<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-249/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CC0249</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:253">EU:C:2019:253</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Sharpston – Kawża C‑249/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">CEVA Freight Holland</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Sharpston</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20190326">26 ta’ Marzu 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑249/18</HT></P><P>Staatssecretaris van Financiën</P><P>parti intervenjenti:</P><P>CEVA Freight Holland BV</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema, il-Pajjiżi l-Baxxi))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Talba għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Unjoni Doganali</KEYWORD><KEYWORD>Kodiċi Doganali tal-Komunità</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 78</KEYWORD><KEYWORD>Eżami tad-dikjarazzjonijiet wara r-rilaxx</KEYWORD><KEYWORD>Dazji doganali imposti fuq merkanzija importata wara reviżjoni mill-awtoritajiet doganali</KEYWORD><KEYWORD>Emenda mid-dikjarant tal-valur tal-merkanzija mdaħħla fid-dikjarazzjoni doganali</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tal-iskadenza tal-perijodu ta’ preskrizzjoni skont l-Artikolu 221</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema, il-Pajjiżi l-Baxxi) tirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Regolament tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307). Dan ir-regolament ġie emendat diversi drabi: kienet il-verżjoni kif emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 tal‑<DATE ISO="20061120">20 ta’ Novembru 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="352M" PAGE.FIRST="629" DATE.PUB="2008">ĠU 2008 L 352M, p. 629</REF.DOC.OJ>) li kien fis-seħħ fiż-żmien inkwistjoni. Ser nirreferi għal dan l-istrument bħala il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Kodiċi Doganali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> jew il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Kodiċi Doganali tal-1992<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> f’dawn il-konklużjonijiet. Ir-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20080423">23 ta’ April 2008</DATE> li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="145" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU 2008 L 145, p. 1</REF.DOC.OJ>), daħal fis-seħħ fl‑<DATE ISO="20080604">4 ta’ Ġunju 2008</DATE>. Madankollu, ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20131009">9 ta’ Ottubru 2013</DATE> li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="269" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 269, p. 1</REF.DOC.OJ> u r-Rettifiki <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="287" PAGE.FIRST="90" DATE.PUB="2013">ĠU 2013 L 287, p. 90</REF.DOC.OJ> u <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="267" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2016">ĠU 2016 L 267, p. 2</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Kodiċi Doganali tal-2013<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) ħassar u biddel ir-Regolament Nru 450/2008 qabel ma dan tal-aħħar sar applikabbli.</P></NOTE> li jistabbilixxi l-qafas legali għar-regoli u l-proċeduri doganali fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea. Dan jirriżulta minn tilwima bejn CEVA Freight Holland B.V. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>CEVA Freight<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) u l-awtoritajiet doganali tal-Pajjiżi l-Baxxi fir-rigward ta’ talbiet għall-irkupru ta’ dazji doganali wara reviżjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali ta’ CEVA Freight.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju titlob gwida dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 78 tal-Kodiċi Doganali li jittratta l-eżami tad-dikjarazzjonijiet doganali wara r-rilaxx. It-tieni domanda tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 221 tal-Kodiċi Doganali u jekk id-determinazzjoni ta’ meta jiskadi l-limitu ta’ żmien ta’ tliet snin stabbilit hemmhekk hijiex kwistjoni tad-dritt tal-Unjoni jew tad-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kodiċi Doganali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>It-termini li ġejjin ġew definiti fl-Artikolu 4:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>(3)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Awtoritajiet doganali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser l-awtoritajiet responsabbli <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> biex iħaddmu r-regoli doganali.</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="2"?><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Dejn doganali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser l-obbligazzjoni fuq persuna li tħallas l-ammont ta’ dazji fuq l-importazzjoni (dejn doganali fuq l-importazzjoni) jew dazji fuq l-esportazzjoni (dejn doganali fuq l-esportazzjoni) li japplika għal merkanzija speċifika skont id-dispożizzjonijiet tal-Komunità li huma fis-seħħ.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Debitur<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser kull persuna responsabbli għall-ħlas ta’ dejn doganali.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(16)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Proċedura doganali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ħelsien [rilaxx] għal ċirkolazzjoni libera</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(17)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Dikjarazzjoni doganali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser att li bih persuna tindika bil-forma u mod preskritti xewqa li tqiegħed merkanzija taħt proċedura partikolari doganali.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(18)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Dikjarant<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> tfisser il-persuna li tkun qed tagħmel id-dikjarazzjoni doganali f’isimha proprju jew il-persuna li f’isimha tkun qed issir id-dikjarazzjoni doganali.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(20)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Ħelsien [Rilaxx] ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> tfisser l-att li bih l-awtoritajiet doganali jagħmlu merkanzija disponibbli għall-iskopijiet stipulati mill-proċedura doganali li taħtha tkun tpoġġiet.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>It-Titolu II kien jirrigwarda l-fatturi li fuq il-bażi tagħhom ġew imposti l-miżuri previsti għall-merkanzija, bħal dazji fuq l-importazzjoni. L-Artikolu 20 kien jipprovdi li dazji legalment dovuti fil-każ ta’ dejn doganali kellhom ikunu bbażati fuq it-tariffa doganali tal-Unjoni. L-Artikolu 28 kien jiddikjara li d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3 kienu jiddeterminaw il-valur doganali għall-iskopijiet tal-applikazzjoni, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, tat-tariffa doganali tal-Unjoni. F’dak il-Kapitolu, l-Artikolu 29 kien jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>l-valur doganali ta’ merkanzija importata għandu jkun il-valur tat-transazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, li kien, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija meta tinbiegħ għall-esportazzjoni lit-territorju doganali tal-[Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, suġġett għall-aġġustamenti meħtieġa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>L-Artikoli 32 u 33 jistabbilixxu ċerti aġġustamenti li jistgħu jsiru għall-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur tal-merkanzija taħt il-Kodiċi Doganali.