|
11.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 125/37 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/941
tat-2 ta’ Mejju 2023
dwar standards armonizzati għat-tagħmir ta’ protezzjoni personali abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir ta’ protezzjoni personali li jkun konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, irid ikun preżunt konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom. |
|
(2) |
Fid-deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020)7924 (3), il-Kummissjoni tappella lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) biex jabbozzaw standards armonizzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425. |
|
(3) |
Abbażi tat-talba ta’ standardizzazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)7924, is-CEN abbozza diversi standards ġodda u rreveda għadd ta’ standards armonizzati eżistenti. |
|
(4) |
Abbażi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)7924, is-CEN abbozza l-istandards armonizzati ġodda li ġejjin: EN 13138-1:2021 dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza u metodi ta’ ttestjar għal għajnuniet biex wieħed iżomm f’wiċċ l-ilma li għandhom jintlibsu għal struzzjonijiet tal-għawm, kif ikkoreġut b’EN 13138-1:2021/AC:2022, EN 17520:2021 dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza u l-metodi ta’ ttestjar għal lanjards ta’ sikurezza personali, u EN ISO 16321-2:2021 dwar rekwiżiti addizzjonali għal tagħmir ta’ protezzjoni użat matul l-iwweldjar u t-tekniki relatati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425. |
|
(5) |
Abbażi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)7924, is-CEN irreveda l-istandards armonizzati EN 166:2001, EN 169:2002, EN 170:2002, EN 171:2002, EN 172:1994 kif emendat b’EN 172:1994/A1:2000 u EN 172:1994/A2:2001, EN 174:2001, EN 379:2003+A1:2009, EN 1731:2006 u EN ISO 20345:2011. Dik ir-reviżjoni rriżultat fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati EN ISO 16321-1:2022 dwar ir-rekwiżiti ġenerali għall-protezzjoni tal-għajnejn u tal-wiċċ għall-użu okkupazzjonali, EN ISO 16321-3:2022 dwar rekwiżiti addizzjonali għall-protetturi tal-malji tal-għajnejn u tal-wiċċ, EN ISO 18527-1:2022 dwar rekwiżiti għal gogils għall-iskijjar ’l isfel fuq l-għoljiet u għall-isnowboarding u EN ISO 20345:2022 dwar xedd is-saqajn sikur. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni flimkien mas-CEN ivvalutat jekk l-istandards armonizzati abbozzati u reveduti mis-CEN jikkonformawx mat-talba ta’ standardizzazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)7924. |
|
(7) |
L-istandards armonizzatiEN 13138-1:2021, kif ikkoreġut b’EN 1318-1:2021/AC:2022, EN ISO 16321-1:2022, EN ISO 16321-2:2021, EN ISO 16321-3:2022, EN 17520:2021, EN ISO 18527-1:2022 u EN ISO 20345:2022 jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/425. Għaldaqstant, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards armonizzati jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(8) |
L-istandards armonizzati EN ISO 16321-2:2021 u EN ISO 16321-3:2022 jirreferu għal standard ta’ referenza normattiv EN ISO 16321-1:2020, li d-data tiegħu mhijiex korretta. Għalhekk, dawk l-istandards armonizzati jenħtieġ li jiġu ppubblikati b’restrizzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(9) |
Jeħtieġ li r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 166:2001, EN 169:2002, EN 170:2002, EN 172:1994 kif emendat b’EN 172:1994/A1:2000, u EN 172:1994/A2:2001, EN 174:2001, EN 379:2003+A1:2009, EN 1731:2006 u EN ISO 20345:2011 jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, minħabba li dawk l-istandards ġew riveduti. |
|
(10) |
Fl-interessi taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’att uniku lista sħiħa ta’ referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 u li jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru. Ir-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 bħalissa huma stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/668 (4) u fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2018/C 209/03 (5). |
|
(11) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 ġiet emendata b’mod sostanzjali kemm-il darba. Fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, u peress li jeħtieġ li jsiru aktar emendi għal dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni, jenħtieġ li dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tiġi sostitwita. |
|
(12) |
Ħafna mir-referenzi tal-istandards armonizzati ppubblikati bil-Komunikazzjoni 2018/C 209/03 ġew irtirati permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 tipprevedi l-irtirar tar-referenzi li jifdal tal-istandards armonizzati li huma ppubblikati permezz ta’ dik il-Komunikazzjoni. Fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, il-Komunikazzjoni 2018/C 209/03 jenħtieġ li titħassar. Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw il-prodotti tagħhom għall-verżjonijiet riveduti tal-istandards ikkonċernati, jenħtieġ li l-Komunikazzjoni 2018/C 209/03 tkompli tapplika sad-dati tal-irtirar tar-referenzi tal-istandards armonizzati kkonċernati ppubblikati permezz ta’ dik il-Komunikazzjoni. |
|
(13) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għat-tagħmir ta’ protezzjoni personali abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425, elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni, huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/668 titħassar.
Artikolu 3
Il-Komunikazzjoni 2018/C 209/03 titħassar.
Madankollu, għandha tkompli tapplika fir-rigward tar-referenzi tal-istandards armonizzati elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni sad-dati tal-irtirar ta’ dawk ir-referenzi stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Mejju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) Ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar tagħmir ta’ protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 51).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020)7924 tad-19 ta’ Novembru 2020 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika rigward it-tagħmir protettiv personali b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/668 tat-18 ta’ Mejju 2020 dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir ta’ protezzjoni personali abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 156, 19.5.2020, p. 13).
(5) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas ta’ implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar tagħmir ta’ protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (ĠU C 209, 15.6.2018, p. 17).
