<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑112/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0112</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:185">EU:C:2016:185</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20160317">17.3.2016</DATE> – KAWŻA C‑112/15</P><P>KØDBRANCHENS FÆLLESRÅD</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20160317">17 ta’ Marzu 2016</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-lingwa: id-Daniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 882/2004</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 854/2004</KEYWORD><KEYWORD>Kontrolli uffiċjali tal-għalf u tal-prodotti tal-ikel</KEYWORD><KEYWORD>Tariffi li jistgħu jiġu imposti mill-Istati Membri biex ikopru l-ispejjeż ikkawżati mill-kontrolli uffiċjali</KEYWORD><KEYWORD>Spejjeż marbuta ma’ taħriġ ta’ uffiċjali awżiljari</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑112/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Østre Landsret (qorti tal-appell tar-Reġjun tal-Lvant, id-Danimarka), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20150302">2 ta’ Marzu 2015</DATE>, li waslet għand il-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20150304">4 ta’ Marzu 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Kødbranchens Fællesråd</HT>, li taġixxi għal Århus Slagtehus A/S, Danish Crown A.m.b.A. Oksekødsdivisionen, Hadsund Kreaturslagteri A/S, Hjalmar Nielsens Eksportslagteri A/S, Kjellerup Eksportslagteri A/S, Mogens Nielsen Kreaturslagteri A/S, Vejle Eksportslagteri A/S,</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministeriet for Fødevarer, Landbrug og Fiskeri,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Fødevarestyrelsen,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>Komposta minn C. Lycourgos (Relatur), President tal-Awla, E. Juhász u K. Jürimäe, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur : A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Kødbranchens Fællesråd, li taġixxi għal Århus Slagtehus A/S, Hadsund Kreaturslagteri A/S, Hjalmar Nielsens Eksportslagteri A/S, Kjellerup Eksportslagteri A/S, Vejle Eksportslagteri A/S, minn H. Sønderby Christensen, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal Kødbranchens Fællesråd li taġixxi għal Danish Crown A.m.b.A. Oksekødsdivisionen u Mogens Nielsen Kreaturslagteri A/S, minn M. Honoré u H. Djurhuus, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn C. Thorning, bħala aġent, assistit minn R. Holdgaard, avukat,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn H. Støvlbæk u D. Bianchi, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 27(4)(a), u tal-punti 1 u 2 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3,Vol. 45, p. 200, u rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="191" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2004">ĠU 2004, L 191, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn il-Kødbranchens Fællesråd (organizzazzjoni interprofessjonali fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella) li taġixxi bħala mandatarja ta’ seba’ impriżi ta’ tbiċċir, jiġifieri Århus Slagtehus A/S, Danish Crown A.m.b.A. Oksekødsdivisionen, Hadsund Kreaturslagteri A/S, Hjalmar Nielsens Eksportslagteri A/S, Kjellerup Eksportslagteri A/S, Mogens Nielsen Kreaturslagteri A/S u Vejle Eksportslagteri A/S (iktar ’il quddiem, flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>impriżi ta’ tbiċċir<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), u l-Ministeriet for Fødevarer, Landbrug og Fiskeri (ministeru tal-ikel, tal-agrikoltura u tas-sajd) u l-Fødevarestyrelsen (amministrazzjoni veterinarja u tal-ikel Daniża), dwar il-ġbir ta’ tariffi intiżi li jkopru l-ispejjeż tal-kontrolli uffiċjali tal-għalf u tal-prodotti tal-ikel.