|
30.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 25/49 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/143
tad-19 ta' Jannar 2018
li tikkonferma jew temenda l-kalkolu proviżjorju tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 u l-miri ta' emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda għas-sena kalendarja 2016 skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2018) 184)
(It-testi bl-Estonjan, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bl-Olandiż u bit-Taljan biss huma awtentiċi)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011, kull sena l-Kummissjoni tinħtieġ tikkalkula l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 u l-mira ta' emissjonijiet speċifiċi għal kull manifattur tal-vetturi kummerċjali ħfief fl-Unjoni. Abbażi ta' dak il-kalkolu, il-Kummissjoni trid tiddetermina jekk il-manifatturi u l-konsorzji tal-manifatturi jkunux ikkonformaw mal-miri ta' emissjonijiet speċifiċi tagħhom. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 l-emissjonijiet speċifiċi medji tal-manifatturi għall-2016 jiġu kkalkulati skont it-tielet paragrafu ta' dak l-Artikolu u jqisu 80 % mill-vetturi kummerċjali ħfief ġodda tal-manifattur irreġistrati matul dik is-sena. |
|
(3) |
Id-dejta ddettaljata li trid tintuża għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji u tal-miri ta' emissjonijiet speċifiċi hija bbażata fuq ir-reġistrazzjonijiet mill-Istati Membri ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda matul is-sena kalendarja preċedenti. Meta vetturi kummerċjali ħfief jingħataw approvazzjoni tat-tip bħala parti minn proċess maqsum f'diversi stadji, il-manifattur tal-vettura bażi jerfa' r-responsabbiltà għall-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura kkompletata. |
|
(4) |
L-Istati Membri kollha ppreżentaw id-dejta għall-2016 lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011. Fejn, b'riżultat tal-verifika tad-dejta mill-Kummissjoni, intwera li ċerta dejta kienet nieqsa jew manifestament skorretta, il-Kummissjoni kkuntattjat lill-Istati Membri kkonċernati u, soġġett għall-qbil ta' dawk l-Istati Membri, id-dejta ġiet aġġustata jew mimlija kif xieraq. Fil-każijiet fejn ma seta' jintlaħaq l-ebda ftehim mal-Istat Membru kkonċernat, id-dejta provviżorja ta' dak l-Istat Membru ma ġietx aġġustata. |
|
(5) |
Fit-18 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni ppubblikat id-dejta provviżorja u nnotifikat 62 manifattur dwar il-kalkoli provviżorji tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tagħhom u l-miri ta' emissjonijiet speċifiċi tagħhom fl-2016. Il-manifatturi ntalbu jivverifikaw id-dejta u jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe żball li jsibu fi żmien tliet xhur minn meta jkunu rċevew in-notifika. 23 manifattur ippreżentaw notifiki ta' żbalji. |
|
(6) |
Għad-39 manifattur l-ieħor li ma nnotifikaw ebda żball fis-settijiet tad-dejta jew li ma bagħtu l-ebda tweġiba oħra, id-dejta provviżorja u l-kalkoli provviżorji tal-emmissjonijiet speċifiċi medji u l-miri ta' emmissjonijiet speċifiċi għandhom jiġu kkonfermati. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni vverifikat l-iżbalji nnotifikati mill-manifatturi, u r-raġunijiet rispettivi għall-korrezzjoni tagħhom, u s-sett tad-dejta ġie kkonfermat jew emendat. |