ANNESS I
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
||||||||
|
1. |
EN 136:1998 Apparati respiratorji protettivi - Maskri li jgħattu l-wiċċ kollu - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar EN 136:1998/AC:2003 |
||||||||
|
2. |
EN 137:2006 Apparati respiratorji protettivi - Apparati indipendenti b’ċirkuwitu miftuħ u maskra li tgħatti l-wiċċ kollu għal respirazzjoni ta’ arja kompressata - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar |
||||||||
|
3. |
EN 140:1998 Apparati respiratorji protettivi - Nofs maskri jew maskri li jkopru kwart mill-wiċċ - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar EN 140:1998/AC:1999 |
||||||||
|
4. |
EN 142:2002 Apparati respiratorji protettivi - Muntaturi għall-apparat li jgħatti l-ħalq - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar |
||||||||
|
5. |
EN 143:2021 Apparati respiratorji protettivi - Filtri tal-partikoli - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar |
||||||||
|
6. |
EN 144-1:2000 Apparati respiratorji protettivi - Valvs għaċ-ċilindri tal-gass - Parti 1: Konnessjonijiet bil-kamin għal konnetturi li jiddaħħlu EN 144-1:2000/A1:2003 EN 144-1:2000/A2:2005 |
||||||||
|
7. |
EN 144-2:1998 Apparati respiratorji protettivi - Valvs għaċ-ċilindri tal-gass - Parti 2: Konnessjonijiet għal barra |
||||||||
|
8. |
EN 144-3:2003 Apparati respiratorji protettivi - Valvs għaċ-ċilindri tal-gass - Parti 3: Konnessjonijiet ma’ barra għal gassijiet għall-għadis Nitrox u ossiġenu EN 144-3:2003/AC:2003 |
||||||||
|
9. |
EN 145:1997 Apparati respiratorji protettivi - Apparat għat-teħid tan-nifs b’ċirkuwitu magħluq u li jopera b’mod indipendenti tat-tip li jopera b’ossiġenu kompressat jew ossiġenu-nitroġenu kompressat - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar EN 145:1997/A1:2000 |
||||||||
|
10. |
EN 148-1:1999 Apparati respiratorji protettivi - Kamini għal maskri li jagħlqu l-wiċċ kollu - Parti 1: Konnessjoni standard tal-kamin |
||||||||
|
11. |
EN 148-2:1999 Apparati respiratorji protettivi - Kamini għal maskri li jagħlqu l-wiċċ kollu - Parti 2: Konnessjoni ċentrali tal-kamin |
||||||||
|
12. |
EN 148-3:1999 Apparati respiratorji protettivi - maskri li jagħlqu l-wiċċ kollu - Parti 3: Konnessjoni mal-kamin M 45 x 3 |
||||||||
|
13. |
EN 149:2001+A1:2009 Apparati respiratorji protettivi - Filtrar ta’ maskri li jgħattu nofs wiċċ bħala protezzjoni minn partiċelli - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar |
||||||||
|
14. |
EN 175:1997 Protezzjoni personali - Tagħmir għall-protezzjoni tal-għajnejn u l-wiċċ waqt iwweldjar u proċessi tal-istess xorta |
||||||||
|
15. |
EN 207:2017 Tagħmir tal-għajnejn personali - Filtri u tagħmir li jipproteġi l-għajnejn kontra radjazzjoni bil-lejser (tagħmir li jipproteġi l-għajnejn mil-lejser) |
||||||||
|
16. |
EN 208:2009 Protezzjoni tal-għajnejn personali – Tagħmir li jipproteġi l-għajnejn għal xogħol ta’ aġġustament fuq lejsers u sistemi li joperaw bil-lejser (tagħmir li jipproteġi l-għajnejn waqt aġġustament tal-lejser) |
||||||||
|
17. |
EN 250:2014 Tagħmir respiratorju - Apparat għall-għaddis bl-arja kompressata b’ċirkwit miftuħ li jaħdem b’mod indipendenti - Rekwiżiti, metodi ta’ ttestjar u mmarkar |
||||||||
|
18. |
EN 342:2017 Ilbies protettiv - Tibdiliet ta’ lbies u lbiesi għall-protezzjoni mill-ksieħ |
||||||||
|
19. |
EN 343:2019 Ilbies protettiv - Protezzjoni mix-xita |
||||||||
|
20. |
EN 352-1:2020 Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti ġenerali - Parti 1: Kuffji li jgħattu l-widnejn Avviż: Dan l-istandard ma jirrikjedix tikkettar li jindika l-livell ta’ attenwazzjoni tal-istorbju fuq il-prodott. Għalhekk, il-konformità ma’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mal-punt 3.5., it-tieni paragrafu, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425. |
||||||||
|
21. |
EN 352-2:2020 Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti ġenerali - Parti 2: Tappijiet għall-widnejn Avviż: Dan l-istandard ma jirrikjedix tikkettar li jindika l-livell ta’ attenwazzjoni tal-istorbju fuq il-prodott. Għalhekk, il-konformità ma’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mal-punt 3.5., it-tieni paragrafu, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425. |
||||||||
|
22. |
EN 352-3:2020 Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti ġenerali - Parti 3: Kuffji li jgħattu l-widnejn imwaħħlin ma’ apparati għall-protezzjoni tar-ras u/jew għall-protezzjoni għall-wiċċ Avviż: Dan l-istandard ma jirrikjedix tikkettar li jindika l-livell ta’ attenwazzjoni tal-istorbju fuq il-prodott. Għalhekk, il-konformità ma’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mal-punt 3.5., it-tieni paragrafu, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425. |
||||||||
|
23. |
EN 352-4:2020 Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti tas-sikurezza - Parti 4: Kuffji li jgħattu l-widnejn dipendenti fuq il-livell |
||||||||
|
24. |
EN 352-5:2020 Protetturi tas-smigħ - Rekwiżiti tas-sikurezza - Parti 5: Kuffji li jgħattu l-widnejn għat-tnaqqis tal-istorbju attiv |
||||||||
|
25. |
EN 352-6:2020 Protetturi tas-smigħ - Rekwiżiti tas-sikurezza - Parti 6: Kuffji li jgħattu l-widnejn b’input tal-awdjo relatat mas-sikurezza |
||||||||
|
26. |
EN 352-7:2020 Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti tas-sikurezza - Parti 7: Plaggijiet tal-widnejn dipendenti fuq il-livell |
||||||||
|
27. |
EN 352-8:2020 Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti tas-sikurezza - Parti 8: Kuffji li jgħattu l-widnejn tal-awdjo tad-divertiment |
||||||||
|
28. |
EN 352-9:2020 Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti tas-sikurezza - Parti 9: Plaggijiet tal-widnejn b’input tal-awdjo relatat mas-sikurezza |
