<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑84/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0084</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:184">EU:C:2016:184</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20160317">17.3.2016</DATE> – KAWŻA C‑84/15</P><P>SONOS EUROPE</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20160317">17 ta’ Marzu 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KEE) Nru 2658/87</KEYWORD><KEYWORD>Unjoni doganali u Tariffa Doganali Komuni</KEYWORD><KEYWORD>Klassifikazzjoni tariffarja</KEYWORD><KEYWORD>Nomenklatura Magħquda</KEYWORD><KEYWORD>Intestaturi 8517, 8518, 8519, 8527 u 8543</KEYWORD><KEYWORD>Tagħmir awtonomu maħsub sabiex jiġbor, jirċievi u jirriproduċi streaming ta’ fajls awdjodiġitali fil-forma ta’ ħoss amplifikat</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑84/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (qorti suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20150213">13 ta’ Frar 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid‑<DATE ISO="20150219">19 ta’ Frar 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Sonos Europe BV</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Staatssecretaris van Financiën,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn F. Biltgen, President tal-Awla, A. Borg Barthet (Relatur) u M. Berger, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Sonos Europe BV, minn N. Ooyevaar kif ukoll minn W. Schipper u H. Ooyevaar, adviseurs, assistiti minn T. Lyons, QC, u minn J. Wolfs, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. Gijzen u M. Bulterman, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Caeiros u G. Wils, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-intestaturi tariffarji 8517, 8518, 8519, 8527 u 8543 tan-nomenklatura magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat‑<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), fil-verżjoni tagħha kif tirriżulta suċċessivament mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008, tad‑<DATE ISO="20080919">19 ta’ Settembru 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="291" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU L 291, p. 1</REF.DOC.OJ>), u Nru 948/2009, tat‑<DATE ISO="20090930">30 ta’ Settembru 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="287" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU L 287, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>NM<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn Sonos Europe BV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Sonos Europe<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u Staatssecretaris van Financiën (Segretarju tal-Istat għall-Finanzi, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>awtorità tad-dwana<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) dwar il-klassifikazzjoni tariffarja ta’ tagħmir awtonomu, imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>SONOS Zone Player zps5<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, maħsub sabiex jiġbor, jirċievi u jirriproduċi streaming ta’ fajls awdjodiġitali fil-forma ta’ ħoss amplifikat (iktar ’il quddiem iż-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Zoneplayers<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Is-SA</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali, li sar l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana (ODD), twaqqaf permezz tal-Konvenzjoni internazzjonali dwar il-ħolqien tal-imsemmi kunsill, konkluża fi Brussell fil‑<DATE ISO="19501215">15 ta’ Diċembru 1950</DATE>. Is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u kodifikazzjoni ta’ merkanzija (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>SA<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) tfasslet mill-ODD u ġiet stabbilita permezz tal-Konvenzjoni internazzjonali dwar is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u kodifikazzjoni ta’ merkanzija (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Konvenzjoni dwar is-SA<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), konkluża fi Brussell fl‑<DATE ISO="19830614">14 ta’ Ġunju 1983</DATE> u approvata, flimkien mal-protokoll li jemendaha, tal‑<DATE ISO="19860624">24 ta’ Ġunju 1986</DATE>, f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE, tas‑<DATE ISO="19870407">7 ta’ April 1987</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 288).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) tal-Konvenzjoni dwar is-SA, kull parti kontraenti timpenja ruħha li tiżgura li n-nomenklaturi tariffarji u tal-istatistika tagħha jkunu konformi mas-SA, li tuża l-intestaturi u s-subintestaturi kollha tagħha, mingħajr żidiet u mingħajr bidliet, kif ukoll il-kodiċi diġitali relatati magħhom u li ssegwi s-sekwenza numerika tas-SA. Kull parti kontraenti timpenja ruħha wkoll li tapplika r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tas-SA kif ukoll in-noti kollha tas-sezzjonijiet, tal-kapitoli u tas-subintestaturi tas-SA u li ma temendax il-portata ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-ODD għandha tapprova, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni dwar is-SA, in-noti ta’ spjega u l-opinjonijiet ta’ klassifikazzjoni adottati mill-kumitat tas-SA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>In-noti ta’ spjega tas-SA dwar l-intestatura 8517 ta’ din is-sistema huma redatti kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Din l-intestatura tkopri t-tagħmir ta’ komunikazzjoni għat-trażmissjoni jew ir-riċezzjoni ta’ kliem jew ta’ ħsejjes oħra, ta’ immaġini jew ta’ data, bejn żewġ punti, permezz ta’ kurrent elettriku jew ta’ mewġ ottiku li jiċċirkola f’medium bil-wajer jew permezz ta’ mewġ elettromagnetiku f’netwerk mingħajr wajer. Is-sinjal jista’ jkun analoġiku jew diġitali. Fost dawn in-netwerks, li jistgħu jitqabbdu flimkien, wieħed jista’ jsemmi t-telefonija, it-telegrafija, ir-radjo-telefonija, ir-radjotelegrafija, in-netwerks lokali jew in-netwerks estiżi.