|
(8) |
Fil-każ ta' rekords mingħajr numri ta' identifikazzjoni tal-vetturi li jaqblu, u b'parametri ta' identifikazzjoni nieqsa jew mhux korretti, bħal pereżempju t-tip, il-varjant, il-kodiċi tal-verżjoni jew in-numru ta' approvazzjoni tat-tip, għandu jiġi kkunsidrat il-fatt li l-manifatturi ma jistgħux jivverifikaw jew jikkoreġu dawk ir-rekords. Bħala konsegwenza, jixraq li jiġi applikat marġni ta' żball lill-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u lill-valuri tal-massa ta' dawk ir-rekords. |
|
(9) |
Il-marġni ta' żball irid jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn id-distanzi mill-mira ta' emissjonijiet speċifiċi, mogħtija bħala l-miri ta' emissjonijiet speċifiċi mnaqqsa mill-emissjonijiet speċifiċi medji kkalkulata meta jiġu inklużi u esklużi dawk ir-reġistrazzjonijiet li ma jistgħux jiġu vverifikati mill-manifatturi. Kemm jekk dik id-differenza tkun pożittiva kif ukoll jekk tkun negattiva, il-marġni ta' żball għandu dejjem itejjeb il-pożizzjoni tal-manifattur fir-rigward tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu. |
|
(10) |
Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, manifattur għandu jitqies li huwa konformi mal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu msemmija fl-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament meta l-valur medju tal-emissjonijiet tiegħu indikat f'din id-Deċiżjoni jkun inqas mill-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu, valur mogħti bħala distanza negattiva mill-mira. F'każ li l-emissjonijiet medji jeċċedu l-mira ta' emissjonijiet speċifiċi, għandu jiġi impost primjum għall-eċċess ta' emissjonijiet, sakemm il-manifattur ikkonċernat ma jibbenefikax minn eżenzjoni minn dik il-mira jew huwa membru ta' konsorzju u l-konsorzju jikkonforma mal-mira ta' emissjonijiet speċifiċi tiegħu. |
|
(11) |
Fit-3 ta' Novembru 2015 il-Volkswagen Group għamel dikjarazzjoni dwar il-fatt li nstabu xi irregolaritajiet waqt id-determinazzjoni tal-livelli tas-CO2 għall-approvazzjoni tat-tip għal uħud mill-vetturi tiegħu. Filwaqt li din il-kwistjoni ġiet investigata sew, il-Kummissjoni madankollu għandha bżonn aktar kjarifiki mill-konsorzju Volkswagen kollu kemm hu kif ukoll konferma mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti nazzjonali dwar in-nuqqas ta' dawn it-tip ta' irregolaritajiet. Bħala konsegwenza il-valuri tal-konsorzju Volkswagen u l-membri tiegħu (Audi AG, Dr. Ing. h.c.F. Porsche AG, Quattro GmbH, Seat S.A., Skoda Auto A.S., u Volkswagen AG) ma jistgħux jiġu kkonfermati jew emendati. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tirrevedi r-rendiment tal-manifattur hekk kif inhija kkonfermata jew emendata b'din id-Deċiżjoni, jekk l-awtoritajiet rilevanti nazzjonali jikkonfermaw l-eżistenza ta' irregolaritajiet fil-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 użati għall-iskop tad-determinazzjoni tal-konformità tal-manifattur mal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi. |