||||||||
|
29. |
EN 352-10:2020 Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti tas-sikurezza - Parti 10: Plaggijiet tal-widnejn tal-awdjo tad-divertiment |
||||||||
|
30. |
EN 353-1:2014+A1:2017 Tagħmir personali għall-protezzjoni minn waqgħat - apparati li jkunu ggwidati biex iżommu waqgħat inkluż ħabel li jservi ta’ ankra - Parti 1: Tip ta’ tagħmir iggwidat li jwaqqaf waqgħat li jinkludi ħabel riġidu mwaħħal ma’ ankraġġ |
||||||||
|
31. |
EN 353-2:2002 Tagħmir protettiv personali kontra waqgħat mill-għoli - Parti 2: Apparat ta’ tip iggwidat li jnaqqas il-veloċità ta’ waqgħa, inkluż ħabel flessibbli marbut ma’ ankra |
||||||||
|
32. |
EN 354:2010 Tagħmir protettiv personali kontra waqgħat - Kurduni |
||||||||
|
33. |
EN 355:2002 Tagħmir protettiv personali kontra waqgħat mill-għoli - Tagħmir li jassorbi fuqu l-enerġija ta’ waqgħa mill-għoli |
||||||||
|
34. |
EN 358:2018 Tagħmir protettiv personali għall-pożizzjonar tax-xogħol u prevenzjoni ta’ waqgħat mill-għoli - Ċinturini għal pożizzjonar tax-xogħol u kurudni għall-kontroll u pożizzjonar tax-xogħol |
||||||||
|
35. |
EN 360:2002 Tagħmir protettiv personali kontra waqgħat mill-għoli - Tagħmir li jista’ jinġibed ’il ġewwa biex inaqqas il-veloċità ta’ waqgħa mill-għoli |
||||||||
|
36. |
EN 361:2002 Tagħmir protettiv personali kontra waqgħat mill-għoli - Arneż għal mal-ġisem kollu |
||||||||
|
37. |
EN 362:2004 Tagħmir protettiv personali kontra waqgħat mill-għoli - Konnetturi |
||||||||
|
38. |
EN 365:2004 Tagħmir protettiv personali kontra waqgħat mill-għoli - Rekwiżiti ġenerali għal struzzjonijiet għall-użu, manutenzjoni, eżami perjodiku, tiswija, immarkar u ppakkjar EN 365:2004/AC:2006 |
||||||||
|
39. |
EN ISO 374-1:2016 Ingwanti protettivi kontra sustanzi kimiċi u mikroorganiżmi - Parti 1: Terminoloġija u rekwiżiti ta’ operat għal riskji kimiċi (ISO 374-1:2016) |
||||||||
|
40. |
EN ISO 374-5:2016 Ingwanti protettivi kontra sustanzi kimiċi u mikroorganiżmi - Parti 5: Terminoloġija u rekwiżiti ta’ operat għal riskji minn mikro-organiżmi (ISO 374-5:2016) |
||||||||
|
41. |
EN 388:2016+A1:2018 Ingwanti protettivi kontra r-riskji mekkaniċi |
||||||||
|
42. |
EN 397:2012+A1:2012 Elmi għal sigurtà industrijali |
||||||||
|
43. |
EN 402:2003 Apparati respiratorji protettivi - Apparat għat-teħid ta’ nifs ta’ arja kompressata b’ċirkuwitu miftuħ u jaħdem b’mod indipendenti li joperaw skont il-ħtieġa tal-pulmuni b’maskra li tgħatti l-wiċċ kollu jew tagħmir immuntat li jgħatti l-ħalq biex ikun hemm ħruġ għall-arja - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar |
||||||||
|
44. |
EN 403:2004 Apparati respiratorji protettivi għall-awtosalvataġġ - Apparati tal-iffiltrar b’barnuża biex wieħed jaħrab minn nirien - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar |
||||||||
|
45. |
EN 404:2005 Apparati respiratorji protettivi għall-awtosalvataġġ - Filtru għall-awtosalvataġġ minn monossidu tal-karbonju b’muntatura għall-apparat li jgħatti l-ħalq |
||||||||
|
46. |
EN 405:2001+A1:2009 Apparati respiratorji protettivi - Maskri bil-valvs li jgħattu nofs il-wiċċ u jiffiltraw biex jagħtu protezzjoni kontra gassijiet jew gassijiet u partiċelli - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar |
||||||||
|
47. |
EN 407:2004 Ingwanti protettivi kontra riskji termali (sħana u/jew nar) |
||||||||
|
48. |
EN 420:2003+A1:2009 Ingwanti protettivi - Rekwiżiti ġenerali u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
49. |
EN 421:2010 Ingwanti protettivi kontra radjazzjoni jonizzanti u kontaminazzjoni radjuattiva |
||||||||
|
50. |
EN 443:2008 Elmi għal nies li jrażżnu l-ħruq f’bini u fi strutturi oħrajn |
||||||||
|
51. |
EN 469:2020 Ilbies protettiv għall-ħaddiema tat-tifi tan-nar - Rekwiżiti tal-prestazzjoni għall-ilbies protettiv għall-attivitajiet tat-tifi tan-nar |
||||||||
|
52. |
EN 510:2019 Speċifikazzjoni għal ilbies protettiv għal użu fejn hemm riskju ta’ tħabbil ma’ partijiet li jiċċaqilqu |
||||||||
|
53. |
EN 511:2006 Ingwanti protettivi kontra l-kesħa |
||||||||
|
54. |
EN 564:2014 Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Ħabel aċċessorju - Metodi ta’ ttestjar u rekwiżiti ta’ sigurtà |
||||||||
|
55. |
EN 565:2017 Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Tejp - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
56. |
EN 566:2017 Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Stroppi - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
57. |
EN 567:2013 Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Klamps għall-ħbula - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
58. |
EN 568:2015 Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Ankri li jidħlu fis-silġ - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
59. |
EN 569:2007 Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Witet bil-ponta - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
60. |
EN 659:2003+A1:2008 Ingwanti protettivi għal nies li jitfu n-nar EN 659:2003+A1:2008/AC:2009 |
||||||||
|
61. |
EN 795:2012 Protezzjoni kontra waqgħat mill-għoli - Tagħmir ta’ ankri Twissija: Din il-pubblikazzjoni ma tikkonċernax it-tagħmir deskritt fi:
|
||||||||
|
62. |
EN 812:2012 Brieret biex jipproteġu r-ras minn ħabtiet f’postijiet industrijali |
||||||||
|
63. |
EN 813:2008 Tagħmir protettiv personali kontra waqgħat mill-għoli - Irbit tas-sikurezza li toqgħod fuqu |
||||||||
|
64. |
EN 893:2019 Tagħmir tat-tixbit mal-muntanji - Grampuni - Rekwiżiti ta’ sikurezza u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
65. |
EN 943-1:2015+A1:2019 Ilbies protettiv kontra sustanzi kimiċi solidi, likwidi u gassużi perikolużi, inklużi aerosols likwidi u solidi - Parti 1: Rekwiżiti ta’ prestazzjoni għal ilbies protettiv tat-Tip 1 kontra s-sustanzi kimiċi (issiġillat b’mod li ma jgħaddix il-gass) |