</P><P>[...]</P><?PAGE NO="3"?><P>Ippreżentati separatament, il-mikrofoni, il-headphones, is-settijiet tat-telefon u l-loudspeakers jaqgħu taħt in-Nru 85.18; l-allarms ta’ twissija akustika huma kklassifikati fin-Nru 85.31.</P><P>L-apparat tal-utent jista’ jintegra jew ikollu: memorja li tippermetti li jiġu kkonservati u mfakkra n-numri tat-telefon; display li juri n-numru ddajljat, in-numru tal-persuna li qiegħda ċċempel, id-data u l-ħin tat-telefonata kif ukoll it-tul tagħha; loudspeaker u mikrofonu addizzjonali li jippermettu komunikazzjoni mingħajr il-handset; funzjonijiet awtomatiċi ta’ tweġiba għat-telefonati, ta’ trażmissjoni ta’ messaġġ irreġistrat, ta’ reġistrazzjoni ta’ messaġġi li jidħlu u ta’ smigħ fuq talba tal-messaġġi rreġistrati; funzjonijiet sabiex persuna tinżamm fuq il-linja filwaqt li wieħed jikkomunika ma’ persuna oħra, fuq telefon ieħor. L-apparat tal-utent li jinkorpora dawn il-funzjonijiet jista’ jkollu wkoll xi buttuni li jippermettulhom jiffunzjonaw, bħal pereżempju buttuna ta’ tweġiba li permezz tagħha t-telefon jista’ jiffunzjona anki jekk il-handset jibqa’ fuq l-iswitch bracket. Numru minn dawn il-funzjonijiet jużaw mikro-proċessatur jew ċirkwiti integrali diġitali.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont in-noti ta’ spjega tas-SA dwar l-intestatura 8518 ta’ din is-sistema:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Din l-intestatura tkopri l-mikrofoni, il-loudspeakers, l-earphones u l-amplifikaturi ta’ awdjofrekwenza tal-elettriku ta’ kull tip, ippreżentati b’mod separat, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-użu partikolari li dan it-tagħmir huwa maħsub għalih (mikrofoni u earphones għal tagħmir telefoniku u loudspeakers għal settijiet tar-radju, pereżempju).</P><P>Huma kklassifikati wkoll hawnhekk is-settijiet tal-elettriku ta’ amplifikazzjoni tal-ħoss.</P><P>[...]</P><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B.</NO.P><TXT>Loudspeakers, immuntati fil-kaxex tagħhom jew le</TXT></NP></TI></TITLE></GR.SEQ><P>Il-loudspeakers għandhom funzjoni opposta għal dik tal-mikrofoni. Dan huwa tagħmir li jirriproduċi l-ħoss billi jittrasforma impulsjonijiet jew oxxillazzjonijiet elettriċi ta’ amplifikatur f’vibrazzjonijiet mekkaniċi u jxandarhom billi jikkomunika dawn il-vibrazzjonijiet fl-arja.</P><P>Ġeneralment issir distinzjoni:</P><P>[...]</P><P>Adapter transformers u amplifikaturi huma kultant inkorporati fil-loudspeakers. Ġeneralment, is-sinjali elettriċi ta’ dħul riċevuti mil-loudspeakers huma trażmessi f’forma analoġika anki jekk, kultant, is-sinjal ta’ dħul jista’ jkun diġitali. F’dan il-każ, il-loudspeakers jintegraw konvertituri diġitali-analoġiċi u amplifikaturi li l-vibrazzjonijiet mekkaniċi tagħhom huma kkomunikati fl-arja.</P><P>Skont l-użu li għalih huma intiżi, il-loudspeakers jistgħu jiġu mmuntati f’kaxex jew f’kontenituri ta’ forom differenti, ġeneralment b’effett akustiku, li jistgħu saħansitra jikkonsistu f’artikoli tal-għamara. Tali oġġetti jibqgħu kklassifikati hawnhekk sa kemm il-funzjoni prinċipali li tikkaratterizzahom tkun dik ta’ loudspeaker. Kaxex u kontenituri li huma ppreżentati b’mod separat jaqgħu wkoll taħt din l-intestatura sakemm ikunu rrikonoxxuti bħala li ġew prinċipalment maħluqa għall-immuntar ta’ loudspeakers, ħlief il-każ, ovvjament, fejn dawn huma mobbli fis-sens tal-Kapitolu 94, sempliċement maħluqa biex jakkomodaw, minbarra l-użu normali tagħhom, loudspeaker.</P><P>Din l-intestatura tinkludi l-loudspeakers maħluqa biex jiġu konnessi ma’ magna awtomatika għall-ipproċessar tal-informazzjoni, meta dawn jiġu ppreżentati b’mod separat.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>In-noti ta’ spjega tas-SA għall-intestatura 8519 ta’ din is-sistema jipprevedu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Din l-intestatura tkopri l-istrumenti li jirrekordjaw jew li jirriproduċu l-ħoss u l-kombinazzjoni tagħhom. Ġeneralment, il-ħoss huwa rreġistrat fuq, jew riprodott permezz ta’, memorja interna jew medium (strixxa manjetika, medium ottiku, medium semikonduttur jew medium ieħor tan-Nru 85.23).</P><P>Strumenti li jirrekordjaw il-ħoss ibiddlu mezz ta’ reġistrazzjoni sabiex it-tagħmir ta’ riproduzzjoni tal-ħoss ikun jista’ sussegwentement jirriproduċi l-ħoss oriġinali (kliem, mużika, eċċ.). Il-fenomenu ta’ reġistrazzjoni jinkludi r-reġistrazzjoni bbażata fuq ir-riċezzjoni ta’ ħoss jew permezz ta’ metodi oħra, bħat-tniżżil ta’ fajls bil-ħoss, permezz ta’ magna awtomatika li tipproċessa l-informazzjoni, minn sit tal-internet jew minn CDs fil-memorja interna (pereżempju, memorja flash) ta’ tagħmir awdjodiġitali (pereżempju, MP3-player). Il-funzjonijiet li jirreġistraw il-ħoss fil-forma ta’ kodiċi diġitali ġeneralment ma humiex kapaċi jirriproduċu l-ħoss, sakemm ma jinkorporawx mezz ta’ kif jikkonvertu l-kodiċi diġitali f’sinjal analoġiku.