<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑347/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CC0347</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:434">EU:C:2015:434</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET SZPUNARA — KAWŻA C‑347/14</P><P>NEW MEDIA ONLINE</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Szpunara</HT></P><P>ippreżentati fl-<DATE ISO="20150701">1 ta’ Lulju 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C‑347/14</P><P>New Media Online GmbH</P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Libertà li jiġu pprovduti servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Provvista ta’ servizzi tal-medja awdjoviżiva</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(1)(a), (b) u (g)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>programm<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> u ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>servizz tal‑media awdjoviżiva<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD><KEYWORD>Vidjos qosra disponibbli fuq is-sit internet ta’ gazzetta</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Iż-żiemel huwa dak li kulħadd jara<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>. Hekk kienet ifformulata waħda mid-definizzjonijiet li tinsab fl-ewwel enċiklopedija Pollakka ppubblikata fis-seklu XVIII<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Chmielowski, B., <HT TYPE="ITALIC">Nowe Ateny</HT>, Lwów 1745‑1746, p. 475.</P></NOTE>. Jista’ jidher li l-istess japplika għall‑problema tad-definizzjoni tas-servizz tal-medja awdjoviżiva fil‑kuntest tal-internet, li hija kkonċernata f’din il-kawża: kulħadd huwa f’pożizzjoni li jagħraf tali servizz b’mod intuwittiv. Iżda meta wieħed jiġi biex jagħtih definizzjoni legali, huwa diffiċli li jinsab kunċett li huwa preċiż biżżejjed, u fl-istess ħin wiesa’ biżżejjed.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, dan huwa dovut għall-fatt li d‑definizzjoni tal-kuntest legali tal-funzjonament tal-internet hija waħda mill-isfidi prinċipali li għandhom quddiemhom illum il-leġiżlazzjoni u l-ġurisprudenza tal-pajjiżi kollha tad-dinja, inklużi tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha. Id‑diversità mingħajr preċedent u l-kwantità virtwalment infinita ta’ informazzjoni disponibbli, l-assenza ta’ fruntieri nazzjonali bħala ostakoli maġġuri għaċ-ċirkulazzjoni tal-informazzjoni, il-faċilità li kull persuna għandha li tipproduċi l-informazzjoni liberament u li xxerridha ma’ numru kważi illimitat ta’ destinatarji, u fl-aħħar nett is-separazzjoni bejn id-dinja virtwali, diġitali, u d-dinja materjali, jeħtieġu strumenti legali ġodda, ħafna drabi kkostruwiti fuq bażijiet kompletament ġodda<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Eżempju perfett tan-nuqqas ta’ adegwatezza tal-kategoriji legali attwali tagħna mar-realtà l-ġdida hija l-klassifikazzjoni skomda tal-bejgħ tal-kontenut iddematerjalizzat tal-kotba (e-books) bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>servizz<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> (ara s-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑479/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:141">EU:C:2015:141</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑502/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:143">EU:C:2015:143</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Barra minn hekk, din ir-realtà tinbidel b’ritmu mgħaġġel, tant li teċċedi l-kapaċità tal-leġiżlatur li jindirizzaha, b’mod partikolari fil-pajjiżi demokratiċi. B’hekk l-applikazzjoni, fl-era diġitali, ta’ regoli intiżi għal dinja analoga tqajjem numru ta’ diffikultajiet. Din il-kawża hija manifestazzjoni tad-dilemmi li jaffaċċjaw l-awtoritajiet responsabbli sabiex jiżguraw l-osservanza tal-liġi u sabiex jirregolaw is-swieq.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-kuntest ġuridiku ta’ din il-kawża huwa kkostitwit mid‑dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20100310">10 ta’ Marzu 2010</DATE>, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="095" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU L 95, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>. L‑interpretazzjoni li titlob il-qorti tar-rinviju teħtieġ li, minbarra d‑dispożizzjonijiet tad-Direttiva li huma s-suġġett tagħha, jiġu kkunsidrati ċerti premessi li jindikaw il-kamp ta’ applikazzjoni li l-leġiżlatur ried jagħti lid-Direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Skont il-premessi 11, 21, 22, 24, 28 u 29 tad-Direttiva 2010/13:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>(11)</NO.P><TXT>Sabiex tiġi evitatata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, jeħtieġ li titjieb iċ-ċertezza legali, tiġi megħjuna t-tkomplija tas-suq intern u ffaċilitata l-emerġenza ta’ żona unika ta’ informazzjoni, li tal‑inqas livell bażiku ta’ regoli kkoordinati jiġu applikati, għas-servizzi tal-media awdjoviżiva kollha, kemm xandir televiżiv (i.e. servizzi tal-media awdjoviżiva lineari) kif ukoll servizzi tal‑media awdjoviżiva <HT TYPE="ITALIC">on-demand</HT> (i.e. servizzi tal-media awdjoviżiva non-lineari).</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(21)</NO.P><TXT>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjoni ta’ servizzi tal‑media awdjoviżiva għandha tkopri biss is-servizzi tal-media awdjoviżiva, kemm jekk xandir televiżiv kif ukoll jekk <HT TYPE="ITALIC">on‑demand</HT>, li huma media tal-massa, jiġifieri, li huma maħsuba għal riċezzjoni minn, u li jista’ jkollhom impatt ċar fuq, proporzjon sinifikattiv tal-pubbliku ġenerali. Il-kamp ta’ applikazzjoni għandu jkun limitat għal servizzi kif definiti mit‑Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk għandu jkopri kwalunkwe forma ta’ attività ekonomika, inkluża dik ta’ impriżi tas-servizz pubbliku, iżda m’għandux ikopri attivitajiet li huma primarjament nonekonomiċi u li mhumiex f’kompetizzjoni max-xandir televiżiv, bħal <HT TYPE="ITALIC">websites</HT> privati u servizzi li jikkonsistu fil-forniment jew id-distribuzzjoni ta’ kontenut awdjoviżiv iġġenerat minn utenti privati għall-finijiet tal-kondiviżjoni u l-iskambju f’komunitajiet ta’ interess.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(22)</NO.P><TXT>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjoni ta’ servizzi tal‑media awdjoviżiva għandha tkopri l-media tal-massa fil‑funzjoni tagħhom li jagħtu informazzjoni, intratteniment u edukazzjoni lill-pubbliku ġenerali, u għandha tinkludi l‑komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva iżda għandha teskludi kwalunkwe forma ta’ korrispondenza privata, bħal ma huma l-posta elettronika mibgħuta lil numru limitat ta’ riċevituri. Dik id-definizzjoni għandha teskludi is-servizzi li l-fini ewlieni tagħhom mhuwiex dak li jipprovdu programmi, jiġifieri fejn kwalunkwe kontenut awdjoviżiv huwa purament inċidentali għas-servizz u mhux il-fini prinċipali tiegħu. L-eżempji jinkludu websites li fihom elementi awdjoviżivi b’mod anċillari biss; bħal elementi grafiċi animati, spots qosra ta’ reklami jew informazzjoni relatata mal-prodott jew servizz mhux awdjoviżiv. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(24)</NO.P><TXT>Hija karatteristika tas-servizzi tal-media awdjoviżiva <HT TYPE="ITALIC">on-demand</HT> li dawn huma <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>simili għat-televiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/>, jiġifieri li jikkompetu għall-istess udjenza bħax-xandiriet bit-televiżjoni u n-natura u l‑mezzi ta’ aċċess għas-servizz iwasslu lill-utent b’mod raġonevoli biex jistenna<?PAGE NO="3"?