||||||||
|
66. |
EN 943-2:2019 Ilbies protettiv kontra sustanzi kimiċi solidi, likwidi u gassużi perikolużi, inklużi aerosols likwidi u solidi - Parti 2: Rekwiżiti ta’ prestazzjoni għal ilbies protettiv tat-Tip 1 kontra s-sustanzi kimiċi (issiġillat b’mod li ma jgħaddix gass) għat-timijiet ta’ emerġenza (ET) |
||||||||
|
67. |
EN 958:2017 Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Sistemi li jassorbu l-enerġija li jintużaw fit-tixbit imsejjaħ klettersteig (permezz ta’ ferrata) - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
68. |
EN 966:2012+A1:2012 Elmi għal sports tal-ajru |
||||||||
|
69. |
EN 1073-1:2016+A1:2018 Ilbies protettiv kontra partikoli solidi fl-arja, inkluża l-kontaminazzjoni radjuattiva - Parti 1: Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar għal ilbies protettiv ivventilat b’pajp tal-arja kkompressata, għall-protezzjoni tal-ġisem u tal-apparat respiratorju |
||||||||
|
70. |
EN 1073-2:2002 Ilbies protettiv kontra kontaminazzjoni radjuattiva - Parti 2: Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar għal ilbies protettiv mhux ventilat kontra l-kontaminazzjoni radjuattiva f’sura ta’ partikuli separati |
||||||||
|
71. |
EN 1077:2007 Elmi għal skijaturi fuq is-silġ u snowboarders |
||||||||
|
72. |
EN 1078:2012+A1:2012 Elmi għal ċiklisti u għal dawk li jużaw skateboards u roller skates |
||||||||
|
73. |
EN 1080:2013 Elmi li jipproteġu t-tfal żgħar f’każ ta’ impatt |
||||||||
|
74. |
EN 1082-1:1996 Ilbies protettiv - Ingwanti u lbies madwar id-dirgħajn li jipproteġi kontra qatgħat u daqqiet ta’ skieken tal-idejn - Parti 1: Ingwanti u lbies madwar id-dirgħajn magħmul minn metall immaljat |
||||||||
|
75. |
EN 1082-2:2000 Ilbies protettiv - Ingwanti u lbies madwar id-dirgħajn li jipproteġi kontra qatgħat u daqqiet ta’ skieken tal-idejn - Parti 2: Ingwanti u lbies protettiv għad-dirgħajn maħdumin minn materjal iżda mhux minn metall immaljat |
||||||||
|
76. |
EN 1146:2005 Apparati respiratorji protettivi - Apparat indipendenti b’ċirkuwitu miftuħ għal respirazzjoni ta’ arja kompressata li jinkorpora kappun għal skappament - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar |
||||||||
|
77. |
EN 1149-5:2018 Ilbies protettiv - Proprjetajiet elettrostatiċi - Parti 5: Prestazzjoni tal-materjal u rekwiżiti tad-disinn |
||||||||
|
78. |
EN 1385:2012 Elmi għal kanoa u għal sports tal-baħar li jtella’ r-ragħwa f’wiċċ l-ilma |
||||||||
|
79. |
EN 1486:2007 Ilbies protettiv għal nies li jitfu n-nar - Metodi ta’ ttestjar u rekwiżiti għal ilbies li jirrifletti għal tifi tan-nar speċjalizzat |
||||||||
|
80. |
EN 1497:2007 Tagħmir protettiv personali kontra waqgħat mill-għoli - Arneżijiet ta’ sigurtà għax-xabbaturi |
||||||||
|
81. |
EN 1827:1999+A1:2009 Apparati respiratorji protettivi - Nofs maskri bla valvs għall-ġbid tan-nifs u b’filtri separabbli biex jipproteġu kontra gassijiet jew gassijiet u partiċelli jew partiċelli biss - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar |
||||||||
|
82. |
EN 1891:1998 Tagħmir protettiv personali għall-prevenzjoni ta’ waqgħat mill-għoli - Ħbula kernmantel ta’ tul qasir |
||||||||
|
83. |
EN 1938:2010 Protezzjoni personali tal-għajnejn - Gogils għal rikkieba ta’ muturi u ta’ mopeds |
||||||||
|
84. |
EN ISO 10819:2013 Vibrazzjoni u xokk mekkaniċi - Vibrazzjoni tal-id u d-driegħ - Metodu għall-kejl u evalwazzjoni ta’ kemm tkun trasmessa vibrazzjoni lill-palma tal-id meta jintlibsu l-ingwanti (ISO 10819:2013) EN ISO 10819:2013/A1:2019 |
||||||||
|
85. |
EN ISO 10862:2009 Opri tal-baħar żgħar - Sistema li tiftaħ malajr arneż tat-trapeżju li mill-ponta tal-arblu jingħaqad ma’ qadd il-baħri (ISO 10862:2009) |
||||||||
|
86. |
EN ISO 11393-2:2019 Ilbies protettiv għall-utenti ta’ lupi li jinżammu fl-idejn (chainsaws) - Parti 2: Rekwiżiti ta’ prestazzjoni u metodi ta’ ttestjar għal protetturi tar-riġlejn (ISO 11393-2:2018) |
||||||||
|
87. |
EN ISO 11393-4:2019 Ilbies protettiv għall-utenti ta’ lupi li jinżammu fl-idejn (chainsaws) - Parti 4: Rekwiżiti ta’ prestazzjoni u metodi ta’ ttestjar għal ingwanti protettivi (ISO 11393-4:2018) |
||||||||
|
88. |
EN ISO 11393-5:2019 Ilbies protettiv għall-utenti ta’ lupi li jinżammu fl-idejn - Part 5: Rekwiżiti ta’ prestazzjoni u metodi ta’ ttestjar għal gettijiet ta’ protezzjoni (ISO 11393-5:2018) |
||||||||
|
89. |
EN ISO 11393-6:2019 Ilbies protettiv għall-utenti ta’ lupi li jinżammu fl-idejn - Part 6: Rekwiżiti ta’ prestazzjoni u metodi ta’ ttestjar għal protetturi għall-parti ta’ fuq tal-ġisem (ISO 11393-6:2018) |
||||||||
|
90. |
EN 12021:2014 Tagħmir respiratorju - Gassijiet kompressati għal apparati respiratorji |
||||||||
|
91. |
EN 12083:1998 Apparati respiratorji protettivi - Filtri b’pajpijiet li jagħtu n-nifs, (Filtri mmuntati mingħajr maskra) - Filtri ta’ partiċelli, filtri tal-gass u filtri mgħaqqdin - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar EN 12083:1998/AC:2000 |
||||||||
|
92. |
EN 12270:2013 Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Kunjardi - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
93. |
EN 12275:2013 Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Konnetturi - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
94. |
EN 12276:2013 Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Ankri li joperaw bi frizzjoni - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
95. |
EN 12277:2015+A1:2018 Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Irbit tas-sikurezza - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
96. |
