<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑40/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0040</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:172">EU:C:2016:172</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20160317">17.3.2016</DATE> — KAWŻA C-40/15</P><P>ASPIRO</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20160317">17 ta’ Marzu 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 135(1)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kunċetti ta’ tranżazzjonijiet ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>assigurazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> u <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>servizzi relatati ta’ brokers u ta’ aġenti tal-assigurazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD><KEYWORD>Servizzi ta’ regolazzjoni tal-inċidenti pprovduti f’isem u fl-interess ta’ assiguratur</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑40/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (qorti suprema amministrattiva, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20141119">19 ta’ Novembru 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20150202">2 ta’ Frar 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Minister Finansów</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Aspiro SA</HT>, li kienet BRE Ubezpieczenia sp. z o.o.,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, A. Arabadjiev, J.‑C. Bonichot, C. G. Fernlund (Relatur) u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20151202">2 ta’ Diċembru 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Minister Finansów, minn B. Rogowska-Rajda kif ukoll minn J. Kaute u M. Lubiński, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għal Aspiro SA, minn M. Szafarowska kif ukoll minn T. Michalik u M. Spychalski, konsulenti fiskali,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna u K. Maćkowska, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn L. Christie u S. Brandon, bħala aġenti, assistiti minn E. Mitrophanous, barrister,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Lozano Palacios u M. Owsiany-Hornung, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20151223">23 ta’ Diċembru 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 135(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Direttiva VAT<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn il-Minister Finansów (ministru tal-finanzi) u Aspiro SA, li kienet BRE Ubezpieczenia sp. z o.o. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Aspiro<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) dwar deċiżjoni preliminari fiskali dwar l-eżenzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) relatat mas-servizzi ta’ regolazzjoni tal-inċidenti pprovduti f’isem u fl-interess ta’ impriża ta’ assigurazzjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 135(1)(a) tad-Direttiva VAT jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-Istati Membri għandhom jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>assigurazzjoni u transazzjonijet ta’ ri-assigurazzjoni, inklużi servizzi relatati mwettqa mill-brokers ta’ l-assigurazzjoni u l-aġenti ta’ l-assigurazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Dan l-Artikolu 135(1)(a) jikkorrispondi għall-Artikolu 13B(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="145" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1977">ĠU L 145, p. 1</REF.DOC.OJ>) li ssostitwixxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 135(1)(d) u (f) tad-Direttiva VAT jipprevedi l-eżenzjoni ta’ żewġ tipi oħra ta’ tranżazzjonijiet:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>(d)</NO.P><TXT>transazzjonijet, inkluż negozjar, li jikkonċernaw kontijiet ta’ depożitu u kontijiet kurrenti, pagamenti, trasferimenti, debiti, ċekkijiet u strumenti oħrajn negozzjabbli, imma eskluża l-kollezzjoni tad-debitu;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>transazzjonijet, inkluż negozjar iżda mhux l-immaniġġjar jew iż-żamma fiż-żgur, f’ishma, interessi f’kumpanniji jew assoċjazzjonijet, obbligazzjonijiet (debentures) u sigurtajiet oħrajn, iżda esklużi dokumenti li jistabbilixxu titolu għal merkanzija, u d-drittijiet jew sigurtajiet imsemmija fl-Artikolu 15(2).