</P><P>[...]</P><P>IV. Tagħmir ieħor li juża mediums magnetiċi, ottiċi jew semikondutturi</P><P>It-tagħmir ta’ dan il-grupp jista’ jkun portabbli. Huwa jista’ jkollu wkoll apparati akustiċi (loudspeakers, earphones, headphones) u amplifikatur tal-elettriku jew ikun maħsub biex jitqabbad magħhom.</P><P>[...]</P><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>Ċ)</NO.P><TXT>Tagħmir li juża medium semikonduttur</TXT></NP></TI></TITLE></GR.SEQ><P>Dan il-grupp jinkludi t-tagħmir li juża mediums semikondutturi (pereżempju, mezzi ta’ ħażna volatili). Il-ħoss huwa rreġistrat fil-forma ta’ kodiċi diġitali ttrasformata permezz ta’ kurrenti amplifikati ta’ intensità varjabbli (sinjal analoġiku) fuq il-medium ta’ reġistrazzjoni. Il-ħoss huwa riprodott billi jinqara tali medium. Il-medium semikonduttur jista’ jiġi installat fit-tagħmir b’mod permanenti jew fil-forma ta’ medium ta’ memorja volatili ta’ data li tista’ titneħħa. Bħala eżempji ta’ tagħmir ta’ dan it-tip, wieħed jista’ jsemmi flash audio players (ċerti MP3-players, pereżempju) li huma tagħmir portabbli li jaħdem bil-batterija, kompost essenzjalment minn qoxra b’memorja flash (interna jew li tista’ titneħħa), mikro-proċessatur, sistema elettronika li tinkludi amplifikatur ta’ awdjofrekwenza elettriku, display LCD u xi command keys. Il-mikro-proċessatur huwa pprogrammat sabiex juża fajls ta’ format MP3, jew ta’ format simili. It-tagħmir jista’ jitqabbad ma’ magna awtomatika għall-ipproċessar tad-data sabiex jitniżżlu fajls ta’ format MP3 jew ta’ format simili.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>In-noti ta’ spjega tas-SA dwar l-intestatura 8543 ta’ din is-sistema huma redatti kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Din l-intestatura tinkludi, sakemm ma jkunux esklużi min-noti tat-taqsima jew ta’ dan il-kapitolu, il-magni u tagħmir elettroniku kollu li la huma msemmija jew inklużi f’intestaturi oħra tal-kapitolu, u lanqas ma huma koperti b’mod iktar speċifiku minn intestatura oħra f’kapitolu ieħor (b’mod partikolari l-Kapitoli 84 jew 90).</P><P>Għandu jitqies bħala magni jew tagħmir fis-sens ta’ din l-intestatura, it-tagħmir elettroniku li għandu funzjoni individwali. Id-dispożizzjonijiet tan-nota ta’ spjega tan-Nru 84.79 dwar il-magni u t-tagħmir li għandhom funzjoni individwali, huma applikabbli <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għall-magni u għat-tagħmir ta’ din l-intestatura.</P><?PAGE NO="5"?><P>Dawn huma, fil-maġġoranza tagħhom, assjem ta’ tagħmir tal-elettriku elementari (lampi, transformaturi, kondensaturi, inductors, reżistenzi, eċċ) li jiżguraw il-funzjoni tagħhom bl-elettriku biss. Huwa madankollu inkluż hawnhekk it-tagħmir tal-elettriku li għandu sistema mekkanika, sakemm dawn is-sistemi jkollhom rwol sekondarju biss meta mqabbla ma’ dak tal-partijiet tal-elettriku tal-magna jew tat-tagħmir.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">In-NM</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-klassifikazzjoni doganali tal-merkanzija importata fl-Unjoni Ewropea hija rregolata min-NM, li hija bbażata fuq is-SA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 254/2000, tal‑<DATE ISO="20000131">31 ta’ Jannar 2000</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 9, p. 357), il-Kummissjoni Ewropea għandha, kull sena, tadotta regolament li jirriproduċi l-verżjoni sħiħa tan-NM u tar-rati tad-dazji doganali, kif din il-verżjoni tirriżulta mill-miżuri adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew mill-Kummissjoni. Dan ir-regolament huwa applikabbli mill-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-verżjonijiet tan-NM applikabbli għall-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li seħħew matul is-snin 2009 u 2010, huma dawk li jirriżultaw suċċessivament mir-Regolamenti Nri 1031/2008 u 948/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Ewwel Parti tan-NM fiha numru ta’ dispożizzjonijiet preliminari. F’din il-parti, taħt it-Titolu I, dwar id-dispożizzjonijiet ġenerali, it-Taqsima A, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-[NM]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, tistipula:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-[NM] għandha tkun irregolata mill-prinċipji li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-titli tat-taqsimiet, kapitli u subkapitli huma maħsubin għall-ħeffa ta’ referenza biss; għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni għandha tkun deċiża skond it-termini tat-titli u n-noti ta’ kwalunkwe taqsima jew kapitlu relattiv u, sakemm dawn t-titli jew in-noti ma jkunux jeħtieġu mod ieħor, skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fis-subtitli ta’ titlu għandha tkun deċiża skond it-termini ta’ dawk is-subtitli u kwalunkwe noti ta’ subtitli relatati u, mutatis mutandis skond ir-regoli ta’ hawn fuq, skond il-kondizzjoni li subtitli fl-istess livell biss huma komparabbli. Għall-għanijiet ta’ din ir-regola t-taqsima relattiva u n-noti tal-kapitlu japplikaw ukoll, sakemm il-kuntest ma jitlobx mod ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>It-Tieni Parti tan-NM, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Skeda ta’ dazji tad-dwana<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> tinkludi, b’mod partikolari, it-Taqsima XVI li n-nota 3 tagħha tipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Sakemm il-kuntest ma jesiġix mod ieħor, magni komposti magħmulin minn żewġ magni jew aktar mwaħħlin flimkien biex jagħmlu waħda u magni oħrajn maħsubin bil-għan li jagħmlu żewġ funzjonijiet kumplimentari jew alternattivi jew aktar għandhom jiġu kklassifikati daqslikieku magħmulin biss minn dak il-komponent jew huma dik il-magna li tagħmel il-funzjoni prinċipali.