EN 12278:2007 Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Tarjoli - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
97. |
EN ISO 12312-1:2013 Protezzjoni tal-għajnejn u l-wiċċ - Nuċċalijiet tax-xemx u xedd relatat mal-għajnejn - Parti 1: Nuċċalijiet tax-xemx għal użu ġenerali (ISO 12312-1:2013) EN ISO 12312-1:2013/A1:2015 |
||||||||
|
98. |
EN ISO 12312-2:2015 Protezzjoni tal-għajnejn u l-wiċċ - Nuċċalijiet tax-xemx u xedd relatat mal-għajnejn - Parti 2: Filtri għall-osservazzjoni diretta tax-xemx (ISO 12312-2:2015) |
||||||||
|
99. |
EN ISO 12401:2009 Opri tal-baħar żgħar - Ċinturin għas-sigurtà fuq il-gverta u ċima tas-sigurtà - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar (ISO 12401:2009) |
||||||||
|
100. |
EN ISO 12402-2:2020 Apparati personali li jżommu f’wiċċ l-ilma - Parti 2: Ġkieket tas-salvataġġ, livell ta’ prestazzjoni 275 - Rekwiżiti ta’ sikurezza (ISO 12402-2:2020) Avviż: L-applikazzjoni tal-klawżola 5.6 ta’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit bażiku tas-saħħa u tas-sikurezza stabbilit fil-punt 1.1.1. tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425. L-applikazzjoni tal-klawżoli 5.1.2, 5.1.3, 5.1.5, 5.1.7, 5.2, 5.3.1.1, 5.3.1.2, 5.3.2.2, 5.3.2.3, 5.3.4.3, 5.3.4.4, 5.6.1.4, 5.6.1.7, 5.6.1.8, 5.6.1.9, 5.6.1.10 u 5.6.1.11 ta’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit bażiku tas-saħħa u tas-sikurezza stabbilit fil-punt 1.2.1. tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425. L-applikazzjoni tal-klawżoli 5.1.2, 5.2, 5.3.1.1, 5.3.2.2, 5.3.4.2, 5.3.4.4, 5.6.3 u 5.7 ta’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit bażiku tas-saħħa u tas-sikurezza stabbilit fil-punt 3.4 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425. |
||||||||
|
101. |
EN ISO 12402-3:2020 Apparati personali li jżommu f’wiċċ l-ilma - Parti 3: Ġkieket tas-salvataġġ, livell ta’ prestazzjoni 150 - Rekwiżiti tas-sikurezza (ISO 12402-3:2020) Avviż: L-applikazzjoni tal-klawżola 5.6 ta’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit bażiku tas-saħħa u tas-sikurezza stabbilit fil-punt 1.1.1. tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425. L-applikazzjoni tal-klawżoli 5.1.2, 5.1.3, 5.1.5, 5.1.7, 5.2, 5.3.1.1, 5.3.1.2, 5.3.2.2, 5.3.2.3, 5.3.4.3, 5.3.4.4, 5.6.1.4, 5.6.1.7, 5.6.1.8, 5.6.1.9, 5.6.1.10 u 5.6.1.11 ta’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit bażiku tas-saħħa u tas-sikurezza stabbilit fil-punt 1.2.1. tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425. L-applikazzjoni tal-klawżoli 5.1.2, 5.2, 5.3.1.1, 5.3.2.2, 5.3.4.2, 5.3.4.4, 5.6.3 u 5.7 ta’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit bażiku tas-saħħa u tas-sikurezza stabbilit fil-punt 3.4 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425. |
||||||||
|
102. |
EN ISO 12402-4:2020 Apparati personali li jżommu f’wiċċ l-ilma - Parti 4: Ġkieket tas-salvataġġ, livell ta’ prestazzjoni 100 - Rekwiżiti tas-sikurezza (ISO 12402-4:2020) Avviż: L-applikazzjoni tal-klawżola 5.6 ta’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit bażiku tas-saħħa u tas-sikurezza stabbilit fil-punt 1.1.1. tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425. L-applikazzjoni tal-klawżoli 5.1.2, 5.1.3, 5.1.5, 5.1.7, 5.2, 5.3.1.1, 5.3.1.2, 5.3.2.2, 5.3.2.3, 5.3.4.3, 5.3.4.4, 5.6.1.4, 5.6.1.7, 5.6.1.8, 5.6.1.9, 5.6.1.10 u 5.6.1.11 ta’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit bażiku tas-saħħa u tas-sikurezza stabbilit fil-punt 1.2.1. tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425. L-applikazzjoni tal-klawżoli 5.1.2, 5.2, 5.3.1.1, 5.3.2.2, 5.3.4.2, 5.3.4.4, 5.6.3 u 5.7 ta’ dan l-istandard ma tagħtix preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżit bażiku tas-saħħa u tas-sikurezza stabbilit fil-punt 3.4 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/425. |
||||||||
|
103. |
EN ISO 12402-5:2020 Apparati personali li jżommu f’wiċċ l-ilma - Parti 5: Għajnuniet għall-kapaċità ta’ żamma f’wiċċ l-ilma (livell 50) - Rekwiżiti tas-sikurezza (ISO 12402-5:2020) |
||||||||
|
104. |
EN ISO 12402-6:2020 Apparati personali li jżommu f’wiċċ l-ilma - Parti 6: Ġkieket tas-salvataġġ u għajnuniet għall-kapaċità ta’ żamma f’wiċċ l-ilma b’applikazzjoni speċjali - Rekwiżiti tas-sikurezza u metodi ta’ ttestjar addizzjonali (ISO 12402-6:2020) |
||||||||
|
105. |
EN ISO 12402-8:2020 Apparati personali li jżommu f’wiċċ l-ilma - Parti 8: Aċċessorji - Rekwiżiti tas-sikurezza u metodi ta’ ttestjar (ISO 12402-8:2020) |
||||||||
|
106. |
EN 12477:2001 Ingwanti protettivi għal welders EN 12477:2001/A1:2005 |
||||||||
|
107. |
EN 12492:2012 Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Elmi għal xabbaturi mal-muntanji - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
108. |
EN 12841:2006 Tagħmir protettiv personali kontra waqgħat mill-għoli - Sistemi ta’ aċċess ta’ ħbula - Apparat ta’ aġġustament tal-ħbula |
||||||||
|
109. |
EN 12941:1998 Apparati respiratorji protettivi - Apparati għall-iffiltrar li joperaw bl-elettriku u jinkoporaw elmu jew barnuż - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar EN 12941:1998/A1:2003 EN 12941:1998/A2:2008 |
||||||||
|
110. |
EN 12942:1998 Apparati respiratorji protettivi - Apparati li jiffiltraw megħjunin bl-elettriku li jinkorporaw maskri tal-wiċċ sħaħ, nofs maskri jew maskri li jkopru kwart mill-wiċċ - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar EN 12942:1998/A1:2002 EN 12942:1998/A2:2008 |
||||||||
|
111. |
EN 13034:2005+A1:2009 Ilbies protettiv kontra kimiċi likwidi - Rekwiżiti ta’ operat għal ilbies li jipproteġi minn kimiċi li joffri operat protettiv limitat kontra kimiċi likwidi (tagħmir tat-Tip 6 u Tip PB [6]) |
||||||||
|
112. |
EN 13061:2009 Ilbies protettiv - Ilbies li jipproteġi l-qasba tar-riġel għal plejers tal-futbol - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
