<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑99/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0099</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:173">EU:C:2016:173</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20160317">17.3.2016</DATE> — Kawża C-99/15</P><P>LIFFERS</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20160317">17 ta’ Marzu 2016</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Proprjetà intellettwali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/48/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 13(1)</KEYWORD><KEYWORD>Xogħol awdjoviżiv</KEYWORD><KEYWORD>Attività li tikkontravjeni</KEYWORD><KEYWORD>Danni</KEYWORD><KEYWORD>Modalitajiet ta’ kalkolu</KEYWORD><KEYWORD>Somma f’daqqa</KEYWORD><KEYWORD>Danni morali</KEYWORD><KEYWORD>Inklużjoni</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-99/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal Supremo (qorti suprema, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20150112">12 ta’ Jannar 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20150227">27 ta’ Frar 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Christian Liffers</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Producciones Mandarina SL,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Mediaset España Comunicación SA</HT>, li qabel kienet Gestevisión Telecinco SA,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn J. L. da Cruz Vilaça, President tal-Awla, F. Biltgen, A. Borg Barthet, E. Levits u M. Berger (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal C. Liffers, minn E. Jordi Cubells, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal Producciones Mandarina SL, minn A. González Gozalo, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal Mediaset España Comunicación SA, minn R. Seel, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn M. Sampol Pucurull, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u J. Kemper, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas u D. Segoin, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn E. Gippini Fournier u F. Wilman, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20151119">19 ta’ Novembru 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn C. Liffers u Producciones Mandarina SL (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Mandarina<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) flimkien ma’ Mediaset España Comunicación SA, li qabel kienet Gestevisión Telecinco SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Mediaset<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), fir-rigward ta’ kawża relattiva għal ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 10, 17 u 26 tad-Direttiva 2004/48 huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>(10)</NO.P><TXT>L-għan ta’ din id-Direttiva hija li tqarreb is-sistemi leġislattivi [tal-Istati Membri] sabiex tassigura livell ta’ protezzjoni għoli, ekwivalenti u omoġenju [tal-proprjetà intellettwali] fis-suq intern.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(17)</NO.P><TXT>Il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji għal din id-Direttiva għandhom ikunu determinati għal kull każ b’manjiera li jiġi kkunsidrati l-karatteristiċi speċifiċi ta’ dak il-każ, li jinkludu il-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull dritt ta’ proprjetà intellettwali u, fejn hu xieraq, il-karattru intenzjonali jew mhux intenzjonali tal-kontravvenzjoni.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(26)</NO.P><TXT>Bl-għan li jsir kumpens għall-preġudizzju soffret riżultat tal-kontravvenzjoni kommessa mill-kontravventur li daħal f’attività b’mod konxju jew b’raġunijiet validi li suppost kien jaf, li din twassal għal din il-kontravvenzjoni, l-ammont ta’ ħsara konċessa lid-detentur tad-drittijiet għandha tikkunsidra l-aspetti xierqa kollha, bħal telf ta’ qligħ tad-detentur tad-drittijiet jew profitti mhux ġusti magħmula mill-kontravventur u, fejn hu xieraq, xi preġudizzju morali kkawżat lid-detentur tad-drittijiet. Bħala alternattiva, per eżempju fejn huwa diffiċli biex jiġi determinat l-ammont ta’ preġudizzju attwali soffert, l-ammont ta’ ħsara tista’ tiġi minn elementi bħalma huma royalties u ħlasijiet li ikunu jridu jitħallsu kieku l-kontravventur talab awtoriżazzjoni biex uża d-dritt tal-proprjetà intellettwali in kwestjoni. L-għan huwa li ma tiġix introdotta obbligazzjoni biex tipprovdi għall-ħsara punitiva imma biex tħalli għall-kumpens ibbażat fuq kriterji oġġettivi waqt li tikkunsidra l-ispejjeż maħluqa lid-detentur tad-drittijiet, bħal spejjeż ta’ identifikazzjoni u riċerka.