Official Journal L 203 , 12/08/2003 P. 0016 - 0017
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1431/2003 tal-11 ta’ Awissu 2003 jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1501/95 fir-rigward tal-kondizzjonijiet għall-ħlas ta’ rifużjonijiet fuq esportazzjoni ta’ Prodotti taċ-ċereali IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Gunju 1992 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1104/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(11) fih imsemmi, Billi: (1) It-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jipprerskrivi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli [3], kif fl-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2003 [4], jistipula illi, meta rifużjoni iddivrenzata tapplika għall-pajjiż terzi speċifiku, id-dritt għar-rifużjoni jinkiseb fuq l-importazzjoni f’dak il-pajjiż terzi. L-Artikoli 14, 15 u 16 ta’ dak ir-Regolament jippreskrivu l-kondizzjonijiet għall-ħlas tar-rifużjoni meta rifużjoni ddivrenzata tapplika u partikolarment id-dokumenti li jridu jiġu preżentati jagħtu prova tal-wasla tal-prodotti fid-destinazzjoni. (2) Meta rifużjoni ddivrenzata tapplika, l-Artikolu 18(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 jistipula li parti mir-rifużjoni, ikkalkulata bl-użu tar-rata ta’ rifużjoni l-aktar baxxa, titħallas mill-esportatur meta japplika darba l-prova hija provduta illi l-prodott ħalla t-territorju tad-dwana tal-Komunità. (3) L-Artikolu 13a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1501/95 tad-29 ta’ Ġunju 1995 jippreskrivi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 rigward l-għotja ta’ rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fuq iċ-ċereali u l-miżuri li jridu jittieħdu fil-kas ta’ interruzzjoni fis-suq taċ-ċereali [5], kif l-aħħar emendat fir-Regolament (KE) Nru 1163/2002 [6], jipprovdi għal derogi mir-Regolament (KE) Nru 800/1999 bħala riżultat ta’ ftehim kummerċjali deċiż mal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija, l-Islovenja u l-Islovakkja, jipprovdi għall-abolizzjoni ta’ rifużjonijiet għal dawk id-destinazzjonijiet. (4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 934/2003() jiftaħ sejħa b’mod formali għar-rifużjoni fuq esportazzjonijiet komuni ta’ qamħ għall-pajjiżi terzi kollha, minbarra l-10 pajjiżi li se jingħaqdu mal-Komunità fl-1 ta’ Mejju 2004, u l-Bulgarija w ir-Rumanija, għalhekk jitlob li r-rata ta’ rifużjoni tkun iddivrenzata, jiddependi fuq id-destinazzjoni. Dawk id-destinazzjonijiet huma wkoll esklużi meta r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni huma iffissati f’intervalli regolari. Minħabba li m’hemmx ftehim kummerċjali ma’ Ċipru jew Malta u dawn il-pajjiżi għalhekk mhumiex imniżżlin fost id-destinazzjonijiet imsejħa fl-Artikolu 13a tar-Regolament (KE) Nru 1501/95, id- deroga li tirrigwarda l-prova tal-wasla fid-destinazzjoni u l-kalkulazzjoni ta’ l-ammont tal-progress provdut f’dak l-Artikolu ma tapplikax għas-sejħa formali miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 934/2003, lanqas għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni f’intervalli regolari. (5) Ibbażat fuq l-informazzjoni ta’ l-istatistika disponibbli, m’hemmx esportazzjonijiet fuq prodotti taċ-ċereali tal-Komunità għal Ċipru jew Malta. Għalhekk sabiex ma jfixkilx ħafna mill-esportazzjonijiet tal-Komunità billi tintalab prova tal-wasla fid-destinazzjoni, l-intenzjoni tad-derogi disposti fl-Artikolu 13a tar-Regolament (KE) Nru 1501/95 għandha tkun estiża għal każijiet fejn ir-rifużjoni mhix iffissata għal dawk iż-żewġ destinazzjonijiet. (6) Ir-Regolament (KE) Nru 1501/95 għandu għalhekk ikun emendat. (7) Il-miżuri disposti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għaċ-Ċereali, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-paragrafu 3 li ġej hu b’dan il-mezz miżjud ma’ l-Artikolu 13a tar-Regolament (KE) Nru 1501/95: "3. Id-derogi preskrittivi f’paragrafi 1 u 2 se japplikaw ukoll fejn ir-rifużjonijiet mhumiex iffissati għal esportazzjonijiet tal-prodotti msejħa fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 lil Ċipru jew Malta." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jiġi fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Ufficjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-11 ta’ Awissu 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 181, ' l-1.7.92, p. 21. [2] ĠU L 158, tas-27.6.3, p. 1. [3] ĠU L 102, tas-17.4.99, p. 11. [4] ĠU L 67, tat-12.3.3, p. 3. [5] ĠU L 147, tat-30.6.95, p. 7. [6] ĠU L 170, tad-29.6.2, p. 46. --------------------------------------------------