<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-658/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CJ0658</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:925">EU:C:2022:925</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20221124">24.11.2022</DATE> – Kawża C‑658/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">Belplant</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P>24 ta’ Novembru 2022<NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva (UE) 2015/1535</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>regolament tekniku<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(1)</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-użu ta’ pestiċidi li fihom il-glifosat minn individwi fuq artijiet għal użu privat</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5(1)</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu tal-Istati Membri li jikkomunikaw lill-Kummissjoni Ewropea kull abbozz ta’ regolament tekniku</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑658/21,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mir-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tal‑21 ta’ Ottubru 2021, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid‑29 ta’ Ottubru 2021, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Belgisch-Luxemburgse vereniging van de industrie van plantenbescherming VZW (Belplant)</HT>, li kienet Belgische Vereniging van de Industrie van Plantenbeschermingsmiddelen VZW (Phytofar),</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Vlaams Gewest,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn N. Piçarra, li qiegħed jaġixxi bħala President tal-Awla, N. Jääskinen u M. Gavalec (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: A. M. Collins,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Belgisch-Luxemburgse vereniging van de industrie van plantenbescherming VZW (Belplant), li kienet Belgische Vereniging van de Industrie van Plantenbeschermingsmiddelen VZW (Phytofar), minn B. Deltour, advocaat,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Vlaams Gewest, minn E. Cloots, T. Roes u J. Roets, advocaten,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Castilla Contreras, M. Escobar Gómez u M. ter Haar, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li taqta’ l-kawża mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika [tal-Informazzjoni] (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="241" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 241, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Belgisch-Luxemburgse vereniging van de industrie van plantenbescherming VZW (Belplant) (assoċjazzjoni Belġjana-Lussemburgiża tal-industrija tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ASBL), li kienet Belgische Vereniging van de Industrie van Plantenbeschermingsmiddelen VZW (Phytofar) (assoċjazzjoni Belġjana tal-industrija tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ASBL) (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Belplant<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), u l-Vlaams Gewest (ir-Reġjun Fjamming, il-Belġju) rigward il-validità ta’ digriet tal-Gvern Fjamming li jipprojbixxi l-użu, minn individwi, fuq artijiet għal użu privat li jinsabu fit-territorju tar-Reġjun Fjamming, ta’ pestiċidi li fihom il-glifosat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 2, 3, 7 u 11 tad-Direttiva 2015/1535 jipprevedu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>(2)</NO.P><TXT>Is-suq intern jinkludi żona mingħajr fruntieri li fiha jiġi żgurat il-moviment tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital. Għalhekk, il-projbizzjoni ta’ restrizzjonijiet kwantitattivi fuq il-moviment tal-merkanzija u ta’ miżuri li għandhom effett ekwivalenti hija waħda mill-prinċipji bażiċi tal-Unjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Sabiex ikun imħeġġeġ it-tħaddim bla xkiel tas-suq intern għandha tiġi żgurata trasparenza kemm jista’ jkun fir-rigward tal-inizjattivi nazzjonali sabiex jiġu stabbiliti regolamenti tekniċi.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>L-għan tas-suq intern huwa li joħloq ambjent li jwassal għall-kompetittività tal-intrapriżi. Żieda fil-proviżjoni ta’ informazzjoni hija mod wieħed li jgħin lill-intrapriżi jiksbu iktar mill-vantaġġi inerenti f’dan is-suq. Huwa għalhekk meħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jiġu megħjuna biex jagħtu l-istima tagħhom dwar l-impatt tar-regolamenti tekniċi nazzjonali<?PAGE NO="3"?