<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Pollakk</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-liġi dwar it-taxxa fuq il-proprjetà u s-servizzi (ustawa o podatku od towarów i usług), tal-<DATE ISO="20040311">11 ta’ Marzu 2004</DATE>, fil-verżjoni tagħha applikabbli fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali (Dz. U. de 2011, n<HT TYPE="SUP">o</HT> 177, position 1054, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Liġi dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), tipprovdi fil-punt 37 tal-Artikolu 43(1) tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Servizzi ta’ assigurazzjoni u ta’ riassigurazzjoni, servizzi ta’ intermedjazzjoni fil-każ tal-provvista ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni u ta’ riassigurazzjoni kif ukoll il-provvista ta’ servizzi mill-assiguratur fil-qafas tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni konklużi minnu f’isem terz, huma eżenti mit-taxxa, bl-eċċezzjoni tat-trasferiment tad-drittijiet miksuba fil-kuntest ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni u ta’ riassigurazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 43(13) ta’ din il-liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-eżenzjoni mit-taxxa tapplika wkoll għall-provvista ta’ servizz li huwa komponent minn servizz indikat fil-paragrafu 1(7) u (37) sa (41), li fih innifsu jikkostitwixxi oġġett distint u li huwa neċessarju u xieraq għall-provvista ta’ servizz eżentat mit-taxxa taħt fil-paragrafu 1(7) u (37) sa (41).<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Aspiro, kumpannija stabbilita f’Varsavja, hija suġġetta għall-VAT. Hija tipprovdi f’isem u fl-interess ta’ impriża tal-assigurazzjoni, fuq il-bażi ta’ kuntratt konkluż ma’ din tal-aħħar, is-servizzi kollha relatati mar-regolazzjoni tal-inċidenti. Hija titħallas skont rata fissa, abbażi tat-tip ta’ inċident ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispeċifika li Aspiro ma hijiex la impriża ta’ assigurazzjoni, la broker u lanqas aġent tal-assigurazzjoni. B’mod partikolari, ma hijiex responsabbli fir-rigward tal-assigurati. Fil-qafas tal-imsemmi kuntratt, hija twettaq it-18-il tranżazzjoni li ġejjin, iżda tiddelega wħud minnhom lil subappaltatur esterjuri:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>ir-riċezzjoni ta’ dikjarazzjonijiet ta’ inċidenti;</P></ITEM><ITEM><P>ir-reġistrazzjoni ta’ inċidenti fis-sistema informatika u l-aġġornament tal-informazzjoni miġbura matul il-proċedura tar-regolazzjoni tal-inċidenti;</P></ITEM><ITEM><P>id-determinazzjoni tal-kawżi u taċ-ċirkustanzi tal-inċidenti, inkluż l-ispezzjoni tal-proprjetà u tal-post tal-inċident, il-kostituzzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa u l-passi neċessarji biex tiġi determinata r-responsabbiltà, l-ammont tad-dannu u dak tal-kumpens għad-dannu, kif ukoll il-provvisti l-oħra dovuti lill-benefiċjarju tal-assigurazzjoni;</P></ITEM><ITEM><P>it-teħid ta’ responsabbiltà tal-korrispondenza skambjata mal-klijent, inklużi n-notifiki legali fir-rigward tal-persuni inġurjati jew assigurati u l-korrispondenza skambjata mal-entitajiet l-oħra intervenjenti fil-kuntest tal-proċess tar-regolazzjoni tal-inċidenti;</P></ITEM><ITEM><P>ir-regolazzjoni tal-mertu tal-proċessi tal-inċidenti, l-analiżi tad-dokumentazzjoni miġbura u t-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-mertu;</P></ITEM><ITEM><P>l-evalwazzjoni teknika u l-eventwali evalwazzjonijiet supplimentari f’każ ta’ danni marbutin mal-moviment tal-vetturi;</P></ITEM><ITEM><P>il-kostituzzjoni tad-dokumentazzjoni fotografika li turi l-portata tal-inċident;</P></ITEM><ITEM><P>it-twettiq tal-kopji tad-dokumenti meħtieġa għad-dikjarazzjoni tal-inċidenti;</P></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><P>ir-redazzjoni tad-dokumentazzjoni kompleta neċessarja għat-talba għal kumpens jew għal provvisti oħrajn;</P></ITEM><ITEM><P>l-arkivjar tad-dokumentazzjoni dwar l-inċidenti;</P></ITEM><ITEM><P>it-trażmissjoni lill-persuna benefiċjarja tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni ta’ informazzjoni dwar ir-regolazzjoni tal-inċident u d-drittijiet tagħha;</P></ITEM><ITEM><P>il-ftuħ ta’ rikors kontra terzi, bl-esklużjoni ta’ rikorsi ġudizzjarji;</P></ITEM><ITEM><P>l-eżami tat-talbiet u l-ilmenti li jikkonċernaw ir-regolazzjoni tal-inċidenti;</P></ITEM><ITEM><P>it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju kkonċernat il-fajl relatat mal-inċident;</P></ITEM><ITEM><P>il-preparazzjoni ta’ trasferimenti fis-sistema informatika;</P></ITEM><ITEM><P>il-komunikazzjoni u r-riċezzjoni tal-korrispondenza marbuta mar-regolazzjoni tal-inċident;</P></ITEM><ITEM><P>il-preparazzjoni, fuq talba tal-klijent, ta’ dikjarazzjoni tal-immaniġġar tal-inċident;</P></ITEM><ITEM><P>kull tranżazzjoni oħra meħtieġa għall-finijiet tar-regolazzjoni tal-inċidenti bis-saħħa tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni, li għandha rabta mat-tranżazzjonijiet deskritti qabel.