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Kapitolu 85 tan-NM, li jinsab f’din it-Taqsima XVI, għandu t-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Makkinarju u tagħmir elettriku u bċejjeċ tagħhom; strumenti li jirrekordjaw u jirriproduċu l-ħoss, strumenti li jirrekordjaw u jirriproduċu stampa u ħoss tat-televiżjoni, u bċejjeċ u aċċessorji ta’ dawn l-oġġetti<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. Dan il-kapitolu jinkludi l-intestaturi tariffarji li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><TBL NO.SEQ="0001" CLASS="GEN" COLS="5"><CORPUS><ROW><CELL COL="1"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>8517</CELL><CELL COLSPAN="4" COL="2">Settijiet tat-telefown, inklużi telefowns għan-netwerks ċellulari jew għal netwerks oħra bla wajers; tagħmir ieħor għat-trasmissjoni jew riċezzjoni ta’ vuċi, immaġni jew data oħra, inkluż tagħmir għal komunikazzjoni f’netwerk ikkollegat bil-wajer jew bla wajers (bħal netwerk ta’ żona lokali jew ta’ żona wiesgħa), minbarra tagħmir ta’ trasmissjoni jew ta’ riċezzjoni ta’ titlu 8443, 8525, 8527 jew 8528;</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COLSPAN="4" COL="2">– Settijiet tat-telefown, inklużi telefowns għal netwerks ċellulari jew għal netwerks oħra bla wajer;</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[...]</CELL><CELL COLSPAN="4" COL="2">[...]</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">8517 18 00</CELL><CELL COLSPAN="4" COL="2">[...]</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COLSPAN="4" COL="2">– Tagħmir għat-trasmissjoni jew riċezzjoni ta’ vuċi, immaġni jew forom ta’ data oħra, inkluż tagħmir għal komunikazzjoni f’netwerk ikkollegat bil-wajer jew bla wajer (bħal netwerk ta’ żona lokali jew ta’ żona wiesgħa);</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">8517 61 00</CELL><CELL COLSPAN="4" COL="2">Stazzjonijiet bażi</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">8517 62 00</CELL><CELL COLSPAN="4" COL="2">Magni għar-riċezzjoni, konverżjoni u trasmissjoni jew riġenerazzjoni ta’ vuċi, immaġini jew data oħra, inkluż tagħmir għall-qlib tal-linji u routing</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">8517 69</CELL><CELL COLSPAN="4" COL="2">Oħrajn:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[...]</CELL><CELL COLSPAN="4" COL="2">[...]</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">8518</CELL><CELL COLSPAN="4" COL="2">Mikrofoni u stands għalihom; lawdspikers, immuntati fil-kaxex tagħhom jew le; headphones u earphones, kombinati ma’ mikrofonu jew le, u settijiet magħmulin minn mikrofonu u lawdspiker wieħed jew aktar; amplifikaturi ta’ awdjofrekwenza ta’ l-elettriku; settijiet ta’ amplifikaturi ta’ ħoss-elettriku:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[...]</CELL><CELL COLSPAN="4" COL="2">[...]</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">8519</CELL><CELL COLSPAN="4" COL="2">Tagħmir ta’ rrekordjar jew riproduzzjoni tal-ħoss:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">8519 20</CELL><CELL COLSPAN="4" COL="2">Tagħmir li jitħaddem bil-muniti, karti tal-flus, kards tal-bank, towkins jew metodi oħra ta’ ħlas:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[...]</CELL><CELL COLSPAN="4" COL="2">[...]</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">8519 30 00</CELL><CELL COLSPAN="4" COL="2">Turntable (record-decks)</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">8519 50 00</CELL><CELL COLSPAN="4" COL="2">Magni li jwieġbu t-telefown</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COLSPAN="4" COL="2">Tagħmir ieħor:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">8519 81</CELL><CELL COLSPAN="4" COL="2">Li juża mezzi manjetiċi, ottiċi, jew ta’ semikondutturi:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[...]</CELL><CELL COLSPAN="4" COL="2">[...]</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">8519 89</CELL><CELL COLSPAN="4" COL="2">Oħrajn:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COLSPAN="4" COL="2">– – – Apparat għar-riproduzzjoni tal-ħoss, li ma jinkorporax mezz għal rekordjar tal-ħoss:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[...]</CELL><CELL COLSPAN="4" COL="2">[...]</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">8519 89 19</CELL><CELL COLSPAN="4" COL="2">– – – Oħrajn</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[...]</CELL><CELL COLSPAN="4" COL="2">[...]</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">8527</CELL><CELL COLSPAN="4" COL="2">Tagħmir ta’ riċezzjoni għax-xandir bir-radju, kemm jekk huwa kkumbinat u kemm jekk mhuwiex, fl-istess kaxxa (housing), ma tagħmir għar-rekordjar jew riproduzzjoni jew arloġġ</CELL></ROW><?PAGE NO="7"?><ROW><CELL COL="1">[...]</CELL><CELL COLSPAN="4" COL="2">[...]