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skont il-proċedura doganali normali, l-Artikolu 62 kien iddikjara li d-dikjarazzjonijiet kellhom isiru fuq formola bil-miktub. Id-dikjarazzjonijiet kellhom jiġu ffirmati u kellhom jinkludu l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura doganali li għaliha ġiet iddikjarata l-merkanzija kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 65, id-dikjarant jista’ jemenda d-dikjarazzjoni wara li din tkun ġiet aċċettata mill-awtoritajiet doganali, sakemm id-dikjarant ma jitlobx awtorizzazzjoni għal emenda wara li l-awtoritajiet doganali jkunu ħadu miżuri, bħar-rilaxx tal-merkanzija inkwistjoni.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Preċedentement id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 65 tal-Kodiċi Doganali kienu riflessi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/695/KEE tal‑<DATE ISO="19790724">24 ta’ Lulju 1979</DATE> dwar l-armonizzazzjoni tal-proċeduri għar-rilaxx ta’ merkanzija għal ċirkolazzjoni libera (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="205" PAGE.FIRST="19" DATE.PUB="1979">ĠU 1979 L 205, p. 19</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE></TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 78 kien jiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="078.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtoritajiet doganali jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom jew fuq talba ta’ min jagħmel id-dikjarazzjoni, jemendaw id-dikjarazzjoni wara l-ħelsien [rilaxx] tal-merkanzija.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="078.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtoritajiet doganali jistgħu, wara li jeħilsu [jirrilaxxaw] l-merkanzija u sabiex jissodisfaw ruħhom li d-dettalji li jinsabu fid-dikjarazzjoni huma eżatti, jispezzjonaw id-dokumenti kummerċjali u data li għandha x’taqsam ma’ l-operazzjonijiet ta’ importazzjoni u esportazzjoni fir-rigward tal-merkanzija konċernata jew operazzjonijiet kummerċjali sussegwenti li jinvolvu dik il-merkanzija. Spezzjonijiet bħal dawk jistgħu jsiru fil-fond tad-dikjarant, ta’ kull persuna oħra direttament jew indirettament involuta f’dawk l-operazzjonijiet f’kapaċità kummerċjali jew ta’ kull persuna oħra li jkollha f’idejha d-dokument u d-data imsemmija għal skopijiet kummerċjali. Dawk l-awtoritajiet jistgħu ukoll jeżaminaw il-merkanzija meta jkun għadu possibbli li din tkun prodotta.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="078.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn reviżjoni tad-dikjarazzjoni jew eżami wara l-ħelsien [r-rilaxx] tal-merkanzija jindika illi d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura ta’ dwana involuta ġew applikati fuq il-bażi ta’ informazzjoni skorretta jew mhux sħiħa, l-awtoritajiet doganali għandhom, skont kull dispożizzjoni stipulata, jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jirregolarizzaw is-sitwazzjoni, wara li tkun ikkunsidrata l-informazzjoni ġdida disponibbli għalihom.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ma kien hemm ebda dispożizzjoni leġiżlattiva li tirrifletti l-kontenut tal-Artikolu 78 tal-Kodiċi Doganali qabel l-emenda tal-leġiżlazzjoni doganali li ġiet inkorporata fil-Kodiċi Doganali tal-1992.</P></NOTE></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 79 kien jipprovdi li r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera kien jikkonferixxi lil merkanzija li ma kinitx tal-Unjoni l-istess status ta’ merkanzija tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 221:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="221.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Malli jkun iddaħħal fil-kontijiet, l-ammont ta’ dazju għandu jiġi kkomunikat lid-debitur skont il-proċeduri li jkunu xierqa.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="221.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Fejn l-ammont ta’ dazju li għandu jitħallas ikun iddaħħal, bħala gwida, fid-dikjarazzjoni doganali, l-awtoritajiet doganali jistgħu jispeċifikaw li m’għandux jiġi kkomunikat skont il-paragrafu 1 sakemm l-ammont ta’ dazju indikat ma jikkorrispondix mal-ammont stabbilit mill-awtoritajiet.</ALINEA><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 218(1), fejn isir użu mill-possibbiltà li hemm provdut dwarha fil-paragrafu preċedenti, il-ħelsien tal-merkanziji mill-awtoritajiet doganali għandu jkun ekwivalenti għall-komunikazzjoni lid-debitur ta’ l-ammont ta’ dazju mdaħħal fil-kontijiet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="221.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Ma għandhiex issir komunikazzjoni mad-debitur wara t-temma ta’ perijodu ta’ tliet snin mid-data li fiha ntefaq id-dejn mad-dwana. Dan il-perijodu ta’ żmien għandu jiġi sospiż mal-waqt tad-depożitu ta’ appell fit-tifsira ta’ l-Artikolu 243, għal matul il-proċedimenti ta’ l-appell.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>L-Artikolu 243 kien jiddikjara li kull persuna kellha d-dritt għal appell kontra deċiżjonijiet tal-awtoritajiet doganali relatati mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali u li kienu jikkonċernawha direttament u individwalment.</P></NOTE></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 147 tar-Regolament Nru 2454/93<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ir-Regolament tat-<DATE ISO="19930702">2 ta’ Lulju 1993</DATE> li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3) (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>). Dan ir-regolament tħassar b’effett mit‑<DATE ISO="20160430">30 ta’ April 2016</DATE> bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/481 tal‑<DATE ISO="20160401">1 ta’ April 2016</DATE> li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="087" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2016">ĠU 2016 L 87, p.24</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> kien jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="147.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 29 tal-Kodiċi, il-fatt li l-merkanzija li hija s-suġġett ta’ bejgħ hija dikjarati għal ċirkolazzjoni libera għandu jitqies bħala indikazzjoni adegwata li inbiegħet għal esportazzjoni lejn it-territorju doganali tal-Komunità. Din l-indikazzjoni għandha tapplika wkoll fil-każ ta’ kull bejgħ suċċessiv qabel il-valutazzjoni; f’dan il-każ kull prezz li jirriżulta minn dan il-bejgħ jista’, salvi d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 178 sa 181, jittieħed bħala l-bażi tal-valutazzjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>L-Artikoli 178 sa 181 kienu jirrigwardaw id-dikjarazzjonijiet ta’ dettalji u d-dokumenti li kellhom jiġu prodotti.