|
(13) |
Il-kalkolu provviżorju tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-2016, il-miri ta' emissjonijiet speċifiċi u d-differenza bejn dawk iż-żewġ valuri għandhom jiġu kkonfermati jew emendati skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-valuri li jirrelataw mar-rendiment tal-manifatturi, kif ikkonfermati jew emendati għal kull manifattur ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda u għal kull konsorzju ta' manifatturi bħal dawn fir-rigward tas-sena kalendarja 2016 skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, huma speċifikati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil dawn il-manifatturi u l-konsorzji individwali li ġejjin, li ġew iffurmati b'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011:
|
(1) |
|
|
(2) |
|
|
(3) |
|
|
(4) |
AVTOVAZ JSC Rappreżentata fl-Unjoni minn:
|
|
(5) |
|
|
(6) |
|
|
(7) |
|
|
(8) |
FCA US LLC Rappreżentata fl-Unjoni minn:
|
|
(9) |
|
|
(10) |
|
|
(11) |
|
|
(12) |
|
|
(13) |
DFSK MOTOR CO., LTD. Rappreżentata fl-Unjoni minn:
|
|
(14) |
|
|
(15) |
|
|
(16) |
Ford Motor Company of Australia Ltd. Rappreżentata fl-Unjoni minn:
|
|
(17) |
|
|
(18) |
|
|
(19) |
Fuji Heavy Industries Ltd. Rappreżentata fl-Unjoni minn:
|
|
(20) |
Mitsubishi Fuso Truck & Bus Corporation Rappreżentata fl-Unjoni minn:
|
|
(21) |
Mitsubishi Fuso Truck Europe SA Rappreżentata fl-Unjoni minn:
|
|
(22) |
|
|
(23) |
General Motors Company Rappreżentata fl-Unjoni minn:
|
|
(24) |
GAC Gonow Auto Co. Ltd. Rappreżentata fl-Unjoni minn:
|
|
(25) |
|
|
(26) |
Great Wall Motor Company Ltd. Rappreżentata fl-Unjoni minn:
|
|
(27) |
Honda Motor Co., Ltd. Rappreżentata fl-Unjoni minn:
|
|
(28) |
|
|
(29) |
Hyundai Motor Company Rappreżentata fl-Unjoni minn:
|
|
(30) |
Hyundai Assan Otomotiv Sanayi Ve Ticaret A.S. Rappreżentata fl-Unjoni minn:
|
|
(31) |
|
|
(32) |
Isuzu Motors Limited Rappreżentata fl-Unjoni minn:
|
|
(33) |
|
|
(34) |
|
|
(35) |
KIA Motors Corporation Rappreżentata fl-Unjoni minn:
|
|
(36) |
|
|
(37) |
|
|
(38) |
|
|
(39) |
Mahindra & Mahindra Ltd. Rappreżentata fl-Unjoni minn:
|
|
(40) |
Mazda Motor Corporation Rappreżentata fl-Unjoni minn:
|
|
(41) |
M.F.T.B.C. Rappreżentata fl-Unjoni minn:
|
|
(42) |
Mitsubishi Motors Corporation MMC Rappreżentata fl-Unjoni minn:
|
|
(43) |
Mitsubishi Motors Thailand Co., Ltd. MMTh Rappreżentata fl-Unjoni minn:
|
|
(44) |
Nissan International SA Rappreżentata fl-Unjoni minn:
|
|
(45) |
|
|
(46) |
|
|
(47) |
|
|
(48) |
|
|
(49) |
|
|
(50) |
SAIC MAXUS Automotive Co. Ltd. Rappreżentata fl-Unjoni minn:
|
|
(51) |
SsangYong Motor Company Rappreżentata fl-Unjoni minn:
|
|
(52) |
|
|
(53) |
Suzuki Motor Corporation Rappreżentata fl-Unjoni minn:
|
|
(54) |
Tata Motors Limited Rappreżentata fl-Unjoni minn:
|
|
(55) |
|
|
(56) |
|
|
(57) |
|
|
(58) |
|
|
(59) |
|
|
(60) |
|
|
(61) |
|
|
(62) |
|
|
(63) |
|
|
(64) |
|
|
(65) |
|
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Jannar 2018.