</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">8543</CELL><CELL COLSPAN="4" COL="2">Magni u apparat elettriċi, b’funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra f’dan il-kapitlu<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></CELL></ROW></CORPUS></TBL></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Matul il-perijodu bejn is‑<DATE ISO="20091207">7 ta’ Diċembru 2009</DATE> u l‑<DATE ISO="20100104">4 ta’ Jannar 2010</DATE>, Sonos Europe ippreżentat disa’ dikjarazzjonijiet ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera għal xi Zoneplayers.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Dan it-tagħmir jikkonsisti f’kaxxa li fiha hemm integrati ħames loudspeakers li kull wieħed minnhom għandu amplifikatur diġitali. Il-kaxxa hija mgħammra b’ buttuni sabiex jiġi rregolat il-ħoss (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>bla ħoss<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>volum<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), konnessjoni għal headphones, input għall-awdjo, żewġ portijiet tan-netwerk u konnessjoni għall-enerġija (power supply) tat-tagħmir. Barra minn hekk, iż-Zoneplayer għandu motherboard li għandha b’mod partikolari proċessatur. Is-softwer installat fil-motherboard jinkludi b’mod partikolari s-sistema operattiva Linux, li tista’ tiġi aġġornata permezz ta’ konnessjoni mal-internet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Sabiex tiġi stabbilita tali konnessjoni, iż-Zoneplayer għandu jitqabbad ma’ modem jew ma’ router permezz ta’ kejbil <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Ethernet<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Ladarba jkun imqabbad mal-internet, iż-Zoneplayer jippermetti lill-utent tiegħu jisma’, b’mod partikolari, mużika streaming, bl-apparat jaqra fajls awdjodiġitali waqt il-proċess ta’ tniżżil ta’ dawn il-fajls, mingħajr ma jkunu maħżuna, f’dan ir-rigward, fil-memorja tal-apparat. Iż-Zoneplayer joffri wkoll il-possibbiltà li wieħed jisma’ l-emissjonijiet imxandra streaming mill-istazzjonijiet tar-radju ppreżentati fuq l-internet. Sabiex jippermetti dan il-qari streaming, iż-Zoneplayer jagħmel skambju ta’ data mhux ipproċessata mas-servers għall-informatika li fuqhom hemm maħżuna l-fajls awdjodiġitali li l-utent tal-apparat jixtieq jisma’ l-kontenut tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Iktar minn <FT TYPE="NUMBER">25000</FT> stazzjon tar-radju, programmi u podcasts huma pprogrammati minn qabel fuq iż-Zoneplayer u dan ma joffrix il-possibbiltà li tiġi maħżuna data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-portijiet tan-netwerk li jinsabu fuq wara tal-kaxxa, jista’ jitqabbad – bl-għajnuna ta’ kejbil – tagħmir bħal vidjo rekorder diġitali, kompjuter personali, konsol tal-logħob, jew kompartiment għal ħażna fin-netwerk [<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Network Attached Storage (NAS)<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>] sabiex dan it-tagħmir jitqabbad mal-internet u/jew sabiex iż-Zoneplayer jitqabbad mal-kompjuters preżenti f’netwerk lokali. Il-kontenut tal-fajls awdjodiġitali preżenti f’dawn it-terminals l-oħra jista’ wkoll jixxandar permezz tal-loudspeakers taż-Zoneplayer. F’dan il-każ ukoll, dawn il-fajls ma humiex maħżuna minn qabel fiż-Zoneplayer, iżda jinqraw streaming minnu, waqt il-proċess ta’ trasferiment ta’ data li jkun stabbilit bejn it-tagħmir konness fin-netwerk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Żewġ Zoneplayers jew iktar jistgħu b’mod reċiproku jibagħtu u jirċievu mingħajr wajer data diġitali u għalhekk flimkien jistgħu jifformaw netwerk ta’ data mingħajr wajer (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>netwerk Sonos<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>). Is-softwer installat fiż-Zoneplayers jagħmel possibbli, fi ħdan in-netwerk Sonos, it-trażmissjoni u x-xandir ta’ mużika streaming lejn kull wieħed miż-Zoneplayers b’mod separat. In-netwerk Sonos jaħdem, f’dan ir-rigward, indipendentement mill-preżenza eventwali ta’ netwerk tal-wifi; is-sistema tiġġenera fil-fatt hija stess il-kriptaġġ li hija tuża għat-trażmissjoni tad-data diġitali minn Zoneplayer għal ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Iż-Zoneplayers ġew iddikjarati minn Sonos Europe bħala li jaqgħu taħt is-subintestatura 8519 89 90 tan-NM, suġġetti għall-ħlas ta’ dazji doganali bir-rata ta’ 2 %. L-awtorità tad-dwana, konformement ma’ dawn id-dikjarazzjonijiet, indirizzat lil Sonos Europe avviżi ta’ ħlas ta’ dazji doganali dovuti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Sonos Europe ressqet ilment kontra dawn l-avviżi ta’ ħlas. Hija ssostni li ż-Zoneplayer għandu jiġi kklassifikat fis-subintestatura 8517 62 00 tan-NM, suġġetta għall-ħlas ta’ dazji doganali bir-rata ta’ 0 %. L-awtorità tad-dwana ċaħdet dan l-ilment, filwaqt li ppreċiżat, fid-deċiżjoni tagħha, li ż-Zoneplayer<?PAGE NO="8"?> jaqa’ bħala prinċipju taħt is-subintestatura 8519 89 19 tan-NM, li għandha tariffa doganali ta’ 4.5 %, b’mod li d-dazji doganali stabbiliti fl-avviżi ta’ ħlas ikkontestati ma humiex stabbiliti f’ammont għoli wisq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Sonos Europe ressqet rikors kontra dawn id-deċiżjonijiet tal-awtorità tad-dwana quddiem ir-rechtbank te Haarlem (qorti ta’ Harlem) li ddikjaratu infondat. Sonos Europe appellat minn din is-sentenza quddiem il-Gerechtshof Amsterdam (qorti tal-appell ta’ Amsterdam).