> proposti mill-Istati Membri l-oħra, billi tkun provduta l-pubblikazzjoni regolari tat-titoli tal-abbozzi nnotifikati u permezz tad-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kunfidenzjalità ta’ dawn l-abbozzi.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>Il-ħtiġijiet, għajr l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, li jirreferu għaċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott wara li jkun inħareġ fis-suq x’aktarx li jaffettwaw il-moviment liberu ta’ dak il-prodott jew joħolqu ostakoli għat-tħaddim xieraq tas-suq intern.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1)(b) sa (f) ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>servizz<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser kull servizz tas-Soċjetà tal-Informatika [tal-informazzjoni], jiġifieri kull servizz normalment ipprovdut għal rimunerazzjoni, mill-bogħod, b’mezzi elettroniċi u fuq it-talba individwali ta’ riċevitur ta’ servizzi.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>speċifikazzjoni teknika<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser speċifikazzjoni li tinsab f’dokument li jistabbilixxi l-karatteristiċi meħtieġa ta’ prodott bħalma huma l-livelli ta’ kwalità, ir-riżultat tal-ħidma, is-sigurtà jew id-dimensjonijiet, inklużi l-ħtiġiet li japplikaw għall-prodott rigward l-isem li bih il-prodott jinbiegħ, it-terminoloġija, is-simboli, l-eżaminazzjoni u l-metodi tal-eżaminazzjoni, l-imballaġġ, l-immarkar jew l-ittikkettjar u l-proċeduri ta’ stima tal-konformità;</TXT><P>It-terminu <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>speċifikazzjoni teknika<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> jkopri wkoll il-metodi u l-proċessi tal-produzzjoni użati rigward il-prodotti agrikoli, li hemm referenza għalihom fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 38(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali, u l-prodotti mediċinali ddefiniti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [tas‑6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69)], kif ukoll il-metodi u l-proċessi tal-produzzjoni li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti oħra, fejn dawn ikolhom effett fuq il-karatteristiċi tagħhom;</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>ħtiġijiet oħra<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tifsser ħtieġa, għajr speċifikazzjoni teknika, imposta fuq prodott bil-għan li tipproteġi, b’mod partikolari, il-konsumatur jew l-ambjent, u li taffettwa ċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu wara li jkun inħareġ fis-suq, bħalma huma l-kondizzjonijiet dwar l-użu, ir-riċiklaġġ, l-użu mill-ġdid jew ir-rimi, fejn dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jinfluwenzaw b’mod sinifikanti l-kompożizzjoni jew in-natura tal-prodott jew il-bejgħ tiegħu fis-suq;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>regola dwar is-servizzi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser ħtieġa ta’ natura ġenerali li għandha x’taqsam mal-bidu u l-eżerċizzju ta’ attivitajiet ta’ servizzi fit-tifsira tal-punt (b), b’mod partikolari id-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-fornitur tas-servizz, is-servizzi u r-riċevitur tas-servizzi, għajr kull regola li mhijiex speċifikament immirata lejn is-servizzi definiti f’dak il-punt.</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>regolament tekniku<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser speċifikazzjonijiet tekniċi u ħtiġiet oħra jew regoli dwar servizzi, inklużi d-dispożizzjonijiet amministrattivi relevanti, li l-osservanza tagħhom hija obbligatorja, <HT TYPE="ITALIC">de jure</HT> jew <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, fil-każ tat-tqegħid fis-suq, il-forniment ta’ servizz, l-istabbiliment ta’ operatur tas-servizz jew l-użu fi Stat Membru jew f’parti l-kbira minnu, kif ukoll il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri, għajr dawk ipprovduti fl-Artikolu 7, li jipprojbixxu l-fabbrikazzjoni, l-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ prodott, jew li jipprojbixxu l-forniment jew l-użu ta’ servizz, jew l-istabbiliment ta’ fornitur tas-servizz;</TXT><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Soġġetti għall-Artikolu 7, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw fil-pront lill-Kummissjoni kull abbozz ta’ regolament tekniku, għajr fejn dan sempliċiment jittrasponi t-test ta’ standard internazzjonali jew Ewropew, f’liema każ l-informazzjoni li jkollha x’taqsam mal-istandard relevanti tkun biżżejjed; għandhom ukoll iħallu lill-Kummissjoni tagħmel dikjarazzjoni dwar ir-raġunijiet li jagħmlu meħtieġa l-leġislazzjoni ta’ dan ir-regolament tekniku, fejn dawk ir-raġunijiet ma jkunux diġà ġew magħmula ċari fl-abbozz.