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Aspiro ppreżentat lill-Ministru tal-Finanzi talba għal deċiżjoni preliminari fiskali, għall-fini li wieħed ikun jaf jekk, b’applikazzjoni tal-Liġi dwar il-VAT, is-servizzi tar-regolazzjoni tal-inċidenti li pprovdiet huma eżenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont Aspiro, it-tranżazzjonijiet li bihom hija tforni f’isem u fl-interess ta’ impriża ta’ assigurazzjoni, fuq il-bażi ta’ mandat, jikkostitwixxu tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni, fis-sens tad-dritt Pollakk. Huma jifformaw unità distinta, marbutin fl-intier tagħha mal-attività ta’ din l-impriża ta’ assigurazzjoni u indispensabbli għaliha, li ma ssegwix għan fiha nnifisha. Aspiro tqis li dawn it-tranżazzjonijiet jikkostitwixxu provvista ta’ servizzi unika ta’ natura kumplessa, li għandha tkun integralment eżentata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni preliminari tiegħu tal-<DATE ISO="20120831">31 ta’ Awwissu 2012</DATE>, il-Ministru tal-Finanzi vvalida parzjalment biss il-pożizzjoni ta’ Aspiro. Huwa kkunsidra li l-ħames kategorija ta’ tranżazzjonijiet biss, jiġifieri r-regolazzjoni tal-mertu tal-fajls tal-inċidenti, li tinkludi l-analiżi tad-dokumentazzjoni rilevanti u d-deċiżjoni dwar il-kopertura tal-inċident, tikkostitwixxi tranżazzjoni ta’ assigurazzjoni. Huwa qies li t-tranżazzjonijiet kollha l-oħra li twettqu minn Aspiro huma marbutin mar-regolazzjoni tal-inċidenti, iżda ma jikkostitwixxux tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni. Skont l-imsemmi ministru, huma ma jibbenefikawx, konsegwentement, mill-eżenzjoni, peress li huma ta’ natura teknika u amministrattiva u jistgħu jitwettqu fil-kuntest ta’ attivitajiet minbarra dawk tat-tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Aspiro kkontestat din id-deċiżjoni preliminari quddiem il-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie (tribunal amministrattiv ta’ województwo ta’ Varsavja). Dan tal-aħħar laqa’ r-rikors u annulla l-imsemmija deċiżjoni preliminari billi kkunsidra li l-leġiżlatur Pollakk kien fehem l-eżenzjoni lil hinn minn dak li tipprevedi d-Direttiva VAT, iżda billi ġġudika li l-Ministru tal-Finanzi ma setax jopponi lill-persuna taxxabbli t-termini l-iktar stretti ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Ministru tal-Finanzi ppreżenta appell ta’ kassazzjoni minn dan il-ġudizzju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Minħabba d-dubji fuq il-kwistjoni jekk dispożizzjoni bħall-Artikolu 43(13) tal-Liġi dwar il-VAT tapplika b’mod żbaljat id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 135(1)(a) tad-Direttiva VAT u jekk servizzi bħal dawk ipprovduti minn Aspiro jistgħu jiġu eżentati, in-Naczelny Sąd Administracyjny (qorti suprema amministrattiva) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-Artikolu 135(1)(a) tad-[Direttiva VAT], għandu jiġi interpretat fis-sens li l-provvisti ta’ servizzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża ineżami, li jitwettqu għal impriża ta’ assigurazzjoni minn terz f’isem u fl-interess tal-assiguratur, fejn it-terz ma jkollu ebda relazzjoni legali mal-assigurat, huma inklużi fl-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Aspiro ssostni li l-kawża prinċipali tqajjem problema ta’ interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali biss u ma tirrigwardax, konsegwentement, id-dritt tal-Unjoni. Skont din il-kumpannija, id-domanda magħmula hija b’hekk mingħajr rilevanza għall-finijiet li tiġi deċiża din it-tilwima u, għaldaqstant, hija inammissibbli. Aspiro tenfasizza li, anki fil-każ fejn l-Artikolu 43(13) tal-Liġi dwar il-VAT iżżid eżenzjoni mhux prevista fl-Artikolu 135(1)(a) tad-Direttiva VAT, l-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux jimponu fuq individwu d-dispożizzjonijiet l-iktar stretti ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, huwa l-kompitu esklużiv tal-qorti nazzjonali, li tkun ħadet konjizzjoni tal-kawża u li jkollha tassumi r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġudizzjarja sussegwenti, li tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ, kemm in-neċessità ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun tista’ tagħti s-sentenza tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, sakemm id-domanda magħmula tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala prinċipju, marbuta tieħu deċiżjoni dwarhom. Ir-rifjut li tagħti risposta għal domanda magħmula minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss jekk ikun jidher b’mod evidenti li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà u mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (ara s-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>PreussenElektra</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑379/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:160">EU:C:2001:160</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll Melki