> protezzjoni regolatorja fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. In vista ta’ dan u sabiex ikunu evitati disparitajiet fir-rigward tal-moviment liberu u l‑kompetizzjoni, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>programm<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> għandu jiġi interpretat b’mod dinamiku b’kont meħud ta’ żviluppi fix-xandir televiżiv.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(28)</NO.P><TXT>Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva m’għandux ikopri verżjonijiet elettroniċi ta’ gazzetti u magazines.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(29)</NO.P><TXT>Il-karatteristiċi kollha tas-servizzi tal-media awdjoviżiva stabbiliti fid-definizzjoni u spjegati fil-premessi 21 sa 28 għandhom ikun preżenti kollha fl-istess waqt.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>It-talba tal-qorti tar-rinviju għandha l-għan, essenzjalment, li tingħata interpretazzjoni ta’ ċerti definizzjonijiet li jinsabu fid‑Direttiva 2010/13. Dawn id-definizzjonijiet jinsabu fl-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva. Dan tal-aħħar jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-fini ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>servizz tal-media awdjoviżiva<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>servizz kif definit mill-Artikoli 56 u 57 tat-Trattat dwar il‑Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li huwa taħt ir‑responsabbiltà editorjali ta’ fornitur ta’ servizzi tal‑media u li l-fini prinċipali tiegħu huwa l-forniment ta’ programmi sabiex jagħti informazzjoni, intratteniment jew edukazzjoni, lill-pubbliku ġenerali permezz ta’ netwerks tal-komunikazzjoni elettroniċi fis-sens tal-punt (a) tal‑Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/21/KE. Tali servizz tal‑media awdjoviżiva huwa jew xandira bit-televiżjoni kif definit fil-punt (e) ta’ dan il-paragrafu jew servizz tal‑media awdjoviżiva <HT TYPE="ITALIC">on-demand</HT> kif definit fil-punt (g) ta’ dan il-paragrafu;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>programm<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser sett ta’ immaġini jiċċaqilqu bil-ħoss jew mingħajru li jikkostitwixxi element individwali fi skeda jew katalogu stabbilit minn fornitur ta’ servizzi tal-media u li l-forma u l-kontenut tiegħu huma komparabbli mal-forma u l-kontenut tax-xandir televiżiv. Eżempji ta’ programmi jinkludu films prinċipali, avvenimenti sportivi, kummiedji sitwazzjonali, dokumentarji, programmi għat-tfal u drammi oriġinali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>servizz <HT TYPE="ITALIC">on-demand</HT> tal-media awdjoviżiva)<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> (i.e. servizz tal-media awdjoviżiv non-lineari) tfisser servizz tal-media awdjoviżiva pprovdut minn fornitur ta’ servizzi tal-media għall-wiri ta’ programmi fil-mument magħżul mill-utent u fuq it-talba individwali tiegħu abbażi ta’ katalogu ta’ programmi magħżul mill-fornitur ta’ servizzi tal-media;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Awstrijak</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2010/13 ġiet trasposta fid-dritt Awstrijak mill‑Bundesgesetz über audiovisuelle Mediendienste (Liġi dwar is‑servizzi tal-medja awdjoviżiva, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>AMD‑G<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>BGBl. Nru 84/2001, kif emendata.</P></NOTE>. Id‑definizzjonijiet ta’ servizz tal-medja awdjoviżiva, ta’ servizz tal‑medja awdjoviżiva on-demand u ta’ programm jinsabu fl‑Artikolu 2(3), (4) u (30) tal-AMD‑G. Il-formulazzjoni tagħhom taqbel ma’ dik tad-definizzjonijiet korrispondenti li jinsabu fid‑Direttiva 2010/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9(1) tal-AMD‑G:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Sa fejn ma humiex suġġetti għal awtorizzazzjoni b’applikazzjoni tal‑Artikolu 3(1), ix-xandara televiżivi, bħall-fornituri ta’ servizzi tal‑medja on-demand, għandhom jinnotifikaw l-attività tagħhom lill-awtoritajiet regolatorji mhux iktar tard minn ġimagħtejn qabel ma jingħata bidu għall-attività.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>New Media Online GmbH, kumpannija rregolata bid-dritt Awstrijak, topera s-sit internet tal-gazzetta Tiroler Tageszeitung taħt l-isem ta’ Tiroler Tageszeitung Online<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>www.tt.com.</P></NOTE>. F’dan is-sit, minbarra kontenut ieħor, hemm taqsima separata msejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Vidjos<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, li, fiż-żmien meta seħħew il-fatti tal-kawża prinċipali, kienet tinkludi katalogu ta’ madwar 300 kontenut awdjoviżiv. Dawn l-elementi, li t-tul tagħhom ivarja minn xi għexieren ta’ sekondi sa diversi minuti, kienu ftit jew wisq marbuta ma’ kontenut ieħor tas-sit u kienu ġejjin minn diversi sorsi (kontenut tiegħu stess, materjal prodott mit‑televiżjoni lokali, ipprovdut mill-utenti tas-sit, eċċ.).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20121009">9 ta’ Ottubru 2012</DATE>, il‑Kommunikationsbehörde Austria (awtorità regolatorja Awstrijaka) ikkunsidrat li t-taqsima <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Vidjos<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> fis-sit internet ta’ Tiroler Tageszeitung Online kienet tikkostitwixxi servizz tal-medja awdjoviżiva on‑demand fis-sens tal-AMD‑G, suġġett għall-obbligu ta’ notifika previst fl-Artikolu 9(1) ta’ din il-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Il-kumpannija New Media Online ppreżentat rikors kontra din id‑deċiżjoni quddiem il-Bundeskommunikationssenat (awtorità ġudizzjarja kompetenti fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet), li tat id‑deċiżjoni tagħha fit-<DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE>. L-imsemmija kumpannija kkontestat ukoll din id-deċiżjoni quddiem il-Verwaltungsgerichtshof (Qorti amministrattiva).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Verwaltungsgerichtshof iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>1.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva [2010/13] għandu jiġi interpreat fis-sens li jista’ jiġi stabbilit li l-forma u l-kontenut ta’ servizz inkwistjoni huma paragunabbli, bil-mod meħtieġ, ma’ dawk tax-xandir televiżiv meta tali servizzi huma proposti wkoll mix‑xandir televiżiv, li jista’ jiġi kkunsidrat bħala medja tal‑massa, li huma intiżi għal riċezzjoni minn parti sinjifikattiva tal-pubbliku ġenerali, u li jista’ jkollhom impatt ċar fuqu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1)(a)(i) tad-Direttiva [2010/13] għandu jiġi interpreat fis-sens li, għall-finijiet li jiġi evalwat l-għan prinċipali ta’ servizz offert fil-każ ta’ verżjonijiet elettroniċi tal-gazzetti, tista’ tiġi kkunsidrata parti minn sezzjoni, fejn hija pprovduta fil-parti l-kbira ġabra ta’ vidjos qosra li, f’sezzjonijiet oħra ta’ dan is-sit tal-internet tal-mezz elettroniku inkwistjoni, jintużaw unikament sabiex jikkompletaw artikoli tal-gazzetta online?