<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑145/15</NO.CASE><NO.CASE>C‑146/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0145</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:187">EU:C:2016:187</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20160317">17.3.2016</DATE> – KAWŻI MAGĦQUDA C‑145/15 U C‑146/15</P><P>RUIJSSENAARS <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20160317">17 ta’ Marzu 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Trasport bl-ajru</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 261/2004</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7</KEYWORD><KEYWORD>Kumpens tal-passiġġieri f’każ ta’ tħassir jew dewmien ta’ titjira għal iktar minn tliet sigħat</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 16</KEYWORD><KEYWORD>Organi nazzjonali responsabbli mill-applikazzjoni tar-regolament</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Adozzjoni ta’ miżuri koerċittivi fil-konfront ta’ trasportatur bl-ajru sabiex iħallas il-kumpens dovut lil passiġġier</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑145/15 u C‑146/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa minn Raad van State (Kunsill tal-Istat, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz tad-deċiżjonijiet tal-<DATE ISO="20150311">11 ta’ Marzu 2015</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20150326">26 ta’ Marzu 2015</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">K. Ruijssenaars,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">A. Jansen</HT> (C‑145/15)</P><P><HT TYPE="BOLD">J. H. Dees-Erf</HT> (C‑146/15)</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Staatssecretaris van Infrastructuur en Milieu,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn D. Šváby (Relatur), President tal-Awla, J. Malenovský u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal K. Ruijssenaars, A. Jansen u J. H. Dees-Erf, minn M. Hoorntje, ġurista, u F. de Bray, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. Gijzen u K. Bulterman, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għal Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV, minn P. Eijsvoogel, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u J. Kemper, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Finlandiż, minn J. Heliskoski, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Wilman u N. Yerrell, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20160114">14 ta’ Jannar 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ żewġ kawżi bejn, fl-ewwel waħda, K. Ruijssenaars u A. Jansen, u, t-tieni, bejn J.H. Dees-Erf u s-Staatssecretaris van Infrastructuur en Milieu (is-segretarju tal-Istat għall-infrastrutturi u għall-ambjent, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>segretarju tal-Istat<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) dwar ir-rifjut ta’ dan tal-aħħar li jadotta miżuri koerċittivi fil-konfront, rispettivament, ta’ Royal Air Maroc SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Royal Air Maroc<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>KLM<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) bil-għan li dawn l-aħħar imsemmija kumpanniji jiġu obbligati jħallsu l-kumpens previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004 minħabba d-dewmien ta’ iktar minn tliet sigħat fil-wasla tat-titjiriet li huma kienu ħadu.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 1, 21 u 22 tar-Regolament Nru 261/2004 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>(1)</NO.P><TXT>Azzjoni mil-Komunitá fil-qasam ta’ transport permezz ta’ l-ajru għandha jkollha l-iskop, fost affarijiet oħrajn, li tassigura livell ogħli ta’ protezzjoni għall-passiġġieri. ’Il fuq minn dan, konsiderazzjoni sħiħa għandha tiġi meħuda tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur b’mod ġenerali.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(21)</NO.P><TXT>Stati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għal vjolazzjonijiet tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jassiguraw li dawn is-sanzjonijiet huma applikati. Dawk il-penali għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(22)</NO.P><TXT>Stati Membri għandhom jassiguraw u jissorveljaw ħarsien ġenerali mil-trasportaturi ta’ l-ajru tagħhom ma’ dan ir-Regolament u jinnominaw korp xieraq biex iwettaq dawn il-kompiti ta’ infurzar. Din is-sorveljanza m’għandhiex taffettwa d-drittijiet ta’ passiġġieri u trasportaturi ta’ l-ajru biex ifittxu rimedju legali minn qrati taħt proċeduri ta’ liġi nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira, il-passiġġieri in kwistjoni għandhom:</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>jkollhom id-dritt għal kumpens mil-trasportatur ta’ l-ajru li jopera skond l-Artikolu 7, kemm-il darba:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>huma informati bil-kanċellazzjoni mill-inqas ġimgħatejn qabel il-ħin tat-tluq skedat; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>huma informati bil-kanċellazzjoni bejn ġimgħatejn u sebat ijiem qabel il-ħin tat-tluq skedat u huma offruti rotta differenti, li tħallihom jitilqu mhux aktar minn sagħtejn qabel il-ħin tat-tluq skedat u jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom inqas minn erba’ sigħat wara l-ħin tal-wasla skedat; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iii)</NO.P><TXT>huma informati bil-kanċellazzjoni inqas minn sebat ijiem qabel il-ħin tat-tluq skedat u huma offruti rotta differenti, li tħallihom jitilqu mhux aktar minn siegħa qabel il-ħin tat-tluq skedat u jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom inqas minn sagħtejn wara l-ħin tal-wasla skedat.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) tal-istess regolament, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Dritt għall-kumpens<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fejn referenza hi magħmula għal dan l-Artikolu, passiġġieri għandhom jirċievu kumpens li jammonta għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>EUR 250 għat-titjiriet kollha ta’ 1500 kilometru jew inqas;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>EUR 400 għat-titjiriet intra-Komunitarji kollha ta’ aktar minn <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> kilometru, u għat-titjiriet oħrajn kollha bejn <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> u <FT TYPE="NUMBER">3500</FT> kilomentru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>EUR 600 għat-titjiriet kollha li ma jaqawx taħt (a) jew (b).</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Ksur tar-Regolament<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="016.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru għandu jinnomina organu responsabbli għall-infurzar ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ titjiriet minn ajruporti li jinstabu fit-territoju tiegħu u titjiriet minn pajjiż terz għal dawn l-ajruporti. Fejn xieraq, dan l-organu għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jassigura li d-drittijiet ta’ passiġġieri huma mħarsa. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni ta’ l-organu li ġie nnominat skond dan il-paragrafu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="016.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għall-Artikolu 12, kull passiġġier jista’ jagħmel ilment lil kwalunkwe organu nnominat taħt il-paragrafu 1, jew lil kwalunkwe organu kompetenti ieħor innominat minn Stat Membru, dwar ksur allegat ta’ dan ir-Regolament fi kwalunkwe ajruport li jinstab fit-territorju ta’ Stat Membru jew fir-rigward ta’ kwalunkwe titjira minn pajjiż terz għal ajruport li jinstab f’dak it-territorju.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="016.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Is-sanzjonijiet stabbiliti minn Stati Membri għal ksur ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u [dissważivi].<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Olandiż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-eżekuzzjoni tal-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 261/2004 hija żgurata, b’mod partikolari, mid-dispożizzjonijiet segwenti tal-liġi dwar l-avjazzjoni (Wet luchtvaart), tat-<DATE ISO="19920618">18 ta’ Ġunju 1992</DATE> (Stb.1992, Nru 368), fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>liġi dwar l-avjazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont il-punt 1(b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11.15 tal-liġi dwar l-avjazzjoni, is-segretarju tal-Istat, maħtur bħala responsabbli mill-applikazzjoni tar-Regolament Nru 261/2004, huwa kompetenti sabiex jimponi, permezz ta’ ordni amministrattiv, l-obbligu li tinkiseb konformità mad-dispożizzjonijiet inklużi fir-Regolament Nru 261/2004 jew adottati skontu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, filwaqt li tagħmel riferiment għax-xogħlijiet preparatorji tal-liġi dwar l-avjazzjoni, għalkemm din tal-aħħar tagħti lis-segretarju tal-Istat kompetenza ġenerali li jadotta miżuri koerċittivi fil-każ ta’ ksur tar-Regolament Nru 261/2004, b’mod partikolari meta l-eżami tal-proċess ikun juri