u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Abdeli</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑188/10 u C‑189/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:363">EU:C:2010:363</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jitfakkar li huwa l-obbligu tal-qorti tar-rinviju, sa fejn huwa possibbli, li tinterpreta d-dritt nazzjonali fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Pfeiffer <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑397/01 sa C‑403/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:584">EU:C:2004:584</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0113">113</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u, f’dan il-każ, tad-Direttiva VAT. Peress li din il-qorti tistaqsi dwar il-portata ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tagħha l-benefiċċju huwa invokat fil-kuntest tal-kawża prinċipali u li tittrasponi d-Direttiva VAT, ma jidhirx b’mod ċar li d-domanda magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-interpretazzjoni li għandha tingħata din id-direttiva tkun mingħajr rilevanza biex tieħu deċiżjoni fuq din it-tilwima.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Għaldaqstant id-domanda preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li t-termini użati sabiex jindikaw l-eżenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 135(1) tad-Direttiva VAT għandhom jiġu interpretati b’mod restrittiv, peress li dawn l-eżenzjonijiet jikkostitwixxu derogi mill-prinċipju ġenerali li tipprovdi li l-VAT tinġabar fuq kull provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas minn persuna taxxabbli (ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>BGŻ Leasing</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑224/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:15">EU:C:2013:15</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għad-domanda magħmula, għandu jiġi eżaminat jekk attività ta’ regolazzjoni tal-inċidenti, kif eżerċitata minn Aspiro, tikkonsisti fit-twettiq ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>[tranżazzjonijiet ta’] assigurazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> jew tiġi analizzata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>servizzi relatati mwettqa mill-brokers ta’ l-assigurazzjoni u l-aġenti ta’ l-assigurazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> fis-sens tal-Artikolu 135(1)(a) tad-Direttiva VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fir-rigward, l-ewwel nett, tat-tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni, huma kkaratterizzati, b’mod ġeneralment aċċettat, mill-fatt li l-assiguratur jinkariga ruħu, permezz tal-ħlas minn qabel ta’ primjum, li jipprovdi lill-persuna assigurata, fil-każ ta’ twettiq tar-riskju kopert, is-servizz miftiehem matul il-konklużjoni tal-kuntratt (sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CPP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑349/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:93">EU:C:1999:93</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Taksatorringen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑8/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:621">EU:C:2003:621</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>[tranżazzjonijiet ta’] assigurazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> ma jsemmux biss it-tranżazzjonijiet imwettqa mill-assiguraturi stess u huma fil-prinċipju wiesgħa biżżejjed sabiex jinkludu l-għoti ta’ kopertura ta’ assigurazzjoni minn persuna taxxabbli li ma huwiex huwa stess assiguratur, iżda li, fil-kuntest ta’ assigurazzjoni kollettiva, jipprovdi lill-klijenti tiegħu tali kopertura billi juża s-servizzi ta’ assiguratur li jassumi r-riskju assigurat. Madankollu, tali tranżazzjonijiet jimplikaw min-natura tagħhom l-eżistenza ta’ relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornitur tas-servizz ta’ assigurazzjoni u l-persuna li r-riskji tiegħu jkunu koperti mill-assigurazzjoni, jiġifieri l-assigurat (ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Taksatorringen</NAME.