<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari waslet fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20140718">18 ta’ Lulju 2014</DATE>. New Media Online, il-Gvern Svediż u l-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. New Media Online u l-Kummissjoni kienu rrappreżentati fis-seduta li nżammet fit-<DATE ISO="20150422">22 ta’ April 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju titlob l-interpretazzjoni ta’ tnejn mill-kriterji li jippermettu li servizz jiġi kklassifikat bħala servizz tal-medja awdjoviżiva fis-sens tad-Direttiva 2010/13. Jiena ma nikkontestax l‑importanza ta’ dawn iż-żewġ kriterji. Madankollu, fl-opinjoni tiegħi, din il-kawża tqajjem problemi iktar ġenerali marbuta mal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva għal dak li jirrigwarda l-kontenut pubblikament disponibbli fuq l-internet. Għalhekk nixtieq nipproponi li l‑problema mqajma mill-qorti tar-rinviju tiġi ttrattata b’mod iktar ġenerali. Jidhirli li dan l-approċċ huwa iktar u iktar opportun peress li, f’din il-kawża, il-Qorti tal‑Ġustizzja ser ikollha l-opportunità, għall-ewwel darba, li tiddeċiedi dwar l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ servizz tal-medja awdjoviżiva fis-sens tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Qabel ma nittratta din il-kwistjoni, ser nibda billi nfakkar fil‑qosor il-ġenesi tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal‑medja awdjoviżiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Qed nirreferi għad-dispożizzjonijiet dwar il-kontenut imxandar b’mezzi tal-media awdjoviżiva. Peress li dawn ma jaqgħux taħt din il-kawża, m’iniex ser insemmi d‑dispożizzjonijiet dwar il-funzjonament tan-netwerks ta’ telekomunikazzjonijiet u l‑aċċess għalihom, u lanqas dawk dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li ma humiex awdjoviżivi, dwar il-protezzjoni tad-dritt tal-awtur, eċċ.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-ġenesi tad-Direttiva 2010/13</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Għalkemm sa mill-1974, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat ix‑xandiriet televiżivi bħala servizz fis-sens tat-Trattat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Sacchi</NAME.CASE> (<NO.CASE>155/73</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1974:40">EU:C:1974:40</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0006">6</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, dawn il‑kwistjonijiet ma qajmux l-interess tal-leġiżlatur Komunitarju qabel is‑snin 80 tal-seklu li għadda. Dan minħabba l-fatt li t-televiżjoni terrestri tradizzjonali kienet tiddependi mid-disponibbiltà tal-frekwenzi tar-radju. Kienu l‑Istati Membri li kienu jiġġestixxu dawn il-frekwenzi li kienu jallokawhom lid-diversi stazzjonijiet tat-televiżjoni, billi jagħtu lil dawn tal-aħħar liċenzja ta’ xandir limitata għat-territorju rispettiv tagħhom. Għalhekk is-servizzi televiżivi kellhom biss importanza transkonfinali żgħira.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Is-sitwazzjoni nbidlet mal-iżvilupp tat-televiżjoni bil-cable u iktar u iktar bis-satellita. It-teknoloġija ġdida mhux biss ippermettiet żieda notevoli fil-kanali tat-televiżjoni, iżda wkoll li jintlaħaq pubbliku li jinsab barra l-Istat Membru tas-sede tal-fornitur. Dan fetaħ il-kamp għal-ħolqien ta’ suq wieħed tas-servizzi televiżivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Ix-xogħol leġiżlattiv beda bil-Green Paper tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="19840614">14 ta’ Ġunju 1984</DATE> dwar it-televiżjoni mingħajr fruntieri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Televiżjoni mingħajr fruntieri, Green Paper dwar l-istabbiliment tas-suq komuni tax-xandir, b’mod partikolari bis-satellita u bil-cable [COM(84) 300 finali].</P></NOTE>. Dawn ix‑xogħol wassal għall-adozzjoni tad-Direttiva dwar it-televiżjoni mingħajr fruntieri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, tat-<DATE ISO="19891003">3 ta’ Ottubru 1989</DATE>, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 6, Vol. 1, p. 224). Ara f’dan ir-rigward, Mik, C., <HT TYPE="ITALIC">Media masowe w europejskim prawie wspólnotowym</HT>, Toruń 1999, p. 239 sa 243.</P></NOTE>. Din id-direttiva stabbilixxiet il-prinċipju riċezzjoni libera tax-xandiriet bit-televiżjoni trażmessi minn Stat Membru fit-territorju ta’ Stati Membri oħra. Inkambju għal dan, hija imponiet fuq ix-xandara Komunitarji kollha regoli minimi li stabbilixxew limiti kwalitattivi u kwantitattivi fil-qasam tar-reklamar, tal-isponsorship u tat‑teleshopping, tal-protezzjoni tal-minuri u tal-ordni pubbliku, u stabbilixxiet dritt għal risposta. Ir-regoli previsti mill-imsemmija direttiva għal dak li jirrigwarda l-kompetenza tad-diversi Stati Membri fuq x‑xandara jiżgura li kull xandar ikun suġġett għal-leġiżlazzjoni u għall‑awtoritajiet regolatorji ta’ Stat Membru wieħed. Barra minn hekk, id-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Televiżjoni mingħajr fruntieri<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> imponiet fuq ix-xandara televiżivi obbligi għal dak li<?PAGE NO="6"?> jirrigwarda l-promozzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej. Emenda tal-1997<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19970630">30 ta’ Ġunju 1997</DATE>, li temenda d-Direttiva 89/552 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 321).</P></NOTE> għad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Televiżjoni mingħajr fruntieri<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> stabbilixxiet b’mod partikolari l-possibbiltà li l-Istati Membri jidentifikaw avvenimenti li t-trażmissjoni mill-ġdid tagħhom ma tistax tkun irriżervata esklużivament għall-kanali bil-ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Il-progress teknoloġiku rapidu fil-qasam tal-medja elettronika kif qaleb is-seklu ppermetta mhux biss żieda ulterjuri sinjifikattiva fil‑volum ta’ offerti tradizzjonali tat-televiżjoni, iżda wkoll it-tnissil ta’ forom ġodda ta’ servizzi awdjoviżivi, bħal kull tip ta’ servizz on‑demand. L-iżvilupp tal-internet, kemm f’termini ta’ kontenut kif ukoll ta’ aċċessibbiltà għall-utenti, bħala mezz ġdid tas-seklu XXI, ikkostitwixxa fenomenu separat. Dan l-iżvilupp teknoloġiku kien akkumpanjat minn tibdil progressiv fl-aġir u l-aspettattivi tal-utenti. Peress li s-sitwazzjoni legali baqgħet ma nbidlitx, dawn il-fenomeni ġodda pprovokaw żbilanċ fil-kompetizzjoni li baqa’ jiżdied fis-suq tas-servizzi awdjoviżivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni indikat il-bżonn ta’ tibdil fir-raba’ rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 89/552<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ir-raba’ rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-applikazzjoni tad‑Direttiva 89/552/KEE <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Televiżjoni mingħajr fruntieri<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> [COM(2002) 778 finali].</P></NOTE>, kif ukoll fil-Komunikazzjoni dwar il-futur tal-politika tal-leġiżlazzjoni Ewropea fil-qasam awdjoviżiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Il-futur tal-politika tal-leġiżlazzjoni Ewropea fil-qasam awdjoviżiv [COM(2003) 784 finali].</P></NOTE>. Fit-tmiem tax-xogħol preparatorju u wara konsultazzjoni wiesgħa, il-Kummissjoni adottat abbozz ta’ direttiva li temenda d-Direttiva 89/552<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>COM(2005) 464 finali.