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 13(1) ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Id-danni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti, fuq l-applikazzjoni tal-parti li sarulha d-danni, jordnaw lill-kontravventur li kien jaf jew b’raġunijiet validi li suppost kien jaf, daħal f’attività li tikkontravjeni, biex iħallas id-danni lid-detentur tad-dritt skond il-preġudizzju attwali soffert minnu/minnha riżultat tal-kontravvenzjoni.</P><P>Meta l-awtoritajiet ġudizzjarji jiffissaw id-danni:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Għandhom jikkunsidraw l-aspetti xierqa kollha, bħall-konsegwenzi negattivi ekonomiċi, li jinkludu qliegħ mitluf, li l-parti li sarulha d-danni, xi profitti inġusti li saru mill-kontravventur u, f’każijiet xierqa, elementi barra fatturi ekonomiċi, bħall-preġudizzju morali ikkawżat lid-detentur tad-dritt bil-kontravvenzjoni.</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>bħala alternattiva għall-(a), huma jistgħu, f’każijiet xierqa, jistabbilixxu d-danni bħala somma waħda fuq bażi ta’ l-elementi bħal għall-inqas l-ammont ta’ royalties jew ħlasijiet li kieku riedu jitħallsu jekk il-kontravventur talab l-awtoriżazzjoni biex juża’ id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali in kwestjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 140 tal-Liġi dwar il-proprjetà intellettwali, approvata bid-Digriet Reali Leġiżlattiv 1/1996, li japprova t-test ikkodifikat tal-liġi dwar il-proprjetà (Real Decreto Legislativo 1/1996, por el que se aprueba el texto refundido de la Ley de Propiedad Intelectual, regularizando, aclarando y armonizando las disposiciones legales vigentes sobre la materia), tat-<DATE ISO="19960412">12 ta’ April 1996</DATE> (BOE Nru 97, p. 14369), kif emendat bil-Liġi 19/2006, li testendi l-mezzi ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u industrijali u li tistabbilixxi r-regoli proċedurali sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta’ diversi Regolamenti Komunitarji (ley 19/2006, por la que se amplían los medios de tutela de los derechos de propiedad intelectual e industrial y se establecen normas procesales para facilitar la aplicación de diversos reglamentos comunitarios), tal-<DATE ISO="20060605">5 ta’ Ġunju 2006</DATE> (BOE Nru 134, p. 21230, iktar il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>liġi dwar il-proprjetà intellettwali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="140.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kumpens għad-danni li huwa dovut lid-detentur tad-dritt li jkun inkiser ma jinkludix biss il-valur tat-telf imġarrab iżda wkoll il-valur tat-telf ta’ qligħ li jirriżulta mill-ksur tad-dritt tiegħu. L-ammont tal-kumpens jista’ jinkludi, jekk ikun il-każ, l-ispejjeż tar-riċerka li jkunu saru sabiex jinkisbu provi raġonevoli tat-twettiq tal-ksur li jkun is-suġġett tal-proċedura ġudizzjarja.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="140.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-kumpens għad-danni għandu jiġi stabbilit, skont l-għażla tal-persuna leża, b’konformità ma’ wieħed mill-kriterji li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Il-konsegwenzi ekonomiċi negattivi, b’mod partikolari t-telf ta’ qligħ imġarrab mill-parti leża u l-benefiċċji miksuba b’mod inġust mill-kontravventur mill-użu illegali. Jekk ikun hemm dannu morali, dan għandu jiġi kkumpensat, anki jekk l-eżistenza ta’ dannu ekonomika ma tkunx ġiet stabbilita. Sabiex jiġi evalwat dan id-dannu, għandhom jiġu kkunsidrati ċ-ċirkustanzi tal-ksur, il-gravità tal-ksur u l-grad tad-diffużjoni illeċita tax-xogħol.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>L-ammont li l-parti leża kienet tirċievi bħala remunerazzjoni li kieku l-kontravventur talab l-awtorizzazzjoni sabiex juża d-dritt tal-proprjetà intellettwali inkwistjoni.