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 854/2004</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 75, u rettifiki <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="191" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2004">ĠU 2004, L 191, p. 1</REF.DOC.OJ> u <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="226" PAGE.FIRST="83" DATE.PUB="2004">ĠU 2004, L 226, p. 83</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-<DATE ISO="20130513">13 ta’ Mejju 2013</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="158" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU L 158, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Regolament Nru 854/2004<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) jipprevedi, fl-Artikolu 2(1)(h) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>awżiljarju uffiċjali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> tfisser persuna kwalifikata, skond dan ir-Regolament, biex taġixxi f’dik il-kariga, maħtura mill-awtorità kompetenti u li taħdem taħt l-awtorità u r-responsabbiltà ta’ veterinarju uffiċjali;<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 854/2004 jipprovdi, fil-paragrafi 1, 4, 5(a), u 7 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1)</NO.PARAG><ALINEA><P>IL-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq kompiti ta’ spezzjoni f’biċċeriji, stabbilimenti li jimmaniġjaw il-kaċċa u l-impjanti ta’ tqattiegħ li jqegħdu fis-suq il-laħam frisk skond il-ħtiġijiet ġenerali tat-Taqsima I, il-Kapitolu II, ta’ l-Anness I, u l-ħtiġijiet speċifiċi tat-taqsima IV, b’mod partikolari fir-rigward ta’:</P></ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="005.004"><NO.PARAG>4)</NO.PARAG><ALINEA>L-awżiljari uffiċjali jistgħu jgħinu lill-veterinarju uffiċjali waqt il-verifiki ta’ kontroll imwettqa skond it-Taqsimiet I u UU ta’ l-Anness I kif speċifikat fit-Taqsima III, Kapitolu I. F’dak il-każ, huma għandhom jaħdmu bħala tim indipendenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.005"><NO.PARAG>5)</NO.PARAG><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom impjegati uffiċjali biżżejjed biex iwettqu l-kontrolli uffiċjali meħtieġa taħt l-Anness I bil-frekwenza speċifikata fit-Taqsima III, Kapitolu II.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="005.007"><NO.PARAG>7)</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-veterinarji uffiċjali u l-awżiljari uffiċjali ikunu kwalifikati u jingħataw taħriġ skond l-Anness I, Taqsima III, Kapitolu IV.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Anness I tar-Regolament Nru 854/2004 jirrigwarda l-laħam frisk u jinkludi, b’mod partikolari, it-Taqsima I, li tispjega l-kompiti tal-veterinarji uffiċjali, u t-Taqsima III, intitolata: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Responsabbilitajiet u frekwenza ta’ kontrolli<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>It-Taqsima III tal-Anness I tar-Regolament Nru 854/2004 tinkludi l-Kapitolu I, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Awżiljarji Uffiċjali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, li jgħid li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>[L]-awżiljarji uffiċjali jistgħu jassistu l-veterinarju uffiċjali fil-kompiti kollha, suġġetti għar-restrizzjonijiet li ġejjin u għal xi regoli speċifiċi preskritti fit-Taqsima IV<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>. Din l-istess taqsima tinkludi l-Kapitolu III, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Involviment ta’ impjegati ta’ biċċerija<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> li jipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-persunal tal-biċċerija jeżerċitaw l-attivitajiet ta’ awżiljarji uffiċjali speċjalizzati fil-kontroll tal-produzzjoni tal-laħam tat-tjur u tal-fniek.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Din it-Taqsima III tinkludi wkoll il-Kapitolu IV, li huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Kwalifiki professjonali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>. Il-punt B ta’ dan il-Kapitolu, dwar l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Awżiljarji Uffiċjali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.P><TXT>L-awtorità kompetenti tista’ taħtar awżiljarji uffiċjali biss persuni li jkunu għaddew minn taħriġ u li jkunu għaddew minn test [...].</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-awżiljarji uffiċjali għandhom iżommu għerf aġġornat u jżommu ruħhom aġġornati ma żviluppi ġodda permezz ta’ attivitajiet edukattivi regolari li jkomplu u letteratura professjonali. L-awżiljarju uffiċjali għandu fejn possibbli, jieħu sehem f’attivitajiet annwali edukattivi u li jkomplu.