Official Journal L 187 , 26/07/1996 P. 0033 - 0033
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1461/96 tal-25 ta' Lulju 1996 dwar il-kwoti ta' tariffa miftuħin rigward l-importazzjoni ta' ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Polonja, ir-Rumanija, il-Bulgarja, ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Slovakka bħala riżultat ta' l-ipproċessar ta' prodotti agrikoli elenkati fl-Anness mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti bħala riżultat ta' l-ipproċessar ta' prodotti agrikoli [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti bħala rużultat ta' l-ipproċessar ta' prodotti agrikoli, Billi l-kwoti ta' tariffa applikabbli għall-importazzjoni ta' ċerti oġġetti li joriġinaw fil-Polonja, ir-Rumanija, il-Bulgarja, ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Slovakka bħala riżultat ta' l-ipproċessar ta' prodotti agrikoli koperti bl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 3448/93 eliġibbli għal riduzzjoni tal-komponent agrikolu nfetħu bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 478/96 [2] li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3238/94 [3]; Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1460/96 [4] jistabbilixxi r-regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-arranġamenti kummerċjali preferenzjali applikabbli għal ċerti oġġetti bħala riżultat ta' l-ipproċessar ta' prodotti agrikoli kif jipprovdi għalihom l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93; billi dak ir-Regolament jissostitwixxi u jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 3238/94 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1294/94 [5], imma ma jiftaħx kwoti ta' tariffa; Billi l-kwoti miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 478/96 għandhom għalhekk jinżammu permezz ta' leġislazzjoni separata; Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għal kwestjonijiet orizzontali dwar kummerċ fi prodotti agrikoli pproċessati mhux elenkati fl-Anness II, ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Mill-1 ta'Jannar sal-31 ta' Diċembru 1996, oġġetti li joriġinaw fil-Polonja, ir-Rumanija, il-Bulgarja, ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Slovakka li huma elenkati fl-Annessi I, II, III, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 478/96 għandhom ikunu suġġetti għal komponenti agrikoli ridotti fil-limiti tal-kwoti annwali u taħt il-kondizzjonijiet preskritti f'dawk l-Annessi. Artikolu 2 Importazzjonijiet ta' oġġetti li jaqgħu fil-Kodiċi tan-NK 19019091 u eliġibbli għal riduzzjoni fil-komponent agrikolu għandhom jingħataw in-nimri li ġejjin: - 09.5467 għal oġġetti li joriġinaw fil-Bulgarja, - 09.5227 għal oġġetti li joriġinaw fl-Ungerija, - 09.5417 għal oġġetti li joriġinaw fir-Repubblika Ċeka, - 09.5417 għal oġġetti li joriġinaw fir-Repubblika Slovakka. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 1996. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-25 ta' Lulju 1996. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 318, ta' l-20.12.1993, p. 18. [2] ĠU L 68, tad-19.10.1996, p. 12. [3] ĠU L 338, tat-28.12.1994, p. 30. [4] Ara l-paġna 18 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. [5] ĠU L 141, ta' l-4.6.1994, p. 12. --------------------------------------------------