</P></NOTE>. Suġġett għal xi emendi minimi, dan l‑abbozz ġie adottat bħala d-Direttiva 2007/65<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20071211">11 ta’ Diċembru 2007</DATE>, li temenda d-Direttiva 89/552 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="332" PAGE.FIRST="27" DATE.PUB="2007">ĠU L 332, p. 27</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Din id-Direttiva emendat id-Direttiva 89/552 b’mod sinjifikattiv. Fl‑ewwel lok l-emendi kienu jirrigwardaw it-titolu stess tad-Direttiva, fil-kuntest ta’ emenda terminoloġika: ma għadhomx jissemmew attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni, iżda servizzi tal-medja awdjoviżiva. Id-dispożizzjonijiet sostantivi tad-Direttiva ġew irriveduti b’mod fundamentali fis-sens ta’ liberalizzazzjoni, b’mod partikolari fil-qasam tar‑reklamar u ta’ forom oħra ta’ promozzjoni ta’ oġġetti u servizzi. Mill-perspettiva ta’ din il-kawża, l-emenda l-iktar importanti kienet it‑twessiegħ tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad‑Direttiva għas-servizzi awdjoviżivi msejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>non-lineari<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, magħrufa komunement bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>servizzi <HT TYPE="ITALIC">on-demand</HT><QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>. Dawn is-servizzi ġew issuġġettati — b’mod strettament limitat għar-regoli bażiċi — għad‑dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-minuri u tal-ordni pubbliku, dwar ir-reklamar, kif ukoll għal dawk intiżi li jiffavorixxu l‑produzzjoni Ewropea. Dispożizzjonijiet iktar preċiżi jirregolaw is‑servizzi lineari, jiġifieri t-televiżjoni tradizzjonali. Id‑Direttiva 2010/13 hija t-test ikkodifikat tad-Direttiva 89/552, wara l‑emendi stabbiliti mid-Direttiva 2007/65<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Għal iktar dettalji dwar l-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi awdjoviżivi, ara pereżempju, Chałubińska-Jentkiewicz, K., <HT TYPE="ITALIC">Audiowizualne usługi medialne. Reglamentacja w warunkach konwersji cyfrowej</HT>, Varsavja 2013, p. 78 sa 118; Burri-Nenova, M., The New Audiovisual Media Services Directive: Television Without Frontiers, Television Without Cultural Diversity, <HT TYPE="ITALIC">Common Market Law Review</HT>, Volum 44(2007), p. 1689 (speċjalment p. 1693 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti, li bilfors jikkostitwixxu ġabra fil-qosor ħafna, ir-regolamentazzjoni tas-servizzi awdjoviżivi non-lineari hija sempliċement idderivata mir-regoli relatati mas-servizzi lineari, jiġifieri t-televiżjoni. Huwa fid-dawl ta’ dan il‑ġenesi li fl-opinjoni tiegħi għandha tiġi interpretata d-definizzjoni li tagħti d-Direttiva 2010/13 tas-servizzi tal-medja awdjoviżiva, billi titqiegħed fir-realtajiet tas-soċjetà tal-informazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Definizzjoni tas-servizzi tal-medja awdjoviżiva fil-kuntest tas-soċjetà tal-informazzjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Żvilupp tal-internet u tas-servizzi tal-medja awdjoviżiva</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>B’mod parallel mal-iżvilupp tat-televiżjoni espost iktar ’il fuq, seħħet evoluzzjoni oħra, kultant deskritta saħansitra bħala rivoluzzjoni, jiġifieri t‑tnissil u l-iżvilupp ta’ netwerk informatiku dinji, jiġifieri l‑internet. Minn kurżità teknika rriżervata biss għal ċirku ristrett ta’ speċjalisti, l‑internet sar fi ftit deċenni għodda ta’ użu universali u ta’ kuljum għax‑xogħol, għall-edukazzjoni u għad-divertiment. Serje sħiħa ta’ attivitajiet tmexxew kompletament jew parzjalment għal fuq in-netwerk: il-posta elettronika qed tissostitwixxi l-korrispondenza tradizzjonali, il-portals ta’ informazzjoni qed jissostitwixxu l-gazzetti, il-kummerċ elettroniku qed jissostitwixxu l-ħwienet fid-dinja reali, is-siti ta’ laqgħat online qed jissostitwixxu l-aġenziji matrimonjali, eċċ. Madankollu, l-internet wassal ukoll għal numru ta’ fenomeni ġodda li jappartjenu biss lil din il‑medja, pereżempju l-mezzi ta’ komunikazzjoni ġodda li huma l-fora ta’ diskussjoni jew in-netwerks soċjali, li fosthom l-iktar famużi huma Facebook u Twitter.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-fenomenu ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>internetizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> ma ħalliex barra lis-servizzi awdjoviżivi. B’mod partikolari, l-iżvilupp tal-broadband internet — billi żied ħafna l-veloċità tat-trażmissjoni tad-data — ippermetta, minn naħa, it-tixrid tas-servizzi awdjoviżivi lineari u non-lineari permezz tal‑internet (Internet Protokoll Televiżjoni, IPTV), u, min-naħa l-oħra, nissel numru prattikament illimitat ta’ fornituri ġodda u ta’ forom ġodda ta’ servizzi awdjoviżivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Il-broadband internet huwa akkumpanjat ukoll minn fenomenu essenzjali ieħor mill-perspettiva ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, jiġifieri dak tal-multimedja. Fl-epoka analoġika u fil-bidu tal-iżvilupp tal‑internet, il-kitba, il-ħoss u l-immaġini, b’mod partikolari animata, kienu pjuttost strettament separati. Il-gazzetti u l-kotba kienu s-sors tal-kitba, kultant illustrati minn ritratti jew disinni, ir-radju kien medja esklużivament tal-ħoss, filwaqt li ċ-ċinema u t-televiżjoni kienu jikkostitwixxu l-medja awdjoviżiva, jiġifieri taħlita ta’ immaġini animata u ħoss. L-internet jippermetti li jiġi kkomunikat lill-pubbliku kontenut li jinkludi dawn it-tliet tipi ta’ medja. B’dan il-mod, il-portals ta’ informazzjoni tal-internet ma humiex marbuta li jxerrdu sempliċi test, iżda jistgħu jżewqu u jikkompletaw it-test b’vidjos, filwaqt li l‑istabbilimenti ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ jistgħu jarrikkixxu l-kontenut edukattiv permezz ta’ reġistrazzjonijiet ta’ konferenzi, u l-klabbs sportivi jistgħu jakkumpanjaw ir-rapporti tal-partiti b’vidjos, eċċ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Illum, kull portal tal-internet joffri, barra dokumenti bil-miktub u grafiċi, elementi awdjoviżivi ftit jew wisq marbuta tematikament mal‑bqija tal-portal. Dawn l-elementi jistgħu jagħmlu parti integrali mit‑testi bil-miktub, iżda jistgħu wkoll ikunu ta’ natura indipendenti. Madankollu, fl-ippjanar tal-paġni tal-internet, dawn l-elementi awdjoviżivi huma ġeneralment miġbura taħt subpaġni distinti, li jew jikkorrispondu għad-diversi suġġetti indirizzati mill-portal, jew jikkostitwixxu parti kompletament distinta, komunement imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Vidjo<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, jew anki <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>TV<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> (għalkemm fir-realtà ma jikkostitwixxux televiżjoni, jiġifieri servizz lineari).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Għalhekk, mill-perspettiva legali, il-kwistjoni li tqum hija jekk il‑kontenut ta’ din in-natura jistax jitqies b’mod sħiħ li huwa servizzi tal-medja awdjoviżiva, u jekk le, fejn għandhom jitqiegħdu l-limiti. Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva għal dak li jirrigwarda dan il-kontenut huwa suġġett għal ċerta kawtela u huwa ddefinit b’mod differenti fil-leġiżlazzjoni u fil-prassi tal-awtoritajiet regolatorji tad-diversi Stati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara, pereżempju, Cabrera Blázquez, F.J., On-demand Services: Made in the Likeness of TV?, in: <HT TYPE="ITALIC">What Is an On-demand Service</HT>, IRIS-Plus 2013‑4, European Audiovisual Observatory, Strasbourg 2013, p. 7; Metzdorf, J., The Implementation of the Audiovisual Media Services Directive by National Regulatory Authorities. National Responses to Regulatory Challenges, <HT TYPE="ITALIC">Journal of Intellectual Property, Information Technology and Electronic Commerce Law</HT>, Volum 5(2014), Issue 2, p. 88.