</P></NOTE></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>CEVA Freight hija aġent doganali u, bħala tali, tagħmel dikjarazzjonijiet f’isimha u għall-interessi tagħha għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera. Fil-perijodu mill‑<DATE ISO="20100301">1 ta’ Marzu 2010</DATE> sal‑<DATE ISO="20101031">31 ta’ Ottubru 2010</DATE> hija għamlet bosta dikjarazzjonijiet għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fir-rigward ta’ mudelli varji ta’ media player (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>dikjarazzjonijiet inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>). CEVA Freight ikklassifikat il-merkanzija inkwistjoni taħt żewġ intestaturi doganali (<FT TYPE="CN">84717050</FT> u <FT TYPE="CN">85176200</FT>) li fir-rigward tagħhom ir-rata ta’ dazju korrispondenti kienet ta’ 0 % fir-rigward tal-merkanzija kkonċernata. Għalhekk l-awtoritajiet doganali rrilaxxaw il-media players mingħajr ma ġabret dazji fuq l-importazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fl‑2011 l-awtoritajiet doganali rrevedew id-dikjarazzjonijiet inkwistjoni. B’riżultat ta’ dawn il-kontrolli huma ddeċidew li l-media players kellhom jiġu kklassifikati taħt subintestatura doganali differenti (<FT TYPE="CN">85219000</FT>) b’rata ta’ dazju korrispondenti ta’ 13.9 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20130222">22 ta’ Frar 2013</DATE>, l-awtoritajiet doganali nnotifikaw lil CEVA Freight bl-intenzjoni tagħhom li jirkupraw id-dazji doganali mhux imħallsa. Għall-iskopijiet ta’ rkupru ta’ dazji wara r-rilaxx, l-awtoritajiet doganali bbażaw il-valur tal-media players fuq il-prezzijiet speċifikati preċedentement minn CEVA Freight, li kienu l-prezzijiet li bihom l-impriżi kkonċernati biegħu l-media players fl-Unjoni Ewropea. Fis‑<DATE ISO="20130227">27 ta’ Frar 2013</DATE>, l-awtoritajiet irċevew tweġiba mingħand CEVA Freight li talbet tnaqqis fil-valur tal-merkanzija għal skopijiet doganali. CEVA Freight argumentat li l-media players kellhom jiġu vvalutati fuq il-bażi tal-iktar prezz ta’ tranżazzjoni baxx applikat mill-manifattur Asjatiku. Din it-talba kienet ibbażata fuq l-Artikolu 78 tal-Kodiċi Doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20130228">28 ta’ Frar 2013</DATE>, l-awtoritajiet doganali informaw lil CEVA Freight li peress li l-perijodu għall-ħlas lura tad-dejn doganali (stabbilit skont l-ittra tat‑<DATE ISO="20130222">22 ta’ Frar 2013</DATE>) jista’ jiġi preskritt, kien meħtieġ li jinħarġu t-talbiet għal ħlas fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet inkwistjoni. L-ittra ntbagħtet f’din il-ġurnata u CEVA Freight irċevietha fl‑<DATE ISO="20130304">4 ta’ Marzu 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>CEVA Freight ikkontestat it-talbiet għall-ħlas u għal darba oħra talbet tnaqqis fil-valur doganali tal-merkanzija inkwistjoni abbażi tal-Artikolu 78 tal-Kodiċi Doganali. L-awtoritajiet doganali rrifjutaw il-kontestazzjoni ta’ CEVA Freight fuq il-bażi li: (i) meta għamlet id-dikjarazzjonijiet, CEVA Freight kienet għamlet għażla konxja bejn żewġ prezzijiet li setgħu validament jintużaw sabiex jiddeterminaw<?PAGE NO="5"?> il-valur tal-merkanzija għal skopijiet doganali; (ii) il-prezzijiet li CEVA Freight speċifikat fid-dikjarazzjonijiet doganali kienu korretti; u (iii) l-Artikolu 78 tal-Kodiċi Doganali tipprovdi lid-dikjaranti l-opportunità li jirrevedu u sussegwentement ibiddlu informazzjoni mdaħħla f’dikjarazzjoni tal-importazzjoni biss jekk din tkun inkorretta jew inkompleta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Il-Gerechtshof Amsterdam (il-Qorti tal-Appell, Amsterdam) ikkunsidrat li l-prezz li CEVA Freight kienet għażlet li kien jindika l-valur tal-media players kien indissoċjabbilment marbut mal-iżball magħmul fil-klassifikazzjoni doganali ta’ din il-merkanzija. Din l-għażla kienet tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>informazzjoni skorretta<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> għall-finijiet tal-Artikolu 78(3) tal-Kodiċi Doganali. Konsegwentement il-qorti ddeċidiet li l-awtoritajiet doganali kellhom jirrevedu d-deċiżjoni dwar jekk CEVA Freight setgħetx temenda d-dikjarazzjonijiet doganali inkwistjoni. Dik il-qorti ddeċidiet ukoll li t-terminu ta’ limitazzjoni ta’ tliet snin stabbilit fl-Artikolu 221(3) tal-Kodiċi Doganali sabiex jiġi kkomunikat id-dejn doganali lil CEVA Freight ma kienx skada, minħabba li d-data rilevanti, fid-determinazzjoni tal-ħin li fih seħħet il-komunikazzjoni lid-debitur, kienet id-data li fiha l-awtoritajiet doganali bagħtu t-talbiet għall-ħlas (<DATE ISO="20130228">28 ta’ Frar 2013</DATE>) pjuttost milli d-data li fiha ġew irċevuti dawn it-talbiet (<DATE ISO="20130304">4 ta’ Marzu 2013</DATE>).<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara l-punt 46 iktar ’il quddiem.</P></NOTE></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>L-awtoritajiet doganali qegħdin jitolbu l-annullament fuq il-mertu ta’ din id-deċiżjoni fl-appell quddiem il-qorti tar-rinviju, li qed titlob gwida fir-rigward tad-domandi li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 78 ta’ [l-Kodiċi Doganali] għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ teħid inkunsiderazzjoni <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> u abbażi tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 147(1) tal-[Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 2454/92], dikjarant jista’ jagħżel prezz ieħor ta’ tranżazzjoni, inqas għoli, għal merkanzija importata, sabiex jikseb tnaqqis fid-dejn doganali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Id-determinazzjoni tal-mument li fih seħħet il-komunikazzjoni lid-debitur, għall-finijiet tal-applikazzjoni [tal-Kodiċi Doganali], hija kwistjoni li taqa’ taħt id-dritt tal-Unjoni?</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 2(a), l-Artikolu 221(3) [tal-Kodiċi Doganali] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-komunikazzjoni lid-debitur li tirreferi għaliha din id-dispożizzjoni għandha tkun ġiet irċevuta minn dan tal-aħħar fit-terminu ta’ tliet snin li jibda jiddekorri mit-tnissil tad-dejn doganali, jew huwa biżżejjed li din il-komunikazzjoni tkun intbagħtet lid-debitur qabel l-iskadenza ta’ dan it-terminu?