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:621">EU:C:2003:621</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, fornitur ta’ servizzi bħal Aspiro ma huwiex huwa stess impenjat lejn l-assigurat li jiggarantixxi lilu l-kopertura ta’ riskju u bl-ebda mod ma hu marbut lejn l-assigurat permezz ta’ relazzjoni kuntrattwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Konsegwentement, għalkemm is-servizz ta’ regolazzjoni ta’ inċidenti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bħalma huwa deskritt mill-qorti tar-rinviju, jikkostitwixxi element essenzjali tat-tranżazzjoni ta’ assigurazzjoni sa fejn jinkludi, f’dan il-każ, id-determinazzjoni tar-responsabbiltà u tal-ammont tad-dannu kif ukoll id-deċiżjoni li jħallas jew li jirrifjuta kumpens lill-assigurat, għandu jiġi kkonstatat li dan is-servizz, barra minn hekk ipprovdut lill-assiguratur, ma jistax jikkostitwixxi tranżazzjoni ta’ assigurazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 135(1)(a) tad-Direttiva VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din il-konstatazzjoni hija sostnuta min-neċessità, kif tfakkar fil-punt 20 ta’ din is-sentenza, li jiġu interpretati b’mod strett id-derogi għas-sistema ġenerali tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>L-imsemmija konstatazzjoni ma tistax tiġi kkontestata mill-argument ta’ Aspiro u tal-Gvern Pollakk, li jgħid li għandu jiġi allinjat l-ipproċessar tat-tranżazzjonijiet tal-assigurazzjoni fid-dawl tal-VAT fuq dak applikabbli għas-servizzi finanzjarji. Skont din il-kumpannija u dan il-gvern, peress li s-servizzi ta’ regolazzjoni ta’ inċidenti jikkostitwixxu element ewlieni tat-tranżazzjoni ta’ assigurazzjoni, filwaqt li jikkostitwixxu unità distinta, huma għandhom, kif tagħmel is-soluzzjoni adottata mis-servizzi finanzjarji, jibbenefikaw mill-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 135(1)(a) tad-Direttiva VAT. Din l-analiżi hija kkorroborata permezz tal-Proposta tad-Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112 fir-rigward tal-ipproċessar tas-servizzi ta’ assigurazzjoni u tas-servizzi finanzjarji [COM(2007) 747 finali], ippreżentata mill-Kummissjoni fit-<DATE ISO="20071128">28 ta’ Novembru 2007</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ċertament iddeċidiet, f’sentenza li tikkonċerna stabbilimenti finanzjarji, li jekk is-servizzi pprovduti, evalwati b’mod globali, f’dan il-każ ċerti servizzi tal-informatika, li jifformaw entità distinta u jissodisfaw il-funzjonijiet speċifiċi u essenzjali tas-servizzi finanzjarji deskritti fl-Artikolu 135(1)(d) u (f) tad-Direttiva VAT, jibbenefikaw mill-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>SDC</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑2/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:278">EU:C:1997:278</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-analoġija mas-servizzi finanzjarji ma setgħetx tiġi milqugħa fil-qasam ta’ tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni, billi tiġi enfasizzata d-differenza tal-kliem li teżisti bejn l-Artikolu 135(1)(a) tad-Direttiva VAT, li jsemmi biss it-tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni veri u proprji, u l-Artikolu 135(1)(d) u (f) ta’ din id-direttiva, li jsemmi tranżazzjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>li jikkonċernaw<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> tranżazzjonijiet bankarji determinati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Taksatorringen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑8/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:621">EU:C:2003:621</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Proposta tad-Direttiva msemmija fil-punt 27 ta’ din is-sentenza, peress li ma ġietx adottata mill-Kunsill, hija fi kwalunkwe każ mingħajr kull rilevanza għall-interpretazzjoni tad-dritt fis-seħħ u ma tistax għalhekk tiġġustifika interpretazzjoni tal-Artikolu 135(1)(a) tad-Direttiva VAT, ibbażata, b’analoġija, fuq dik tal-Artikolu 135(1)(d) u (f) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn dan, hemm lok li jiġi kkonstatat li l-prinċipju ta’ newtralità fiskali ma jikkonfutax il-konstatazzjoni stabbilita fil-punt 25 ta’ din is-sentenza. Kif osservat l-Avukat Ġenerali fil-punt 28 tal-konklużjonijiet tagħha, dan il-prinċipju ma jippermettix li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ eżenzjoni jiġi estiż fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni li ma hijiex ekwivoka. Fil-fatt, l-imsemmi prinċipju ma huwiex regola tad-dritt primarju li tista’ tiddetermina l-validità ta’ eżenzjoni, iżda prinċipju ta’ interpretazzjoni li għandu jiġi applikat b’mod parallel għall-prinċipju li jipprevedi li l-eżenzjonijiet għandhom jiġu interpretati b’mod strett (ara f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Deutsche Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑44/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:484">EU:C:2012:484</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għandha tiġi eżaminata, fit-tieni lok, il-kwistjoni jekk il-provvisti ta’ servizzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>servizzi relatati għal tranżazzjonijiet [ta’ assigurazzjoni] mwettqa mill-brokers ta’ l-assigurazzjoni u l-aġenti ta’ l-assigurazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> u jistgħu, għalhekk, jiġu eżentati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward, minn