European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4190

28.7.2025

RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-15 ta’ Lulju 2025

li temenda r-Rakkomandazzjoni BĊE/2017/10 dwar speċifikazzjonijiet komuni għall-mod kif għandhom jiġu eżerċitati ċerti opzjonijiet u diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni Ewropea minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti

(BĊE/2025/26)

(C/2025/4190)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 6(1) u (5)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2017/10 tal-Bank Ċentrali Ewropew (2) (minn hawn’ il quddiem ir- “Rakkomandazzjoni O&D”) tistabbilixxi speċifikazzjonijiet komuni għall-eżerċizzju ta’ ċerti għażliet u diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (NCAs) fir-rigward ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti. Ir-Rakkomandazzjoni O&D kienet emendata bir-Rakkomandazzjoni BĊE/2022/13 tal-Bank Ċentrali Ewropew (3) biex jitqiesu l-bidliet leġiżlattivi introdotti mill-adozzjoni tagħha.

(2)

Minn dak iż-żmien ‘l hawn ġew introdotti opzjonijiet u diskrezzjonijiet ġodda fil-liġi tal-Unjoni, u minn dak iż-żmien ‘l hawn l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet eżistenti ġew emendati jew imħassra wkoll, inklużi l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet li huma inklużi fir-Rakkomandazzjoni O&D. Huwa għalhekk xieraq li r-Rakkomandazzjoni O&D tiġi allinjata skont dan.

(3)

Fir-rigward tal-opzjoni għal awtorità kompetenti li tiddeċiedi li istituzzjoni ma għandhiex titqies bħala istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa abbażi ta’ analiżi tad-daqs, l-interkonnettività, il-kumplessità jew il-profil tar-riskju tagħha, il-BĊE jqis li huwa meħtieġ li jkun imħeġġeġ approċċ armonizzat billi jiġu stabbiliti ċirkostanzi li fihom l-ANK jenħtieġ li jivvalutaw jekk istituzzjoni ta’ kreditu għandhiex titqies bħala istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa.

(4)

Għalhekk, ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2017/10 għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

L-EWWEL PARTI

Emendi

Ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2017/10 hija emendata kif ġej:

(1)

fit-Tieni Parti, tiddaħħal it-Taqsima IIa li ġejja:

“Ia.

Istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi

1.   Artikolu 4(1)(145)(i) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi

Meta istituzzjoni inqas sinifikanti (LSI) tkun ġiet identifikata bħala LSI ta’ Riskju Għoli (*1) għal aktar minn erba’ trimestri f’ringiela, jenħtieġ li l-NCA twettaq valutazzjoni dwar jekk dik l-istituzzjoni għandhiex titqies bħala istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa abbażi ta’ analiżi tal-profil tar-riskju tagħha.

(*1)  LSIs huma kklassifikati bħala ta’ riskju għoli abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-NCA rilevanti u tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti tal-kapital u tal-lieva.”;"

(2)

l-Anness huwa sostitwit bl-Anness għal din ir-Rakkomandazzjoni.

IT-TIENI PARTI

Destinatarji

1.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-BCNi tal-Istati Membri partecipanti.

2.

L-ANK huma rakkomandati li japplikaw din ir-Rakkomandazzjoni mid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-15 ta’ Lulju 2025.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  1 ĠU L 287, 29.10.2013, p.63, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1024/oj.

(2)  2 Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ April 2017 dwar speċifikazzjonijiet komuni għall-mod kif għandhom jiġu eżerċitati ċerti opzjonijiet u diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni Ewropea mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti (BĊE/2017/10) (ĠU C 120, 13.4.2017, p. 2).

(3)  3 Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2022 li temenda r-Rakkomandazzjoni BĊE/2017/10 dwar speċifikazzjonijiet komuni għall-mod kif għandhom jiġu eżerċitati ċerti opzjonijiet u diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni Ewropea mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward ta’ istituzzjonijiet inqas sinifikanti (BĊE/2022/13) (ĠU C 142, 30.3.2022, p. 1).


ANNESS

L-Anness għar-Rakkomandazzjoni BĊE/2017/10 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS

Bażi legali tal-opzjoni u/jew diskrezzjoni

Approċċ rakkomandat: konsistenza mal-politika dwar l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet għal istituzzjonijiet sinifikanti

Superviżjoni konsolidata u tneħħija ta’ rekwiżiti prudenzjali

Artikolu 4(1), il-punt (20) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: diskrezzjoni li jiġu esklużi entitajiet mid-definizzjoni ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja

Taqsima II, Kapitolu 1, paragrafu 3 tal-Gwida BĊE

Artikolu 7(1) sa (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tneħħijiet kapitali

Taqsima II, Kapitolu 1, paragrafu 4 tal-Gwida BĊE

Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tneħħijiet ta’ likwidità

Taqsima II, Kapitolu 1, paragrafu 5 tal-Gwida BĊE

Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: metodu ta’ konsolidazzjoni individwali

Taqsima II, Kapitolu 1, paragrafu 6 tal-Gwida BĊE

Artikolu 10(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tneħħijiet għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali.