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 882/2004</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-premessi 6, 11, 12 u 32 tar-Regolament Nru 882/2004 jgħidu dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>(6)</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom jinfurzaw il-liġi dwar l-għalf u l-ikel, ir-regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali u l-<HT TYPE="ITALIC">welfare</HT> ta’ l-annimali u jimmonitorjaw u jivverifikaw li l-kondizzjonijiet meħtieġa rilevanti tagħhom jitwettqu mill-operaturi tan-negozju fl-istadji kollha ta’ produzzjoni, proċessar u distribuzzjoni. Kontrolli uffiċjali għandhom ikunu organizzati għal dan il-għan.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>L-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali għandhom jilħqu numru ta’ kriterji ta’ operazzjoni sabiex jiżguraw l-imparzjalità u l-effettività tagħhom. Huma għandhom ikollhom numru suffiċjenti ta’ impjegati kwalifikati kif imiss u ta’ esperjenza li jkollhom faċilitajiet adegwati u tagħmir biex iwettqu kif imiss id-dmirijiet tagħhom.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Il-kontrolli uffiċjali għandhom jitwettqu bl-użu ta’ teknika xierqa żviluppata għal dak il-għan, inklużi verifiki ta’ sorveljanza ta’ rutina u kontrolli aktar intensivi bħal spezzjonijiet, verifikazzjonijiet, verifiki, kampjonar u l-ittestjar ta’ kampjuni. L-implimentazzjoni korretta ta’ dik it-teknika teħtieġ taħriġ adattat ta’ l-impjegati li jwettqu l-kontrolli uffiċjali. Huwa wkoll meħtieġ taħriġ sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu d-deċiżjonijiet b’mod uniformi, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni tal-HACCP. (analiżi tal-perikolu u l-prinċipji tal-punti kritiċi ta’ kontroll).</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(32)</NO.P><TXT>Għandhom ikunu disponibbli riżorsi finanzjarji adegwati biex jiġu organizzati kontrolli uffiċjali. Għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jimponu l-ħlasijiet jew piżijiet biex ikopru l-ispejjeż magħmula minħabba l-kontrolli uffiċjali. Fil-proċess, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa li jistabbilixxu l-ħlasijiet u l-piżijiet bħala ammonti f’rata fissa bbażati fuq in-nefqiet magħmula u waqt li jingħata kont tas-sitwazzjoni speċifikat tal-istabbiliment. Meta jiġu imposti ħlasijiet fuq l-operaturi, għandhom japplikaw priniċipji komuni. Huwa xieraq għalhekk li jiġu preskritti l-kriterji għall-iffissar tal-livell tal-ħlasijiet ta’ spezzjoni [...]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament Nru 882/2004 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Dan ir-Regolament jippreskrivi r-regoli ġenerali għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformità ma’ regoli jimmira b’mod partikolari, li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jipprevjeni, jelimina jew inaqqas għal livelli aċċettabli riskji għall-bnedmin u l-annimali, jew direttament, jew permezz tal-ambjent.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdi l-obbligi ġenerali fir-rigward tal-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali u jipprevedi, b’mod partikolari, li dawn il-kontrolli uffiċjali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>jitwettqu regolarment, fuq bażi ta’ riskju u bil-frekwenza xierqa, sabiex jintlaħqu l-għanijiet<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> ta’ dan ir-regolament, waqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi indikati fl-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Impjegati li jwettqu kontrolli uffiċjali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-ħaddiema kollha tagħha li jwettqu kontrolli uffiċjali:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jirċievu, għall-qasam tagħhom ta’ kompetenza, taħriġ xieraq li jippermettilhom li jwettqu d-dmirijiet tagħhom b’mod kompetenti, u li jwettqu l-kontrolli uffiċjali b’mod konsistenti. It-taħriġ għandu jkopri l-oqsma msemmija fl-Anness II, Kapitolu I;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>iżommu rwieħhom aġġornati fl-oqsma tagħhom ta’ kompetenza u jirċievu taħriġ regolari addizzjonali meħtieġ,</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 26 tal-istess regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li riżorsi finanzjarji adegwati jkunu disponibbli biex jipprovdu għall-impjegati meħtieġa u riżorsi oħra għall-kontrolli uffiċjali b’kull mezz ikun x’ikun kunsidrat xieraq, inkluż permezz ta’ tassazzjoni ġenerali jew billi jiġu stabbiliti tariffi u piżijiet.