|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2281 |
14.11.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2281
tat-13 ta’ Novembru 2025
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2470 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-kwalità, ir-riżoluzzjoni u l-ipproċessar tal-immaġnijiet tal-wiċċ, meħtieġa għall-iżvilupp tekniku u l-implimentazzjoni tas-sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/816 stabbilixxa s-sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN). Din is-sistema tippermetti lill-awtorità ċentrali ta’ Stat Membru jew awtorità kompetenti oħra biex issir taf minnufih u b’mod effiċjenti liema Stati Membri jkollhom informazzjoni ta’ rekords kriminali dwar ċittadin ta’ pajjiż terz. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2470 (2) tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-iżvilupp tekniku u l-implimentazzjoni ta’ ECRIS-TCN, inkluż l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jikkonċernaw data alfanumerika u tal-marki tas-swaba’. |
|
(3) |
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) hija responsabbli għall-iżvilupp tal-ECRIS-TCN, inkluż l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti u tal-ittestjar, kif ukoll tat-tmexxija operazzjonali tas-sistema. |
|
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tas-servizzi pubbliċi fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li l-arkitettura ECRIS-TCN tikkonforma mal-qafas Ewropew għall-interoperabbiltà stabbilit fir-Regolamenti (UE) 2019/817 (4) u (UE) 2019/818 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dak il-qafas jinkludi servizz kondiviż ta’ tqabbil bijometriku li, skont l-Artikolu 13(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2019/818, jaħżen mudelli tal-immaġnijiet tal-wiċċ, inkluż mudelli tal-immaġnijiet tal-wiċċ imdaħħla fl-ECRIS-TCN, u b’dan tkun tista’ ssir tfittxija b’data bijometrika f’diversi sistemi ta’ informazzjoni tal-Unjoni. |
|
(5) |
Sabiex l-awtoritajiet ċentrali jkunu jistgħu jdaħħlu immaġnijiet tal-wiċċ fl-ECRIS-TCN, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet tekniċi għall-kwalità, ir-riżoluzzjoni u l-ipproċessar tal-immaġnijiet tal-wiċċ. |
|
(6) |
Sad-dħul fis-seħħ tal-att delegat previst fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2019/816, jenħtieġ li l-immaġnijiet tal-wiċċ ma jintużawx għall-fini ta’ tfittxija fis-sistema. Jenħtieġ li l-użu tagħhom bħalissa jkun limitat biex jikkonfermaw l-identità ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun ġie identifikat b’riżultat ta’ tiftix alfanumeriku jew tiftix bl-użu tad-data tal-marki tas-swaba’, f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2019/816, u biex tkun tista’ ssir l-identifikazzjoni ta’ identitajiet multipli fis-sistemi tal-IT interoperabbli f’konformità mal-Artikolu 13(1), il-punt (b), u l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2019/818. |
|
(7) |
Il-kwalità tad-data hija element ewlieni biex tinkiseb l-akkuratezza, li hija waħda mill-prinċipji bażiċi tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikolu 5(1), il-punt(d), tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u fl-Artikolu 4(1), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Il-kwalità tal-immaġnijiet tal-wiċċ maħżuna tħalli impatt fuq il-funzjonament xieraq ta’ kwalunkwe proċess awtomatizzat ta’ tqabbil derivat minnhom, kif ukoll fuq l-ispezzjoni viżiva fil-proċess tal-konferma ta’ identità, f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2019/816. Għalhekk, jenħtieġ li l-kwalità tal-immaġnijiet tal-wiċċ fl-ECRIS-TCN tkun tissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalità tad-data stabbiliti għas-servizz kondiviż ta’ tqabbil bijometriku u għas-sistemi l-oħra li jipprovdulu informazzjoni biex tiġi ggarantita konkordanza affidabbli. |
|
(8) |
Jenħtieġ li l-immaġnijiet tal-wiċċ jiddaħħlu fl-ECRIS-TCN biss meta l-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tal-kundanna tippermetti l-ġbir u l-ħżin tal-immaġnijiet tal-wiċċ ta’ persuni kkundannati skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) 2019/816. |
|
(9) |
Peress li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2470 tiffoka fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jikkonċernaw id-data alfanumerika u tal-marki tas-swaba’, din id-Deċiżjoni tintroduċi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti rigward l-immaġnijiet tal-wiċċ. |
|
(10) |
Il-produzzjoni ta’ statistika separata dwar l-għadd ta’ rekords li fihom marki stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 5(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2019/816, għall-kundanni ta’ reat terroristiku u għal kwalunkwe reat kriminali ieħor elenkat fl-Anness tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) irriżultat impossibbli. Għalhekk, m’għandux jibqa’ jkun hemm il-bżonn li tiġi prodotta statistika separata bħal din. |