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fil-kawża preżenti ġew sottomessi osservazzjonijiet bil-miktub minn CEVA Freight, il-Gvernijiet tal-Pajjiżi l-Baxxi u Spanja u l-Kummissjoni Ewropea. L-istess partijiet attendew is-seduta tal‑<DATE ISO="20190214">14 ta’ Frar 2019</DATE> u għamlu l-osservazzjonijiet orali tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>It-Titolu III tal-Kodiċi Doganali jistabbilixxi t-tliet fatturi relatati mal-merkanzija (klassifikazzjoni tariffarja, oriġini u valur) li jiffurmaw il-bażi ta’ miżuri bħad-dazji fuq l-importazzjoni. Hawnhekk, l-awtoritajiet doganali rrevedew il-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija inkwistjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 78(1) tal-Kodiċi Doganali billi biddlu l-ammont ta’ dazji pagabbli minn żero għal rata imponibbli ta’ dazju doganali ta’ 13.9 %. Din id-deċiżjoni ta bidla fil-klassifikazzjoni tariffarja ma hijiex ikkontestata fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>L-uniku fattur inkwistjoni huwa l-valur li għandu jiġi attribwit lill-prodotti inkwistjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar jekk l-Artikolu 78 tal-Kodiċi Doganali għandux jiġi interpretat fis-sens li meta dikjarant ikun daħħal prezz li jindika l-valur tal-merkanzija importata fl-Unjoni Ewropea f’dikjarazzjoni doganali, huwa jista’ jagħżel li jbiddel dik l-entrata billi jissostitwixxi prezz ta’ tranżazzjoni iktar baxx, ugwalment legali, għall-merkanzija kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>CEVA Freight issostni li meta kienet għamlet id-dikjarazzjonijiet doganali għall-merkanzija inkwistjoni għall-ewwel darba, hija kienet qieset li l-valur ma kienx importanti. Dan kien minħabba li kienet tal-fehma li kienet applikabbli rata ta’ dazju ta’ 0 % taħt il-klassifikazzjoni tariffarja rilevanti. Hija targumenta li l-ewwel domanda tal-qorti tar-rinviju għandha tiġi fformulata mill-ġdid sabiex tirrifletti dan il-fattur. Fid-dawl tal-ispjegazzjoni taċ-ċirkustanzi tal-każ min-naħa tal-qorti tar-rinviju fid-digriet tar-rinviju tagħha jidhirli li dik il-pożizzjoni hija diġà ċara ħafna. Għalhekk inqis li ma hemmx bżonn li l-ewwel domanda tiġi fformulata mill-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>CEVA Freight targumenta li għandu jkun permess li tiġi emendata d-dikjarazzjoni doganali fuq il-bażi tal-Artikolu 78 tal-Kodiċi Doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Kummissjoni jargumentaw bil-kontra. Ladarba l-prodotti jkunu ġew irrilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni, dikjarazzjoni doganali tista’ tiġi emendata biss jekk ikun japplika l-Artikolu 78 tal-Kodiċi Doganali. Sabiex ikun jista’ joqgħod fuq din id-dispożizzjoni, id-dikjarant għandu juri li l-awtoritajiet doganali pproċedew fuq il-bażi ta’ informazzjoni inkorretta jew inkompleta. Jekk reviżjoni tkunx favorevoli għad-dikjarant ma hijiex kunsiderazzjoni relevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Hija ġurisprudenza stabbilita li l-għan tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar id-determinazzjoni tal-valur doganali ta’ merkanzija importata huwa li tintroduċi sistema ekwa, uniformi u newtrali li teskludi l-użu ta’ valuri doganali arbitrarji jew fittizji. Għalhekk, il-valur doganali għandu jirrifletti l-valur ekonomiku reali ta’ merkanzija importata u jieħu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha ta’ valur ekonomiku ta’ din il-merkanzija.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Christodoulou <HT TYPE="ITALIC">e</HT>t</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑116/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:825">EU:C:2013:825</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>L-Artikolu 29 tal-Kodiċi Doganali ddefinixxa l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>valur doganali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> ta’ merkanzija importata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>il-valur tat-transazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> - jiġifieri, il-prezz imħallas jew li għandu jitħallas għal prodotti meta jinbigħu għall-esportazzjoni lejn it-territorju doganali tal-Unjoni, aġġustat fejn meħtieġ skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi Doganali.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 3 iktar ’il fuq.</P></NOTE> Mill-Artikolu 29(1) jirriżulta li l-valur doganali jirrigwarda biss prodotti mibjugħa għall-esportazzjoni lejn it-territorju doganali tal-Unjoni. Għalhekk ikollu jiġi miftiehem fil-mument tal-bejgħ li l-merkanzija inkwistjoni, li toriġina minn pajjiż terz, tiġi ttrasportata fit-territorju doganali tal-Unjoni.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080228">28 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Carboni e derivati</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-263/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:128">EU:C:2008:128</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 147(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, fil-każ ta’ bejgħ suċċessiv ta’ merkanzija qabel id-determinazzjoni tal-valur għal finijiet doganali l-prezzijiet relatati mal-bejgħ magħmul wara l-esportazzjoni, iżda qabel ir-rilaxx f’ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>valur tat-transazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> fis-sens tal-Artikolu 29(1)<?PAGE NO="7"?> tal-Kodiċi Doganali.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080228">28 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Carboni e derivati</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑263/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:128">EU:C:2008:128</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Din il-ġurisprudenza tinkludi s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900606">6 ta’ Ġunju 1990</DATE> <NAME.CASE>Unifert</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑11/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:237">EU:C:1990:237</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li madankollu kienet tirrigwarda d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jirregolaw id-determinazzjoni tal-valur doganali ta’ merkanzija importata (Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1224/80 tat‑<DATE ISO="19800528">28 ta’ Mejju 1980</DATE> dwar il-valutazzjoni ta’ merkanzija għal skopijiet doganali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="134" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1980">ĠU 1980 L 134, p. 1</REF.DOC.OJ>) li kien fis-seħħ <HT TYPE="ITALIC">qabel</HT> l-introduzzjoni tal-Artikolu 78 tal-Kodiċi Doganali.</P></NOTE> Konsegwentement, l-importatur jista’ jagħżel minn fost il-prezzijiet miftiehma għal kull bejgħ il-prezz li għandu jittieħed bħala bażi għad-determinazzjoni tal-valur doganali tal-merkanzija inkwistjoni, sakemm ikun possibli li l-awtoritajiet doganali jingħataw id-dokumenti kollha neċessarji relatati mal-prezz magħżul.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080228">28 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Carboni e derivati</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑263/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:128">EU:C:2008:128</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Hawnhekk, huwa fatt magħruf li l-valur li CEVA Freight daħħlet fid-dikjarazzjonijiet doganali tagħha li jiffurmaw il-bażi tal-evalwazzjoni riveduta tal-awtoritajiet doganali jaqa’ fid-definizzjoni tal-valur tat-tranżazzjoni ta’ merkanzija għall-iskopijiet tal-Artikolu 29 tal-Kodiċi Doganali u l-Artikolu 147(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Huwa minnu wkoll li l-valur l-iktar baxx rivedut li CEVA Freight tqis li l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jikkalkolaw id-dazji pagabbli wkoll jaqa’ fid-definizzjoni stabbilita f’dawn id-dispożizzjonijiet. Huwa fatt magħruf ukoll li CEVA Freight ma kellhiex dubju dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 29 tal-Kodiċi Doganali u l-Artikolu 147(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni peress li kienet taf li taħt dawn id-dispożizzjonijiet hija setgħet tuża jew il-prezz tal-media players fis-suq tal-Unjoni jew il-prezz Ażjatiku l-iktar baxx fid-dikjarazzjonijiet doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikoli 62 u 76 tal-Kodiċi Doganali, id-dikjarazzjonijiet doganali għandhom jinkludu d-dettalji kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura doganali li għaliha l-merkanzija ġiet iddikjarata.