Għall-Kummissjoni
Miguel ARIAS CAÑETE
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Tabella 1
Valuri relatati mar-rendiment tal-manifatturi kkonfermati jew emendati skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011
|
A |
B |
C |
D |
E |
F |
G |
H |
I |
|
Isem il-manifattur |
Konsorzji u derogi |
Numru ta' reġistrazzjonijiet |
Emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 (80 %) |
Mira ta' emissjonijiet speċifiċi |
Distanza mill-mira |
Distanza mill-mira aġġustata |
Valur medju tal-massa |
Emissjonijiet medji tas-CO2 (100 %) |
|
ALFA ROMEO SPA |
|
3 |
108,000 |
145,302 |
– 37,302 |
– 37,302 |
1 386,67 |
114,333 |
|
AUTOMOBILES CITROEN |
|
147 450 |
132,337 |
167,907 |
– 35,570 |
– 35,570 |
1 629,73 |
145,920 |
|
AUTOMOBILES PEUGEOT |
|
152 426 |
133,395 |
170,220 |
– 36,825 |
– 36,825 |
1 654,60 |
147,718 |
|
AVTOVAZ JSC |
P8 |
30 |
216,000 |
135,847 |
80,153 |
80,153 |
1 285,00 |
216,000 |
|
BLUECAR SAS |
DMD |
173 |
0,000 |
|
|
|
1 325,00 |
0,000 |
|
BAYERISCHE MOTOREN WERKE AG |
DMD |
324 |
143,344 |
|
|
|
1 894,74 |
148,988 |
|
BMW M GMBH |
DMD |
291 |
127,203 |
|
|
|
1 756,75 |
135,955 |
|
FCA US LLC |
P2 |
163 |
202,208 |
204,098 |
– 1,890 |
– 1,890 |
2 018,88 |
215,356 |
|
CNG-TECHNIK GMBH |
P3 |
2 |
108,000 |
152,541 |
– 44,541 |
– 44,541 |
1 464,50 |
115,000 |
|
COMARTH ENGINEERING SL |
DMD |
5 |
0,000 |
|
|
|
860,20 |
0,000 |
|
AUTOMOBILE DACIA SA |
P8 |
23 928 |
118,662 |
135,482 |
– 16,820 |
– 16,820 |
1 281,07 |
124,061 |
|
DAIMLER AG |
P1 |
141 780 |
177,473 |
215,538 |
– 38,065 |
– 38,065 |
2 141,89 |
187,766 |
|
DFSK MOTOR CO LTD |
DMD |
503 |
172,291 |
|
|
|
1 143,26 |
174,684 |
|
ESAGONO ENERGIA SRL |
DMD |
6 |
0,000 |
|
|
|
1 314,17 |
0,000 |
|
FCA ITALY SPA |
P2 |
158 552 |
143,505 |
172,123 |
– 28,618 |
– 28,619 |
1 675,06 |
153,099 |
|
FORD MOTOR COMPANY OF AUSTRALIA LIMITED |
P3 |
31 598 |
207,251 |
221,102 |
– 13,851 |
– 13,854 |
2 201,72 |
212,811 |
|
FORD MOTOR COMPANY |
P3 |
512 |
202,836 |
218,576 |
– 15,740 |
– 15,740 |
2 174,56 |
209,527 |
|
FORD-WERKE GMBH |
P3 |
243 326 |
158,071 |
192,422 |
– 34,351 |
– 34,397 |
1 893,33 |
168,603 |
|
FUJI HEAVY INDUSTRIES LTD |
DMD |
86 |
155,735 |
|
|
|
1 673,84 |
160,267 |
|
MITSUBISHI FUSO TRUCK & BUS CORPORATION |
P1 |
543 |
235,756 |
253,909 |
– 18,153 |
– 18,153 |
2 554,48 |
238,066 |
|
LLC AUTOMOBILE PLANT GAZ |
DMD |
4 |
285,000 |
|
|
|
