abbiltà tagħhom li jimpjegaw persunal temporanju billi jagħżlu individwi li fihom jistgħu jafdaw u, bl-istess loġika, l-abbiltà tagħhom li jtemmu kuntratt ta’ impjieg ta’ individwu meta dik ir-relazzjoni ta’ fiduċja tispiċċa, hija kruċjali għat-twettiq effettiv tad-dmirijiet tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-fatt li l-konvenut iddeċieda li huwa ma kienx għad għandu bżonn is-servizzi tar-rikorrent, u li ġġustifika din id-deċiżjoni bit-telf tal-fiduċja fir-rikorrent, huwa att imwettaq mill-konvenut fil-kapaċità uffiċjali tiegħu. Hemm rabta diretta u ċara bejn dak l-att u l-eżekuzzjoni tal-Kummissarju tal-kompiti fdati lilu bħala Membru tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fil-qosor, għall-atti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fl-assenza ta’ rinunzja mill-Kummissjoni, il-konvenut ma jistax jiġi mħarrek b’mod validu quddiem il-qorti tar-rinviju. Fil-fatt, fid-dawl tal-immunità li jgawdi permezz tal-Artikolu 11 tal-Protokoll Nru 7, għal tali atti, <HT TYPE="ITALIC">il-konvenut, fil-kapaċità personali tiegħu</HT>, ma seta’ jiġi mħarrek mir-rikorrent quddiem <HT TYPE="ITALIC">ebda</HT> qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Madankollu, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, hija l-<HT TYPE="ITALIC">Unjoni</HT> li għandha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>tagħmel tajjeb għal kull dannu kkaġunat mill-istituzzjonijiet tagħha jew mill-impjegati tagħha fit-twettiq ta’ dmirijiethom<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>. Kif il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat sa mill-1969, fir-rigward ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, it-Trattati jipprovdu għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>sistema uniformi<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> fil-kumpens għad-dannu kkaġunat mill-istituzzjonijiet tagħha <HT TYPE="ITALIC">u</HT> mill-aġenti tagħha fit-twettiq ta’ dmirijiethom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19690710">10 ta’ Lulju 1969</DATE>, <NAME.CASE>Sayag u Zurich</NAME.CASE> (<NO.CASE>9/69</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1969:37">EU:C:1969:37</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0005">5</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Għalhekk, individwu bħar-rikorrent ċertament ma huwiex imċaħħad mill-possibbiltà li jikseb kumpens quddiem awtorità ġudizzjarja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Fil-fatt, kif il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja osservat fl-Opinjoni Konsultattiva tagħha tad‑<DATE ISO="19990429">29 ta’ April 1999</DATE> dwar <HT TYPE="ITALIC">Difference Relating to Immunity from Legal Process of a Special Rapporteur of the Commission on Human Rights</HT> (Rapporti tal-QIĠ, 1999, p. 62, punt 66), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>il-kwistjoni tal-immunità minn proċess legali hija distinta mill-kwistjoni tal-kumpens għal kwalunkwe ħsara mġarrba bħala riżultat ta’ atti mwettqa min-Nazzjonijiet Uniti jew mill-aġenti tagħha li jaġixxu fil-kapaċità uffiċjali tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</P></NOTE>. Madankollu, f’rikors ibbażat fuq responsabbiltà mhux kuntrattwali għal atti bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-konvenuta proprja hija l-Unjoni, irrappreżentata mill-istituzzjoni tal-Unjoni li l-kondotta tagħha allegatament ikkawżat id-dannu allegatament sostnut<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181213">13 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>L‑Unjoni Ewropea vs Kendrion</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑150/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1014">EU:C:2018:1014</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-qorti li għandha ġurisdizzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Il-konklużjoni stabbilita hawn fuq diġà tipprovdi risposta għat-tieni punt imqajjem mir-raba’ domanda preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju. Fil-fatt skont l-Artikolu 268 TFUE, rikors bħal dak ippreżentat mir-rikorrent fil-kawża prinċipali għandu jitressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Kif il-Qorti tal-Ġustizzja qalet b’mod konsistenti, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>ġurisdizzjoni esklużiva<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> fir-rigward ta’ rikorsi għal responsabbiltà mhux kuntrattwali kontra l-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880927">27 ta’ Settembru 1988</DATE>, <NAME.CASE>Asteris <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑106/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:457">EU:C:1988:457</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100729">29 ta’ Lulju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Hanssens‑Ensch</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑377/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:459">EU:C:2010:459</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Qrati nazzjonali – bħalma hija l-qorti tar-rinviju – għalhekk ma għandhom l-ebda ġurisdizzjoni fuq dawn it-tipi ta’ rikorsi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19790213">13 ta’ Frar 1979</DATE>, <NAME.CASE>Granaria</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑101/78</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:38">EU:C:1979:38</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880927">27 ta’ Settembru 1988</DATE>, <NAME.CASE>Asteris <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑106/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:457">EU:C:1988:457</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-fatt li l-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola rikors għad-danni tista’ tipprevedi regoli speċjali f’ċerti sitwazzjonijiet (pereżempju, meta d-dannu jirriżulta minn kondotta kriminali) ma jistax iqajjem dubju dwar din il-konklużjoni inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100729">29 ta’ Lulju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Hanssens‑Ensch</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑377/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:459">EU:C:2010:459</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Madankollu, ma nistax ma nosservax li hemm kap ta’ ġurisdizzjoni ieħor li jista’ jkun rilevanti għal din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>L-Artikolu 270 TFUE jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>[i]l-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea hi kompetenti tiddeċiedi kull tilwima bejn l-Unjoni u l-aġenti tagħha, fil-limiti u taħt il-kondizzjonjijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta’ l-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-oħra ta’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. Din id-dispożizzjoni b’mod partikolari tipprovdi wkoll għall-ġurisdizzjoni <HT TYPE="ITALIC">esklużiva</HT> tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Fl-applikazzjoni tal-Artikolu 270 TFUE, l-Artikolu 91(1) tar-Regolamenti tal-Persunal – li sar applikabbli għal membru tal-persunal temporanju permezz tal-Artikolu 46 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – jgħid: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>[i]l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollu ġurisdizzjoni f’kull tilwima bejn l-Unjoni u kull persuna li għaliha japplikaw dawn ir-Regolamenti tal-Persunal dwar il-legalità ta’ att li jaffettwa ħażin lit-tali persuna […]. F’tilwim ta’ karattru finanzjarju, il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollu ġurisdizzjoni mingħajr limitu<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja saħqet b’mod konsistenti li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>tilwima bejn uffiċjal u l-istituzzjoni li minnha jiddependi taqa’, meta toriġina fir-rabta ta’ impjieg li tgħaqqad il-persuna kkonċernata mal-istituzzjoni, fl-Artikolu 270 TFUE u fl-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal, anki jekk din hija rikors għad-danni<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Eżami mill-ġdid Missir Mamachi di Lusignano vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑417/14 RX‑II</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:588">EU:C:2015:588</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fuq dan l-isfond, jidhirli li, fuq il-fatti kif ippreżentati mill-qorti tar-rinviju, din id-dispożizzjoni tista’ tassew tapplika għal din il-kawża, peress li r-rikorrent kien impjegat bħala membru tal-persunal temporanju tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 2(ċ) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara, iktar ’il fuq, il-punt 9 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Ir-rikorrent qiegħed fil-fatt jikkontesta l-legalità tad-deċiżjoni tal-Kumissjoni li ttemm il-kuntratt ta’ impjieg tiegħu, u indirettament l-aġir ta’ Membru preċedenti<?PAGE NO="10"?