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Id-dikjarazzjoni għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti ta’ sostenn kollha meħtieġa (l-Artikolu 62(2) tal-Kodiċi Doganali).</P></NOTE> Il-pożizzjoni ġenerali (stabbilita fl-Artikolu 65(1)(c) tal-Kodiċi Doganali) kienet li d-dikjaranti ma setgħux jemendaw id-dettalji fid-dikjarazzjoni doganali wara li l-merkanzija tkun ġiet irrilaxxata għal ċirkolazzjoni libera. Din il-pożizzjoni nbidlet meta l-Kodiċi Doganali tal-1992 daħal fis-seħħ fl‑<DATE ISO="19940101">1 ta’ Jannar 1994</DATE>.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 5 iktar ’il fuq, kif ukoll is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051020">20 ta’ Ottubru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Overland Footwear</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑468/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:624">EU:C:2005:624</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> Minn dan il-mument, l-Artikolu 78 ippermetta lill-awtoritajiet doganali, fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba tad-dikjarant, jemendaw id-dikjarazzjoni doganali wara r-rilaxx tal-merkanzija. Meta jagħmlu reviżjoni taħt l-Artikolu 78 l-awtoritajiet doganali jistgħu jużaw biss l-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni doganali jew annessa magħha.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151210">10 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Veloserviss</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑427/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:803">EU:C:2015:803</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>L-Artikolu 78 tal-Kodiċi Doganali ma jgħid xejn dwar jekk dikjarant jistax ibiddel il-valur tal-merkanzija mdaħħla fid-dikjarazzjonijiet doganali tiegħu għal prezz ta’ tranżazzjoni iktar baxx f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Il-punt ġdid ta’ liġi mqajjem mill-każ ta’ CEVA Freight jirrigwarda l-portata tad-diskrezzjoni tal-awtoritajiet doganali sabiex jirrevedu d-dikjarazzjonijiet doganali. Konformement mal-Artikolu 78(3), din id-diskrezzjoni għandha tiġi eżerċitata jekk wara eżami mill-ġdid (jew spezzjoni) jidher li d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura doganali inkwistjoni jkunu ġew applikati fuq il-bażi ta’ informazzjoni inkorretta jew inkompleta, jiġifieri, li kien hemm żbalji materjali jew ommissjonijiet, jew żbalji ta’ interpretazzjoni tal-liġi applikabbli. Jekk dan ikun il-każ, l-awtoritajiet doganali għandhom, konformement mal-Artikolu 78(3) tal-Kodiċi Doganali, jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jirregolarizzaw is-sitwazzjoni, billi jieħdu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni l-ġdida disponibbli għalihom.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151210">10 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Veloserviss</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑427/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:803">EU:C:2015:803</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE> L-għan huwa li jinġabru d-dazji doganali effettivament dovuti mhux li jiġi massimizzat id-dħul.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Ir-reviżjoni mitluba minn CEVA Freight hija kompatibbli mal-għanijiet tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni dwar id-determinazzjoni tal-valur?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Jidhirli li dan huwa l-każ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-kawża prinċipali tirrigwarda l-appell tal-awtoritajiet doganali kontra d-deċiżjoni tal-Gerechtshof Amsterdam (il-Qorti tal-Appell ta’ Amsterdam). Fis-sentenza appellata f’dawn il-proċedimenti l-qorti kkonstatat li l-għażla ta’ CEVA Freight tal-prezz tal-media players imdaħħla fid-dikjarazzjonijiet doganali għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur doganali ma setgħetx tiġi diżassoċjata mill-iżball magħmul fir-rigward tal-klassifikazzjoni tariffarja doganali ta’ dik il-merkanzija.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara l-punt 3.1 tad-digriet tar-rinviju.</P></NOTE> Dan jissuġġerili li l-iżball inizjali relatat mal-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija inkwistjoni huwa marbut b’mod inseparabbli mal-valur li CEVA Freight attribwixxiet lill-media players. Waqt is-seduta ġie rrikonoxxut li fejn klassifikazzjoni tariffarja ġġenerat rata ta’ dazju ta’ 0 %, il-valur doganali tal-merkanzija importata ma kellux importanza. Madankollu, meta klassifikazzjoni tariffarja tiġġenera responsabbiltà għall-ħlas tad-dazju doganali bir-rata ta’ 13.9%, dawn il-fatturi (prezz u valur doganali) isiru ta’ importanza ewlenija. Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-bidla fiċ-ċirkostanzi wara l-klassifikazzjoni tariffarja rriveduta min-naħa tal-awtoritajiet doganali jipprekludi lil CEVA Freight milli ddaħħal valur ikkunsidrat pjuttost milli valur arbitrarju għall-merkanzija inkwistjoni. Għaldaqstant inqis li l-klassifikazzjoni tariffarja inizjali żbaljata u d-determinazzojni tal-valur tal-prodotti inkwistjoni jiffurmaw ħaġa sħiħa indiviżibbli. L-evalwazzjoni ta’ kull wieħed minn dawn il-passi b’mod iżolat tkun artifiċjali u tmur kontra l-għan li tiġi riflessa s-sitwazzjoni attwali li l-Kodiċi Doganali jipprova jistabbilixxi fir-rigward tad-determinazzjoni tal-valur.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara l-punt 25 iktar ’il fuq.</P></NOTE></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>It-tieni nett, fil-fehma tiegħi, li tiġi permessa r-reviżjoni proposta huwa ġust sa fejn din tieħu inkunsiderazzjoni r-realtà, jiġifieri li l-klassifikazzjoni tariffarja applikabbli hija indissoċjabbilment marbuta mal-prezz li CEVA Freight għażlet u daħlet fid-dikjarazzjoni doganali tagħha għall-merkanzija inkwistjoni. It-tielet nett, ir-reviżjoni ma tmurx kontra l-uniformità u n-newtralità tas-sistema sakemm <HT TYPE="ITALIC">id-dazji jibqgħu pagabbli</HT> (sempliċement fuq valur inqas).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, fid-digriet tar-rinviju tagħha l-qorti tar-rinviju tenfasizza li l-prezz l-iktar baxx li CEVA Freight fittxet li tissostitwixxi għall-prezz iddikjarat huwa verifikabbli b’riferiment għad-dokumenti rilevanti u għalhekk ma jistax jitqies li jiġġenera valur doganali fittizju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Il-ħames nett, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 78 tal-Kodiċi Doganali ma jirrestrinġix lill-awtoritajiet doganali milli jkunu jistgħu jemendaw jew iwettqu eżami ta’ wara r-rilaxx skont l-Artikolu 78(1) (jew l-Artikolu 78(2)), u lanqas ma jwaqqafhom milli jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jirregolarizzaw is-sitwazzjoni kif previst fl-Artikolu 78(3).