113. |
EN 13138-1:2021 Għajnuniet biex wieħed iżomm f’wiċċ l-ilma meta jkun qed jitgħallem jgħum - Parti 1: Rekwiżiti ta’ sikurezza u metodi ta’ ttestjar għal għajnuniet biex wieħed iżomm f’wiċċ l-ilma li għandhom jintlibsu EN 13138-1:2021/AC:2022 |
||||||||
|
114. |
EN 13158:2018 Ilbies protettiv - Ġkieket protettivi u lbies li jipproteġi l-ġisem u l-ispallejn għal użu ekwestri, għal rikkieba taż-żwiemel u għal dawk li jaħdmu maż-żwiemel, u għal ġerrejja taż-żwiemel - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
115. |
EN 13178:2000 Protezzjoni tal-għajnejn personali - Tagħmir li jipproteġi l-għajnejn għal min juża vetturi għal fuq is-silġ |
||||||||
|
116. |
EN 13277-1:2000 Tagħmir protettiv għall-arti marzjali - Parti 1: Rekwiżiti ġenerali u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
117. |
EN 13277-2:2000 Tagħmir protettiv għall-arti marzjali - Parti 2: Rekwiżiti addizzjonali u metodi ta’ ttestjar għal ilbies li jipproteġi s-sieq sal-għaksa, il-qasba tar-riġel u l-quddiem tad-dirgħajn |
||||||||
|
118. |
EN 13277-3:2013 Tagħmir protettiv għall-arti marzjali - Parti 3: Rekwiżiti addizzjonali u metodi ta’ ttestjar għal ilbies li jipproteġi t-tronk tal-ġisem |
||||||||
|
119. |
EN 13277-4:2001 Tagħmir protettiv għall-arti marzjali - Parti 4: Rekwiżiti addizzjonali u metodi ta’ ttestjar għal xedd li jipproteġi r-ras EN 13277-4:2001/A1:2007 |
||||||||
|
120. |
EN 13277-5:2002 Tagħmir protettiv għall-arti marzjali - Parti 5: Rekwiżiti addizzjonali u metodi ta’ ttestjar għal ilbies li jipproteġi l-partijiet ġenitali u addomenali |
||||||||
|
121. |
EN 13277-6:2003 Tagħmir protettiv għall-arti marzjali - Parti 6: Rekwiżiti addizzjonali u metodi ta’ ttestjar għal ilbies li jipproteġi s-sider fil-każ tan-nisa |
||||||||
|
122. |
EN 13277-7:2009 Tagħmir protettiv għall-arti marzjali - Parti 7: Rekwiżiti addizzjonali u metodi ta’ ttestjar għal ilbies li jipproteġi l-idejn u s-saqajn |
||||||||
|
123. |
EN 13277-8:2017 Tagħmir protettiv għall-arti marzjali - Parti 8: Rekwiżiti addizzjonali u metodi ta’ ttestjar għal xedd li jipproteġi l-wiċċ waqt il-karate |
||||||||
|
124. |
EN 13484:2012 Elmi għal dawk li jużaw slitti dojoq |
||||||||
|
125. |
EN 13546:2002+A1:2007 Ilbies protettiv - Lbies protettiv tal-idejn, dirgħajn, sider, addome, riġlejn, saqajn u partijiet ġenitali għal gowlkipers tal-ħoki fi grawnd - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
126. |
EN 13567:2002+A1:2007 Ilbies protettiv - Ilbies protettiv tal-idejn, dirgħajn, sider, addome, riġel, partijiet ġenitali u wiċċ għal dawk li jipprattikaw l-iżgirma - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
127. |
EN 13594:2015 Ingwanti protettivi għal sewwieqa professjonali ta’ muturi - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
128. |
EN 13634:2017 Xedd is-saqajn protettiv għal sewwieqa ta’ muturi - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
129. |
EN ISO 13688:2013 Ilbies protettiv - Rekwiżiti ġenerali (ISO 13688:2013) EN ISO 13688:2013/A1:2021 |
||||||||
|
130. |
EN 13781:2012 Elmi proettivi għal sewwieqa u passiġġieri fuq snowmobiles u bobsleighs |
||||||||
|
131. |
EN 13794:2002 Apparati respiratorji protettivi -Apparat għat-teħid ta’ nifs b’ċirkuwitu miftuħ u jaħdem b’mod indipendenti biex ikun hemm ħruġ għall-arja - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar |
||||||||
|
132. |
EN 13832-2:2018 Xedd tas-saqajn protettiv kontra s-sustanzi kimiċi - Parti 2: Rekwiżiti għal kuntatt limitat ma’ sustanzi kimiċi |
||||||||
|
133. |
EN 13832-3:2018 Xedd tas-saqajn protettiv kontra s-sustanzi kimiċi - Parti 3: Rekwiżiti għal kuntatt fit-tul ma’ sustanzi kimiċi |
||||||||
|
134. |
EN 13949:2003 Tagħmir respiratorju - Apparat għall-għadis b’ċirkuwitu miftuħ u li jaħdem b’mod indipendenti biex jintuża ma’ Nitrox kompressat u ossiġenu - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar |
||||||||
|
135. |
EN ISO 13982-1:2004 Ilbies protettiv biex jintuża kontra partikulati solidi - Parti 1: Rekwiżiti tal-prestazzjoni għal ilbies kimiku protettiv li jagħti protezzjoni lill-ġisem kollu kontra partikulati solidi li jinġarru mill-arja (ilbies tat-tip 5) (ISO 13982-1:2004) EN ISO 13982-1:2004/A1:2010 |
||||||||
|
136. |
EN ISO 13998:2003 Ilbies protettiv - Fradal, qliezet u qomos li jipproteġu kontra qatgħat u daqqiet ta’ skieken tal-idejn (ISO 13998: 2003) |
||||||||
|
137. |
EN 14021:2003 Ilqugħ tal-ġebel għal motoċikliżmu fi spazji lil hinn mit-toroq adatti biex jipproteġu lir-rikkieba kontra ġebel u mazkan - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
138. |
EN 14052:2012+A1:2012 Elmi industrijali ta’ kwalità għolja |
||||||||
|
139. |
EN 14058:2017 Ilbies protettiv - Ilbies għall-protezzjoni kontra ambjenti kesħin |
||||||||
|
140. |
EN 14120:2003+A1:2007 Ilbies protettiv - Lbies protettiv tal-polz, wiċċ l-idejn, rkubtejn u mniekeb għal utenti ta’ tagħmir ta’ pattini bir-roti - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
141. |
EN 14126:2003 Ilbies protettiv - Rekwiżiti ta’ operat u metodi ta’ ttestjar għal ilbies protettiv kontra aġenti infettivi EN 14126:2003/AC:2004 |
||||||||
|
142. |
EN 14143:2013 Apparat respiratorju - Apparati biex wieħed jieħu n-nifs mill-ġdid waqt l-għadis li jaħdmu b’mod indipendenti |
||||||||
|
143. |
EN 14225-1:2017 Ilbies tal-bugħaddasa - Parti 1: Ilbies tal-lastku tal-bugħaddasa - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
144. |
EN 14225-2:2017 Ilbies tal-bugħaddasa - Parti 2: Ilbies li ma jgħaddix ilma minnu - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
145. |