naħa, tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>servizzi relatati għal tranżazzjonijiet [ta’ assigurazzjoni]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, għandu jiġi kkunsidrat, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 31 tal-konklużjonijiet tagħha, li l-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>relatati<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> hija suffiċjentement wiesgħa biex tkopri provvisti differenti li jikkontribwixxu għat-twettiq ta’ tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u, b’mod partikolari, ir-regolazzjoni ta’ inċidenti, li tikkostitwixxi waħda mill-partijiet essenzjali ta’ dawn it-tranżazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward, min-naħa l-oħra, il-kundizzjoni li tipprovdi li l-provvisti kkonċernati għandhom jitwettqu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>mill-brokers ta’ l-assigurazzjoni u l-aġenti ta’ l-assigurazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, għandu jiġi vverifikat jekk l-attività ta’ fornitur ta’ servizzi bħal Aspiro, li tikkonsisti f’li jirregola inċidenti f’isem u fl-interess ta’ impriża ta’ assigurazzjoni, jista’ jitqies li twettaq minn dawn il-brokers jew aġenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, iċ-ċirkustanza li, skont id-deskrizzjoni tal-fatti li twettqet mill-qorti tar-rinviju, Aspiro ma għandhiex il-kwalità ta’ broker jew aġent ta’ assigurazzjoni ma hijiex determinanti. Fil-fatt, il-kwalità formali ta’ din il-kumpannija ma tistax tkun suffiċjenti biex tiddetermina jekk l-attività tagħha taqa’ jew le taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, għandu jiġi eżaminat il-kontenut stess tal-attivitajiet inkwistjoni (ara f’dan is-sens, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Arthur Andersen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑472/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:135">EU:C:2005:135</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, point 32; <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Abbey National</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑169/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:289">EU:C:2006:289</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>J.C.M. Beheer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑124/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:196">EU:C:2008:196</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Huma meħtieġa żewġ kundizzjonijiet għall-finijiet ta’ dan l-eżami. Fl-ewwel lok, il-fornitur għandu jkun f’relazzjoni mal-assiguratur u mal-assigurat (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Taksatorringen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑8/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:621">EU:C:2003:621</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Din ir-relazzjoni għandha tkun unikament indiretta jekk il-fornitur huwa subappaltatur tal-broker jew<?PAGE NO="8"?> tal-aġent (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>J.C.M. Beheer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑124/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:196">EU:C:2008:196</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fit-tieni lok, l-attività tiegħu għandha tkopri aspetti essenzjali tal-funzjoni ta’ aġent ta’ assigurazzjoni, bħat-tfittxija u t-twaqqif ta’ relazzjonijiet tagħhom mal-assiguratur (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Arthur Andersen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑472/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:135">EU:C:2005:135</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>L-ewwel minn dawn il-kundizzjonijiet hija sodisfatta minn fornitur bħal Aspiro. Fil-fatt, dan huwa f’relazzjoni diretta mal-impriża ta’ assigurazzjoni, peress li jeżerċita l-attività tiegħu f’isem u fl-interess tagħha, u huwa f’relazzjoni indiretta mal-assigurat, fil-kuntest tal-eżami u tal-ġestjoni tal-inċidenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-tieni tal-imsemmija kundizzjonijiet, dwar il-provvisti li twettqu mill-brokers u l-aġenti ta’ assigurazzjoni jew is-subappaltaturi tagħhom, dawn għandhom ikunu marbutin man-natura stess tal-attività prinċipali ta’ broker jew ta’ agent tal-assigurazzjoni, li tikkonsisti fit-tfittxija tal-klijenti u t-twaqqif ta’ relazzjoni ta’ dawn mal-assiguratur, bil-ħsieb tal-konklużjoni tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Taksatorringen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑8/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:621">EU:C:2003:621</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Arthur