<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151210">10 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Veloserviss</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑427/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:803">EU:C:2015:803</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> Kemm l-għan innifsu tal-Kodiċi Doganali, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>sa fejn huwa jixtieq, b’mod partikolari, konformement mal-premessa 5 ta’ dan il-kodiċi, jiżgura applikazzjoni korretta tat-taxxi previsti minnu […], kif ukoll il-loġika speċifika tal-Artikolu 78 tal-imsemmi kodiċi, li tikkonsisti fit-tqabbil tal-proċedura doganali mas-sitwazzjoni reali billi tikkoreġi l-iżbalji jew l-ommissjonijiet materjali kif ukoll l-iżbalji tal-interpretazzjoni tad-dritt applikabbli […], huma kontra interpretazzjoni ta’ dan l-artikolu li tippermetti li tiġi eskluża b’mod ġenerali l-possibbiltà li l-awtoritajiet doganali jipproċedu għal reviżjonijiet jew għal kontrolli oħra wara r-rilaxx tad-dikjarazzjonijiet doganali sabiex tiġi rregolarizzata, skont il-każ, is-sitwazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151210">10 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Veloserviss</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑427/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:803">EU:C:2015:803</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE> Barra minn hekk, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-imsemmija awtoritajiet għandhom, b’mod partikolari bil-għan tat-twettiq effettiv ta’ tali għanijiet, setgħa diskrezzjonali wiesgħa sabiex jipproċedu għal reviżjonijiet u għal kontrolli wara r-rilaxx.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151210">10 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Veloserviss</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑427/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:803">EU:C:2015:803</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE> Għalhekk, l-Artikolu 78(3) tal-Kodiċi Doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-qafas tal-obbligi li jimponi fuq l-awtoritajiet doganali, bħala regola huwa jippermetti lil dawn l-awtoritajiet jirrevedu jew iwettqu kontroll wara r-rilaxx ta’ dikjarazzjoni doganali u jirregolarizzaw is-sitwazzjoni billi jiffissaw dejn doganali ġdid.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171012">12 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Tigri</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑156/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:754">EU:C:2017:754</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE></TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li l-awtoritajiet doganali jgawdu minn marġni ta’ diskrezzjoni wiesgħa fir-rigward tal-istħarriġ tad-dikjarazzjonijiet wara r-rilaxx tal-merkanzija kkonċernata. Peress li l-iżball fil-klassifikazzjoni tariffarja inizjali u l-valur li CEVA Freight attribwixxiet lill-media players huma marbuta b’mod inseparabbli, inqis li l-iżball identifikat jaqa’ fl-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>informazzjoni mhux korretta jew mhux sħiħa<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> fl-Artikolu 78(3) tal-Kodiċi Doganali. Dawn il-kliem ġew interpretati li jkopru żbalji tekniċi jew ommissjonijiet u żbalji ta’ interpretazzjoni tal-liġi applikabbli.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051020">20 ta’ Ottubru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Overland Footwear</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑468/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:624">EU:C:2005:624</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> L-iżball inizjali fil-klassifikazzjoni tariffarja huwa simili għal żball tekniku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni esprimiet tħassib li l-Artikolu 78 tal-Kodiċi Doganali ma huwiex intiż li jippermetti lil dikjaranti faċilità li jitolbu reviżjoni sabiex jagħżlu li jissottomettu informazzjoni li tqegħedhom f’pożizzjoni iktar favorevoli. Nista’ nara li tħassib bħal dan jista’ jkun leġittimu li kieku d-dikjaranti kellhom jitqiesu li għandhom għażla ġenerali u wiesgħa bħal din.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Madankollu, iċ-ċirkostanzi tal-każ ta’ CEVA Freight huma iktar sfumati milli sempliċement ifittxu li jagħżlu valur iktar favorevoli għad-dikjarazzjoni doganali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja kjarifika tas-sentenza tagħha Overland Footwear.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051020">20 ta’ Ottubru 2005</DATE> (<NO.CASE>C‑468/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:624">EU:C:2005:624</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> Minn naħa, din is-sentenza tindika li ebda reviżjoni taħt l-Artikolu 78 tal-Kodiċi Doganali ma hija possibbli sakemm ma jkunx hemm żbalji tekniċi jew ommissjonijiet u żbalji ta’ interpretazzjoni tal-liġi applikabbli. Min-naħa l-oħra, l-istess Qorti tal-Ġustizzja nnutat li l-iżbalji li jikkonsistu f’ommissjoni involontarja ma jistgħux jitqiesu li jeżerċitaw għażla, li bħala definizzjoni hija volontarja. Il-qorti tar-rinviju tesprimi l-opinjoni li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>ommissjonijiet involontarji<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> għandha tinftiehem f’sens wiesa’ u għalhekk tista’ titqies li tkopri sitwazzjoni bħal dik ta’ CEVA Freight fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>F’dan il-każ l-impriża (Overland) xtrat prodotti (prinċipalment żraben) immanifatturati barra mill-Unjoni u sussegwentement importathom u ddistribwiethom fit-territorju tal-Istati Membri. Matul l-attivitajiet tagħha Overland użat is-servizzi ta’ aġent tax-xiri fil-Lvant Imbiegħed li tħallas kummissjoni ta’ xiri. Din il-kummissjoni tħallset lill-manifattur li għaddieha lill-aġent. Inizjalment Overland inkludiet il-kummissjoni tal-aġent tax-xiri (li ma ntwerietx separatament) fuq id-dikjarazzjonijiet tal-importazzjoni. Id-dazji fuq l-importazzjoni ġew konsegwentement ikkalkolati u mħallsa fuq il-kummissjoni. Sussegwentement, bi qbil mal-awtoritajiet doganali, Overland uriet il-kummissjoni tax-xiri u l-prezz tal-bejgħ tal-merkanzija importata b’mod separat fuq id-dikarazzjonijiet tal-importazzjoni. Minn dan il-punt ’il quddiem l-awtoritajiet doganali ma imponewx dazji fuq l-importazzjoni fuq l-ammont muri bħala l-kummissjoni ta’ xiri. Sussegwentement Overland fittxet li tirrevedi d-dikjarazzjonijiet doganali preċedenti u tikseb ħlas lura proporzjonat tad-dazji mħallsa fuq il-bażi li parti mill-valur muri fuq kull dikjarazzjoni ta’ importazzjoni kienet tikkorrispondi għal kummissjoni ta’ xiri li fuqha ma kellu jitħallas ebda dazju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fis-sentenza tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet argumenti li jgħidu li l-Artikolu 78(3) kien japplika biss f’ċirkostanzi ristretti, bħal f’każijiet ta’ klassifikazzjoni żbaljata tal-merkanzija inkwistjoni. Bl-istess mod il-Qorti tal-Ġustizzja ma aċċettatx sottomissjonijiet li jgħidu li billi ma indikatx il-kummissjoni ta’ xiri fid-dikjarazzjoni tagħha Overland kienet għamlet għażla u ma wettqitx żball. Meta għamlet hekk il-Qorti ddikjarat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>[…] meta hemm possibilità ta’ reviżjoni tad-dikjarazzjoni doganali fuq talba tad-dikjarant, [din] ma għandiex jkollha bħala konsegwenza li minkejja li hemm biżżejjed elementi ta’ prova, d-dazji legalment <HT TYPE="ITALIC">miġbura</HT> minħabba sempliċi regoli ta’ provi wara, jiġu assimlati ma dazji legalment <HT TYPE="ITALIC">dovuti</HT> […] Fl-aħħar għandu jiġi osservat li, f’kull każ, żball li jikkonsisti f’omissjoni involontarja ma jisax jitqies, bħala eżerċizju ta’ għażla volontarja.