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-qorti tal-appell qieset li ż-Zoneplayer, fid-dawl tal-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tiegħu, seta’ jiġi kklassifikat kemm fl-intestatura 8517 kif ukoll fl-intestatura 8519 tan-NM. Fuq il-bażi ta’ din il-konstatazzjoni, din il-qorti ddeċidiet li l-klassifikazzjoni tariffarja taż-Zoneplayer kellha tiġi ddeterminata fid-dawl tal-kontenut tan-nota 3 tat-Taqsima XVI tan-NM. Skont il-Gerechtshof Amsterdam (qorti tal-appell ta’ Amsterdam), iż-Zoneplayer, mill-perspettiva tal-konsumatur, huwa prinċipalment intiż sabiex jirriproduċi l-ħoss u din il-funzjoni ta’ riproduzzjoni tal-ħoss hija inerenti fl-apparat. Minn dan jirriżulta li din hija l-funzjoni prinċipali taż-Zoneplayer, filwaqt li l-funzjoni tan-netwerk hija sekondarja. Skont il-qorti tal-appell, iż-Zoneplayer għandu, għal din ir-raġuni, fuq il-bażi tar-regoli 1 u 6 tar-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-NM u skont in-nota 3 tat-Taqsima XVI ta’ din in-nomenklatura, jiġi kklassifikat fis-subintestatura 8519 89 19 tal-imsemmija nomenklatura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Sonos Europe ppreżentat appell ta’ kassazzjoni minn din is-sentenza tal-Gerechtshof Amsterdam (qorti tal-appell ta’ Amsterdam) quddiem il-qorti tar-rinviju. Din tal-aħħar għandha xi dubji fir-rigward tal-klassifikazzjoni tariffarja taż-Zoneplayer.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-fatt, hija tqis li, fid-dawl tal-formulazzjoni tal-intestaturi 8517, 8518 u 8519 tan-NM u fid-dawl tan-noti ta’ spjega tas-SA dwar l-intestaturi rispettivi ta’ din is-sistema, iż-Zoneplayer għandu xi proprjetajiet u karatteristiċi komuni mal-magni u tagħmir li għandhom jiġu kklassifikati f’dawn l-intestaturi tariffarji. Madankollu, iż-Zoneplayer huwa distint mit-tagħmir li huwa meqjus jaqa’ taħt l-imsemmija intestaturi tariffarji, fid-dawl b’mod partikolari tal-iżvilupp teknoloġiku tiegħu, peress li huwa jimplementa teknika ġdida u avvanzata. Għalhekk, il-funzjonament taż-Zoneplayer ma humiex bħala tali deskritti fin-NM taħt waħda mill-intestaturi tariffarji tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Hoge Raad der Nederlanden (qorti suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel id-domanda preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>L-intestaturi 8517, 8518, 8519 u 8527 tan-[NM] għandhom jiġu interpretati fis-sens li prodott bħal dak deskritt f’din is-sentenza (iż-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Zoneplayer<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>), li jirċievi informazzjoni diġitali u, mingħajr ma jaħżinha (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>streaming<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>xandir fi fluss<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>), jirripproduċiha b’mod amplifikat taħt forma ta’ ħoss permezz ta’ ħames loudspeakers (integrati) u/jew jibgħatha lejn apparat ieħor fin-netwerk lokali, jista’ jiġi kklassifikat taħt wieħed jew diversi minn dawn l-intestaturi u jekk iva, liema? Jew inkella l-intestatura 8543 tan-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li apparat bħaż-Zoneplayer għandu jiġi kklassifikat taħt din l-intestatura bħala apparat elettriku li għandu funzjoni individwali?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, meta l-Qorti tal-Ġustizzja tiġi adita b’rinviju għal deċiżjoni preliminari fil-qasam tal-klassifikazzjoni tariffarja, ir-rwol tagħha huwa li tipprovdi kjarifika lill-qorti nazzjonali dwar il-kriterji li permezz tagħhom din tal-aħħar tkun tista’ tikklassifika b’mod korrett il-prodotti inkwistjoni fin-NM iktar milli tikklassifikahom hija stess, u dan iktar u iktar minħabba li hija mhux neċessarjament ikollha għad-dispożizzjoni tagħha l-elementi kollha indispensabbli f’dan ir-rigward. Għalhekk, il-qorti nazzjonali tidher, fi kwalunkwe każ, li qiegħda f’pożizzjoni aħjar biex tagħmel dan (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Lukoyl Neftohim Burgas</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑330/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1757">EU:C:2014:1757</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għaldaqstant, huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tikklassifika l-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali fid-dawl tar-risposti mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja għad-domanda li hija għamlitilha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta utli lill-Qorti tar-rinviju, għandu jiġi enfasizzat, l-ewwel nett, li, minn naħa, bħalma jirriżulta mill-punt 13 ta’ din is-sentenza, ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-NM jipprevedu li l-klassifikazzjoni tal-merkanzija hija ddeterminata skont it-termini tal-intestaturi u tan-noti tat-taqsimiet jew tal-kapitoli, fejn il-formulazzjoni tat-titoli tat-taqsimiet, tal-kapitoli jew tas-subkapitoli hija meqjusa bħala li għandha biss valur indikattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fl-interess taċ-ċertezza legali u tal-faċilità tal-ispezzjonijiet, il-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija għandu jitfittex, b’mod ġenerali, fil-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tagħhom, kif iddefiniti mill-formulazzjoni tal-intestatura tan-NM u min-noti ta’ taqsimiet jew ta’ kapitoli (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Lukoyl Neftohim Burgas</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑330/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1757">EU:C:2014:1757</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tan-noti ta’ spjega tas-SA, għandu jingħad ukoll li, minkejja l-fatt li dawn ma għandhomx saħħa vinkolanti, huma jikkostitwixxu strumenti importanti sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tat-tariffa doganali komuni u jipprovdu, bħala tali, elementi ta’ valur għall-interpretazzjoni tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kloosterboer Services</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑173/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:382">EU:C:2009:382</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Agroferm</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑568/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:407">EU:C:2013:407</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). L-istess jgħodd għan-noti ta’ spjega tan-NM (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Develop Dr. Eisbein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑35/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:252">EU:C:1994:252</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>British Sky Broadcasting Group u Pace</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑288/09 u C‑289/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:248">EU:C:2011:248</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Bid-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk in-NM għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tagħmir awtonomu maħsub sabiex jiġbor, jirċievi u jirriproduċi streaming ta’ fajls awdjodiġitali fil-forma ta’ ħoss amplifikat, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandux jiġi kklassifikat fl-intestatura tariffarja 8517, 8518, 8519, 8527 jew 8543 ta’ din in-nomenklatura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-formulazzjoni stess tal-intestaturi 8517, 8518, 8519, 8527 u 8543 tan-NM, kif ukoll min-noti ta’ spjega relatati magħhom jirriżulta li l-funzjoni tal-merkanzija inkwistjoni hija determinanti għall-klassifikazzjoni ta’ din tal-aħħar f’waħda minn dawn l-intestaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-imsemmija intestaturi jiddeskrivu b’mod speċifiku l-funzjoni li tissodisfa l-merkanzija li jkopru. Għalhekk, l-intestatura tariffarja 8517 tan-NM tirrigwarda, b’mod partikolari, t-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>tagħmir [...] għat-trasmissjoni jew riċezzjoni ta’ vuċi, immaġni jew data oħra, inkluż tagħmir għal komunikazzjoni f’netwerk ikkollegat bil-wajer jew bla wajers<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. L-intestatura 8518 tan-NM tirrigwarda b’mod partikolari l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>lawdspikers, immuntati fil-kaxex tagħhom jew le<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. L-intestatura 8519 tan-NM ssemmi l-istrumenti li jirrekordjaw il-ħoss, l-istrumenti li jirriproduċu l-ħoss kif ukoll l-istrumenti li jirrekordjaw u li jirriproduċu l-ħoss. L-intestatura 8527 tan-NM tinkludi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>[t]agħmir ta’ riċezzjoni għax-xandir bir-radju<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. L-intestatura 8543 tan-NM tirrigwarda, min-naħa tagħha, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>[m]agni u apparat elettriċi, b’funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra [fil-] kapitlu [85 tan-NM]<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa stabbilit li, kif tirrileva l-Kummissjoni, iż-Zoneplayer għandu biss funzjoni waħda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, mid-deskrizzjoni magħmula mill-qorti tar-rinviju, kif riprodotta, essenzjalment, fil-punti 17 sa 21 ta’ din is-sentenza, jirriżulta li ż-Zoneplayer huwa maħsub sabiex jiġbor, jirċievi u jirriproduċi fil-forma ta’ ħoss, amplifikat permezz ta’ ħames loudspeakers li għandu dan l-apparat, fajls awdjodiġitali disponibbli fuq l-internet. Huwa jista’ wkoll, meta jkun imqabbad man-netwerk lokali, jaqra l-fajls awdjodiġitali streaming maħżuna fil-memorja tat-tagħmir li jagħmel parti minn dan in-netwerk. Minn dan jirriżulta li ż-Zoneplayer ma jiġġenerax huwa nnifsu s-sors tal-ħoss li huwa jittrażmetti, b’dan is-sors ikun fajl awdjodiġitali maħżun, skont il-każ, fuq server estern li ż-Zoneplayer ikun imqabbad miegħu bl-internet, jew fuq tagħmir ieħor li miegħu ż-Zoneplayer jaqsam netwerk lokali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Konsegwentement, iż-Zoneplayer jissodisfa biss funzjoni ta’ riproduzzjoni tal-ħoss. F’dan ir-rigward, l-unità ċentrali li tippermetti l-ipproċessar ta’ fajl awdjodiġitali, id-diversi portijiet li jippermettu l-konnessjoni ma’ netwerk lokali u l-konnessjoni mal-internet ma jikkostitwixxux funzjonijiet distinti żgurati mit-tagħmir, iżda karatteristiċi tekniċi meħtieġa għall-funzjonament tiegħu. Fil-fatt, ir-riċezzjoni tal-ħoss permezz ta’ komunikazzjoni f’netwerk hija innovazzjoni teknoloġika fir-rigward tal-mod kif id-data ta’ sors tal-ħoss tiġi rċevuta, ikkonvertita u riprodotta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, kuntrarjament għal dak argumentat mill-Gvern Olandiż, in-nota 3 tat-Taqsima XVI tan-NM, li tapplika