EN 14225-3:2017 Ilbies tal-bugħaddasa - Parti 3: Sistemi ta’ lbies imsaħħan jew imkessaħ attivament - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
146. |
EN 14328:2005 Ilbies protettiv - Ingwanti u xedd id-dirgħajn li jipproteġu minn qatgħat minn skieken imħaddmin b’mutur - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
147. |
EN 14387:2004+A1:2008 Apparati respiratorji protettivi - Filtri tal-gass u filtri kombinati - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar |
||||||||
|
148. |
EN 14435:2004 Apparati respiratorji protettivi - Apparat għat-teħid ta’ nifs ta’ arja kompressata b’ċirkuwitu miftuħ u jaħdem b’mod indipendenti b’maskra li tgħatti nofs il-wiċċ biex jintuża ma’ pressjoni pożittiva biss - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar |
||||||||
|
149. |
EN 14458:2018 Tagħmir personali għall-għajnejn - Viżiera bi prestazzjoni għolja maħsuba biex jintużaw biss flimkien ma’ elmi protettivi |
||||||||
|
150. |
EN ISO 14460:1999 Ilbies protettiv għal sewwieqa tal-karozzi tat-tlielaq - Protezzjoni kontra sħana u fjammi - Rekwiżiti ta’ operat u metodi ta’ ttestjar (ISO 14460: 1999) EN ISO 14460:1999/AC:1999 EN ISO 14460:1999/A1:2002 |
||||||||
|
151. |
EN 14529:2005 Apparati respiratorji protettivi - Apparat indipendenti b’ċirkuwitu miftuħ għal respirazzjoni ta’ arja kompressata b’nofs maskra disinjata biex tinkludi valv pożittiv ikkontrollat biex jitlob pressjoni għall-pulmun u li jintuża biss f’każi ta’ skappament |
||||||||
|
152. |
EN 14593-1:2005 Apparati respiratorji protettivi -Apparat għal respirazzjoni ta’ arja kompressata permezz ta’ pajp b’valv li bih tintalab l-arja - Parti 1: Apparat b’maskra li tgħatti l-wiċċ kollu - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar |
||||||||
|
153. |
EN 14594:2018 Tagħmir protettiv respiratorju - Apparat tat-teħid tan-nifs b’pajp tal-arja kkompressata bi fluss kontinwu - Rekwiżiti, ittestjar u mmarkar |
||||||||
|
154. |
EN 14605:2005+A1:2009 Ilbies protettiv kontra kimiċi likwidi - Rekwiżiti ta’ operat għal ilbies b’konnessjonijiet li ma jħallux likwidi jgħaddu (Tip 3) jew sprej jgħaddu (Tip 4), inklużi oġġetti li jagħtu protezzjoni lil partijiet tal-ġisem biss (Tipi PB [3] u PB [4]) |
||||||||
|
155. |
EN ISO 14877:2002 Ilbies protettiv għal operazzjonijiet ta’ bblastjar li jobrox bl-użu ta’ barraxi granulari (ISO 14877:2002) |
||||||||
|
156. |
EN ISO 15027-1:2012 Tuti għall-immersjoni - Parti 1: Tuti li jintlibsu fuq opra tal-baħar u wkoll taħt wiċċ l-ilma: Rekwiżiti inkluża sigurtà (ISO 15027-1:2012) |
||||||||
|
157. |
EN ISO 15027-2:2012 Tuti għall-immersjoni - Parti 2: Tuti li jgħinu li xiħadd maqbud f’opra tal-baħar taħt wiċċ l-ilma biex joħroġ minnha: Rekwiżiti inkluża sigurtà (ISO 15027-2:2012) |
||||||||
|
158. |
EN 15090:2012 Xedd is-saqajn għal nies li jitfu n-nar |
||||||||
|
159. |
EN 15151-1:2012 Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Parti 1: Tagħmir għall-brejkijiet b’lokks megħjuna bl-idejn, rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
160. |
EN 15333-1:2008 Tagħmir respiratorju - Fornitura ta’ apparat għall-għadis b’arja kompressata b’ċirkuwitu miftuħ umbilikali - Parti 1: Apparat li jingħata meta jintalab EN 15333-1:2008/AC:2009 |
||||||||
|
161. |
EN 15333-2:2009 Tagħmir respiratorju - Fornitura ta’ apparat għall-għadis b’arja kompressata b’ċirkuwitu miftuħ umbilikali - Parti 2: Apparat li jippermetti fluss ħieles tal-arja |
||||||||
|
162. |
EN 15613:2008 Għata protettiva għall-irkobba u l-minkeb għal sports ta’ ġewwa - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
163. |
EN 16027:2011 Ilbies protettiv - Ingwanti li għandhom effett protettiv għal gowlkipers tal-futbol |
||||||||
|
164. |
EN ISO 16321-1:2022 Protezzjoni għall-għajnejn u għall-wiċċ għall-użu okkupazzjonali - Parti 1: Rekwiżiti ġenerali (ISO 16321-1:2021) |
||||||||
|
165. |
EN ISO 16321-2:2021 Protezzjoni għall-għajnejn u għall-wiċċ għal użu okkupazzjonali - Parti 2: Rekwiżiti addizzjonali għal tagħmir ta’ protezzjoni użat matul l-iwweldjar u t-tekniki relatati (ISO 16321-2:2021) Avviż: Dan l-istandard jagħmel referenza għar-referenza normattiva EN ISO 16321-1:2020, li d-data tagħha ma hijiex korretta. Minflok, għandu jinqara bħala EN ISO 16321-1:2022. |
||||||||
|
166. |
EN ISO 16321-3:2022 Protezzjoni għall-għajnejn u għall-wiċċ għal użu okkupazzjonali - Parti 3: Rekwiżiti addizzjonali għall-protetturi tal-malja (ISO 16321-3:2021) Avviż: Dan l-istandard jagħmel referenza għar-referenza normattiva EN ISO 16321-1:2020, li d-data tagħha ma hijiex korretta. Minflok, għandu jinqara bħala EN ISO 16321-1:2022. |
||||||||
|
167. |
EN 16350:2014 Ingwanti protettivi - Proprjetajiet elettrostatiċi |
||||||||
|
168. |
EN 16473:2014 Elmijiet għal dawk li jitfu n-nar - Elmijiet għal salvataġġ tekniku |
||||||||
|
169. |
EN 16716:2017 Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Sistemi ta’ bombli tal-arja għal valangi - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
170. |
EN 17092-2:2020 Ilbies protettiv għar-rikkieba tal-muturi - Parti 2: Ilbies tal-klassi AAA - Rekwiżiti |
||||||||
|
171. |
EN 17092-3:2020 Ilbies protettiv għar-rikkieba tal-muturi - Parti 3: Ilbies tal-klassi AA - Rekwiżiti |
||||||||
|
172. |
EN 17092-4:2020 Ilbies protettiv għar-rikkieba tal-muturi - Parti 4: Ilbies tal-klassi A - Rekwiżiti |
||||||||
|
173. |
EN 17092-5:2020 Ilbies protettiv għar-rikkieba tal-muturi - Parti 5: Ilbies tal-klassi B - Rekwiżiti |
||||||||
|
174. |
EN 17092-6:2020 Ilbies protettiv għar-rikkieba tal-muturi - Parti 6: Ilbies tal-klassi C - Rekwiżiti |
||||||||
|
175. |
EN 17109:2020 Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Sistemi ta’ sikurezza individwali għall-perkorsi fl-għoli bil-ħbula - Rekwiżiti ta’ sikurezza u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
