|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1767 |
20.7.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/1767
tas-17 ta’ Lulju 2026
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libanu
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-30 ta’ Lulju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 (1), li tikkonċerna miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libanu. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 tapplika sal-31 ta’ Lulju 2026. Abbażi ta’ rieżami ta’ dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stipulati fiha jiġu mġedda sal-31 ta’ Lulju 2027. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277, id-data “31 ta’ Lulju 2026” hija sostitwita bid-data “31 ta’ Lulju 2027”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
T. BYRNE
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1277 tat-30 ta’ Lulju 2021 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libanu (ĠU L 277 I, 2.8.2021, p. 16, ELI http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1277/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1767/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)