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051020">20 ta’ Ottubru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Overland Footwear</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑468/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:624">EU:C:2005:624</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) (enfasi miżjuda).</P></NOTE></TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Filwaqt li d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Overland Footwear<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051020">20 ta’ Ottubru 2005</DATE> (<NO.CASE>C‑468/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:624">EU:C:2005:624</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> hija ċertament istruttiva, jidhirli li l-kwistjoni preżenti ma hijiex l-istess. Hawn, kien hemm żball inizjali fir-rigward tal-klassifikazzjoni tariffarja tal-prodotti kkonċernati. Bħala konsegwenza ta’ dak l-iżball inizjali ngħata valur partikolari fid-dikjarazzjonijiet doganali rilevanti. L-iżball fil-klassifikazzjoni tariffarja ġie sussegwentement rivedut u rrettifikat. Dan huwa differenti ħafna miċ-ċirkostanzi fil-kawża Overland Footwear. Il-kwistjoni preżenti hija wkoll differenti mis-sitwazzjoni fejn dikjarant jagħżel liberament minn numru ta’ valuri differenti u sussegwentement ifittex reviżjoni sempliċement minħabba li jkun bidel l-opinjoni tiegħu. Hawnhekk, l-iżball inizjali tal-klassifikazzjoni tariffarja u l-valur li kien jakkumpanjah huma żewġ uċuħ tal-istess munita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Għaldaqstant nikkonkludi li fejn merkanzija tiġi kklassifikata b’mod żbaljat għal skopijiet doganali taħt subintestatura tariffarja li tiġġenera rata żero ta’ dazju doganali u fuq il-bażi ta’ dak l-iżball dikjarant jagħżel prezz (fil-każ ta’ bejgħ suċċessiv) għall-iskopijiet ta’ provvista ta’ valutazzjoni ta’ dawk il-prodotti konformement mal-Artikolu 29 tal-Kodiċi Doganali u l-Artikolu 147(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, l-awtoritajiet doganali jistgħu fuq talba tad-dikjarant jemendaw id-dikjarazzjoni doganali wara r-rilaxx tal-merkanzija kkonċernata b’mod li d-dikjarant ikun jista’ jissostitwixxi valur ikkunsidrat, sakemm tali valutazzjoni tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti tal-Kodiċi Doganali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">It-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 221(1) tal-Kodiċi Doganali, l-awtoritajiet doganali għandhom jikkomunikaw l-ammont ta’ dazju pagabbli mid-debitur hekk kif jiddaħħal fil-kontijiet. Permezz tat-tieni domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk id-determinazzjoni tal-mument li fih issir dik il-komunikazzjoni hijiex kwistjoni li taqa’ taħt id-dritt tal-Unjoni jew tad-dritt nazzjonali. Sa fejn id-determinazzjoni tal-mument tal-komunikazzjoni hija kwistjoni li taqa’ taħt id-dritt tal-Unjoni, il-qorti tar-rinviju titlob ukoll li jiġi kkonstatat jekk il-komunikazzjoni għandhiex tiġi <HT TYPE="ITALIC">rċevuta</HT> fi żmien tliet snin wara li jiġi inkors dejn doganali jew jekk huwiex biżżejjed, għall-iskopijiet tal-Artikolu 221(3), li jintwera li l-komunikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ntbagħtet</HT> lid-debitur qabel l-iskadenza ta’ dan it-terminu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Preliminarjament, wieħed għandu jżomm f’moħħu li dejn doganali jiġi inkors meta d-dikjarazzjoni doganali tiġi aċċettata (Artikolu 201(2) tal-Kodiċi Doganali). Hawnhekk, id-dikjarazzjonijiet inkwistjoni tressqu f’mumenti differenti bejn l‑<DATE ISO="20100301">1 ta’ Marzu 2010</DATE> u l‑<DATE ISO="20101031">31 ta’ Ottubru 2010</DATE>. Il-qorti tar-rinviju tiddikjara li l-kwistjoni dwar jekk ċerti djun doganali humiex preskritti tikkonċerna biss dawk id-djun imġarrba qabel l‑<DATE ISO="20100304">4 ta’ Marzu 2010</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>CEVA Freight u l-Gvern Spanjol huma tal-fehma li d-determinazzjoni tal-iskadenza tal-preskrizzjoni hija kwistjoni tad-dritt tal-Unjoni. Il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Kummissjoni jsostnu li skont il-Kodiċi Doganali din id-determinazzjoni hija rregolata minn regoli proċedurali nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Jien naqbel mal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>L-ewwel sentenza tal-Artikolu 221(3) tal-Kodiċi Doganali tistabbilixxi regola ta’ limitazzjoni: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>[m]a għandhiex issir komunikazzjoni mad-debitur wara t-temma ta’ perijodu ta’ tliet snin mid-data li fiha ntefaq id-dejn mad-dwana.<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara wkoll is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100617">17 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Agra</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑75/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:352">EU:C:2010:352</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u ara l-punt 9 iktar ’il fuq).</P></NOTE> Xejn fil-kliem sempliċi tat-test ma jindika li d-determinazzjoni tal-mument li fih issir il-komunikazzjoni lid-debitur hija kwistjoni li taqa’ taħt id-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>L-istorja leġiżlattiva ta’ din id-dispożizzjoni turi li l-leġiżlatur kellu l-għan li jintroduċi livell limitat ta’ konsistenza u uniformità fir-rigward tal-irkupru tal-ammont tad-dejn doganali. Qabel ma daħal fis-seħħ il-Kodiċi Doganali, tali kwistjonijiet kienu rregolati bir-Regolament Nru 1697/79,<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1697/79 tal‑<DATE ISO="19790724">24 ta’ Lulju 1979</DATE> dwar l-irkupru wara r-rilaxxl-ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew dazji fuq l-esportazzjoni li ma kinux meħtieġa mill-persuna responsabbli għall-ħlas fuq merkanzija mdaħħla għal proċedura doganali li tinvolvi l-obbligu ta’ ħlas ta’ dawn id-dazji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="197" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1979">ĠU 1979 L 197, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> flimkien mar-Regolament Nru 1854/89.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1854/89 tal‑<DATE ISO="19890614">14 ta’ Ġunju 1989</DATE> dwar id-dħul fil-kontijiet u t-termini ta’ ħlas tal-ammonti tad-dazji fuq l-importazzjoni jew tad-dazji fuq l-esportazzjoni li jirriżultaw minn dejn doganali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="186" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1989">ĠU 1989 L 186, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> Ir-Regolament Nru 1697/79 ġie introdott sabiex jissostitwixxi r-regoli nazzjonali eżistenti b’leġiżlazzjoni ġdida fuq livell Komunitarju.