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 27(1) u (4)(a) tar-Regolament Nru 882/2004:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="027.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jiġbru tariffi jew piżijiet biex ikopru l-ispejjeż li jirriżultaw mill-kontrolli uffiċjali.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="027.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>It-tariffi miġbura għall-għanijiet ta’ kontrolli uffiċjali skont il-paragrafu 1 jew 2:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>m’għandhomx ikunu għola mill-ispejjeż magħmula mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli b’relazzjoni mal-partiti elenkati fl-Anness VI<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Anness VI tar-Regolament Nru 882/2004 jesponi l-kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tat-tariffi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1.</NO.P><TXT>Is-salarji ta’ l-impjegati nvoluti fil-kontroll uffiċjali.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-ispejjeż ta’ l-impjegati nvoluti fil-kontrolli uffiċjali, inklużi faċilitajiet, għodda, tagħmir, taħriġ, vjaġġar u nefqiet assoċjati.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-ispejjeż ta’ l-analiżi tal-laboratorju u t-teħid ta’ kampjuni.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Daniż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Digriet Ministerjali Nru 1455 dwar it-taħriġ tal-awżiljari fil-kuntest tal-kontrolli fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali (bekendtgørelse nr. 1455 om uddannelsen til tilsynstekniker inden for kontrol med animalske produkter), tat-<DATE ISO="20061213">13 ta’ Diċembru 2006</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>digriet ministerjali Nru 1455/2006<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>It-taħriġ għandu l-għan li jipprovdi kwalifika li tippermetti lill-persuna mħarrġa li tipprovdi, taħt l-awtorità u r-responsabbiltà ta’ veterinarju uffiċjali, l-assistenza tagħha fit-twettiq ta’ kompiti ta’ kontroll speċifiċi fil-biċċeriji, fl-istabbilimenti li jittrattaw l-annimali tal-kaċċa u l-impjanti tat-tqattiegħ<?PAGE NO="6"?> li jqiegħdu l-laħam frisk fis-suq (ara r-[Regolament Nru 854/2004]), Il-persuna mħarrġa trid tikseb ukoll kwalifika sabiex twettaq, taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali, kontrolli fuq il-qatgħat tat-tjur iddestinati għat-tbiċċir.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Digriet Ministerjali Nru 1455/2006 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>It-taħriġ jikkostitwixxi taħriġ professjonali part-time offrut permezz ta’ taħriġ kontinwu minn organi rrikonoxxuti għal dan il-għan mill-Ministeru tal-Edukazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>It-taħriġ għandu tul ekwivalenti għal 36 ġimgħa ta’ taħriġ full-time, li minnhom 16 il-ġimgħa huma ta’ taħriġ prattiku.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Digriet Ministerjali Nru 1455/2006 jinqara kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Organu jista’ jammetti applikanti għat-taħriġ li jkunu taw prova ta’ taħriġ professjonali rilevanti jew li jkollhom esperjenza rilevanti ta’ tliet snin.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Prerekwiżit għar-reġistrazzjoni għat-taħriġ hija l-konklużjoni ta’ ftehim ta’ taħriġ bejn il-parteċipant u organu reġjonali tal-Amministrazzjoni Veterinarja u tal-Ikel Daniża (Fødevarestyrelsen).<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Digriet Ministerjali Nru 1649 dwar, b’mod partikolari, il-ħlas għall-kontroll tal-prodotti tal-ikel, tal-għalf u tal-annimali ħajjin (bekendtgørelse om betaling for kontrol af fødevarer, foder og levende dyr m.v.), tas-<DATE ISO="20131227">27 ta’ Diċembru 2013</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Digriet Ministerjali Nru 1649/2013<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Dan id-digriet jikkonċerna l-ħlas tat-tariffi maħsuba għall finanzjament tal-kontrolli u kompiti oħra – inkluż l-ispezzjonijiet, il-permesssi, ir-reġistrazzjonijiet, l-approvazzjonijiet, in-notifiki, iċ-ċertifikazzjonijiet u l-analiżijiet – għall-prodotti tal-ikel, għall-għalf, u għall-annimali