</P></NOTE>. Din is-sitwazzjoni tmur kontra r-rekwiżit tal-applikazzjoni uniformi tad‑dispożizzjonijiet tad-Direttiva fit-territorju tal-Unjoni kollha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>L-applikazzjoni tad-Direttiva 2010/13 għall-elementi awdjoviżivi tal‑portals tal-internet</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni li hija s-suġġett tal-proċedura prinċipali, l-awtorità regolatorja Awstrijaka użat definizzjoni wiesgħa tas-servizzi tal-medja awdjoviżiva, billi kkunsidrat li l-katalogu tal-kontenut awdjoviżiv offrut fuq is-sit internet ta’ Tiroler Tageszeitung Online fis-sezzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>vidjos<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> kien jagħmel parti minnhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Minkejja li dan l-argument jista’ jkun iġġustifikat abbażi tad‑Direttiva 2010/13, interpretazzjoni daqshekk wiesgħa tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jidhirli li hija żbaljata għal diversi raġunijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, jidhirli li ma hijiex konformi mal-għanijiet li l‑leġiżlatur ried jilħaq bl-adozzjoni tad-Direttiva dwar is-servizzi tal‑medja awdjoviżiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>B’dan l-isem jiena nifhem, skont il-perijodu kkonċernat, jew id-Direttiva 89/552, kif emendata mid-Direttiva 2007/165, jew id-Direttiva 2010/13.</P></NOTE>. Kif indikajt iktar ’il fuq, ir-regolamentazzjoni tas‑servizzi awdjoviżivi f’din id-direttiva hija sempliċement idderivata mir‑regoli relatati mas-servizzi lineari, jiġifieri tat-televiżjoni tradizzjonali (tradizzjonali fis-sens tal-kontenut u tal-iskeda tal‑programmi, u mhux tal-mezz tekniku ta’ xandir). Skont l-espożizzjoni tal-motivi tal-abbozz tad-Direttiva 2007/65<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>COM(2005) 646 finali.</P></NOTE> u l-premessi tad‑Direttiva 2010/13<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara l-premessi 11 u 24 tad-Direttiva 2010/13.</P></NOTE>, ir-regolamentazzjoni tas-servizzi non-lineari hija intiża sabiex tiżgura kompetizzjoni mingħajr distorsjoni bejn tipi ta’ attivitajiet ekonomiċi simili, billi tapplika fil-konfront tagħhom, tal-inqas essenzjalment, regoli analogi. Fl-opinjoni tiegħi, ma hemmx lok li dan l-għan jiġi interpretat b’mod wiesa’, billi jiġu inklużi servizzi li ma humiex f’kompetizzjoni diretta max-xandir televiżiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-interpretazzjoni sostnuta mill-awtorità regolatorja Awstrijaka fil-kawża prinċipali tissuġġetta għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva numru kunsiderevoli ta’ operaturi li ċertament jużaw sit internet li jinkludi kontenut awdjoviżiv, iżda li l-attività tagħhom ma għandhiex bħala għan prinċipali li toffri servizzi awdjoviżivi fis-sens ta’ din id-direttiva. Għalkemm huwa minnu li l-obbligi li jirriżultaw mid-Direttiva 2010/13 għall‑fornituri ta’ servizzi non-lineari huma biss ta’ natura minima, xorta jibqa’ l-fatt li, fil-prassi tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il‑fatt li servizz jaqa’ taħt id-dispożizzjonijiet intiżi sabiex jittrasponu d‑Direttiva, iġib miegħu tal-inqas il-bżonn ta’ reġistrazzjoni, u f’ċerti Stati Membri, obbligi addizzjonali, bħal ħlas ta’ taxxa (ir‑Renju Unit) jew obbligu ta’ dikjarazzjoni (Franza). Anki jekk tali reġistrazzjoni ma għandhiex in-natura ta’ awtorizzazzjoni sabiex tiġi eżerċitata l-attività, dan xorta jfisser li parti sinjifikattiva mill‑attività eżerċitata fuq l-internet hija suġġetta għal kontroll amministrattiv, li jista’ jiġi pperċepit bħala limitazzjoni tal-libertà ta’ azzjoni li tgawdi din il‑medja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>L-issuġġettar għal kontroll amministrattiv ta’ numru wisq kbir ta’ aspetti tal‑funzjonament tas-siti internet iġib ukoll sfida enormi għall‑awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri, fid-dawl tal-faċilità li biha jinħolqu dawn is-siti u tal-fatt li jiġi ppubblikat kull tip ta’ kontenut, inkluż kontenut awdjoviżiv. Tentattiv sabiex tiġi applikata regolamentazzjoni wiesgħa ħafna jista’ jkollu l-konsegwenza li jċaħħad id-Direttiva mill-effettività tagħha, anki fil-qasam li għalih hija effettivament intiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>It-tielet u l-aħħar nett, l-argument imressaq mill-awtorità regolatorja Awstrijaka jissuġġetta l-applikazzjoni tad-Direttiva għall‑arkitettura konkreta ta’ sit internet. Skont tali interpretazzjoni, huwa biss il-kontenut awdjoviżiv miġbur fil-katalogu li jikkostitwixxi servizz tal-medja awdjoviżiva fis-sens tad-Direttiva. Jekk dan il‑kontenut huwa mill-banda l-oħra maqsum f’diversi punti tas-sit, jitqies li jikkostitwixxi parti integrali minnu, u mhux li jikkostitwixxi servizz separat, b’tali mod li ma huwiex suġġett għad‑dispożizzjonijiet tad-Direttiva. Madankollu, fl-opinjoni tiegħi, dan huwa biss każ ta’ ċerta soluzzjoni teknika, li ma jistax ikollha effett fuq l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva. Il-fatt jekk servizz jaqax jew le taħt id-Direttiva jista’ jiddependi biss min-natura tiegħu, u mhux mill-arkitettura tas-sit internet li fil-kuntest tiegħu huwa offrut.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Jien ma nikkontestax li qari letterali tad-Direttiva 2010/13 jista’ jissuġġerixxi li l-interpretazzjoni użata mill-awtorità regolatorja Awstrijaka hija xierqa, jew li hija tikkostitwixxi fi kwalunkwe każ waħda mill-interpretazzjonijiet li tippermetti din id-direttiva. Madankollu, ma jidhirlix li din l-interpretazzjoni hija konformi mal‑volontà tal-leġiżlatur. Għar-raġunijiet esposti iktar ’il fuq, jiena nikkunsidra wkoll li hija ma tippermettix li jintlaħqu l-għanijiet tad‑Direttiva u li hija lanqas ma tikkontribwixxi għall-applikazzjoni uniformi tagħha fl-Istati Membri kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva ma tidhirx li baqgħet applikabbli <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>minkejja l-mogħdija taż-żmien<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, kif riedu dawk li ħolquha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Reding, V., The Audiovisual Media Services Directive: the Right Instrument to Provide Legal Certainty for Europe’s Media Business in the Next Decade, <HT TYPE="ITALIC">ERA Forum</HT>, 2006‑2, p. 265.