għall-magni u magni komposti maħsuba sabiex jiżguraw żewġ funzjonijiet jew iktar differenti, alternattivi jew kumplimentari, ma hijiex rilevanti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tariffarja ta’ merkanzija bħaż-Zoneplayer. Fil-fatt, konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mfakkra fil-punt 32 ta’ din is-sentenza, il-kriterju deċiżiv f’dan ir-rigward għandu jitfittex fil-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tal-prodott inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-funzjoni ta’ riproduzzjoni tal-ħoss żgurata miż-Zoneplayer tikkorrispondi mal-formulazzjoni tal-intestatura 8519 tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, in-noti ta’ spjega tas-SA dwar l-intestatura 8519 ta’ din is-sistema jispeċifikaw li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>ġeneralment<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, il-ħoss huwa rreġistrat fi, jew riprodott permezz ta’, memorja interna jew medium, li ma jeskludix sorsi oħra. Għalhekk, il-fatt biss li s-sors tal-ħoss ma jiġix minn memorja interna ma jeskludix il-klassifikazzjoni tal-imsemmi prodott f’din l-intestatura tariffarja. Konsegwentement, il-funzjoni ta’ riproduzzjoni tal-ħoss ta’ apparat bħaż-Zoneplayer ma tistax tiġi ddubitata minħabba l-fatt li s-sors tal-ħoss li huwa jirriproduċi jiġi jew mill-internet, jew minn apparat ieħor li miegħu huwa jaqsam netwerk lokali, jew minn apparat li huwa mqabbad miegħu b’kejbil.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-użu intenzjonat tal-prodott jista’ jikkostitwixxi kriterju oġġettiv ta’ klassifikazzjoni, sa fejn dan ikun inerenti għall-imsemmi prodott, fejn l-inerenza għandha tiġi evalwata skont il-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tagħha (ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Krings</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑130/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:122">EU:C:2004:122</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan il-każ, iż-Zoneplayer huwa intiż li jirriproduċi ħsejjes, b’mod partikolari l-mużika. Fil-fatt, skont il-Gvern Olandiż, Sonos Europe tippreżenta ż-Zoneplayer lill-konsumatur bħala sistema mingħajr wajer intiża li tiżgura r-riproduzzjoni ta’ ħoss stereo ta’ kwalità <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Fedeltà Għolja<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> (HIFI). Minn dan jirriżulta li n-netwerking tat-tagħmir iservi biss sabiex jippermetti lil dan jiżgura l-funzjoni li huwa ddestinat għaliha. F’dawn il-kundizzjonijiet, l-użu intenzjonat ta’ tagħmir bħaż-Zoneplayer jikkonferma l-klassifikazzjoni tiegħu fl-intestatura 8519 tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Minn dawn l-elementi, kif ukoll mid-deskrizzjoni taż-Zoneplayer magħmula mill-qorti tar-rinviju, kif stabbilita, essenzjalment, fil-punti 17 sa 21 ta’ din is-sentenza, bla ħsara għall-evalwazzjoni tal-punti ta’ fatt kollha li din il-qorti għandha u li hija għandha twettaq f’dan ir-rigward, jirriżulta li dan it-tagħmir, fid-dawl tal-karatteristiċi u tal-proprjetajiet oġġettivi tiegħu, kif ukoll tal-użu intenzjonat tiegħu, għandu bħala funzjoni r-riproduzzjoni tal-ħoss, kif deskritta fl-intestatura 8519 tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni ma hijiex ikkonfutata mill-argument ta’ Sonos Europe li ż-Zoneplayer għandu jiġi kklassifikat fl-intestatura 8517 tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-funzjoni taż-Zoneplayer hija r-riproduzzjoni tal-ħoss u għalhekk ma jistax jaqa’ taħt l-intestatura 8517 tan-NM. Bħalma jirriżulta mill-punt 39 ta’ din is-sentenza, ir-riċezzjoni tal-ħoss permezz ta’ komunikazzjoni f’netwerk hija innovazzjoni teknoloġika li sempliċement tippermetti li ż-Zoneplayer jiffunzjona. Għalhekk, il-fatt li n-netwerking huwa indispensabbli għar-riproduzzjoni tal-mużika ma jippreġudika bl-ebda mod il-klassifikazzjoni ta’ dan it-tagħmir fl-intestatura 8519 tan-NM.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li n-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li tagħmir awtonomu maħsub sabiex jiġbor, jirċievi u jirriproduċi streaming ta’ fajls awdjodiġitali fil-forma ta’ ħoss amplifikat, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu, bla ħsara għall-evalwazzjoni mill-qorti tar-rinviju tal-punti ta’ fatt kollha li hija għandha, jiġi kklassifikat fl-intestatura 8519 ta’ din in-nomenklatura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il‑Qorti tal‑Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P>1) <HT TYPE="BOLD">In-nomenklatura magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat‑<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, fil-verżjoni tagħha kif tirriżulta suċċessivament mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008, tad‑<DATE ISO="20080919">19 ta’ Settembru 2008</DATE>, u Nru 948/2009, tat‑<DATE ISO="20090930">30 ta’ Settembru 2009</DATE>, għandha tiġi interpretata fis-sens li tagħmir awtonomu maħsub sabiex jiġbor, jirċievi u jirriproduċi streaming ta’ fajls awdjodiġitali fil-forma ta’ ħoss amplifikat, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu, bla ħsara għall-evalwazzjoni mill-qorti tar-rinviju tal-punti ta’ fatt kollha li hija għandha, jiġi kklassifikat fl-intestatura 8519 ta’ din in-nomenklatura</HT>.</P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>