rifjut sistematiku tat-trasportatur bl-ajru li jissodisfa l-obbligi tiegħu naxxenti minn dan ir-regolament, l-istess liġi madankollu ma tippermettilux li jadotta miżuri koerċittivi fuq talba ta’ passiġġier f’kull każ individwali li fih trasportatur bl-ajru jirrifjuta li jaċċedi għal talba għal kumpens ibbażata fuq l-Artikoli 5(1)(ċ), u 7 tar-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kawża C-145/15</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Wara l-annullament tat-titjira tagħhom minn Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) għal Casablanca (il-Marokk) prevista fit-<DATE ISO="20110408">8 ta’ April 2011</DATE>, K. Ruijssenaars u A. Jansen talbu lil Royal Air Maroc il-ħlas tal-kumpens previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Affaċjati bir-rifjut tal-imsemmi trasportatur bl-ajru, huma talbu lis-segretarju tal-Istat, permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20120504">4 ta’ Mejju 2012</DATE>, jadotta l-miżuri koerċittivi fil-konfront ta’ Royal Air Maroc bil-għan li din tal-aħħar tiġi obbligata tirrimedja l-ksur tal-Artikolu 5(1)(ċ) tar-Regolament Nru 261/2004 u li tħallashom il-kumpens previst fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20120507">7 ta’ Mejju 2012</DATE>, is-segretarju tal-Istat ċaħad it-talba ta’ K. Ruijssenaars u A. Jansen. Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20121003">3 ta’ Ottubru 2012</DATE>, is-segretarju tal-Istat iddikjara bħala infondat l-ilment ifformulat minn dawn tal-aħħar fir-rigward ta’ dik id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Għaldaqstant, K. Ruijssenaars u A. Jansen ippreżentaw rikors kontra din l-aħħar imsemmija deċiżjoni quddiem ir-Rechtbank Oost-Brabant (qorti ta’ Brabant Oriental) li ċaħditu permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20130528">28 ta’ Mejju 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>K. Ruijssenaars u A. Jansen appellaw minn dik id-deċiżjoni quddiem ir-Raad van State (Kunsill tal-Istat).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din il-proċedura, il-qorti tar-rinviju għandha dubju dwar il-kompetenza tas-segretarju tal-Istat li jadotta miżuri koerċittivi rikjesti mir-rikorrenti. Hija tikkunsidra li, għalkemm il-kompetenza ta’ dan tal-aħħar li jadotta miżuri koerċittivi fir-rigward tat-transportaturi bl-ajru li jirrifjutaw b’mod sistematiku li jissodisfaw l-obbligi tagħhom naxxenti mir-Regolament Nru 261/2004 hija stabbilita, dan ma jgħoddx għal miżuri koerċittivi adottati fuq talba tal-passiġġieri u li jikkonċernaw sitwazzjonijiet individwali ta’ ksur tal-Artikoli 5(1)(ċ) u 7 tar-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija tikkunsidra li r-relazzjoni bejn transportatur bl-ajru u passiġġier hija ta’ natura ċivili u li, f’każ li dan it-trasportatur bl-ajru jirrifjuta li jħallas il-kumpens lill-passiġġier, l-eżekuzzjoni tad-dritt għal kumpens titwettaq permezz tal-preżentata ta’ kawża ċivili quddiem qorti ċivili. Hija tirrileva wkoll li kieku s-segretarju tal-Istat jiġi fdat bl-adozzjoni ta’ miżuri koerċittivi fuq bażi individwali, li d-deċiżjonijiet tiegħu huma mistħarrġa mill-qrati amministrattivi, ikun hemm riskju li jiġi ppreġudikat it-tqassim tal-kompetenzi ġudizzjarji fil-Pajjiżi l-Baxxi f’każ ta’ kawża parallela quddiem il-qrati ċivili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-inkompetenza tas-segretarju tal-Istat sabiex jadotta l-miżuri inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija kkonfermata mix-xogħlijiet parlamentari tal-liġi dwar l-avjazzjoni, li skonthom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>ma huwiex kompitu tal-awtorità amministrattiva li titlob lit-trasportatur bl-ajru, kumpens f’isem il-passiġġieri<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, kif ukoll mill-fatt li l-miżuri koerċittivi previsti mid-dritt Olandiż ma humiex ta’ natura, f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn tal-aħħar mit-trasportatur bl-ajru kkonċernat, li jiżguraw il-kumpens tal-passiġġieri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Raad van State (Kunsill tal-Istat) jirrileva li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 261/2004 li huma rilevanti f’din il-kawża, huma direttament applikabbli u, għaldaqstant, jistgħu jiġu invokati quddiem il-qrati nazzjonali f’kawża bejn individwi, biex b’hekk jiżguraw protezzjoni ġudizzjarja effettiva lill-passiġġier.