Official Journal L 368 , 31/12/1985 P. 0025 - 0026
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 40 P. 0068
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 40 P. 0068
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0063
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0063
Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3819/85 tat-30 ta' Diċembru 1985 li jaġġusta diversi Regolamenti li jirrelataw maz-zokkor bħala riżultat tal-adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidraw l-Att ta' Adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall, b'mod partikolari Artikolu 396 tiegħu, Billi l-adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall għall-Komunità tirrikjedi li diversi Regolamenti li jirrelataw maz-zokkor jiġi aġġustati; billi dawn l-aġġustamenti jinvolvu biss tifsiriet fil-lingwi relattivi u limiti ta' żmien fir-: - Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 100/72 tal-14 ta' Jannar 1972 li jipprovdi regoli dettaljati għall-isnaturar taz-zokkor għall-għalf ta' l-annimali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3475/80 [2], - Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2782/76 tas-17 ta' Novembru 1976 li jipprovdi regoli dettaljati ta' implimentazzjoni għall-importazzjoni ta' zokkor preferenzjali [3], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3475/80, - Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2630/81 tal-10 ta' Settembru 1981 li jipprovdi regoli speċjali dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzi ta' importazzjoni u esportazzjoni fis-settur taz-zokkor [4], kif l-aħħar emendat bir-Regoalment (KE) Nru 3130/82 [5]; - Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1443/82 tat-8 ta' Ġunju 1982 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-kwota fis-settur taz-zokkor [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2682/84 [7]; - Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 787/83 tad-29 ta' Marzu 1983 dwar komunikazzjonijiet fis-settur taz-zokkor [8], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2682/84, Billi bis-saħħa ta' Artikolu 2(3) ta' l-Att ta' Adeżjoni l-istituzzjonijiet tal-Komunità jistgħu jadottaw, qabel l-adeżjoni, l-miżuri li għalihom jirreferi Artikolu 396 ta' l-Att, b'dawk il-miżuri jidħlu fis-seħħ suġġetti għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' l-imsemmi Att, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT Artikolu 1 Dan li ġej għandu jiżdied ma’ Artikolu 25(1) tar-Regolament (KEE) Nru 100/72: , . Artikolu 2 Ir-Regolament (EEC) Nru 2782/76 qiegħed b'dan jiġi emendat kif ġej: (a) Dawn li ġejjin huma miżjuda ma’ l-ewwel inċiż ta' Artikolu 6(1): "— aplicación del Reglamento (CEE) no 2782/76", "— aplicaçao do Regulamento (CEE) no 2782/76"; (b) Dawn li ġejjin huma miżjuda ma’ l-ewwel inċiż ta' Artikolu 7(2): "— aplicación del Reglamento (CEE) no 2782/76", "— aplicaçao do Regulamento (CEE) no 2782/76". Artikolu 3 Ir-Regolament (KEE) Nru 2630/81 qiegħed b'dan jiġi emendat kif ġej: (a) Dawn li ġejjin huma miżjuda ma’ l-Artikolu 2(2): "Reglamento de licitación (CEE) no … (J. O. no … del); limite de presentación de ofertas expirando el …" "Regulamento de adjudicaçao (CEE) no … (J. O. no de); o prazo de apresentaçao das ofertas expira em …" (b) Dawn l-inċiżi tmienja u disgħa li ġejjin huma miżjuda ma’ Artikolu 2(3): (aa) qabel "jew alternattivament": "— tasa de la restitución aplicable: …" "— taxa da restituçao à exportaçao aplicavel: …". (bb) wara "jew alternattivament": "— tasa de exación reguladora a la exportación aplicable …", "— taxa do direito nivelador à exportaçao aplicavel: …". (ċ) Dawn li ġejjin huma miżjuda ma’ l-ewwel subparagrafu ta' Artikolu 3(1): , . (d) Dawn li ġejjin huma miżjuda mar-raba’ subparagrafu ta' Artikolu 3(1): , ; (e) Dawn li ġejjin huma miżjuda ma’ l-ewwel inċiż ta' l-ewwel paragrafu ta' Artikolu 6: "— azúcar preferencial [Reglamento (CEE) no 2782/76]", "— açucar preferencial [Regulamento (CEE) no 2782/76]"; (f) Dawn li ġejjin huma miżjuda ma’ l-ewwel subparagrafu ta' Artikolu 10(2): - attestat va'lido en … (Estado Miembro emisor)" , - attestat va'lido em … (Estado-Membro emissor)" . Artikolu 4 Ir-Regolament (KEE) Nru 1443/82 qiegħed b'dan jiġi emendat kif ġej: It-tieni subparagrafu ta' Artikolu 5(4) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "Għad-dipartiment Franċiżi ta' Guadeloupe u Martinique u għal Spanja dwar zokkor tal-kannamieli, id-dati "15 ta' April" u "l-1 ta' Ġunju" fil-paragrafi 2 u 3 huma mibdula bi "15 ta' Awissu" u "l-1 ta' Settembru" rispettivament." Artikolu 5 Ir-Regolament (KEE) Nru 787/83 qiegħed b'dan jiġi emendat kif ġej: (a) F'Artikolu 9, il-punt 1, l-aħħar parti tas-sentenza hija mibdula b'dan li ġej:"…; għad-dipartimenti Franċiżi ta' Guadeloupe u Martinique u għal Spanja dwar zokkor tal-kannamieli, iżda, dik id-data hija mibdula bl-"1 ta' Lulju"." (b) F'Artikolu 12, il-punt 2, l-aħħar parti tas-sentenza hija mibdula b'dan li ġej:"…; għad-dipartimenti Franċiżi ta' Guadeloupe u Martinique u għal Spanja dwr zokkor tal-kannamieli, iżda, dik id-data hija mibdula bl-"1 ta' Lulju"." Artikolu 6 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 1986 suġġett għad-dħul fis-seħħ ta' l-Att dwar l-Adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, it-30 Diċembru 1985. Għall-Kummissjoni Frans Andriessen Viċi-President [1] ĠU L 12, tal-15.1.1972, p. 15. [2] ĠU L 363, tal-31.12.1980, p. 69. [3] ĠU L 318, tat-18.11.1976, p. 13. [4] ĠU L 258, tal-11.11.1981, p. 16. [5] ĠU L 329, tal-25.11.1982, p. 20. [6] ĠU L 158, tad-9.6.1982, p. 17. [7] ĠU L 254, tat-22.9.1984, p. 9. [8] ĠU L 88, tas-6.4.1983, p. 6. --------------------------------------------------