</ALINEA><ALINEA>Fejn ikun xieraq, u għajr jekk ma jkunux diġà bagħtuh b’komunikazzjoni minn qabel, l-Istati Membri għandhom simultanjament jikkomunikaw it-test tad-dispożizzjonijiet bażiċi leġislattivi jew regolatorji interessati prinċipalment u direttament lill-Kummissjoni, jekk it-tagħrif ta’ dan it-test ikun meħtieġ biex jistma l-implikazzjonijiet tal-abozz ta’ regolament tekniku.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Fejn, b’mod partikolari, l-abbozz tar-regolament tekniku jfittex li jillimita l-bejgħ fis-suq jew l-użu ta’ sustanza kimika, it-tħejjija jew il-prodott għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika jew għall-protezzjoni tal-konsumaturi jew tal-ambjent, l-Istati Membri għandhom jibagħtu wkoll jew sommarju jew ir-referenzi tad-data kollha relevanti li għandhom x’jaqsmu mas-sustanza, mat-tħejjija jew mal-prodott involut u ma’ sostituti magħrufa u disponibbli, fejn din l-informazzjoni tkun disponibbli, u jikkomunikaw l-effetti antiċipati tal-miżura dwar is-saħħa pubblika u l-protezzjoni tal-konsumatur u tal-ambjent, flimkien ma’ analiżi dwar ir-riskju imwettaq kif xieraq b’mod konformi mal-prinċipji previsti fil-parti relevanti tat-Taqsima II.3 tal-Anness XV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [tat‑18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="396" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 396, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="036" PAGE.FIRST="84" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 36, p. 84</REF.DOC.OJ>)].</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Belġjan</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id‑Digriet tat‑8 ta’ Frar 2013</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-decreet houdende duurzaam gebruik van pesticiden in het Vlaamse Gewest (id-Digriet dwar Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi fir-Reġjun Fjamming), tat‑8 ta’ Frar 2013 (<HT TYPE="ITALIC">Belgisch Staatsblad</HT>, 22 ta’ Marzu 2013, p. 11685), fil-verżjoni tiegħu applikabbli fid-data tal-fatti relatati mat-tilwima fil-kawża prinċipali, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>L-użu tal-pestiċidi jista’ jkun irregolat permezz ta’ projbizzjoni jew limitazzjoni ta’ użu. Għal dan il-għan, tista’ ssir distinzjoni skont it-tip ta’ sustanza attiva, l-artijiet f’żoni speċifiċi, l-attività jew il-grupp fil-mira.</ALINEA><ALINEA>Il-Gvern Fjamming jistabbilixxi regoli iktar preċiżi għal dan il-għan.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id‑Digriet tal‑15 ta’ Marzu 2013</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Gvern Fjamming implimenta d-Digriet tat‑8 ta’ Frar 2013 dwar Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi fir-Reġjun Fjamming permezz tal-besluit houdende nadere regels inzake duurzaam gebruik van pesticiden in het Vlaamse Gewest voor niet-land- en tuinbouwactiviteiten en de opmaak van het Vlaams Actieplan Duurzaam Pesticidengebruik (id-Digriet dwar il-Metodi dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi fir-Reġjun Fjamming għall-Attivitajiet Non‑Agrikoli u Non‑Ortikulturali u dwar l-Istabbiliment tal-Pjan ta’ Azzjoni Fjamming għall-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi) tal‑15 ta’ Marzu 2013 (<HT TYPE="ITALIC">Belgisch Staatsblad</HT>, 18 ta’ April 2013, p. 23751, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Digriet tal‑15 ta’ Marzu 2013<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id‑Digriet tal‑14 ta’ Lulju 2017</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-preambolu tal-besluit van de Vlaamse Regering tot wijziging van het besluit van de Vlaamse Regering van <DATE ISO="20130315">15 maart 2013</DATE> houdende nadere regels inzake duurzaam gebruik van pesticiden in het Vlaamse Gewest voor niet-land‑ en tuinbouwactiviteiten en de opmaak van het Vlaams Actieplan Duurzaam Pesticidengebruik (id-Digriet tal-Gvern Fjamming li Jemenda d-Digriet tal‑15 ta’ Marzu 2013 dwar il-Metodi dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi fir-Reġjun Fjamming għall-Attivitajiet Non‑Agrikoli u Non‑Ortikulturali u dwar l-Istabbiliment tal-Pjan ta’ Azzjoni Fjamming għall-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi), tal‑14 ta’ Lulju 2017 (<HT TYPE="ITALIC">Belgisch Staatsblad</HT>, 18 ta’ Lulju 2017, p. 73320, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Digriet tal‑14 ta’ Lulju 2017<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>[…]</P><P>Billi r-riċerka xjentifika ma tipprovdix risposta definittiva dwar l-effetti dannużi jew le tal-użu tal-pestiċidi li fihom il-glifosat kemm fuq is-saħħa pubblika kif ukoll fuq l-ambjent; billi r-riċerka fuq l-effetti karċinoġeni jew tossiċi tal-użu tal-pestiċidi li jkun fihom il-glifosat tirriżulta li hija influwenzata mill-impriżi kkonċernati; billi, għaldaqstant, fuq il-bażi tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, għandu jiġi pprojbit immedjatament l-użu tal-pestiċidi li fihom il-glifosat fuq l-artijiet għal użu privat mill-utenti li ma għandhomx fitoliċenzja; billi ġiet ikkonstatata l-assenza ta’ bażi legali għal tali projbizzjoni; billi l-Vlaams Parlament (il-Parlament Fjamming) approva fit‑28 ta’ Ġunju 2017 b’urġenza l-abbozz ta’ digriet li fih diversi dispożizzjonijiet fil-qasam tal-ambjent, ta’ natura u ta’ agrikoltura bil-għan li tiġi prevista b’mod espliċitu l-bażi legali ta’ din il-projbizzjoni. billi l-Gvern Fjamming issanzjona u ppromulga fit‑30 ta’ Ġunju 2017 id-[decreet<?PAGE NO="6"?> houdende diverse bepalingen inzake omgeving, natuur en landbouw (id-Digriet li Jistabbilixxi Diversi Dispożizzjonijiet dwar l-Ambjent, in-Natura u l-Agrikoltura)]; billi fl-assenza ta’ trattament urġenti, tali projbizzjoni għandha mnejn tidħol fis-seħħ biss wara li l-utenti msemmija jkunu diġà applikaw il-pestiċidi li fihom il-glifosat fuq l-artijiet ikkonċernati;</P><P>[…]</P><P>Billi fl-assenza ta’ kunsens xjentifiku dwar l-effetti tal-glifosat u tal-erbiċidi fuq is-saħħa tal-bniedem, l-ambjent u n-natura, il-prinċipju ta’ prekawzjoni għandu jiġi osservat;</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad‑Digriet tal‑14 ta’ Lulju 2017 introduċa, fid-Digriet tal‑15 ta’ Marzu 2013, l‑Artikolu 3/1, li huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Il-Kapitolu 4/1 japplika għaż-żoni użati minn individwi.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Dan il-Kapitolu 4/1, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Użu ta’ pestiċidi li fihom il-glifosat<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, ġie miżjud mad-Digriet tal‑15 ta’ Marzu 2013 permezz tal-Artikolu 5 tad‑Digriet tal‑14 ta’ Lulju 2017. L-imsemmi kapitolu huwa kkostitwit biss mill-Artikolu 8/1, ifformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Huma biss l-utenti professjonali detenturi ta’ fitoliċenzja P1, P2 jew P3 li huma awtorizzati jużaw il-pestiċidi abbażi tal-glifosat.</ALINEA><ALINEA>Fis-sens tal-ewwel paragrafu, utent professjonali għandu jfisser kull min, fis-settur agrikolu jew f’settur ieħor, juża prodotti fil-kuntest tal-attivitajiet professjonali tiegħu, inklużi l-persuni li jimmanipulaw l-apparati ta’ applikazzjoni, it-tekniċi, il-persuni li jimpjegaw u l-ħaddiema li jaħdmu għal rashom.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It‑tilwima fil‑kawża prinċipali u d‑domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Belplant ippreżentat rikors għall-annullament tad-Digriet tal‑14 ta’ Lulju 2017 quddiem il-qorti tar-rinviju, ir-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat, il-Belġju).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Dik il-qorti tirrileva li, insostenn tar-rikors tagħha, Belplant tqajjem, b’mod partikolari, motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2015/1535, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ lealtà stabbilit fl-Artikolu 4(3) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-imsemmija qorti tesponi li, permezz ta’ dan il-motiv, Belplant issostni li d-Digriet tal‑14 ta’ Lulju 2017 kellu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva, peress li dan jipprevedi projbizzjoni ta’ użu, fuq artijiet għal użu privat, ta’ pestiċidi li fihom il-glifosat minn utenti mhux detenturi ta’ awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtorità reġjonali kompetenti u msejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>fitoliċenzja<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont Belplant, din il-projbizzjoni tikkostitwixxi