2 091,25 |
285,000 |
|
GENERAL MOTORS COMPANY |
P4 |
11 |
269,750 |
250,558 |
19,192 |
19,192 |
2 518,45 |
280,455 |
|
GONOW AUTO CO LTD |
DMD |
44 |
191,314 |
|
|
|
1 535,91 |
203,455 |
|
GOUPIL INDUSTRIE SA |
DMD |
60 |
0,000 |
|
|
|
1 095,83 |
0,000 |
|
GREAT WALL MOTOR COMPANY LIMITED |
DMD |
183 |
196,610 |
|
|
|
1 800,49 |
202,377 |
|
HONDA MOTOR CO LTD |
DMD |
38 |
108,500 |
|
|
|
1 382,16 |
113,842 |
|
HONDA OF THE UK MANUFACTURING LTD |
DMD |
89 |
134,817 |
|
|
|
1 686,36 |
143,281 |
|
HYUNDAI MOTOR COMPANY |
P5 |
3 489 |
207,827 |
225,072 |
– 17,245 |
– 17,245 |
2 244,41 |
211,070 |
|
HYUNDAI ASSAN OTOMOTIV SANAYI VE |
P5 |
32 |
99,600 |
125,504 |
– 25,904 |
– 25,904 |
1 173,78 |
102,313 |
|
HYUNDAI MOTOR MANUFACTURING CZECH SRO |
P5 |
461 |
154,310 |
186,196 |
– 31,886 |
– 31,886 |
1 826,39 |
167,994 |
|
ISUZU MOTORS LIMITED |
|
12 658 |
197,733 |
208,994 |
– 11,261 |
– 11,261 |
2 071,53 |
203,634 |
|
IVECO SPA |
|
30 686 |
210,302 |
232,423 |
– 22,121 |
– 22,121 |
2 323,45 |
215,944 |
|
JAGUAR LAND ROVER LIMITED |
D |
7 435 |
247,609 |
272,000 |
– 24,391 |
– 24,391 |
2 147,75 |
257,094 |
|
KIA MOTORS CORPORATION |
P6 |
498 |
115,834 |
147,327 |
– 31,493 |
– 31,493 |
1 408,44 |
123,169 |
|
KIA MOTORS SLOVAKIA SRO |
P6 |
436 |
124,736 |
158,336 |
– 33,600 |
– 33,600 |
1 526,82 |
133,766 |
|
LADA AUTOMOBILE GMBH |
DMD |
15 |
216,000 |
|
|
|
1 242,07 |
216,000 |
|
MAGYAR SUZUKI CORPORATION LTD |
DMD |
25 |
117,350 |
|
|
|
1 357,24 |
119,920 |
|
MAHINDRA & MAHINDRA LTD |
DMD |
386 |
208,808 |
|
|
|
1 986,97 |
212,370 |
|
MAZDA MOTOR CORPORATION |
DMD |
556 |
138,385 |
|
|
|
1 622,53 |
152,570 |
|
MFTBC |
P1 |
162 |
235,806 |
258,513 |
– 22,707 |
– 22,707 |
2 603,99 |
238,136 |
|
MITSUBISHI MOTORS CORPORATION MMC |
P7/D |
955 |
166,357 |
195,000 |
– 28,643 |
– 28,643 |
1 894,06 |
178,721 |
|
MITSUBISHI MOTORS THAILAND CO LTD MMTH |
P7/D |
16 429 |
175,873 |
195,000 |
– 19,127 |
– 19,127 |
1 934,71 |
179,395 |
|
NISSAN INTERNATIONAL SA |
|
52 940 |
135,342 |
191,107 |
– 55,765 |
– 55,765 |
1 879,19 |
164,242 |
|
ADAM OPEL AG |
P4 |
92 815 |
150,202 |
179,531 |
– 29,329 |
– 29,329 |
1 754,72 |
160,762 |
|
PIAGGIO & C SPA |
D |
2 966 |
130,872 |
155,000 |
– 24,128 |
– 24,128 |
1 101,58 |
149,553 |
|
RENAULT SAS |
P8 |
216 516 |
133,477 |
175,639 |
– 42,162 |
– 42,162 |
1 712,87 |
152,141 |
|
RENAULT TRUCKS |
|
9 111 |
196,829 |
229,655 |