> tal-Kummissjoni li wassal għall-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni, u jfittex kumpens finanzjarju għad-danni allegatament subiti bħala riżultat ta’ hekk. Fil-qosor, din it-tilwima hija ta’ natura finanzjarja, u toriġina mir-relazzjoni ta’ impjieg bejn ir-rikorrent u l-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Il-kawża hija, għalhekk, simili għal kawżi preċedenti li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li rikorsi ppreżentati minn membri tal-persunal attwali jew preċedenti, li jfittxu li istituzzjoni tinżamm responsabbli għal ċertu aġir żbaljat u tiġi ordnata biex tħallas somma, fejn it-tilwima toriġina mir-relazzjoni ta’ impjieg bejn il-persuna kkonċernata u l-istituzzjoni, jaqgħu <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> fi ħdan il-kamp tal-applikazzjoni tal-Artikolu 270 TFUE u tal-Artikolu 91(1) tar-Regolamenti tal-Persunal<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Eżami mill-ġdid Missir Mamachi di Lusignano vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑417/14 RX‑II</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:588">EU:C:2015:588</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Huwa kemxejn sorprendenti li r-rikorrent ma ressaqx talba għal kumpens għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali quddiem il-Qorti Ġenerali, flimkien ma’ jew b’mod parallel mar-rikorsi tiegħu li jfittxu l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jtemmu l-kuntratt tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara, iktar ’il fuq, punti 12 u 14 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. It-talbiet imressqa fiż-żewġ proċeduri jidhru li huma relatati. Fis-sistema tar-rimedji ġudizzjarji tal-Unjoni, il-ġurisdizzjoni fuq talba ta’ prijorità (pereżempju, annullament ta’ att illegali) normalment timplika ġurisdizzjoni fuq kwalunkwe talba addizzjonali li tirriżulta mill-istess att jew mill-istess fatt (pereżempju, danni li jirriżultaw mill-att żbaljat)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Bl-istess mod, l-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Wathelet fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Missir Mamachi di Lusignano vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑417/14 RX‑II</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:593">EU:C:2015:593</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Huwa għalhekk fil-kuntest ta’ dawk il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali li r-rikorrent seta’ validament qajjem kwalunkwe kwistjoni li seta’ kellu kontra kwalunkwe fatt li ppreċeda t-tkeċċija tiegħu, inkluż kull att ta’ natura preparatorja (inklużi dawk imwettqa mill-konvenut).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Fl-aħħar, huwa ċar illi rikors għal responsabbiltà mhux kuntrattwali, bħal dak ippreżentat mir-rikorrent quddiem il-qorti tar-rinviju, irrispettivament minn jekk huwiex ibbażat fuq l-Artikoli 268 u 340 TFUE jew fuq l-Artikolu 270 TFUE, għandu jiġi dirett kontra l-Unjoni Ewropea u jiġi ppreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Madankollu, issa ser indur għad-domandi preliminari l-oħra, li jistgħu jiġu risposti fil-qosor, u biss għall-finijiet ta’ kompletezza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel domanda</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk it-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>immunità minn proċeduri legali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>ετεροδικία<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>eterodikia<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>) u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>immunità<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>ασυλία<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>asylia<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>), inklużi fl-Artikolu 11(a) tal-verżjoni Griega tal-Protokoll Nru 7, għandhomx l-istess tifsira.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Din id-domanda saret fid-dawl tal-argumenti mressqa mir-rikorrent fil-kawża prinċipali. Huwa argumenta li, fid-dawl taż-żewġ espressjonijiet użati fid-dispożizzjoni inkwistjoni, Kummissarju <HT TYPE="ITALIC">preċedenti</HT> ma jgawdix minn immunità sħiħa tal-ġurisdizzjoni, iżda waħda kemxejn iktar limitata. Fil-fehma tiegħu, din l-aħħar forma ta’ immunità ma tistax, skont il-liġi nazzjonali (speċjalment l-Artikolu 3(2) tal-Kodiċi Grieg tal-Proċedura Ċivili), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>tipproteġi<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> lill-konvenut minn proċeduri miġjuba quddiem qrati nazzjonali meta d-dannu jirriżulta minn reat kriminali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Dawn l-argumenti huma bla bażi. Kif