ħajjin, u l-impriżi, tagħmir u prodotti, b’mod partikolari l-prodotti mhux tal-ikel u ta’ oriġini mhux annimali. Id-digriet jirrigwarda wkoll il-ħlas ta’ spejjeż għall-finanzjament ta’ għajnuna għall-esportazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Digriet Ministerjali Nru 1649/2013 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>L-impriżi li huma awtorizzati jeżerċitaw attività ta’ biċċerija bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti tal-ikel u li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 23 huma meħtieġa jħallsu għall-kontrolli mwettqa mill-Amministrazzjoni Veterinarja u tal-Ikel Daniża (Fødevarestyrelsen), inkonformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 tad-Digriet Ministerjali Nru 1649/2013:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-ammont ta’ pagament imsemmi fl-Artikolu 3 jiġi kkalkolat abbażi tal-ispejjeż tal-kontrolli diretti u tal-ispejjeż tal-kontrolli komuni kkonstatati.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-ispejjeż ta’ kontrolli diretti imputabbli lil kull impriża jinkludu s-salarji, b’mod partikolari, dawk li jitħallsu lill-persunal inkarigat mill-kontrolli, kif ukoll l-ispejjeż sostnuti għall-analiżi tal-kampjuni fil-laboratorju u l-ispejjeż amministrattivi relatati mat-twettiq ta’ kontrolli fil-livell ta’ kull impriża.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><?PAGE NO="7"?><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-ispejjeż komuni li ġejjin jinqasmu bejn l-impriżi fil-proporzjon tal-ispejjeż diretti li huma imputabbli lilhom rispettivament:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-ispejjeż inkorsi għal, u inkonnessjoni mal-parteċipazzjoni tal-persunal inkarigat li jwettaq il-kontrolli f’taħriġ kontinwu, inkluż it-taħriġ ta’ awżiljari ta’ kontroll għall-membri tal-imsemmija persunal impenjati biex jirċievu dan it-taħriġ.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Mis-sena 2000, l-impriżi kollha ta’ tbiċċir Daniżi għandhom iħallsu tariffi għall-kontroll tal-laħam, li tagħhom l-ammont jieħu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż ta’ taħriġ tal-awżiljari ta’ kontroll sostnuti mill-amministrazzjoni veterinarja u tal-ikel Daniża. Preċedentement, it-teħid ta’ responsabbiltà għal dawn l-ispejjeż kienet taqa’ taħt skemi differenti, waħda minn dawn l-iskemi kienet li dawn l-imsemmija spejjeż kienu jiġu inklużi fil-baġit Statali bħala spejjeż pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-persuni li jixtiequ jsegwu taħriġ ta’ awżiljarju ta’ kontroll fis-settur tal-ikel jiġu ingaġġati mill-amministrazzjoni veterinarja u tal-ikel Daniża f’relazzjoni ta’ xogħol ta’ tul iddeterminat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>assistenti ta’ kontroll<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. L-impjieg tagħhom huwa suġġett għal taħriġ ta’ 36 ġimgħa. Kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, assistenti ta’ kontroll qatt ma jwettqu kompiti ta’ kontroll tal-laħam, iżda madankollu għandhom ikollhom, sabiex jiġu aċċettati għat-taħriġ, esperjenza rilevanti fuq perijodu ta’ tliet snin jew taħriġ rilevanti bħala biċċier. Huma għandhom, matul dan it-taħriġ tal-awżiljarji, iwettqu apprendistat f’biċċerija u jgħaddu minn test sabiex jiġu ingaġġati bħala awżiljari ta’ kontroll. Huma mbagħad jistgħu jiġu assenjati lill-biċċeriji varji fil-kuntest tal-attività ta’ kontroll tal-laħam.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Mill-fatti stabbiliti mill-qorti tar-rinviju jirriżulta, li l-ispiża totali ta’ dan it-taħriġ, b’mod partikolari s-salarji mħallsa lill-persuni mħarrġa, hija maqsuma bejn l-impriżi ta’ tbiċċir, inklużi dawk li fihom ma jkun twettaq l-ebda kontroll awżiljarju jew dawk fejn il-kontrolli awżiljarji jkunu limitati. L-impriżi ta’ tbiċċir huma għalhekk meħtieġa li jbatu, bħala spejjeż komuni, l-ispejjeż kollha assoċjati mat-taħriġ tal-awżiljarji ta’ kontroll ġodda, u dan anki jekk dawn ma jgħaddux mit-test meħtieġ għall-ammissjoni bħala awżiljarji ta’ kontroll. L-imsemmija impriżi huma wkoll obbligati jħallsu għall-assistenti li jiġu ingaġġati mill-amministrazzjoni veterinarja u tal-ikel Daniża, bħala awżiljarji ta’ kontroll li segwew taħriġ, fi gradi oħra barra minn dak ta’ kontroll tal-laħam jew barra minn din l-amministrazzjoni. Barra minn hekk, kull impriża ta’ tbiċċir hija marbuta li tħallas għat-taħriġ tal-awżiljarji ta’ kontroll ġodda, kemm jekk dawn tal-aħħar jiġu allokati lilha u kemm jekk le.