– 32,826 |
– 32,826 |
2 293,69 |
206,718 |
|
ROMANITAL SRL |
DMD |
20 |
155,000 |
|
|
|
1 268,25 |
160,450 |
|
SAIC MAXUS AUTOMOTIVE CO LTD |
DMD |
447 |
249,994 |
|
|
|
2 184,42 |
249,996 |
|
SSANGYONG MOTOR COMPANY |
DMD |
795 |
195,692 |
|
|
|
2 069,26 |
198,153 |
|
STREETSCOOTER GMBH |
|
1 669 |
0,000 |
145,715 |
– 145,715 |
– 145,715 |
1 391,11 |
0,000 |
|
SUZUKI MOTOR CORPORATION |
DMD |
119 |
159,063 |
|
|
|
1 160,96 |
160,286 |
|
TATA MOTORS LIMITED |
|
6 |
196,000 |
210,015 |
– 14,015 |
– 14,015 |
2 082,50 |
196,000 |
|
TOYOTA MOTOR EUROPE NV SA |
|
30 760 |
170,839 |
197,565 |
– 26,726 |
– 27,747 |
1 948,63 |
179,279 |
|
UNIVERS VE HELEM |
DMD |
2 |
0,000 |
|
|
|
1 008,00 |
0,000 |
|
VOLVO CAR CORPORATION |
|
1 216 |
113,332 |
171,938 |
– 58,606 |
– 58,606 |
1 673,08 |
121,022 |
Tabella 2
Valuri relatati mar-rendiment tal-konsorzji kkonfermati jew emendati skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011
|
A |
B |
C |
D |
E |
F |
G |
H |
I |
|
Isem il-konsorzju |
Konsorzju |
Numru ta' reġistrazzjonijiet |
Emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 (80 %) |
Mira ta' emissjonijiet speċifiċi |
Distanza mill-mira |
Distanza mill-mira aġġustata |
Valur medju tal-massa |
Emissjonijiet medji tas-CO2 (100 %) |
|
DAIMLER AG |
P1 |
142 486 |
177,673 |
215,733 |
– 38,060 |
– 38,060 |
2 143,99 |
188,015 |
|
FCA ITALY SPA |
P2 |
158 718 |
143,536 |
172,155 |
– 28,619 |
– 28,620 |
1 675,41 |
153,162 |
|
FORD-WERKE GMBH |
P3 |
275 438 |
162,277 |
195,760 |
– 33,483 |
– 33,522 |
1 929,23 |
173,750 |
|
GENERAL MOTORS |
P4 |
92 826 |
150,205 |
179,539 |
– 29,334 |
– 29,334 |
1 754,81 |
160,776 |
|
HYUNDAI |
P5 |
3 982 |
200,556 |
219,771 |
– 19,215 |
– 19,215 |
2 187,41 |
205,209 |
|
KIA |
P6 |
934 |
119,137 |
152,466 |
– 33,329 |
– 33,329 |
1 463,7 |
128,116 |
|
MITSUBISHI MOTORS |
P7/D |
17 384 |
174,897 |
195,000 |
– 20,103 |
– 20,103 |
1 932,48 |
179,358 |
|
RENAULT |
P8 |
240 474 |
131,072 |
171,638 |
– 40,566 |
– 40,566 |
1 669,85 |
149,355 |
Noti ta' spjega għat-Tabelli 1 u 2:
Kolonna A:
Tabella 1: “Isem il-manifattur” tfisser l-isem tal-manifattur kif innotifikat lill-Kummissjoni mill-manifattur ikkonċernat jew, meta ma tkunx saret din in-notifika, l-isem irreġistrat mill-awtorità tar-reġistrazzjoni tal-Istat Membru.
Tabella 2: “Isem il-konsorzju” tfisser l-isem tal-konsorzju kif iddikjarat mill-maniġer tal-konsorzju.