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>C. Liffers huwa d-direttur, l-awtur u l-produttur tax-xogħol awdjoviżiv intitolat Dos patrias, Cuba y la noche (Żewġ patriji, Kuba u l-lejl), li jirrakkonta sitt stejjer personali u intimi ta’ diversi abitanti ta’ Ħavana (Kuba) li għandhom bħala punt komuni l-għażla omosesswali jew transesswali tal-persuni kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Mandarina għamlet dokumentarju awdjoviżiv dwar il-prostituzzjoni tat-tfal f’Kuba, li juri attivitajiet kriminali rrekordjati permezz ta’ kamera moħbija. Xi siltiet mix-xogħol Dos patrias, Cuba y la noche ddaħħlu f’dan id-dokumentarju mingħajr ma ntalbet ebda awtorizzazzjoni mingħand C. Liffers. Id-dokumentarju msemmi xxandar mill-kanal tat-televiżjoni Spanjol Telecinco, li jappartjeni lil Mediaset.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>C. Liffers ippreżenta rikors kontra Mandarina u Mediaset quddiem il-Juzgado de lo Mercantil n<HT TYPE="SUP">o</HT> 6 de Madrid (qorti kummerċjali Nru 6 ta’ Madrid), li permezz tiegħu talab lill-imsemmija qorti, b’mod partikolari, sabiex tordna lil dawn tal-aħħar iwaqqfu kull ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tiegħu u sabiex tikkundannahom iħallsuh l-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">6740</FT>, minħabba l-ksur tad-drittijiet ta’ użu tiegħu, kif ukoll ammont addizzjonali ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT>, bħala kumpens għad-dannu morali li huwa ġarrab.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>C. Liffers evalwa l-ammont tad-danni għall-ksur tad-drittijiet ta’ użu tax-xogħol tiegħu billi rrefera għall-ammont ta’ ħlasijiet (royalties) jew drittijiet li kienu jkunu dovuti lilu kieku Mandarina u Mediaset kienu talbuh l-awtorizzazzjoni li jagħmlu użu mid-dritt tal-proprjetà intellettwali inkwistjoni, u b’hekk għamel użu mill-Artikolu 140(2)(b) tal-liġi dwar il-proprjetà intellettwali li jippermetti lill-proprjetarju tad-dritt ta’ proprjetà intellettwali miksur li jevalwa l-kumpens għad-danni tiegħu fuq l-ammont ta’ ħlasijiet jew tad-drittijiet li kienu jkunu dovuti lilu kieku l-awtur tal-ksur talbu awtorizzazzjoni li jagħmel użu minn dan id-dritt (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>ħlasijiet ipotetiċi<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>). Dan il-metodu ta’ kalkolu, diversament minn dak imsemmi fil-paragrafu 2(a) tal-istess artikolu, ma jimponix fuq ir-rikorrent għad-danni li jistabbilixxi l-firxa tad-dannu reali tiegħu. Għal dan il-għan, C. Liffers ibbaża ruħu fuq it-tariffi tas-soċjetà għall-amministrazzjoni tad-drittijiet tal-produtturi awdjoviżivi (Entidad de Gestión de Derechos de los Productores Audiovisuales). Mal-ammont hekk stabbilit tad-dannu materjali, C. Liffers żied somma f’daqqa, abbażi tad-dannu morali li dan iqis li sofra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Juzgado de lo Mercantil n<HT TYPE="SUP">o</HT> 6 de Madrid (qorti kummerċjali Nru. 6 ta’ Madrid) laqgħat parzjalment ir-rikors ta’ C. Liffers u kkundannat lil Mandarina kif ukoll lil Mediaset, b’mod partikolari, sabiex iħallsu lil dan tal-aħħar is-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">3370</FT> għad-dannu kkawżat minn dan il-ksur kif ukoll ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> għad-dannu morali kkawżat. Fuq appell, l-Audiencia provincial de Madrid (qorti provinċjali ta’ Madrid) naqqset għal EUR 962.33 il-kumpens dovut għad-dannu materjali u annullat għalkollox il-kundanna ta’ Mandarina u ta’ Mediaset li jikkumpensaw id-dannu morali. Fil-fatt, skont din il-qorti, peress li C. Liffers għażel il-metodu ta’ kalkolu bbażat fuq il-ħlasijiet ipotetiċi, stabbilit fl-Artikolu 140(2)(b) tal-liġi dwar il-proprjetà intellettwali, dan ma kienx iktar fondat li jitlob, barra minn hekk, il-kumpens għad-dannu morali tiegħu. Huwa kellu, għal dan il-għan, jagħżel il-metodu ta’ kalkolu msemmi fil-paragrafu 2(a) tal-artikolu msemmi. L-għażla ta’ metodu ta’ kalkolu wieħed hija esklużiva mill-ieħor, b’tali mod li l-għażla tat-tnejn flimkien hija eskluża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fl-appell tiegħu ppreżentat quddiem il-qorti tar-rinviju, it-Tribunal Supremo (qorti suprema), C. Liffers josserva li l-kumpens għad-dannu morali għandu jingħata fil-każijiet kollha, kemm jekk ir-rikorrent ikun għażel il-metodu ta’ kalkolu tad-dannu msemmi fl-Artikolu 140(2)(a) tal-liġi dwar il-proprjetà intellettwali jew dak imsemmi fil-punt (b) ta’ din id-dispożizzjoni. Il-qorti tar-rinviju għandha dubji fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2004/48 u tal-Artikolu 140(2) tal-liġi dwar il-proprjetà intellettwali intiża biex tittrasponi din id-dispożizzjoni fil-liġi Spanjola.