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Raad van State van België ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 [...], jimponi fuq l-awtoritajiet nazzjonali l-obbligu li jadottaw miżuri ta’ eżekuzzjoni li jawtorizzaw lill-organu innominat abbażi tal-Artikolu 16 jieħu miżuri koerċittivi amministrattivi f’kull każ individwali ta’ ksur tal-Artikoli 5(1)(ċ) u 7 tar-Regolament, sabiex jiġi ggarantit id-dritt ta’ passiġġier li jingħata kumpens f’kull każ individwali, fid-dawl tal-fatt li d-dritt Olandiż jippermetti lill-passiġġieri jinvokaw quddiem il-qrati ċivili d-drittijiet li, bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni, huma jistgħu jisiltu mill-Artikoli 5(1)(ċ) u 7 tar-Regolament?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kawża C-146/15</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Wara dewmien ta’ 26 siegħa tat-titjira tagħha tas-<DATE ISO="20091217">17 ta’ Diċembru 2009</DATE> minn Curaçao (Antilli Olandiżi) lejn Amsterdam (Il-Pajjiżi l-Baxxi), J.H. Dees-Erf talbet lil KLM il-ħlas tal-kumpens previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Billi ffaċċjat ir-rifjut tal-imsemmi trasportatur bl-ajru, hija talbet lis-segretarju tal-Istat, permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20120201">1 ta’ Frar 2012</DATE>, li jadotta miżuri koerċittivi fil-konfront ta’ KLM bil-għan li jobbliga lil din tal-aħħar tirrimedja l-ksur tal-Artikolu 5(1)(ċ) tar-Regolament Nru 261/2004 u li tħallasha l-kumpens previst fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120202">2 ta’ Frar 2012</DATE>, is-segretarju tal-Istat ċaħad it-talba ta’ J.H. Dees-Erf. Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120522">22 ta’ Mejju 2012</DATE>, is-segretarju tal-Istat iddikjara l-ilment imressaq kontra dik id-deċiżjoni bħala infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għaldaqstant, J.H. Dees-Erf ippreżentat kawża kontra dan tal-aħħar quddiem ir-Rechtbank Den Haag (il-qorti ta’ Den Haag) li ġiet miċħuda permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20130213">13 ta’ Frar 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>J.H. Dees-Erf appellat minn din id-deċiżjoni quddiem ir-Raad van State (Kunsill tal-Istat).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Għall-istess raġunijiet li ngħataw fit-talba għal deċiżjoni preliminari fil-Kawża C-145/15, ir-Raad van State (Kunsill tal-Istat) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja identika għal dik magħmula f’dik il-kawża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20150327">27 ta’ Marzu 2015</DATE>, il-Kawżi C‑145/15 u C‑146/15 ingħaqdu flimkien għall-finijiet tal-proċedura bil-miktub u orali, kif ukoll tas-sentenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 261/2004 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-organu nnominat minn kull Stat Membru skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, li jirċievi lment individwali ta’ passiġġier wara r-rifjut ta’ trasportatur bl-ajru li jħallas lil dan tal-aħħar il-kumpens previst fl-Artikolu 7(1) tal-imsemmi regolament, huwiex obbligat li jadotta miżuri koerċittivi fil-konfront ta’ dan it-trasportatur intiżi sabiex iġiegħlu lil dan tal-aħħar li jħallas dan il-kumpens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi rrilevat li l-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 261/2004 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jinnominaw organu responsabbli mill-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, li, fejn xieraq, għandu jadotta l-miżuri neċessarji sabiex jiġu rrispettati d-drittijiet tal-passiġġieri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Mill-kliem tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 261/2004 meħud flimkien mal-premessa 22 ta’ dan ir-regolament jirriżulta li dan tal-aħħar jimponi fuq l-organu previst minn dawn id-dispożizzjonijiet, l-obbligu li jiżgura l-applikazzjoni ġenerali ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Peress li d-dispożizzjonijiet li jikkomponu l-imsemmi Artikolu 16 jifformaw assjem koerenti, jeħtieġ li l-Artikolu 16(2) u (3) tar-Regolament Nru 261/2004 jinqara bħala li jispeċifika l-aspetti differenti li jirriżultaw mill-kompitu li jinkombi lill-organu imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, fir-rigward tal-ilmenti li l-organu jista’ jirċievi minn kull passiġġier, skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 261/2004, dawn għandhom jitqiesu pjuttost li huma sinjali mmirati sabiex jikkontribwixxu għall-applikazzjoni korretta ta’ dan ir-regolament b’mod ġenerali, peress li dan l-organu ma huwiex obbligat li jaġixxi fuq tali lmenti sabiex jiġi żgurat id-dritt ta’ kull passiġġier individwali