regolament tekniku, u b’mod iktar preċiż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>ħtiġijiet oħra<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1)(d) u (f) tad-Direttiva 2015/1535. Tali regolament huwa suġġett għall-obbligu ta’ komunikazzjoni minn qabel lill-Kummissjoni previst fl-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva, b’tali mod li, peress li l-Gvern Fjamming ma wettaqx dan l-obbligu, id-dispożizzjoni tad-Digriet tal‑14 ta’ Lulju 2017 li tinkludi r-regolament tekniku kkonċernat hija invalida u, għaldaqstant, inapplikabbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tenfasizza, f’dan ir-rigward, li pestiċida li jinkludi l-glifosat ma huwiex differenti skont jekk jiġix applikat minn utent ordinarju jew minn utent professjonali detentur ta’ fitoliċenzja. Hija tikkunsidra, għalhekk, li l-miżura stabbilita permezz tad-Digriet tal‑14 ta’ Lulju 2017 tikkonsisti fl-impożizzjoni ta’ projbizzjoni tal-użu tal-pestiċidi li fihom il-glifosat fuq artijiet għal użu privat mill-utenti li ma għandhomx fitoliċenzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dik il-qorti tqajjem il-kwistjoni dwar jekk din il-miżura kellhiex effettivament tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni inkwantu regolament tekniku, kif issostni Belplant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li r-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva [2015/1535] għandu jiġi interpretat fis-sens li projbizzjoni ta’ użu ta’ pestiċidi li jinkludu l-gilfosat minn utenti li ma jkollhomx liċenzja dwar is-saħħa tal-pjanti fuq artijiet għal użu privat għandha titqies li tikkonċerna regolament tekniku li, konformement mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, għandu jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni Ewropea?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2015/1535, moqri flimkien mal-Artikolu 5 tagħha, għandux jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-persuni li ma għandhomx awtorizzazzjoni nazzjonali intiża għall-professjonisti milli jużaw, fuq artijiet għal użu privat, pestiċidi li fihom il-glifosat tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>regolament tekniku<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fis-sens tal-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, li għandu jkun is-suġġett ta’ komunikazzjoni lill-Kummissjoni skont it-tieni dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Preliminarjament, fir-rigward tal-argument imressaq mir-Reġjun Fjamming fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, li l-miżura stabbilita permezz tad-Digriet tal‑14 ta’ Lulju 2017 ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2015/1535, sa fejn dan id-digriet jirregola l-attivitajiet tal-operaturi ekonomiċi, u mhux il-karatteristiċi ta’ prodott, għandu jitfakkar li, ċertament, id-dispożizzjonijiet nazzjonali li sempliċement jipprevedu l-kundizzjonijiet għall-istabbiliment tal-impriżi jew għall-provvista ta’ servizzi minnhom, bħal dispożizzjonijiet li jissuġġettaw l-eżerċizzju ta’ attività professjonali għal awtorizzazzjoni minn qabel, ma jikkostitwixxux <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>regolamenti tekniċi<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2015/1535 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑13 ta’ Ottubru 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>M. u S</NAME.CASE>., <NO.CASE>C‑303/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:771">EU:C:2016:771</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Madankollu, il-miżura stabbilita permezz tad-Digriet tal‑14 ta’ Lulju 2017 ma għandhiex tiġi eżaminata fid-dawl tal-obbligu li għandhom l-utenti professjonali li jkollhom fitoliċenzja, iżda fid-dawl tal-projbizzjoni li hija timponi fuq l-utenti li ma għandhomx tali liċenzja milli jużaw pestiċidi li fihom il-glifosat fuq artijiet għal użu privat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Issa, tali projbizzjoni, prevista permezz ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2015/1535.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1)(f) tad-Direttiva 2015/1535 jiddistingwixxi erba’ kategoriji ta’ miżuri li jistgħu jitqiesu bħala regolamenti tekniċi, jiġifieri, l-ewwel, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>speċifikazzjoni teknika<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, it-tieni, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>ħtiġijiet oħra<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, it-tielet, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>regoli dwar servizzi<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> u, ir-raba’, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet<?PAGE NO="8"?