il-konvenut u l-Kummissjoni josservaw korrettement fis-sottomissjonijiet tagħhom, id-dubji tal-qorti nazzjonali huma sempliċement minħabba l-verżjoni Griega tal-Protokoll Nru 7 għall-Grieg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-ħtieġa ta’ interpretazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni tagħmel impossibbli għat-test ta’ dispożizzjoni li jiġi kkunsidrat waħdu, iżda tirrikjedi, għall-kuntrarju, li jiġi interpretat u applikat fid-dawl tal-verżjonijiet eżistenti fil-lingwi uffiċjali l-oħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170427">27 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Onix Asigurări</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑559/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:316">EU:C:2017:316</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>, u b’riferiment għall-għan u għall-iskema ġenerali tar-regoli li minnhom jifforma parti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070419">19 ta’ April 2007</DATE>, <NAME.CASE>Profisa</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑63/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:233">EU:C:2007:233</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, paragun sempliċi tal-verżjonijiet lingwistiċi differenti tal-Protokoll jindika li ż-żewġ termini huma intiżi li jkollhom l-istess tifsira. Wieħed jista’ jqabbel il-verżjoni Griega ma’, pereżempju, il-verżjoni Spanjola (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>inmunidad de jurisdicción/dicha inmunidad<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>), Ġermaniża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>Befreiung von der Gerichtsbarkeit/diese Befreiung<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>), Ingliża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>immune from legal proceedings/this immunity<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>), Franċiża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>immunité de jurisdiction/cette immunité<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>), jew Taljana (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>immunità di giurisdizione/questa immunità<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>L-għan u l-kuntest tad-dispożizzjoni wkoll jikkonfermaw dan il-qari. L-ewwel sentenza tal-Artikolu 11(a) tal-Protokoll Nru 7 tistabbilixxi l-iskop <HT TYPE="ITALIC">materjali</HT> tal-immunità, filwaqt li t-tieni sentenza tirregola l-iskop <HT TYPE="ITALIC">temporali</HT> tagħha. Fiż-żewġ każijiet, hija l-<HT TYPE="ITALIC">istess</HT> immunità, bl-istess skop.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-ewwel domanda għandha tiġi risposta fis-sens li t-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>immunità minn proċeduri legali<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>ετεροδικία<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>eterodikia<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>) u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>immunità<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>ασυλία<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>asylia<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>), inklużi fl-Artikolu 11(a) tal-verżjoni Griega tal-Protokoll Nru 7 għandhom l-istess tifsira.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">It-tieni domanda</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tfittex li tkun taf jekk l-immunità minn proċeduri legali stabbilita fl-Artikolu 11 tal-Protokoll Nru 7 tinkludix ukoll, flimkien ma’ prosekuzzjonijiet kriminali, talbiet ċivili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Ir-risposta għal din id-domanda hija wkoll sempliċi: kif argumentaw il-konvenut u l-Kummissjoni (u kuntrarjament għal dak li sostna r-rikorrent), l-immunità mogħtija mill-Artikolu 11 <HT TYPE="ITALIC">testendi</HT> għal talbiet ċivili. Qari testwali, sistematiku u teleoloġiku ta’ din id-dispożizzjoni jsostni dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-formulazzjoni tad-dispożizzjoni tapplika biċ-ċar fir-rigward ta’ (kwalunkwe) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>proċedimenti legali fir-rigward ta’ atti magħmulin minnhom fil-kapaċità uffiċjali tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>. Ma hemmx limitazzjoni, fit-test tad-dispożizzjoni, rigward it-tip jew natura (ċivili, kriminali, amministrattiva jew, f’dak il-każ, kwalunkwe ieħor) tal-proċeduri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>It-tieni nett, kunċett wiesa’ ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>immunità<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> huwa konsistenti mar-raġunament tad-dispożizzjoni, u iktar ġeneralment man-natura funzjonali tal-prerogattivi speċjali stabbiliti fil-Protokoll Nru 7. Dawn il-prerogattivi speċjali huma intiżi sabiex jiżguraw li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkollhom protezzjoni sħiħa u effettiva kontra xkiel jew riskji għall-funzjonament tajjeb kif ukoll l-indipendenza tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Junqueras Vies</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑502/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1115">EU:C:2019:1115</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. B’mod iktar speċifiku, kif isegwi mill-Artikolu 17 tal-Protokoll<?PAGE NO="12"?> Nru 7, uffiċjali u aġenti oħra tal-Unjoni jingħataw privileġġi, immunitajiet u faċilitajiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/><HT TYPE="ITALIC">unikament</HT> fl-interessi ta’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Enfasi tiegħi. Din id-dispożizzjoni hija espressjoni tal-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 343 TFUE, li skontha l-Unjoni għandha tgawdi l-privileġġi u l-immunitajiet li huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>meħtieġa għat-twettieq tad-doveri tagħha<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>.</P></NOTE>. Privileġġi u immunitajiet huma, fi kliem ieħor, mogħtija sabiex jippermettu lill-persunal tal-Unjoni jwettaq il-funzjonijiet tiegħu effettivament u mingħajr interferenza esterna, u mingħajr ma jkollu għalfejn jibża’ minn prosekuzzjoni għall-atti li jwettaq fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Gand fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Sayag u Zurich</NAME.CASE> (<NO.CASE>9/69</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1969:31">EU:C:1969:31</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, p. 339), u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Marra</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑200/07 u C‑201/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:369">EU:C:2008:369</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Jekk dan huwa minnu, ma hemm l-ebda dubju li l-eżekuzzjoni xierqa tal-kompiti tal-persunal tal-Unjoni tista’ tiġi mfixkla mhux biss minn proċeduri kriminali, iżda wkoll minn kwistjonijiet amministrattivi, jew proċeduri ċivili (inkluż rikorsi għal responsabbiltà mhux kuntrattwali, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>proċeduri legali<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, li jinsab fl-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 (li jikkonċerna l-immunità tal-membri tal-Parlament Ewropew) bħala li jipprekludi wkoll proċeduri ċivili<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081021">21 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Marra <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑200/07 u C‑201/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:579">EU:C:2008:579</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110906">6 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Patriciello</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑163/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:543">EU:C:2011:543</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Bl-istess mod, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jääskinen fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Patriciello</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑163/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:379">EU:C:2011:379</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>): <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>tkopri t-tipi kollha ta’ responsabbiltà legali, b’mod partikolari r-responsabbiltà kriminali u ċivili<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>.</P></NOTE>. Minħabba l-formulazzjoni u l-għan simili taż-żewġ dispożizzjonijiet, ma tantx ikun konċepibbli li dan it-terminu jingħata interpretazzjoni differenti meta użat fl-Artikolu 11 tal-istess Protokoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, nosserva li l-interpretazzjoni proposta tal-Artikolu 11 tal-Protokoll Nru 7 hija konsistenti wkoll mal-Artikolu 31(1) tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar Relazzjonijiet Diplomatiċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Konkluża fi Vjenna fit‑<DATE ISO="19610418">18 ta’ April 1961</DATE>, u daħlet fis-seħħ fl‑<DATE ISO="19640424">24 ta’ April 1964</DATE> (Nazzjonijiet Uniti, Serje ta’ Trattati, Vol. 500, p. 95). Minkejja li din il-konvenzjoni tapplika biss għall-Istati, ġeneralment huwa kkunsidrat li organizzazzjonijiet internazzjonali wkoll għandhom igawdu immunitajiet simili: ara, pereżempju, Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, <DATE ISO="19990218">18 ta’ Frar 1999</DATE>, Waite u Kennedy vs Il‑Ġermanja (CE:ECHR:1999:0218JUD002608394, punt 63), u <DATE ISO="20130627">27 ta’ Ġunju 2013</DATE>, Stichting Mothers of Srebrenica <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Pajjiżi l-Baxxi (CE:ECHR:2013:0611DEC006554212, punt 139).