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060223">23 ta’ Frar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Molenbergnatie</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑201/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:136">EU:C:2006:136</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> It-tieni premessa ta’ dan ir-regolament tgħid li l-irkupru ta’ wara r-rilaxx tad-dazji doganali jinvolvi ċertu ammont ta’ preġudizzju għaċ-ċertezza li persuni responsabbli mill-ħlas għandhom id-dritt jippretendu minn atti uffiċjali li jkollhom konsegwenzi finanzjarji. Għalhekk tqies li kien xieraq li jiġi ffissat terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin li ladarba jiddekorri, id-determinazzjoni tad-dazji doganali ssir definittiva, sabiex b’hekk tiġi limitata l-portata għal azzjoni futura min-naħa tal-awtoritajiet doganali. Ma huma rreġistrati ebda għanijiet oħra fir-rigward tal-operazzjoni ta’ dan it-terminu ta’ preskrizzjoni. B’mod partikolari, il-leġiżlatur ma għamel ebda stipulazzjoni dwar il-meta u l-mod kif in-notifika kellha ssir. Il-kliem tal-Artikolu 221 tal-Kodiċi Doganali tal‑1992 huwa simili għal dak tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1697/79.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Għalhekk jidhirli li huma l-Istati Membri li għandhom jaġixxu konformement mar-regoli proċedurali u sostantivi tal-liġijiet nazzjonali sabiex jimplimentaw l-Artikolu 221 tal-Kodiċi Doganali, peress li dak iż-żmien id-dritt tal-Unjoni ma kienx inkluda regoli komuni li jirregolaw id-determinazzjoni tal-mument meta l-komunikazzjoni saret għall-iskopijiet ta’ dik id-dispożizzjoni.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060223">23 ta’ Frar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Molenbergnatie</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑201/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:136">EU:C:2006:136</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>CEVA Freight u l-Gvern Spanjol isostnu li madankollu huwa neċessarju li jittieħed kont tal-kuntest usa’ li fih jaġixxu l-awtoritajiet doganali u l-operaturi ekonomiċi. Huma jiġbdu l-attenzjoni għall-verżjoni attwali tal-Kodiċi Doganali,<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2 iktar ’il fuq.</P></NOTE> li issa jipprovdi li l-iskambji kollha ta’ informazzjoni, bħal dikjarazzjonijiet, applikazzjonijiet jew deċiżjonijiet bejn l-awtoritajiet doganali u l-operaturi ekonomiċi għandhom isiru bl-użu ta’ tekniki ta’ pproċessar ta’ data elettronika (Artikolu 6(1)). Kemm CEVA Freight kif ukoll il-Gvern Spanjol jargumentaw li l-Kodiċi Doganali tal‑2013 għandu jintuża bħala għajnuna sabiex jiġi interpretat il-predeċessur tiegħu, il-Kodiċi Doganali tal‑1992.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Din is-sottomissjoni tinjora s-sempliċi fatt li l-kuntest leġiżlattiv tal-Kodiċi Doganali tal-2013 u tal-Kodiċi Doganali tal-1992 ma huwiex l-istess. Fl-2008 il-Kodiċi Doganali ġie rivedut radikalment biex jiġi aġġornat għall-ambjent elettroniku l-ġdid għad-dwana u l-kummerċ; u r-regoli ġew irriveduti b’mod iddettaljat għal dan il-għan.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara l-Memorandum ta’ Spjegazzjoni għall-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni COM(2012) 64, p. 2.</P></NOTE> Għaldaqstant ma huwiex possibbli li jinsiltu inferenzi mill-kontenut preżenti tal-Kodiċi Doganali tal‑2013 sabiex jiġi interpretat l-Artikolu 221(3) tal-Kodiċi Doganali tal‑1992.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Għalhekk, inqis li skont din id-dispożizzjoni hija l-liġi proċedurali nazzjonali li għandha tiddetermina meta sseħħ komunikazzjoni lid-debitur. Dan huwa suġġett għal-limiti klassiċi imposti mid-dritt tal-Unjoni, jiġifieri li r-regoli u l-proċeduri previsti fid-dritt nazzjonali ma għandhomx jagħmlu l-irkupru tal-ammont tad-dejn doganali prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli u li tali regoli domestiċi ma jiġux applikati b’mod diskriminatorju meta mqabbel ma’ proċeduri ekwivalenti sabiex jiġi deċiż tilwim simili taħt id-dritt nazzjonali.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070621">21 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>ROM‑projecten</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑158/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:370">EU:C:2007:370</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE></TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta tiegħi għall-ewwel parti tat-tieni domanda ma hemmx lok li tiġi indirizzata t-tieni parti ta’ din id-domanda. Għal raġunijiet ta’ bon ordni, inżid li jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ma taqbilx mal-opinjoni tiegħi dwar l-ewwel parti tat-tieni domanda u tagħżel interpretazzjoni uniformi li tapplika għall-Unjoni kollha, jidhirli li l-formulazzjoni tal-Artikolu 221(3) tissuġġerixxi li l-awtoritajiet doganali għandhom <HT TYPE="ITALIC">jibagħtu</HT> l-komunikazzjoni lid-debitur qabel ma jiskadi l-limitu ta’ żmien ta’ tliet snin, sa fejn din id-dispożizzjoni tiffoka fuq l-atti tal-awtoritajiet doganali pjuttost milli fuq id-data li riċeviment mid-debitur.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej għad-domandi preliminari magħmula mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema, il-Pajjiżi l-Baxxi):</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>Fejn merkanzija tiġi kklassifikata b’mod żbaljat għal skopijiet doganali taħt subintestatura tariffarja li tiġġenera rata żero ta’ dazju doganali u fuq il-bażi ta’ dak l-iżball dikjarant jagħżel prezz (fil-każ ta’ bejgħ suċċessiv) għall-iskopijiet ta’ provvista ta’ valutazzjoni ta’ dawk il-prodotti konformement mal-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat‑<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE> li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità u l-Artikolu 147(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat‑<DATE ISO="19930702">2 ta’ Lulju 1993</DATE> li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, l-awtoritajiet doganali jistgħu fuq talba tad-dikjarant jemendaw id-dikjarazzjoni doganali wara r-rilaxx tal-merkanzija konċernata b’mod li d-dikjarant ikun jista’ jissostitwixxi valur ikkunsidrat, sakemm dik il-valutazzjoni tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 2913/92.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Hija l-liġi proċedurali nazzjonali li għandha tiddetermina meta sseħħ komunikazzjoni lid-debitur għall-finijiet tal-Artikolu 221(3) tar-Regolament Nru 2913/92. Dan huwa suġġett għal-limiti klassiċi imposti mid-dritt tal-Unjoni, jiġifieri li r-regoli u l-proċeduri previsti fid-dritt nazzjonali ma għandhomx jagħmlu l-irkupru tal-ammont tad-dejn doganali prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli u li tali regoli domestiċi ma jiġux applikati b’mod diskriminatorju meta mqabbel ma’ proċeduri ekwivalenti sabiex jiġi deċiż tilwim simili taħt id-dritt nazzjonali.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>