176. |
EN ISO 17249:2013 Xedd is-saqajn sikur li jirreżisti qtugħ b’lupi li jaħdmu b’ċineg (ISO 17249:2013) EN ISO 17249:2013/AC:2014 |
||||||||
|
177. |
EN 17353:2020 Ilbies protettiv - Tagħmir b’viżibbiltà mtejba għal sitwazzjonijiet ta’ riskju medju - Metodi ta’ ttestjar u rekwiżiti |
||||||||
|
178. |
EN 17520:2021 Tagħmir għat-tixbit mal-muntanji - Lanjards ta’ sikurezza personali - Rekwiżiti ta’ sikurezza u metodi ta’ ttestjar |
||||||||
|
179. |
EN ISO 18527-1:2022 Protezzjoni għall-għajnejn u għall-wiċċ għal użu sportiv - Parti 1: Rekwiżiti għal gogils għall-iskijjar ’l isfel fuq l-għoljiet u għall-isnowboarding (ISO 18527-1:2021) |
||||||||
|
180. |
EN ISO 18527-2:2021 Protezzjoni għall-għajnejn u għall-wiċċ għal użu sportiv - Parti 2: Rekwiżiti għall-protetturi tal-għajnejn għall-isquash u għall-protetturi tal-għajnejn għar-racquetball u għall-isquash 57 (ISO 18527-2:2021) |
||||||||
|
181. |
EN ISO 20320:2020 Ilbies protettiv li jintuża fl-Isnowboarding - Protetturi tal-Polz - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar (ISO 20320:2020) |
||||||||
|
182. |
EN ISO 20345:2022 Tagħmir protettiv personali - Xedd is-saqajn sikur (ISO 20345: 2021) |
||||||||
|
183. |
EN ISO 20346:2014 Tagħmir protettiv personali - Xedd is-saqajn protettiv (ISO 20346:2014) |
||||||||
|
184. |
EN ISO 20347:2012 Tagħmir protettiv personali - Xedd is-saqajn okkupazzjonali (ISO 20347:2012) |
||||||||
|
185. |
EN ISO 20349-1:2017 Tagħmir ta’ protezzjoni personali - Xedd tas-saqajn li jipproteġi kontra r-riskji fil-funderiji u fl-iwweldjar - Parti 1: Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar għall-protezzjoni kontra r-riskji fil-funderiji (ISO 20349-1:2017) EN ISO 20349-1:2017/A1:2020 |
||||||||
|
186. |
EN ISO 20349-2:2017 Tagħmir ta’ protezzjoni personali - Xedd tas-saqajn li jipproteġi kontra r-riskji fil-funderiji u fl-iwweldjar - Parti 2: Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar għall-protezzjoni kontra r-riskji fl-iwweldjar u fil-proċessi konnessi (ISO 20349-2:2017) EN ISO 20349-2:2017/A1:2020 |
||||||||
|
187. |
EN ISO 20471:2013 Ilbies ta’ viżibbiltà għolja - Metodi ta’ ttestjar u rekwiżiti (ISO 20471:2013, Verżjoni kkoreġuta 2013-06-01) EN ISO 20471:2013/A1:2016 |
||||||||
|
188. |
EN ISO 27065:2017 Ilbies protettiv - Rekwiżiti ta’ operat għal ilbies protettiv li jintlibsu minn operaturi li japplikaw pestiċidi u għal ħaddiema li jerġgħu jidħlu (ISO 27065:2017) EN ISO 27065:2017/A1:2019 |
||||||||
|
189. |
EN 50321-1:2018 Xogħol fuq linji b’kurrent għaddej minnhom - Xedd tas-saqajn biex jagħti protezzjoni kontra l-elettriċità - Insulazzjoni ta’ xedd tas-saqajn u ta’ buz li jintlibsu fuq xedd tas-saqajn ieħor EN 50321-1:2018/AC:2018-08 |
||||||||
|
190. |
EN 61482-2:2020 Xogħol fejn hemm kurrent elettriku għaddej - Ilbies protettiv kontra l-perikli termali ta’ ark elettriku - Parti 2: Rekwiżiti (IEC 61482-2:2018, Modifikat) |
ANNESS II
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
Data tal-irtirar |
|
1 |
EN 143:2000 Apparati respiratorji protettivi - Filtri tal-partiċelli - Rekwiżiti, ittestjar, immarkar EN 143:2000/AC:2005 EN 143:2000/A1:2006 |
9.6.2024 |
|
2 |
EN 166:2001 Protezzjoni tal-għajnejn personali - Speċifikazzjonijiet |
11.11.2024 |
|
3 |
EN 169:2002 Protezzjoni tal-għajnejn personali - Filtri għal iwweldjar u tekniki relatati - Rekwiżiti ta’ trasmissjoni u użu rrikkmandat |
11.11.2024 |
|
4 |
EN 170:2002 Protezzjoni tal-għajnejn personali - Filtri ultravjola - Rekwiżiti ta’ trasmissjoni u użu rrikkmandat |
11.11.2024 |
|
5 |
EN 172:1994 Protezzjoni tal-għajnejn personali - Filtri li jilqgħu għal-leħħa tax-xemx għal użu industrijali EN 172:1994/A1:2000 EN 172:1994/A2:2001 |
11.11.2024 |
|
6 |
EN 174:2001 Protezzjoni tal-għajnejn personali - Gogils tal-iskijjar għal skijjar ’l isfel fuq l-għoljiet |
11.11.2024 |
|
7 |
EN 352-1:2002 Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti ġenerali - Parti 1: Manxojiet għall-widnejn |
21.7.2024 |
|
8 |
EN 352-2:2002 Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti ġenerali - Parti 2: Tappijiet għall-widnejn |
21.7.2024 |
|
9 |
EN 352-3:2002 Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti ġenerali - Parti 3: Manxojiet għall-widnejn attakkati ma’ elmi għal sigurtà industrijali |
21.7.2024 |
|
10 |
EN 352-4:2001 Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti ta’ sigurtà u ttestjar - Parti 4: Manxojiet għall-widnejn li jiddependu mil-livell tal-ħoss EN 352-4:2001/A1:2005 |
21.7.2024 |
|
11 |
EN 352-5:2002 Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti ta’ sigurtà u ttestjar - Parti 5: Manxojiet għall-widnejn biex jirriduċu ħsejjes attivi EN 352-5:2002/A1:2005 |
21.7.2024 |
|
12 |
EN 352-6:2002 Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti ta’ sigurtà u ttestjar - Parti 6: Manxojiet għall-widnejn b’apparat awdjoelettriku |
21.7.2024 |
|
13 |
EN 352-7:2002 Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti ta’ sigurtà u ttestjar - Parti 7: Tappijiet għall-widnejn li jiddependu mil-livell tal-ħoss |
21.7.2024 |
|
14 |
EN 352-8:2008 Tagħmir li jipproteġi s-smigħ - Rekwiżiti ta’ sigurtà u ttestjar - Parti 8: Tagħmir li jipproteġi s-smigħ użat f’divertiment awdjo |
21.7.2024 |
|
15 |
EN 379:2003+A1:2009 Protezzjoni tal-għajnejn personali - Filtri tal-iwweldjar awtomatiċi |
11.11.2024 |
|
16 |
EN 1731:2006 Protezzjoni tal-għajnejn personali - Tagħmir protettiv imxebbek għall-għajnejn u l-wiċċ |
11.11.2024 |
|
17 |
EN ISO 13688:2013 Ilbies protettiv - Rekwiżiti ġenerali (ISO 13688:2013) |
9.6.2024 |
|
18 |
EN ISO 20345:2011 Tagħmir protettiv personali - Xedd is-saqajn sikur (ISO 20345: 2011) |
11.11.2024 |