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20090105">5 ta’ Jannar 2009</DATE>, l-organizzazzjoni interprofessjonali tas-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella, bħala mandatarja ta’ seba’ impriżi ta’ tbiċċir Daniżi, ippreżentat rikors intiż li l-ministeru tal-ikel, tal-agrikoltura u tas-Sajd jirrikonoxxi li la l-ispejjeż ta’ taħriġ tal-persuni ingaġġati fil-kuntest tat-taħriġ tal- awżiljarji ta’ kontroll u lanqas is-salarji mħallsa matul it-taħriġ ma jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-istabbiliment tat-tariffa miġbura sabiex tkopri l-ispejjeż inkorsi għall-kontrolli uffiċjali. Barra minn hekk, hija talbet ir-rimbors ta’ kwalunkwe tariffa illegali li possibbilment setgħet inġabret.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Sabiex taqta’ l-kawża li għandha quddiemha, il-qorti tar-rinviju tqis li huwa neċessarju li tinterpreta r-Regolament Nru 882/2004 bil-għan li tiddetermina jekk is-salarji u l-ispejjeż marbuta mat-taħriġ tal-awżiljarji ta’ kontroll ġodda jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-ammont tat-tariffi miġbura bħala kontroll fuq il-laħam.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, jirriżulta mill-premessa 32 kif ukoll mill-Artikoli 26 u 27(1) tar-Regolament Nru 882/2004 li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jiffinanzjaw l-ispejjeż ikkawżati mill-kontrolli uffiċjali b’tariffa. Madankollu, jirriżulta wkoll mill-Artikolu 27(4)(a) ta’ dan ir-regolament li t-tariffi miġbura ma għandhomx ikunu ogħla mill-ispejjeż imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli b’relazzjoni mal-elementi elenkati fl-Anness VI tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li l-Østre Landsret (qorti tal-appell tar-Reġjun tal-Lvant) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura u li tagħmel id-domanda preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>L-Artikolu 27(4)(a) moqri flimkien mal-punti 1 u 2 tal-Anness VI tar-Regolament Nru 882/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Istati Membri ma jistgħux, meta jistabbilixxu t-tariffi miġbura minn għand l-impriżi tas-settur tal-ikel, jinkludu magħhom l-ispejjeż għas-salarji u taħriġ ta’ persuni impjegati mas-servizz pubbliku sabiex jirċievu taħriġ li jissodisfa r-rekwiżiti imposti fuq l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>awżiljarji uffiċjali<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> mir-Regolament (KE) Nru 854/2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, iżda li ma jwettqux funzjonijiet ta’ kontroll tal-laħam, kemm jekk qabel ma ġew aċċettati għal dan it-taħriġ kif ukoll jekk matulu?<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 27(4)(a), u l-punti 1 u 2 tal-Anness VI tar-Regolament Nru 882/2004 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lill-Istati Membri, meta jistabbilixxu l-ammont tat-tariffi għall-finijiet tal-kontrolli uffiċjali, miġbura mill-impriżi tas-settur tal-ikel, li jinkludu dawk l-ispejjeż relatati man-nefqa tas-salarji u mat-taħriġ tal-persuni li jsegwu t-taħriġ obbligatorju bażiku ta’ awżiljarju uffiċjali u li ma jwettqux kompiti ta’ kontroll tal-laħam, la qabel u lanqas wara dan it-taħriġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jissemma li, konformement mal-punti 1 u 4 tal-Artikolu 5, tar-Regolament Nru 854/2004 kif ukoll mat-Taqsimiet I u III tal-Anness I tal-imsemmi regolament, il-veterinarji uffiċjali jwettqu kompiti ta’ kontroll u ta’ spezzjoni fil-biċċeriji u jistgħu jkunu megħjuna minn awżiljarji uffiċjali. Barra minn hekk, jirriżulta mill-Kapitolu III tat-Taqsima III tal-imsemmi anness li, f’ċerti każijiet speċifiċi, il-persunal tal-biċċerija jista’ jkun awtorizzat jeżerċita l-attivitajiet tal-awżiljarji uffiċjali speċjalizzati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>L-Artikolu 27(1) tar-Regolament Nru 882/2004 jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>[L]-Istati Membri jistgħu jiġbru tariffi jew piżijiet biex ikopru l-ispejjeż li jirriżultaw mill-kontrolli uffiċjali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. F’dan ir-rigward, il-paragrafu 