</P></NOTE>. Numru ta’ formulazzjonijiet li hija tinkludi ma humiex preċiżi u ma humiex adatti għar-realtajiet tal-broadband internet. Madankollu, nikkunsidra li, jekk tingħata interpretazzjoni dinamika, tista’ tingħata sens li jikkorrispondi għar-realtà kontemporanja u għall‑evoluzzjoni rapida tal-internet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>L-elementi tad-definizzjoni ta’ servizz tal-medja awdjoviżiva, kif jirriżultaw mid-Direttiva 2010/13</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Id-definizzjoni ta’ servizz tal-medja awdjoviżiva tinsab fl‑Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 2010/13, filwaqt li ċerti termini użati fiha huma, min-naħa tagħhom, iddefiniti fil-punti sussegwenti tal-istess artikolu. Is-servizz tal-medja non-lineari ġie ddefinit fl-Artikolu 1(1)(g) tal-imsemmija direttiva. Il-kuntest ġuridiku li jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni sostantiv tad-Direttiva 2010/13 huwa ddeterminat ukoll mill-premessi ta’ din id-direttiva, li jagħmlu riferiment dirett għad-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 1 tagħha jew b’mod iktar ġenerali, għall-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1)(a)(i)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>L-Artikolu 1(1)(a)(ii) tad-Direttiva 2010/13 isemmi wkoll, fost is-servizzi tal-medja awdjoviżiva, il-komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva; madankollu m’iniex ser inqajjem dan l-aspett, peress li ma jirrigwardawx is-suġġett ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> tad-Direttiva 2010/13, moqri flimkien mal-premessa 29 ta’ din l-istess direttiva, servizz tal-medja awdjoviżiva għandu jissodisfa dawn il-kriterji li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>ikun ta’ natura ekonomika,</P></ITEM><ITEM><P>jaqa’ taħt ir-responsabbiltà editorjali tal-fornitur,</P></ITEM><ITEM><P>ikollu bħala għan prinċipali l-provvista ta’ kontenut awdjoviżiv,</P></ITEM><ITEM><P>jikkonsisti fil-provvista ta’ programmi,</P></ITEM><ITEM><P>ikun ta’ natura informattiva, ta’ divertiment jew edukattiva,</P></ITEM><ITEM><P>ikun aċċessibbli għall-pubbliku,</P></ITEM><ITEM><P>jiġi trażmess permezz ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Il-premessa 29 tad-Direttiva 2010/13 tenfasizza li huwa biss jekk dawn il-kriterji kollha, kif ukoll il‑karatteristiċi stabbiliti fil-premessi l-oħra, ikunu preżenti fl-istess waqt li servizz jista’ jiġi kklassifikat bħala servizz tal-medja awdjoviżiva fis-sens tad-Direttiva. Fl-opinjoni tiegħi dan jirriżulta mill-volontà tal-leġiżlatur li f’din id‑definizzjoni, u għalhekk fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva, jaqgħu biss it-tipi ta’ servizzi espressament iddefiniti. Dan jimmilita favur interpretazzjoni stretta tad-definizzjoni tas-servizzi tal-medja awdjoviżiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Skont l-ewwel wieħed mill-kriterji ċċitati, dan jirrigwarda servizz fis-sens tat-Trattat, u għalhekk għandu n-natura ta’ attività ekonomika. Skont il-premessa 21 tad-Direttiva 2010/13, għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/><HT TYPE="ITALIC">websites</HT> privati u servizzi li jikkonsistu fil-forniment jew id-distribuzzjoni ta’ kontenut awdjoviżiv iġġenerat minn utenti privati għall-finijiet tal-kondiviżjoni u l-iskambju f’komunitajiet ta’ interess<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. Dan jirrigwarda essenzjalment kull tip ta’ siti privati stabbiliti u operati minn individwi, mingħajr skop ekonomiku, bħal blogs jew il-vidjo blogs, kif ukoll siti bħal YouTube.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Is-sit internet ta’ gazzetta maħruġa wkoll fil-verżjoni fuq il‑karta, tat-tip tal-portal tat-Tiroler Tageszeitung Online, għandu mingħajr dubju natura ekonomika u jissodisfa għalhekk l-ewwel kriterju. F’dawn iċ-ċirkustanzi, jiġi nnotat b’mod inċidentali li din id‑demarkazzjoni llum ma għadhiex dejjem daqstant evidenti. Minn naħa waħda, fil-fatt, fenomenu li dejjem qed jiżdied huwa li jiddaħħlu reklami bi ħlas fuq il-paġni tal-internet privati l-iktar popolari, ħaġa li tagħmel minnhom sors ta’ dħul għal min joħloqhom, u għalhekk forma ta’ attività ekonomika. Min-naħa l-oħra, siti tat-tip YouTube jinkludi kanali professjonali (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>branded channels<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>), li ma humiex kontenut maħluq mill-utenti. Il‑kwistjoni dwar jekk u sa fejn id-Direttiva 2010/13 tista’ tapplika għal dan it-tip ta’ xandiriet ser tkun l-isfida li jmiss għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u għall-qrati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-kriterju tat-trażmissjoni permezz ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, kif ukoll dak tal-aċċessibbiltà għall‑pubbliku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara l-aħħar żewġ inċiżi fil-punt 36 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, ma humiex partikolarment utli sabiex jiġi ddeterminat il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/13 għal dak li jirrigwarda l-aspett li jinteressana. L-internet huwa n-netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi per eċċellenza u dak kollu li ma ġiex irriżervat għal ċertu grupp ta’ utenti huwa aċċessibbli mill-pubbliku. Bl‑istess mod, in-natura informattiva, ta’ divertiment jew edukattiva tal-kontenut trażmess ma jikkostitwixxix kriterju partikolarment selettiv, peress li jkopri kważi l-isfera immaġinabbli kollha tal-kontenut awdjoviżiv, iktar u iktar jekk dan il-kontenut għandu wkoll natura kummerċjali u pubblika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Ir-responsabbiltà editorjali ġiet iddefinita b’mod wiesa’ ħafna fl‑Artikolu 1(1)(c) tad-Direttiva 2010/13. Fil-fatt hija ma tirrigwardax responsabbiltà dwar il-kontenut tal-materjal awdjoviżiv imxandar kollu (il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>programmi<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> skont it-terminoloġija tad-Direttiva), iżda sempliċement dwar is-selezzjoni ta’ dan il-materjal u l-organizzazzjoni tiegħu fil-kuntest tas-servizzi. Fil-fatt, dan il-kriterju essenzjalment jista’ jservi biss sabiex issir distinzjoni bejn il-fornituri tal-kontenut u l-operaturi li joffru servizz ta’ trażmissjoni ta’ data (bħall-fornituri ta’ netwerks tat-televiżjoni bil-cable jew ta’ konnessjoni tal-internet).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Jibqa’ li jiġu eżaminati ż-żewġ kriterji li l-qorti tar-rinviju talbet l-interpretazzjoni tagħhom. Skont il-kriterju tal-għan prinċipali, huwa awdjoviżiv biss is-servizz li l-għan prinċipali tiegħu huwa l-provvista ta’ kontenut awdjoviżiv. Fid-deċiżjoni li hija s-suġġett tal-kawża prinċipali, l-awtorità regolatorja Awstrijaka kkunsidrat li l-katalogu ta’ kontenut vidjo li jinsab fil-paġna tal-internet kien jikkostitwixxi servizz separat. L‑għan prinċipali ta’ servizz hekk iddefinit huwa, bilfors, il-provvista ta’ kontenut awdjoviżiv. F’tali interpretazzjoni, il-kriterju tal-għan prinċipali jitlef madankollu s-sens kollu, peress li kif diġà rrilevajt iktar ’il fuq, huwa jissuġġetta l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva għall‑arkitettura konkreta li jippreżenta sit tal-internet f’data partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Il-programm huwa mbagħad iddefinit fl-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva 2010/13. Din id-definizzjoni hija adattament tad-definizzjoni li kienet tinsab fil-formulazzjoni inizjali tad-Direttiva 89/552. Din id‑dispożizzjoni tiddefinixxi l-programm bħala element individwali fil‑kuntest ta’ skeda, f’servizz lineari, jew fil-kuntest ta’ katalogu, f’servizz non-lineari. Il-programm għandu barra minn hekk ikollu forma u kontenut komparabbli mal-forma u mal-kontenut tax-xandir televiżiv. Din ir‑riżerva tikkostitwixxi indizju ieħor tal-fatt li l-intenzjoni tal-leġiżlatur ma kinitx li jdaħħal fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva kontenut awdjoviżiv li normalment ma jixxandarx fuq it-televiżjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Minbarra d-definizzjoni ta’ servizzi tal-medja awdjoviżiva b’mod ġenerali, id-Direttiva 2010/13 tinkludi, fl-Artikolu 1(1)(g), id‑definizzjoni ta’ servizzi non-lineari (ikkunsidrati bħala servizzi on‑demand). Skont din id-definizzjoni, fil-kuntest ta’ servizz non‑lineari, l-utent jista’ jagħżel u jara x’ħin jixtieq programm meħud minn katalogu magħżul mill-fornitur tas-servizz. Jidher li l-awtorità regolatorja Awstrijaka kkunsidrat fid-deċiżjoni li hija s-suġġett tal-kawża prinċipali li, bħal katalogu ta’ kontenut vidjo li jinsab fis-sit internet ta’ Tiroler Tageszeitung Online, dan is-sit (jew pjuttost il-parti tiegħu li tinkludi dan il-katalogu) jikkostitwixxi servizz tal-medja awdjoviżiva on-demand.