Kolonna B:
|
|
“D” tfisser li ngħatat deroga marbuta ma' manifattur ta' volumi żgħar skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, għas-sena kalendarja 2016. |
|
|
“DMD” tfisser li tapplika l-eżenzjoni de minimis, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, jiġifieri manifattur li flimkien mal-impriżi konnessi kollha tiegħu kien responsabbli għal inqas minn 1 000 vettura ġdida rreġistrata fl-2016 m'hemmx għalfejn jissodisfa mira ta' emissjonijiet speċifiċi. |
|
|
“P” tfisser li l-manifattur huwa membru ta' konsorzju (imniżżel fit-tabella 2) iffurmat skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, u li l-ftehim tal-konsorzju jkun validu għas-sena kalendarja tal-2016. |
Kolonna C:
“Għadd ta' reġistrazzjonijiet” tfisser l-għadd totali ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati minn Stat Membru f'sena kalendarja, mingħajr ma jingħaddu dawk ir-reġistrazzjonijiet relatati ma' rekords li fihom il-valuri għall-massa u/jew tas-CO2 kienu neqsin u dawk ir-rekords li l-manifattur ma jirrikonoxxix. L-għadd ta' reġistrazzjonijiet irrappurtati mill-Istati Membri ma jista' jinbidel għall-ebda raġuni oħra.
Kolonna D:
“Valur medju ta' emissjonijiet tas-CO2 (80 %)” tfisser l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 li jkunu ġew ikkalkulati abbażi tal-80 % tal-vetturi li jerħu l-inqas emissjonijiet fil-flotta tal-manifattur skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011. Fejn ikun hemm bżonn, l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 jieħdu inkunsiderazzjoni l-iżbalji nnotifikati lill-Kummissjoni mill-manifattur ikkonċernat. Ir-rekords użati għall-kalkolu jinkludu dawk li fihom valur validu għall-massa u għall-emissjonijiet tas-CO2. L-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 jinkludu tnaqqis fl-emissjonijiet li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet dwar is-superkrediti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 jew l-ekoinnovazzjonijiet fl-Artikolu 12 ta' dak ir-Regolament.
Kolonna E:
“Mira ta' emissjonijiet speċifiċi” tfisser il-mira ta' emissjonijiet ikkalkulata abbażi tal-medja tal-massa tal-vetturi kollha attribwiti lil manifattur, billi tintuża l-formula stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 510/2011.
Kolonna F:
“Distanza mill-mira” tfisser id-differenza bejn l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 speċifikati fil-kolonna D u l-mira ta' emissjonijiet speċifiċi fil-kolonna E. Fejn il-valur fil-kolonna F huwa pożittiv l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 jeċċedu l-mira ta' emissjonijiet speċifiċi.
Kolonna G:
“Distanza mill-mira aġġustata” tfisser li, meta l-valuri mogħtija f'din il-kolonna jkunu differenti minn dawk mogħtija fil-kolonna F, il-valuri f'dik il-kolonna jkunu ġew aġġustati biex jitqies il-marġni ta' żball. Il-marġni ta' żball jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:
Żball = valur assolut ta' [(AC1 – TG1) – (AC2 – TG2)]
|
AC1 |
= |
il-valur medju ta' emissjonijiet speċifiċi tas-CO2, inklużi l-vetturi mhux identifikabbli (kif stabbilit fil-kolonna D); |
|
TG1 |
= |
il-mira ta' emissjonijiet speċifiċi, inklużi l-vetturi mhux identifikabbli (kif stabbilita fil-kolonna E); |
|
AC2 |
= |
il-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 minbarra l-vetturi mhux identifikabbli; |
|
TG2 |
= |
il-mira ta' emissjonijiet speċifiċi, bl-esklużjoni tal-vetturi mhux identifikabbli. |
Kolonna I:
“Emmissjonijiet medji tas-CO2 (100 %)” tfisser l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 li ġew ikkalkulati abbażi ta' 100 % tal-vetturi attribwiti lill-manifattur. Fejn ikun hemm bżonn, l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 jieħdu inkunsiderazzjoni l-iżbalji nnotifikati lill-Kummissjoni mill-manifattur ikkonċernat. Ir-rekords użati għall-kalkolu jinkludu dawk li fihom valur validu għall-massa u għall-emissjonijiet tas-CO2, iżda li jeskludu t-tnaqqis ta' emissjonijiet li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet dwar is-superkrediti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 jew l-ekoinnovazzjonijiet fl-Artikolu 12 ta' dak ir-Regolament.