> amministrattivi tal-Istati Membri […] li jipprojbixxu l-fabbrikazzjoni, l-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ prodott<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. L-ewwel tliet kategoriji ta’ miżuri huma ddefiniti, rispettivament, fil-punti (c) sa (e) ta’ dan l-Artikolu 1(1).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għad-domanda magħmula, għandu jiġi eżaminat jekk il-projbizzjoni, stabbilita permezz ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali bħalma huwa d-Digriet tal‑14 ta’ Lulju 2017, ta’ użu, minn persuni li ma għandhomx awtorizzazzjoni nazzjonali intiża għall-professjonisti, f’dan il-każ, fitoliċenzja, ta’ pestiċidi li fihom il-glifosat fuq artijiet għal użu privat taqax taħt waħda minn dawn l-erba’ kategoriji ta’ regolamenti tekniċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat, fl-ewwel lok, li, sabiex miżura nazzjonali taqa’ taħt l-ewwel kategorija ta’ regolamenti tekniċi, imsemmija fl-Artikolu 1(1)(c) tad-Direttiva 2015/1535, jiġifieri taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>speċifikazzjoni teknika<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, din il-miżura għandha tirreferi neċessarjament għall-prodott jew għall-imballaġġ tiegħu inkwantu tali u għaldaqstant tistabbilixxi waħda mill-karatteristiċi meħtieġa ta’ prodott (sentenza tat‑8 ta’ Ottubru 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Admiral Sportwetten <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑711/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:812">EU:C:2020:812</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, huwa paċifiku li l-miżura stabbilita permezz tad-Digriet tal‑14 ta’ Lulju 2017 ma tirreferix għall-pestiċidi li fihom il-glifosat jew għall-imballaġġ tagħhom bħala tali, b’tali mod li din il-miżura ma tiddeterminax waħda mill-karatteristiċi meħtieġa ta’ dawn il-prodotti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-imsemmija miżura ma tikkostitwixxix regolament tekniku li jieħu l-forma ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>speċifikazzjoni teknika<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1)(c) tad-Direttiva 2015/1535.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-kategorija ta’ regolamenti tekniċi kkostitwita minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>regoli dwar servizzi<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, biżżejjed jiġi kkonstatat li l-miżura stabbilita permezz tad-Digriet tal‑14 ta’ Lulju 2017 ma tistax taqa’ taħt din il-kategorija, peress li mid-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 1(1)(b) u (e) tad-Direttiva 2015/1535 jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>regola dwar servizzi<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> jindika rekwiżit relatat mas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, jiġifieri mas-servizzi pprovduti mill-bogħod, b’mod elettroniku u fuq it-talba individwali ta’ destinatarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Issa, din il-miżura ma tikkonċernax tali servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, iżda prodotti speċifiċi u l-użu tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jiġi vverifikat jekk il-miżura stabbilita permezz tad-Digriet tal‑14 ta’ Lulju 2017 tistax taqa’ taħt il-kategorija ta’ regolamenti tekniċi kkostitwita minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri […] li jipprojbixxu l-fabbrikazzjoni, l-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ prodott<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1)(f) tad-Direttiva 2015/1535.