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal Supremo (qorti suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2004/48 jista’ jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix li persuna, ppreġudikata minn ksur tad-dritt għall-proprjetà intellettwali u li titlob kumpens għad-dannu patrimonjali kkalkolat abbażi tar-royalties jew tal-ħlasijiet li kienet tirċievi li kieku l-kontravventur talab awtorizzazzjoni sabiex juża d-dritt għall-proprjetà intellettwali inkwistjoni, titlob ulterjorment il-kumpens għad-danni morali kkawżati?<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Bid-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2004/48 għandux jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lill-persuna li batiet ksur tad-dritt tal-proprjetà intellettwali tagħha, li titlob kumpens għad-dannu materjali tagħha kkalkolat, konformement mat-tieni subparagrafu (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, abbażi tal-ħlasijiet ipotetiċi, li barra minn hekk titlob il-kumpens għad-dannu morali tagħha kif previst fit-tieni subparagrafu (a) tal-paragrafu 1 tal-artikolu msemmi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex tingħata interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandu jittieħed kont mhux biss tat-termini tagħha, iżda wkoll tal-kuntest tagħha u tal-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li tifforma parti minnha (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Surmačs</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-127/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:522">EU:C:2015:522</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-kliem tat-tieni subparagrafu (b) tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2004/48, għandu jiġi kkonstatat li għalkemm dan ma jsemmix id-dannu morali bħala element li l-awtoritajiet ġudizzjarji għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni meta jiffissaw id-danni li għandhom jitħallsu lill-proprjetarju tad-dritt, dan lanqas ma jeskludi t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ dan it-tip ta’ dannu. Fil-fatt, id-dispożizzjoni msemmija, billi tipprevedi l-possibbiltà li jiġi ffissat ammont għad-danni fil-forma ta’ somma f’daqqa abbażi, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>mill-inqas<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, tal-elementi li jissemmew fih, tippermetti li f’dan l-ammont jiġu inklużi elementi oħra, bħal, jekk ikun il-każ, il-kumpens għad-dannu morali kkawżat lill-proprjetarju tad-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi rrilevat li tali konstatazzjoni hija kkonfermata mill-analiżi tal-kuntest li tidħol fih id-dispożizzjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2004/48 jistabbilixxi r-regola ġenerali li tgħid li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għandhom jordnaw lill-kontravventur iħallas, lill-proprjetarju tad-dritt ta’ proprjetà intellettwali li sofra d-dannu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>skond il-preġudizzju attwali soffert minnu/minnha riżultat tal-kontravvenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. Issa, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 28 tal-konklużjonijiet tiegħu, dannu morali, bħal ksur tar-reputazzjoni tal-awtur ta’ xogħol, jikkostitwixxi, bil-kundizzjoni li jiġi stabbilit, komponent tad-dannu realment sofrut minn dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-kliem stess tat-tieni subparagrafu (b) tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2004/48, moqri flimkien mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, jeskludi li l-kalkolu tad-danni li għandhom jitħallsu lill-proprjetarju tad-dritt inkwistjoni għandu jkun ibbażat esklużivament fuq l-ammont tal-ħlasijiet ipotetiċi meta dan il-proprjetarju jkun effettivament sofra dannu morali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi rrilevat li l-applikazzjoni, mill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti, tal-metodu ta’ kalkolu ta’ somma f’daqqa previst mill-Artikolu 13(1)(2)(b) tad-Direttiva 2004/48 huwa ammess, bħala alternattiva, biss <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>f’każijiet xierqa<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Issa, hekk