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Madankollu, jiena nikkunsidra li fl-interpretazzjoni ta’ din id‑definizzjoni, ma hemmx lok li tingħata importanza kbira ħafna lill‑kunċett ta’ katalogu. Id-definizzjoni li tinsab fl-Artikolu 1(1)(g) tad‑Direttiva hija l-istess bħad-definizzjoni tas-servizz awdjoviżiv lineari (jiġifieri x-xandir televiżiv), li tinsab fil-punt (e) tal-istess paragrafu. Il-katalogu fil-kuntest ta’ servizz non-lineari huwa l-ekwivalenti tal‑<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>iskeda<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, jiġifieri tal-organizzazzjoni tal-programmi matul iż-żmien, fil-kuntest tas-servizz lineari. Is-servizz non-lineari huwa differenti mis-servizz lineari preċiżament peress li l-programmi ma <HT TYPE="ITALIC">jixxandru</HT>x f’mument partikolari, iżda huma <HT TYPE="ITALIC">magħżula</HT> mill-utent fil-mument li jixtieq. Għandu għalhekk jeżisti katalogu li minnu l-utent jista’ jagħżel it‑titoli li jinteressawh. Madankollu dan ma għandux jiġi interpretat fis-sens li l-eżistenza ta’ katalogu tippreżumi li s‑servizz jikkostitwixxi servizz tal-medja awdjoviżiva fis-sens tad‑Direttiva 2010/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Il-premessi tad-Direttiva 2010/13 jinkludu indikazzjonijiet oħra dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għal dak li jirrigwarda s-servizzi awdjoviżivi non-lineari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Skont il-premessa 24 tagħha, is-servizzi tal-mejda non-lineari għandhom ikunu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>simili għat-televiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, li jfisser li jindirizzaw l-istess pubbliku. Madankollu huwa diffiċli li jiġi kkunsidrat li t-televiżjoni tindirizza pubbliku partikolari wieħed jew iktar. Hija toffri kontenut diversifikat ħafna, intiż fil-prinċipju għal kull tip possibbli u immaġinabbli ta’ pubbliku, billi jissodisfa t-talba tagħhom fil-qasam tal‑informazzjoni, ta’ divertiment u ta’ edukazzjoni. Din il-premessa għandha pjuttost tiġi analizzata bħala sinjal li l-leġiżlatur ried iżomm kompetizzjoni mingħajr distorsjoni bejn tipi ta’ attivitajiet ekonomiċi simili, billi jissuġġettahom għal dispożizzjonijiet analogi, tal-inqas f’dak li huwa essenzjali. Għalhekk, servizzi non-lineari <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>simili għat‑televiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> għandhom jinftiehmu b’mod strett; skont l-intenzjoni tal-leġiżlatur, id-Direttiva 2010/13 tista’ tapplika biss sa fejn l-iżvilupp tat-teknoloġiji ta’ telekomunikazzjonijiet joffri, taħt forma non-lineari, l‑istess kontenut bħal dak li qabel kien disponibbli biss fuq it-televiżjoni, jiġifieri fil‑kuntest ta’ servizz lineari. Madankollu l-leġiżlatur ma kellux l-intenzjoni li jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni għall-fenomeni ġodda marbuta mal-ġeneralizzazzjoni tal-internet, u b’mod partikolari tal-broadband internet, bħall-iżvilupp tal-paġni tal-internet multimedja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma titqegħidx fid-dubju mill-bqija tal‑premessa 24 tad-Direttiva 2010/13, li tipprovdi li l-kunċett ta’ programm għandu jkun interpretat b’mod dinamiku billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-iżvilupp fix-xandir televiżiv. Din l-indikazzjoni tfisser sempliċement li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva għal dak li jirrigwarda s-servizzi non-lineari għandu jibqa’ relatat mal-iżvilupp tas-suġġett prinċipali li hija għandha l-għan li tirregola, jiġifieri s‑servizzi lineari. Is-servizzi non-lineari ma jistgħux jikkostitwixxu qasam separat ta’ regolamentazzjoni tad-Direttiva. Dan iġib miegħu l-bżonn li dejjem jibqgħu jiġu inklużi tipi ġodda ta’ kontenut awdjoviżiv, li jista’ ma jkollhom xejn komuni max-xandir televiżiv lineari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, skont il-premessa 28 tad-Direttiva 2010/13, il‑kamp ta’ applikazzjoni ma jinkludix il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>verżjonijiet elettroniċi ta’ gazzetti u magazines<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>. Fl-opinjoni tiegħi, dan il-passaġġ għandu jinqara wkoll fid-dawl tal-livell attwali tal-iżvilupp tas-servizzi tas-soċjetà tal‑informazzjoni. Għalhekk, hawnhekk ma hijiex kwistjoni ta’ servizz li jikkonsisti f’mekkaniżmu ta’ trasferiment tal-kontenut tal-karta tal‑gazzetti u tal-magazines fuq l-internet. L-ewwel nett, tali servizz ma jkollux post għal kontenut awdjoviżiv, li neċessarjament il-medja tal‑karta ma jkollhiex minnu. It-tieni nett, il-paġni tal-internet tal-gazzetti u tal-magazines huma limitati għar-riproduzzjoni taħt forma elettronika tal-artikoli ppubblikati fl-edizzjonijiet tal-karta li dejjem qed jonqsu. Ħafna drabi llum jiġu żviluppati<?PAGE NO="12"?> portals li jinkludu, f’numru ferm ikbar mill-verżjonijiet fuq il-karta, elementi ta’ natura differenti inkluż it-tip awdjoviżiv. Dan jirrigwarda l-iktar il-gazzetti, li s-siti internet tagħhom jieħdu, bħala regola ġenerali, il-forma ta’ portals ta’ informazzjoni li jinkludu aħbarijiet kontinwament aġġornati, dokumenti ta’ analiżi, sezzjonijiet speċjalizzati u ddettaljati, eċċ. Is-sit internet ta’ Tiroler Tageszeitung Online jikkostitwixxi preċiżament eżempju ta’ dan. Barra minn hekk, il-portals ta’ dan it-tip ma jiffunzjonawx biss taħt it-titolu tal-gazzetti, iżda jistgħu jkunu wkoll proprjetà ta’ stazzjonijiet televiżivi jew tar-radju, l-iktar dawk ta’ informazzjoni, jew jiffunzjonaw esklużivament bħala portals tal‑internet. Dawn il-kategoriji ta’ portals kollha għandhom il-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, iżda għandhom struttura ġenerali u kontenut analogi. Għalhekk li jiġu kkunsidrati b’mod differenti ċerti portals tal-internet ta’ natura informattiva minħabba l-fatt biss li huma proprjetà ta’ gazzetti jew ta’ magazines, huwa fl-opinjoni tiegħi inġustifikat u jwassal għal inugwaljanza fit-trattament. Il-premessa 28 tad‑Direttiva 2010/13 għandha għalhekk tiġi analizzata bħala indikazzjoni tal-fatt li l-leġiżlatur ried jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva kull tip ta’ sit internet ta’ informazzjoni li għandu n-natura ta’ multimedja, jiġifieri li jinkludi fost oħrajn kontenut awdjoviżiv.