</P></NOTE>, li skontha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>aġent diplomatiku għandu jgawdi minn immunità mill-ġurisdizzjoni kriminali tal-Istat riċeventi<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] u, ħlief għal eċċezzjonijiet, ukoll <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>mill-ġurisdizzjoni ċivili u amministrattiva tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun fis-sens li l-immunità mill-proċeduri legali prevista mill-Artikolu 11 tal-Protokoll Nru 7 tkopri kwalunkwe proċedura legali, inkluż talbiet ċivili.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">D.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">It-tielet domanda</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, it-tielet domanda tikkonċerna r-rinunzja tal-immunità minn proċeduri legali. Il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk din ir-rinunzja tistax tiġi wkoll mitluba fil-kuntest ta’ azzjoni ċivili u, jekk iva, min għandu jibda l-proċedura inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Għal darba oħra, il-formulazzjoni tal-Artikolu 17 tal-Protokoll Nru 7 ma tinkludi l-ebda limitu fir-rigward tat-tipi ta’ proċeduri mibdija fir-rigward ta’ uffiċjali u aġenti oħra tal-Unjoni li fir-rigward tagħhom rinunzja tista’ tintalab. Għalhekk, ma nara l-ebda raġuni li nikkunsidra li rinunzja tista’ tiġi mitluba biss fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Lanqas ma nara l-ebda loġika biex tali distinzjoni tiġi sostnuta. Kif spjegat fil-punt 67 iktar ’il fuq, privileġġi u immunitajiet jingħataw lill-persunal tal-Unjoni fl-interess tal-Unjoni, sabiex jippermettu lil dak il-persunal sabiex iwettaq dmirijietu b’mod effettiv, mingħajr ma jkollu għalfejn jibża’ minn proċeduri legali (ċivili, kriminali, amministrattivi jew oħrajn) għall-atti li wettaq f’dak il-kuntest. Għalhekk jista’ jkun hemm naturalment sitwazzjonijiet li fihom l-Unjoni tiddeċiedi li l-bidu u t-twettiq ta’ tali proċeduri legali – kemm jekk ta’ natura ċivili, kriminali jew oħra – ma huwiex kuntrarju għall-interessi tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, rinunzja tista’ tintalab fil-kuntest ta’ azzjoni ċivili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Fir-rigward, imbagħad, tal-organu li għandu jibda l-proċedura sabiex tintalab rinunzja, id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll la jirregolaw kif il-proċedura għat-talba ta’ rinunzja għandha titwettaq fuq livell nazzjonali, u lanqas ma jidentifikaw l-awtoritajiet nazzjonali li huma kompetenti għal dawk il-finijiet. Ninnota li l-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar Relazzjonijiet Diplomatiċi, l-istess, ma tinkludi ebda regola f’dan ir-rigward<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara, iktar ’il fuq, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 32. Fir-rigward tar-rinunzji, ara l-Artikolu 32 tiegħu. B’mod ġenerali fuq din id-dispożizzjoni, ara Denza, E., <HT TYPE="ITALIC">Diplomatic Law: Commentary on the Vienna Convention on Diplomatic Relations</HT>, ir-raba’ edizzjoni, Oxford University Press, 2016, pp. 273 sa 287.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Wieħed jista’ jifhem dan, fid-dawl tal-varjetà possibbli ta’ xenarji li fihom tali rinunzja tista’ tintalab u minn liema organu nazzjonali. Min eżattament ikun l-organu kompetenti fuq livell nazzjonali jiddependi min-natura (ċivili, kriminali, amministrattiva jew oħra) tal-proċeduri. Isegwi li, fl-assenza ta’ regola tal-Unjoni fuq din il-materja, dawn l-aspetti ma jistgħux ma jiġux irregolati mid-dritt nazzjonali, skont il-prinċipju tal-awtonomija proċedurali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Jekk wieħed iħares lejn il-prattika ta’ Stati Membri varji, kif jista’ jidher, pereżempju, mid-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew rigward ir-rinunzji mitluba għall-Membri tiegħu, jew mill-każijiet li waslu quddiem il-qrati tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181024">24 