kif jissemma fil-premessa 26 tad-direttiva msemmija, din l-aħħar espressjoni tapplika, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>per eżempju fejn huwa diffiċli biex jiġi determinat l-ammont ta’ preġudizzju attwali soffert<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. F’tali ċirkustanzi, l-ammont tad-danni jista’ jiġi kkalkolat abbażi ta’ elementi bħall-ħlasijiet jew id-drittijiet normalment dovuti għall-użu tad-dritt ta’ proprjetà intellettwali, liema ħaġa ma tiħux inkunsiderazzjoni eventwali danni morali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-aħħar lok, tal-għanijiet imfittxija mid-Direttiva 2004/48, għandu jitfakkar, qabel kollox, li skont it-termini tal-premessa 10 tagħha, din għandha l-għan li tiżgura, b’mod partikolari, livell għoli ta’ protezzjoni, ekwivalenti u omoġenju tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Sussegwentement, mill-premessa 17 ta’ din id-direttiva jirriżulta li l-miżuri, proċeduri u kumpensi previsti minnha għandhom jiġu ddeterminati f’kull każ b’mod li jittieħdu inkunsiderazzjoni debitament il-karatteristiċi speċifiċi ta’ dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Finalment, il-premessa 26 tad-direttiva msemmija tipprovdi, fost oħrajn, li, bil-għan li jiġi kkumpensat id-dannu subit minħabba ksur imwettaq min kontravventur, l-ammont tad-danni mogħti lill-proprjetarju tad-dritt ta’ proprjetà intellettwali għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-aspetti xierqa kollha u, b’mod partikolari, kull dannu morali li jkun ġie kkawżat lilu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>B’hekk, mill-premessi 10, 17 u 26 tad-Direttiva 2004/48 jirriżulta li din hija intiża biex tilħaq livell għoli ta’ protezzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li tieħu inkunsiderazzjoni l-ispeċifiċitajiet ta’ kull każ u li hija bbażata fuq metodu ta’ kalkolu tad-danni intiża biex tissodisfa dawn l-ispeċifiċitajiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>B’hekk, fid-dawl tal-għanijiet tad-Direttiva 2004/48, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(l) tagħha għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jistabbilixxi l-prinċipju li jgħid li l-kalkolu tal-ammont tad-danni li għandhom jitħallsu lill-proprjetarju ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali għandu jkun intiż biex jiżgura lil dan tal-aħħar il-kumpens sħiħ tad-dannu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>attwali soffert minnu/minnha<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> bl-inklużjoni wkoll tal-eventwali dannu morali li jkun seħħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Issa, hekk kif jirriżulta mill-punt 20 ta’ din is-sentenza, l-iffissar fil-forma ta’ somma f’daqqa tal-ammonti tad-danni dovuti biss abbażi tal-ħlasijiet ipotetiċi jkopri biss id-dannu materjali subit mill-proprjetarju tad-dritt ta’ proprjetà intellettwali kkonċernat, għalkemm, biex ikun jista’ jinkiseb kumpens sħiħ, dan il-proprjetarju għandu jkun jista’ jitlob, minbarra d-danni hekk ikkalkolati, il-kumpens għad-dannu morali li jkun eventwalment sofra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta għad-domanda preliminari għandha tkun li l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2004/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-persuna li batiet ksur tad-dritt tal-proprjetà intellettwali tagħha, li titlob kumpens għad-dannu materjali tagħha kkalkolat, konformement mat-tieni subparagrafu (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, abbażi tal-ħlasijiet ipotetiċi, li barra minn hekk titlob il-kumpens għad-dannu morali tagħha kif previst fit-tieni subparagrafu (a) tal-paragrafu 1 tal-artikolu msemmi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-persuna li batiet ksur tad-dritt tal-proprjetà intellettwali tagħha, li titlob kumpens għad-dannu materjali tagħha kkalkolat, konformement mat-tieni subparagrafu (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, abbażi tal-ammont tal-ħlasijiet jew tad-drittijiet li kienu jkunu dovuti lilha kieku l-kontravventur talab awtorizzazzjoni sabiex juża d-dritt tal-proprjetà intellettwali inkwistjoni, sabiex titlob ukoll kumpens għad-dannu morali kkawżat lilha kif previst fit-tieni subparagrafu (a) tal-paragrafu 1 tal-artikolu msemmi.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>