4(a) ta’ dan l-artikolu jippreċiża li t-tariffi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>m’għandhomx ikunu għola mill-ispejjeż magħmula mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli b’relazzjoni mal-partiti elenkati fl-Anness VI<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, li jkopru, b’mod partikolari, is-salarji tal-persunal inkarigat bil-kontrolli uffiċjali u l-ispejjeż tagħhom, inklużi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>attivitajiet ta’ taħriġ<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat f’dan ir-rigward li, kuntrarjament għal dak li jsostni l-Gvern Daniż, l-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 882/2004 ma jagħtix lill-Istati Membri marġni ta’ diskrezzjoni dwar il-kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-ammont tat-tariffi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-leġiżlatur tal-Unjoni adotta, bl-għan tal-ġlieda kontra d-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni, regoli armonizzati għall-kontrolli uffiċjali, relatati b’mod partikolari mal-elementi differenti li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġu stabbiliti t-tariffi sabiex ikopru l-ispejjeż tal-kontrolli uffiċjali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑270/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:168">EU:C:2009:168</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, jirriżulta ċar mill-kliem tal-Artikolu 27(4)(a) tar-Regolament Nru 882/2004, kif tfakkar fil-punt 30 ta’ din is-sentenza, li l-Anness VI ta’ dan ir-regolament għandu l-għan li jkopri, b’mod eżawrjenti, l-elementi li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-ammont tat-tariffi relatati mal-kontrolli uffiċjali mwettqa fl-impriżi ta’ tbiċċir.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li l-verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament Nru 882/2004 ivarjaw fir-rigward tal-kliem użati fl-Anness VI li jiddefinixxu l-kategorija ta’ persuni li l-ispejjeż tagħhom huma koperti mit-tariffi. B’hekk, dan ir-regolament, fil-verżjonijiet bil-lingwa Ġermaniża (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>des für die amtlichen Kontrollen eingesetzten Personals<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>) u Franċiża (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>personnel chargé des contrôles officiels<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>) isemmu l-persunal li jwettaq il-kontrolli, filwaqt li l-verżjonijiet bil-lingwa Ingliża (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>staff involved in the official controls<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>) u Taljana (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>personale partecipante ai controlli ufficiali<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>) jużaw kliem li jista’ jinkludi ċirku usa’ ta’ persuni. Fir-rigward tal-verżjoni bil-lingwa Daniża ta’ dan ir-regolament, il-punt 1 ta’ dan l-anness jindika li jistgħu jiġu ffinanzjati mit-tariffi s-salarji tal-persunal li jwettaq il-kontrolli uffiċjali (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>lønninger til personale, der udfører offentlig kontrol<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>), filwaqt li huwa indikat, bi kliem fejn is-sens huwa usa’, fil-punt 2 tal-istess anness, li jistgħu jiġu ffinanzjati l-ispejjeż tal-persunal b’konnessjoni mal-kontrolli uffiċjali (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>personaleudgifter i forbindelse med offentlig kontrol<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet tiegħu, il-Gvern Daniż isostni li l-grad ta’ parteċipazzjoni fil-kontrolli ma huwa deskritt fl-ebda waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi tal-Anness VI tar-Regolament Nru 882/2004 u jqis b’hekk li dan tal-aħħar ma jeskludix il-finanzjament minn Stat Membru tal-ispejjeż ta’ taħriġ ta’ awżiljarju ta’ kontroll b’tariffa, anki jekk dawn l-ispejjeż ma jiġux esposti għall-benefiċċju ta’ persuni li jwettqu effettivament u direttament il-kontrolli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kliem użat f’waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma jistax iservi bħala bażi unika għall-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni u lanqas ma jista’ jingħata prijorità fil-konfront tal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra. Fil-fatt, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati u applikati b’mod uniformi, fid-dawl tal-verżjonijiet redatti fil-lingwi kollha tal-Unjoni. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi ta’ test tad-dritt tal-Unjoni, id-dispożizzjoni inkwistjoni għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-istruttura ġenerali u tal-iskop tal-leġiżlazzjoni li tagħha tikkostitwixxi element (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Axa Belgium</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑494/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:692">EU:C:2015:692</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-għan tar-Regolament Nru 882/2004, kif jirriżulta mill-Artikolu 1 tiegħu, huwa b’mod partikolari li jipprevjeni jew jelimina r-riskji li jistgħu jinqalgħu għall-bnedmin u għall-annimali, jew li jnaqqas dawn ir-riskji għal livell aċċettabbli permezz tat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali. L-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-kontrolli jitwettqu regolarment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jirriżulta mill-premessi 11 u 32 tar-Regolament Nru 882/2004 li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, sabiex iwettqu l-obbligi tagħhom sew, għandhom ikollhom biżżejjed persunal debitament ikkwalifikat u b’esperjenza u għandhom ikunu jistgħu wkoll jiġbru t-tariffi jew it-taxxi sabiex ikopru l-ispejjeż ikkawżati mill-kontrolli uffiċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, filwaqt li l-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 882/2004 jipprevedi kemm l-użu ta’ tassazzjoni ġenerali kif ukoll l-introduzzjoni ta’ tariffi jew taxxi sabiex jiffinanzjaw id-disponibbiltà ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>l-impjegati meħtieġa u riżorsi oħra għall-kontrolli uffiċjali<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, l-Artikolu 27 ta’ dan ir-regolament isemmi biss it-tariffi u t-taxxi u, fil-paragrafu 1 tiegħu, jawtorizza lill-Istati Membri jiġbruhom biss sabiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>ikopru l-ispejjeż li jirriżultaw mill-kontrolli uffiċjali<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>. Minn dan kollu jirriżulta li t-tariffi għandhom jinġabru biss sabiex ikopru l-ispejjeż li jirriżultaw tassew, għall-Istati Membri, għat-twettiq tal-kontrolli fl-impriżi tas-settur tal-ikel u ma għandhomx ikollhom il-għan li jitfgħu wkoll il-piż tal-ispejjeż tat-taħriġ inizjali tal-persunal fuq l-impriżi tas-settur ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għaldaqstant, huwa xieraq li l-Anness VI tar-Regolament Nru 882/2004, li għalih jirreferi l-Artikolu 27, jiġi interpretat li jirreferi esklużivament għas-salarji u għall-ispejjeż ta’ persuni li jipparteċipaw effettivament fl-implementazzjoni tal-kontrolli uffiċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar, f’dan ir-rigward, li t-twettiq tal-kontrolli, kif ġie rrilevat fil-punt 29 ta’ din is-sentenza, jitwettaq normalment minn veterinarji uffiċjali li jistgħu jkunu assistiti biss minn awżiljarji uffiċjali jew, f’ċerti każijiet speċifiċi, mill-persunal tal-biċċerija. Ma jirriżulta minn ebda dispożizzjoni tar-Regolament Nru 854/2004 li persuni li jkunu qed isegwu taħriġ obbligatorju bażiku ta’ awżiljarju uffiċjali jistgħu, matul dan it-taħriġ, jipparteċipaw fit-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għalhekk, huwa meħtieġ li tingħata risposta għall-mistoqsija magħmula li l-Artikolu 27(4)(a) u l-punti 1 u 2 tal-Anness VI tar-Regolament Nru 882/2004, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu li l-Istati Membri, meta jistabbilixxu l-ammont ta’ tariffi li jinġabru minn għand l-impriżi fis-settur tal-ikel, milli jinkludu fihom l-ispejjeż relatati mat-taħriġ obbligatorju bażiku tal-awżiljarji uffiċjali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 27(4)(a), kif ukoll il-punti 1 u 2 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu l-Istati Membri, meta jistabbilixxu l-ammont ta’ tariffi li jinġabru minn għand l-impriżi fis-settur tal-ikel, milli jinkludu l-ispejjeż relatati mat-taħriġ obbligatorju bażiku tal-awżiljarji uffiċjali.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>