|
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2470 tiġi emendata skont dan. |
|
(12) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/816 u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Għalhekk, id-Danimarka mhijiex marbuta li timplimenta din id-Deċiżjoni. |
|
(13) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/816 u mhix marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Għalhekk, l-Irlanda mhijiex marbuta li timplimenta din id-Deċiżjoni. |
|
(14) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fil-5 ta’ Ġunju 2025. |
|
(15) |
Din id-Deċiżjoni tintroduċi rekwiżiti vinkolanti għas-servizzi pubbliċi diġitali trans-Ewropej skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/903 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Għaldaqstant, twettqet valutazzjoni tal-interoperabbiltà, u r-rapport li jirriżulta ġie ppubblikat fuq il-Portal Ewropa Interoperabbli. |
|
(16) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2019/816. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2470
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2470 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
jiddaħħal l-Artikolu 2a li ġej: “Artikolu 2a Mekkaniżmu ta’ verifika tal-kwalità tad-data 1. Meta ddaħħal jew timmodifika d-data alfanumerika, id-data tal-marki tas-swaba’ jew l-immaġnijiet tal-wiċċ fl-ECRIS-TCN, l-awtorità ċentrali tal-Istat Membru tal-kundanna għandha tuża mekkaniżmu ta’ verifika tal-kwalità tad-data jew l-ekwivalenti tiegħu fis-software ta’ implimentazzjoni nazzjonali tagħha tal-ECRIS imsemmi fl-Artikolu 4(4) sa (7) tar-Regolament (UE) 2019/816. 2. Il-mekkaniżmu ta’ verifika tal-kwalità tad-data msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi integrat fl-implimentazzjoni tar-referenza ECRIS, jiġi żviluppat bħala applikazzjoni tas-software u jiġi stabbilit fis-sistema ċentrali ECRIS-TCN. 3. eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp, il-manutenzjoni u l-aġġornament ta’ dan il-mekkaniżmu ta’ verifika tal-kwalità tad-data, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2019/816. 4. Meta l-Istati Membri ma jagħmlux użu mill-mekkaniżmu tal-kwalità tad-data msemmi fil-paragrafu 1 u minflok jużaw l-ekwivalenti tiegħu fis-software ta’ implimentazzjoni nazzjonali tagħhom tal-ECRIS, huma għandhom jiżguraw li dan jiggarantixxi l-istess verifika tal-kwalità tad-data alfanumerika, id-data tal-marki tas-swaba’ u l-immaġnijiet tal-wiċċ bħal dak il-mekkaniżmu ta’ verifika tal-kwalità.” |
|
(3) |
fl-Artikolu 3, jitħassru l-paragrafi 1 u 2; |
|
(4) |
l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
jiddaħħal l-Artikolu 4a li ġej: “Artikolu 4a Kwalità tal-immaġni tal-wiċċ 1. Il-proċess ta’ verifika tal-kwalità tad-data għandu japplika għall-immaġnijiet kollha tal-wiċċ imdaħħla fl-ECRIS-TCN jew modifikata fiha, u għandu jiżgura li jiġu ssodisfati mill-inqas il-kundizzjonijiet li ġejjin:
2. L-immaġnijiet tal-wiċċ, imdaħħla jew immodifikati fl-ECRIS-TCN, li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, għandhom jiġu rrifjutati mill-ECRIS-TCN u la għandhom jinħażnu u lanqas jiġu pproċessati.” |
|
(6) |
Fl-Artikolu 7(2), il-punt (b), huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
l-Anness huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/816/oj.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2470 tal-14 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-iżvilupp tekniku u l-implimentazzjoni tas-sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) (ĠU L 322, 16.12.2022, p. 107, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/2470/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1726/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226,(UE) 2018/1240,(UE) 2018/1726, (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/817/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/818/oj).
(6) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(7) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE EC. (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(8) Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1240/oj).
(9) Ir-Regolament (UE) 2024/903 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2024 li jistipula miżuri għal livell għoli ta’ interoperabbiltà tas-settur pubbliku fl-Unjoni kollha (Att dwar Ewropa Interoperabbli) (ĠU L, 2024/903, 22.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/903/oj).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2470 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-tabella tat-Taqsima I, jiżdiedu l-linji li ġejjin:
|
|
(2) |
fit-tabella tat-Taqsima III, tiżdied il-linja li ġejja:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2281/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)