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li huwa paċifiku li l-miżura stabbilita permezz tad-Digriet tal‑14 ta’ Lulju 2017 la tipprojbixxi l-fabbrikazzjoni, la l-importazzjoni u lanqas it-tqegħid fis-suq tal-pestiċidi li fihom il-glifosat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-projbizzjonijiet ta’ użu, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li dawn il-projbizzjonijiet jinkludu miżuri li għandhom portata li b’mod ċar tmur lil hinn minn limitazzjoni għal ċerti użi possibbli tal-prodott inkwistjoni u għalhekk ma humiex limitati għal sempliċi restrizzjoni tal-użu tiegħu (sentenza tat‑8 ta’ Ottubru 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Admiral Sportwetten <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑711/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:812">EU:C:2020:812</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, din il-kategorija ta’ regolamenti tekniċi tirreferi b’mod iktar partikolari għal miżuri nazzjonali li ma jħallu lok għal ebda użu għajr għal wieħed purament marġinali li jista’ raġonevolment ikun mistenni mill-prodott ikkonċernat (sentenza tat‑28 ta’ Mejju 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>ECO-WIND Construction</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑727/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:393">EU:C:2020:393</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta, kif jenfasizza r-Reġjun Fjamming fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, li hija biss projbizzjoni kważi assoluta tal-użu normali ta’ prodott li tista’ taqa’ taħt l-imsemmija kategorija, u dan jeskludi s-sempliċi impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew ta’ restrizzjonijiet għall-użu tiegħu, bħal, f’dan il-każ, il-projbizzjoni imposta fuq l-utenti privati mhux milli jixtru pestiċidi li fihom il-glifosat, iżda milli jużaw huma stess tali prodotti, li jġiegħel lil dawn l-utenti jużaw, għal dan il-għan, is-servizzi ta’ professjonisti li għandhom fitoliċenzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-miżura stabbilita permezz tad-Digriet tal‑14 ta’ Lulju 2017 ma tistax taqa’ taħt il-kategorija ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri […] li jipprojbixxu l-fabbrikazzjoni, l-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ prodott<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1)(f) tad-Direttiva 2015/1535.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-raba’ u l-aħħar lok, fir-rigward tal-kategorija ta’ regolamenti tekniċi kkostitwita minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>ħtiġijiet oħra<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1)(d) tad-Direttiva 2015/1535, din tkopri rekwiżit, minbarra speċifikazzjoni teknika, impost fir-rigward ta’ prodott għal raġunijiet ta’ protezzjoni, b’mod partikolari tal-konsumaturi jew tal-ambjent, u li jirrigwarda ċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu wara t-tqegħid fis-suq, bħall-kundizzjonijiet tiegħu ta’ użu, ta’ riċiklaġġ, ta’ użu mill-ġdid jew ta’ eliminazzjoni meta dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jinfluwenzaw b’mod sinjifikattiv il-kompożizzjoni jew in-natura tal-prodott jew it-tqegħid tiegħu fis-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jirriżulta, qabel kollox, mill-preambolu tad-Digriet tal‑14 ta’ Lulju 2017 li l-projbizzjoni li huwa jistabbilixxi hija imposta għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi rrilevat li din il-projbizzjoni tikkonċerna ċ-ċiklu tal-ħajja tal-pestiċidi li fihom il-glifosat wara t-tqegħid tagħhom fis-suq, permezz tal-iffissar ta’ kundizzjoni marbuta mal-użu ta’ dawn il-prodotti, sa fejn, fuq artijiet għal użu privat, huma biss il-professjonisti li għandhom fitoliċenzja li huma awtorizzati jużawhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi kkonstatat li tali miżura ta’ projbizzjoni tista’ tinfluwenza t-tqegħid fis-suq tal-prodotti kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-fatt, din il-miżura twassal għall-għajbien ta’ kategorija ta’ xerrejja potenzjali ta’ pestiċidi li fihom il-glifosat, jiġifieri l-individwi li jixtiequ jużaw huma stess tali pestiċidi, mingħajr ma jirrikorru għas-servizzi ta’ professjonisti detenturi tal-fitoliċenzja meħtieġa. Tali restrizzjoni tal-possibbiltà ta’ użu tal-pestiċidi li fihom il-glifosat taffettwa, għaldaqstant, it-tqegħid tagħhom fis-suq (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑13 ta’ Ottubru 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>M. u S</NAME.CASE>., <NO.CASE>C‑303/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:771">EU:C:2016:771</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu, kif tindika l-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, sabiex il-miżura stabbilita permezz tad-Digriet tal‑14 ta’ Lulju 2017 tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>regolament tekniku<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, li jaqa’ taħt il-kategorija ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>ħtiġijiet oħra<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1)(d) u (f) tad-Direttiva 2015/1535, huwa neċessarju li t-tqegħid fis-suq ta’ pestiċidi li fihom il-glifosat tkun influwenzata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>b’mod sinjifikattiv<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> minn din il-miżura.