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Risposta għad-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tagħmel domandi preliminari dwar l‑interpretazzjoni tal-kriterju tal-għan prinċipali, kif ukoll tal-kunċett ta’ programm<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara l-punti 36, kif ukoll 42 u 43 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, fil-kuntest ta’ kawża dwar il-klassifikazzjoni, bħala servizz tal-medja awdjoviżiva fis-sens tad-Direttiva 2010/13, tal-parti mis-sit internet ta’ Tiroler Zeitung Online li tinkludi kontenut awdjoviżiv. Madankollu, il-kwistjoni tirrigwarda essenzjalment jekk din id‑direttiva tapplikax għal portals tal-internet ta’ informazzjoni tat-tip multimedja, jiġifieri li jinkludu kemm materjal bil-miktub u fotografiku, kif ukoll awdjo u awdjoviżiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, il-premessi preċedenti jwasslu għall‑konklużjonijiet segwenti, li huma essenzjali sabiex tingħata risposta għad‑domandi hekk magħmula.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, id-Direttiva 2010/13 hija l-konsegwenza diretta tal-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tat-televiżjoni, u l-għan tagħha huwa biss li ddaħħal fil-kamp tar-regolamentazzjoni s-servizzi li jinsabu f’kompetizzjoni diretta mat-televiżjoni, jiġifieri li joffru l-istess kontenut taħt forma non‑lineari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-għan prinċipali ta’ servizzi tal-medja awdjoviżiva fis-sens tad-Direttiva 2010/13 huwa l-provvista ta’ programmi, jiġifieri elementi ta’ programm tradizzjonali tat-televiżjoni (skeda ta’ programmi fis-sens tat-terminoloġija tad-Direttiva), inkluż meta, fil-każ ta’ servizz non-lineari, dawn il-programmi ma jixxandrux f’mument partikolari, iżda fuq talba tal-utent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>It-tielet nett, u għalkemm b’mod anakronistiku fid-dawl tal-livell attwali ta’ żvilupp tat-teknoloġija tal-internet, il-leġiżlatur indika b’mod ċar fil-premessi tad-Direttiva li ma kellux l-intenzjoni li jdaħħal fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva l-portals tal-internet ta’ informazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Portal tal-internet tat-tip tas-sit ta’ Tiroler Tageszeitung Online ma jissodisfax għalhekk ir-rekwiżiti meħtieġa sabiex jitqies li huwa servizz tal-medja awdjoviżiva fis-sens tad-Direttiva. L-ewwel nett, it-tnissil ta’ portals tal-internet multimedja li, minbarra kontenut bil‑miktub u fotografiku, jinkludu materjal awdjo u awdjoviżiv ma huwiex fil-fatt il-konsegwenza tal-iżvilupp teknoloġiku tat-televiżjoni, iżda fenomemu kompletament ġdid, marbut essenzjalment mat-tkabbir tal‑fluss tan-netwerks ta’ telekomunikazzjonijiet. It-tieni nett, in-natura multimedja tal-portals bħas-sit internet ta’ Tiroler Tageszeitung Online ma tippermettix analiżi differenti mill-bqija tal-portal tal‑kontenut awdjoviżiv li jinsab fih, anki jekk dan tal-aħħar ikun miġbur f’sezzjoni separata tal-imsemmi portal. L-essenza ta’ servizz multimedja hija fil-fatt li jingħaqdu forom ta’ messaġġi differenti — bil‑miktub, immaġini u<?PAGE NO="13"?> ħsejjes — u l-arkitettura konkreta ta’ portal tikkostitwixxi biss aspett tekniku sekondarju. Fit-tielet u l-aħħar nett, tali portals tal-internet multimedja jikkostitwixxu l-forma attwali ta’ dak li l‑leġiżlatur kien għadu jista’ jikkunsidra bħala l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>verżjonijiet elettroniċi ta’ gazzetti u magazines<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> fi żmien ix-xogħlijiet relattivi għad-Direttiva dwar is-servizzi awdjoviżivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, nikkunsidra li l-Artikolu 1(1)(a)(i) tad-Direttiva 2010/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li la s-sit internet ta’ ġurnal li jinkludi materjal awdjoviżiv, u lanqas kwalunkwe sezzjoni tal-imsemmi sit, ma jikkostitwixxu servizz tal-medja awdjoviżiva fis-sens tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Nixtieq nirrileva wkoll li jiena ma naqbilx mal-preokkupazzjoni li tali interpretazzjoni tippermetti lill-operaturi li effettivament jipprovdu servizzi tal-medja awdjoviżiva li jipproġettaw ruħhom bħala portal ta’ informazzjoni multimedja sabiex b’hekk jevitaw il-leġiżlazzjoni li hija applikabbli għalihom f’dak il-qasam. Huwa evidenti li l-applikazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri tad‑dispożizzjonijiet adottati abbażi tad-Direttiva 2010/13 teħtieġ l‑evalwazzjoni tan-natura tas-servizzi eżistenti fis-suq sabiex jiġu kklassifikati bħala servizzi tal-medja awdjoviżiva fis-sens tad‑Direttiva. Ebda dispożizzjoni legali, anki l-iktar waħda preċiża, ma tista’ tissostitwixxi tali evalwazzjoni każ b’każ; dan japplika wkoll fl‑oqsma kollha tad-dritt. L-eventwali diffikultajiet li jirriżultaw minn dan ma jistgħux madankollu jiġġustifikaw interpretazzjoni tad-Direttiva b’mod li tinkludi fil-prattika l-kontenut awdjoviżiv kollu eżistenti fuq l‑internet, u li b’hekk teċċedi l-portata tar-regolamentazzjoni prevista mil‑leġiżlatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Nerġa’ ndur issa għaż-żiemel li semmejt fil-bidu ta’ dawn il‑konklużjonijiet. Il-fatt li huwa teoretikament diffiċli li tingħata definizzjoni astratta ta’ servizz tal-medja awdjoviżiva ma jfissirx li fil-prattika ma huwiex faċli li jiġi identifikat tali servizz. Il-maġġoranza kbira tas-servizzi ta’ dan it-tip joffru fuq siti internet feature-length films, serje televiżivi, trażmissjonijiet sportivi, eċċ. Għalhekk dawn jirrigwardaw ġeneru ta’ xandir li huwa faċli li jiġi kklassifikat bħala tipikament televiżiv. Id-dubji għandhom jiġu riżolti skont l-għan tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva, favur in-nuqqas ta’ applikazzjoni tagħha għas-siti internet multimedja. Għalhekk jistgħu jiġu kklassifikati bħala servizzi tal-medja awdjoviżiva biss is-siti li jissodisfaw mingħajr ebda dubju l-kriterji kollha ta’ tali servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Huwa evidenti li l-interpretazzjoni li jiena nipproponi tirrigwarda d-definizzjoni ta’ servizz tal-medja awdjoviżiva abbażi tal‑formulazzjoni attwalment fis-seħħ tad-Direttiva 2010/13. Din id‑direttiva hija r-riżultat tal-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet legali intiżi għax-xandir televiżiv u, kif jirrileva ċertu awtur, għandha natura ttimbrata mis-seklu għoxrin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Cabrera Blázquez, F.J., <HT TYPE="ITALIC">op</HT>. <HT TYPE="ITALIC">cit</HT>., p. 25.</P></NOTE>. Madankollu dan ma jfissirx li l-kontenut li jinsab fuq l-internet, inkluż dak awdjoviżiv, ma jistax jew ma għandu bl-ebda mod ikun suġġett għal dispożizzjonijiet legali, fosthom dawk tad-dritt tal-Unjoni, għal dak li jirrigwarda kwistjonijiet bħall-protezzjoni tal‑minuri u tal-ordni pubbliku, tar-reklamar jew tal-prinċipju ta’ trażmissjoni ta’ avvenimenti importanti. Madankollu, fl-opinjoni tiegħi dawn għandhom ikunu dispożizzjonijiet adattati għall-karatteristiċi speċifiċi tal-internet, u b’mod partikolari għan-natura multimedja tiegħu. Ix‑xogħlijiet relatati mal-pakkett ġdid ta’ dispożizzjonijiet dwar is-suq diġitali, reċentement imħabbra mill-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa, COM(2015) 192 final.</P></NOTE>, jistgħu joffru din l‑okkażjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi d-domandi magħmula mill‑Verwaltungsgerichtshof kif ġej:</TXT><P>L-Artikolu 1(1)(a)(i) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20100310">10 ta’ Marzu 2010</DATE>, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) għandu jiġi interpretat fis-sens li la s-sit internet ta’ ġurnal li jinkludi materjal awdjoviżiv, u lanqas ebda sezzjoni tal-imsemmi sit, ma jikkostitwixxu servizz tal-medja awdjoviżiva fis-sens tal-imsemmija direttiva.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>