Andersen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑472/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:135">EU:C:2005:135</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>J.C.M. Beheer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑124/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:196">EU:C:2008:196</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fir-rigward ta’ subappaltatur, jeħtieġ li dan jipparteċipa fil-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>J.C.M. Beheer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑124/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:196">EU:C:2008:196</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu, l-attività li tikkonsisti fir-regolazzjoni tal-inċidenti f’isem u fl-interess ta’ assiguratur, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma hija bl-ebda mod marbuta mat-tfittxija u t-twaqqif ta’ relazzjonijiet ta’ dawn tal-aħħar mal-assiguratur għall-konklużjoni ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li tali attività ma taqax taħt is-servizzi pprovduti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>mill-brokers u l-aġenti ta’ assigurazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, fis-sens tal-Artikolu 135(1)(a) tad-Direttiva VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Kif jagħmlu s-servizzi inkwistjoni fil-kawża li taw lok għas-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Arthur Anderson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑472/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:135">EU:C:2005:135</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), is-servizzi tar-regolazzjoni tal-inċidenti pprovduti minn fornitur bħal Aspiro għandhom jiġu analizzati bħala li jikkostitwixxu mhux provvisti ta’ servizzi pprovduti minn aġent ta’ assigurazzjoni, iżda smembrament tal-attivitajiet eżerċitati mill-impriżi ta’ assigurazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Arthur Andersen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑472/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:135">EU:C:2005:135</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma huwiex neċessarju li wieħed jagħmel riferiment, kif għamel il-Gvern tar-Renju Unit, għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>medjazzjoni ta’ assiguarzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> li jidher fl-Artikolu 2 punt 3 tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament u tal-Kunsill Ewropew, tad-<DATE ISO="20021209">9 ta’ Diċembru 2002</DATE>, dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 330) lanqas dawk ta’ attivitajiet ta’ brokers u ta’ aġenti tal-assigurazzjoni, li jirreferi għalihom l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 77/92/KEE tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19761213">13 ta’ Diċembru 1976</DATE>, dwar miżuri biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fir-rigward ta’ l-attivitajiet ta’ aġenti u brokers fl-assigurazzjoni (ex ISIC Grupp 630) u, b’mod partikolari, miżuri transitorji fir-rigward ta’ dawk l-attivitajiet (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 46), li d-Direttiva 2002/92 issostitwiet. Kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 46 tal-konklużjonijiet tagħha, dawn id-direttivi huma intiżi li jinkoraġġixxu l-libertà li jiġu pprovduti servizzi kkonċernati fl-Unjoni u jsegwu għan distint minn dak tad-Direttiva VAT. Id-definizzjonijiet inkwistjoni ma setgħux, għaldaqstant, jintużaw bħal dawk għall-finijiet li jiġi ddeterminat, fil-kuntest tad-Direttiva VAT, il-kamp tat-tranżazzjonijiet eżenti mill-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-attività li tikkonsisti sempliċement f’li tagħti l-ipproċessar tal-inċidenti lil terzi, mingħajr ma din l-esternalizzazzjoni ma tkun marbuta mat-tfittxija u t-twaqqif ta’ relazzjonijiet ta’ dawn tal-aħħar mal-impriża tal-assigurazzjoni għall-konklużjoni ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, ma hijiex eżenta mill-VAT.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, jirriżulta li r-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 135(1)(a) tad-Direttiva VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li s-servizzi tar-regolazzjoni tal-inċidenti, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ipprovduti minn terz f’isem u fl-interess ta’ impriża ta’ assigurazzjoni, ma jaqgħux taħt l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 135(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li s-servizzi tar-regolazzjoni tal-inċidenti, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ipprovduti minn terz f’isem u fl-interess ta’ impriża ta’ assigurazzjoni, ma jaqgħux taħt l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>