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dan huwiex il-każ hawnhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’din l-evalwazzjoni, il-qorti tar-rinviju tista’ tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, il-volum globali tal-bejgħ tal-pestiċidi li fihom il-glifosat fit-territorju tar-Reġjun Fjamming u l-bidla tad-drawwiet ta’ xiri ta’ kull kategorija ta’ xerrejja, abbażi tal-frekwenza tax-xiri tagħhom u tal-kwantità ta’ prodott mixtrija, kif ukoll tal-bdil fir-rigward tal-postijiet ta’ xiri u tal-kanali ta’ distribuzzjoni. F’dan il-kuntest, dik il-qorti tista’ tieħu inkunsiderazzjoni l-punt sa fejn, minn naħa, id-domanda tal-utenti professjonali tissostitwixxi dik tal-individwi li jirrikorru għas-servizzi tal-utenti professjonali u, min-naħa l-oħra, l-utenti individwali issa jiksbu pestiċidi mingħajr glifosat minflok dawk li jinkludu din is-sustanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Jekk il-qorti tar-rinviju tikkonstata li l-miżura stabbilita permezz tad-Digriet tal‑14 ta’ Lulju 2017 għandha l-effett li tinfluwenza b’mod sinjifikattiv it-tqegħid fis-suq tal-prodotti kkonċernati, minn dan ikun jirriżulta li qabel l-adozzjoni ta’ dan id-digriet, il-Gvern Fjamming kien obbligat jikkonforma ruħu mal-obbligu ta’ komunikazzjoni previst fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2015/1535.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva jipprevedi li, meta l-abbozz ta’ regolament tekniku ikun intiż b’mod partikolari għal-limitazzjoni tat-tqegħid fis-suq jew tal-użu ta’ sustanza, ta’ preparazzjoni jew ta’ prodott kimiku, għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika jew ta’ protezzjoni tal-konsumaturi jew tal-ambjent, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ukoll lill-Kummissjoni sommarju jew ir-referenzi tad-data kollha rilevanti dwar is-sustanza, il-preparazzjoni jew il-prodott ikkonċernat u dik dwar il-prodotti ta’ sostituzzjoni magħrufa u li jkunu disponibbli, sa fejn din l-informazzjoni tkun disponibbli, kif ukoll l-effetti mistennija tal-miżura fir-rigward tas-saħħa pubblika jew il-protezzjoni tal-konsumatur u tal-ambjent, b’analiżi tar-riskji magħmula, f’każijiet xierqa, skont il-prinċipji previsti fil-parti kkonċernata tat-Taqsima II.3 tal-Anness XV tar-Regolament Nru 1907/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-raġunijiet kollha li ssemmew hawn fuq, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2015/1535, moqri flimkien mal-Artikolu 5 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-persuni li ma għandhomx awtorizzazzjoni nazzjonali intiża għall-professjonisti milli jużaw, fuq artijiet għal użu privat, pestiċidi li fihom il-glifosat tista’ tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>regolament tekniku<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1)(d) u (f) ta’ din id-direttiva, li għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva, sa fejn l-applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni nazzjonali tkun tali li tinfluwenza b’mod sinjifikattiv it-tqegħid fis-suq tal-prodotti kkonċernati, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam<?PAGE NO="11"?> tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika [tal-Informazzjoni], moqri flimkien mal-Artikolu 5 ta’ din,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">għandu jiġi interpretat fis-sens li:</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-persuni li ma għandhomx awtorizzazzjoni nazzjonali intiża għall-professjonisti milli jużaw, fuq artijiet għal użu privat, pestiċidi li fihom il-glifosat tista’ tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>regolament tekniku<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1)(d) u (f) ta’ din id-direttiva, li għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva, sa fejn l-applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni nazzjonali tkun tali li tinfluwenza b’mod sinjifikattiv it-tqegħid fis-suq tal-prodotti kkonċernati, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>