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>RQ vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑29/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:717">EU:T:2018:717</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0005">5</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0006">6</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Junqueras Vies</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑502/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1115">EU:C:2019:1115</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200917">17 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Troszczynski vs Il‑Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑12/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:7">EU:C:2020:7</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, jidher li r-rinunzji ġeneralment jintalbu mill-awtoritajiet ġudizzjarji responsabbli għall-qasam (b’mod partikolari, il-qorti li jkollha ġurisdizzjoni fuq it-tilwima, jew il-prosekutur pubbliku inkarigat mill-investigazzjoni u/jew mill-prosekuzzjoni).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Madankollu, anki jekk id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll Nru 7 ma jirregolawx il-fażi proċedurali fuq livell nazzjonali, huma jirregolaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>in-naħa tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> tal-proċedura. Tassew, l-Artikolu 17 tiegħu jindika li, meta rinunzja tkun mitluba, huwa għal kull istituzzjoni tal-Unjoni biex tikkunsidra jekk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>[i]r-rinunzja għal dik l-immunità ma tkunx kontra l-interessi ta’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>. F’dan il-każ, jekk tintalab rinunzja, tkun il-Kummissjoni Ewropea (bħala l-Kulleġġ tal-Kummissarji), li teżamina dik it-talba u tieħu deċiżjoni dwarha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Huwa ċar li d-deċiżjoni dwar jekk l-għoti ta’ rinunzja jew le tkunx kuntrarja għall-interessi tal-Unjoni hija waħda fil-parti l-kbira politika. Tirrikjedi evalwazzjoni tal-impatt li l-proċeduri legali kontra membru tal-persunal jista’ jkollhom fuq l-integrità tal-istituzzjoni rilevanti. Għalhekk, l-istituzzjonijiet kompetenti tal-Unjoni jgawdu minn diskrezzjoni wiesgħa f’din l-evalwazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181108">8 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Troszczynski vs Il‑Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑550/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:754">EU:T:2018:754</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Għalhekk nipproponi li t-tielet domanda tiġi risposta fis-sens li rinunzja tal-immunità minn proċeduri legali tista’ tintalab ukoll fil-kuntest ta’ azzjoni ċivili. Huwa d-dritt nazzjonali li għandu jiddetermina l-awtoritajiet li għandhom il-kompetenza li jagħmlu tali talba.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi d-domandi preliminari magħmula mill-Polymeles Protodikeio Athinon (il-Qorti tal-Ewwel Istanza, Ateni) kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>It-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>immunità minn proċeduri legali<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>ετεροδικία<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>eterodikia<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>) u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>immunità<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>ασυλία<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>asylia<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>), li jinsabu fl-Artikolu 11(a) tal-verżjoni Griega tal-Protokoll Nru 7 għandhom l-istess tifsira.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>L-immunità minn proċeduri legali stabbilita fl-Artikolu 11 tal-Protokoll Nru 7 tinkludi talbiet ċivili.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Rinunzja tal-immunità minn proċeduri legali, stabbilita fl-Artikolu 17 tal-Protokoll Nru 7, tista’ tintalab fil-kuntest ta’ azzjoni ċivili. Huwa d-dritt nazzjonali li għandu jiddetermina l-awtoritajiet li għandhom il-kompetenza li jagħmlu tali talba.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Rikors għal responsabbiltà mhux kuntrattwali ppreżentat minn membru tal-persunal temporanju preċedenti tal-Unjoni Ewropea għall-irkupru ta’ dannu allegatament subit minnu minħabba t-tmiem mhux xieraq tal-kuntratt tiegħu għandu jiġi dirett kontra l-Unjoni Ewropea u ppreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>