għall-kisba tal-kumpens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Sussegwentement, hemm lok li jiġi interpretat il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>sanzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> inkluż fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament Nru 261/2004, meta dan il-paragrafu jinqara’ flimkien mal-premessa 21 ta’ dan ir-regolament, bħala li jirreferi għall-miżuri adottati b’reazzjoni għall-ksur li l-organu jirrileva fl-eżerċizzju tas-sorveljanza ta’ natura ġenerali prevista fl-Artikolu 16(1), u mhux għall-miżuri koerċittivi amministrattivi li għandhom jiġu adottati f’kull każ individwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>B’hekk, l-interpretazzjoni mogħtija lill-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 261/2004 fl-intier tiegħu ma hijiex ta’ natura li tippreġudika l-għanijiet segwiti minn dan ir-regolament, u, b’mod partikolari, dawk previsti fil-premessa 1 tal-imsemmi regolament, maħsuba sabiex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-passiġġieri u sabiex jittieħed kont sħiħ tar-rekwiżiti ta’ protezzjoni tal-konsumaturi b’mod ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni tal-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 261/2004 tippermetti wkoll, kif jirrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 39 tal-konklużjonijiet tiegħu, fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-istess sitwazzjoni individwali, li tiġi mxejna kull diverġenza preġudevoli għad-drittijiet tal-passiġġieri bl-ajru bejn, minn naħa, l-organi msemmija fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 261/2004 abbażi tal-ipproċessar tal-ilmenti individwali indirizzati lihom u, min-naħa l-oħra, il-qrati nazzjonali, aditi b’kawżi individwali għall-kisba tal-ħlas tal-kumpens previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din hija koerenti mal-artikulazzjoni tar-rwoli mogħtija rispettivament lill-organi msemmija fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 261/2004 u lill-qrati nazzjonali li tirriżulta mit-tieni sentenza tal-premessa 22 ta’ dan ir-regolament kif ukoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>McDonagh</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑12/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:43">EU:C:2013:43</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>kif ukoll Sousa Rodríguez <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑83/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:652">EU:C:2011:652</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fid-dawl ta’ dawn l-għanijiet kif ukoll tal-marġni ta’ manuvra li għandhom l-Istati Membri fl-għoti tal-kompetenzi li jkunu jixtiequ jagħtu lill-organi msemmija fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 261/2004, imfakkra mill-Avukat Ġenerali fil-punt 30 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà, bil-għan li jagħmlu tajjeb għall-protezzjoni insuffiċjenti tad-drittijiet tal-passiġġieri bl-ajru, li jawtorizzaw lill-organi msemmija fl-Artikolu 16(1) ta’ dan ir-regolament sabiex jadottaw miżuri li jsegwu l-ilmenti individwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kif jirriżulta mill-punt 18 ta’ din is-sentenza, fil-kawża prinċipali, id-dispożizzjonijiet ikkonċernati tar-Regolament Nru 261/2004 huma applikabbli direttament u, konsegwentement, jistgħu jiġu invokati quddiem il-qrati nazzjonali f’kawża bejn individwi, biex b’hekk jiżguraw protezzjoni ġudizzjarja effettiva lill-passiġġieri bl-ajru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal jirriżulta li l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-organu nnominat minn kull Stat Membru skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, meta jirċievi ilment individwali ta’ passiġġier wara r-rifjut ta’ trasportatur bl-ajru li jħallsu l-kumpens previst fl-Artikolu 7(1) tal-imsemmi regolament, ma huwiex obbligat li jadotta miżuri koerċittivi fil-konfront ta’ dan it-trasportatur maħsuba sabiex iġiegħlu lil dan tal-aħħar iħallas dan il-kumpens.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-organu nnominat minn kull Stat Membru skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, meta jirċievi lment individwali ta’ passiġġier wara r-rifjut ta’ trasportatur bl-ajru li jħallsu l-kumpens previst fl-Artikolu 7(1) tal-imsemmi regolament, ma huwiex obbligat li jadotta miżuri koerċittivi fil-konfront ta’ dan it-trasportatur maħsuba sabiex iġiegħlu lil dan tal-aħħar iħallas dan il-kumpens.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>