Taqsima II, Kapitolu 1, paragrafu 7 tal-Gwida BĊE

Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 flimkien mal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2022/676 (*1): metodi għall-konsolidazzjoni fil-każ ta’ impriżi relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE

Taqsima II, Kapitolu 1, paragrafu 9 tal-Gwida BĊE

Artikolu 18(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 flimkien mal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2022/676: metodi għall-konsolidazzjoni fil-każ ta’ parteċipazzjonijiet jew rabtiet kapitali għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 18(1) u (4)

Taqsima II, Kapitolu 1, paragrafu 10 tal-Gwida BĊE

Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 flimkien mal-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2022/676: konsolidazzjoni fil-każijiet ta’ influwenza sinifikanti u ġestjoni komuni

Taqsima II, Kapitolu 1, paragrafu 11 tal-Gwida BĊE

Artikolu 18(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: konsolidazzjoni

Taqsima II, Kapitolu 1, paragrafu 12 tal-Gwida BĊE

Artikolu 18(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, flimkien mal-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2022/676: konsolidazzjoni

Taqsima II, Kapitolu 1, paragrafu 13 tal-Gwida BĊE

Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: esklużjoni tal-konsolidazzjoni

Taqsima II, Kapitolu 1, paragrafu 14 tal-Gwida BĊE

Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: valutazzjoni tal-assi u partiti mhux fil-karta tal-bilanċ - użu ta’ Standards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju għal finijiet prudenzjali

Taqsima II, Kapitolu 1, paragrafu 15 tal-Gwida BĊE

Artikolu 21a(4a) tad-Direttiva 2013/36/UE: Diskrezzjoni biex kumpanija azzjonarja finanzjarja u kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta eżentata jiġu esklużi mill-konsolidazzjoni prudenzjali

Taqsima II, Kapitolu 1, paragrafu 16 tal-Gwida BĊE

Fondi proprji

Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: klassifikazzjoni bħala strumenti CET1 ta’ ħruġ sussegwenti

Taqsima II, Kapitolu 2, paragrafu 3 tal-Gwida BĊE

Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tnaqqis fl-investimenti tal-assigurazzjoni

Taqsima II, Kapitolu 2, paragrafu 5 tal-Gwida BĊE

Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tnaqqis fl-investimenti tal-entitajiet tas-settur finanzjarju

Taqsima II, Kapitolu 2, paragrafu 6 tal-Gwida BĊE

Artikolu 54(1), il-punt (e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: kalkolu tal-iskattatur għal strumenti tal-Grad 1 addizzjonali maħruġa minn impriżi sussidjarji stabbiliti f’pajjiżi terzi

Taqsima II, Kapitolu 2, paragrafu 7 tal-Gwida BĊE

Artikolu 78(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tnaqqis tal-fondi proprji – rekwiżit tal-eċċess tal-marġini tal-kapital

Tapsima II, Kapitolu 2, paragrafu 8 tal-Gwida tal-BĊE

Artiolu 78(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tnaqqis tal-fondi proprji – mutwali, tifdil u kooperattivi

Taqsima II, Kapitolu 2, paragrafu 10 tal-Gwida BĊE

Artikolu 78(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tnaqqis ta’ strumenti addizzjonali ta’ Grad 1 jew Grad 2 u/jew kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati

Taqsima II, Kapitolu 2, paragrafu 11 tal-Gwida BĊE

Artikolu 79(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tnaqqis ta’ strumenti addizzjonali ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 2

Taqsima II, Kapitolu 2, paragrafu 12 tal-Gwida BĊE

Artikolu 83(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tneħħija għal strumenti addizzjonali tal-Grad 1 u l-Grad 2 maħruġa minn entità bi skop speċjali

Taqsima II, Kapitolu 2, paragrafu 13 tal-Gwida BĊE

Artikolu 84(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: interessi minoritarji inklużi fil-kapital kkonsolidat tal Ekwità Komuni tal-Grad 1

Taqsima II, Kapitolu 2, paragrafu 14 tal-Gwida BĊE

Artikoli 84(1), il-punt (a), 85(1), il-punt (a), u 87(1) il-punt (a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: deroga mill-kriterju ‘l-aktar baxx miż-żewġ rekwiżiti’ applikabbli għall-kalkolu tal-interessi minoritarji u l-grad 1 u l-grad 2 kwalifikanti

Taqsima II, Kapitolu 2, paragrafu 15 tal-Gwida BĊE

Artikolu 142(1) tad-Direttiva 2013/36/UE: nuqqas li jiġi ssodisfat ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata jew ir-rekwiżit ta’ riżerva għall-proporzjon ta’ lieva finanzjarja

Taqsima II, Kapitolu 10 paragrafu 11 tal-Gwida BĊE

Rekwiżiti ta’ kapital

Artikolu 104(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: eżenzjoni mill-klassifikazzjoni tal-portafoll tan-negozjar

Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 3 tal-Gwida BĊE

Artikolu 104(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: eżenzjoni mill-klassifikazzjoni tal-portafoll mhux tan-negozjar

Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 4 tal-Gwida BĊE

Artikolu 113(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: kalkolu ta’ ammonti ta’ skopertura ta’ riskju peżat – skoperturi intragrupp

Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 5 tal-Gwida BĊE

Artikolu 244(2) u Artikolu 245(2) tar-Regolament (KE) Nru 575/2013: trasferiment tar-riskju sinifikanti

Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 7 tal-Gwida BĊE

Artikolu 283(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: implimentazzjoni tal-metodu tal-mudell intern

Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 8 tal-Gwida BĊE

Artikolu 284(4) u (9) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: kalkolu tal-valur ta’ skopertura għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti

Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 9 tal-Gwida BĊE

Artikolu 314(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: deroga għall-kalkolu ta’ komponent separat ta’ imgħax, lokazzjonijiet u dividendi għal sussidjarji speċifiċi

Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 10 tal-Gwida BĊE

Artikolu 314(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: kalkolu tal-komponent tas-servizzi għall-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali

Taqsima III, Kapitolu 2 paragrafu 2 tal-Gwida BĊE

L-Artikolu 325c tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: rieżami intern tal-użu tal-Approċċ Standardizzat Alternattiv għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti u l-frekwenza ta’ tali rieżami

Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 11 tal-Gwida BĊE

Artikolu 325t(5) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: permess għall-użu tad-definizzjoni alternattiva ta’ sensittivitajiet (delta u vega)

Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 12 tal-Gwida BĊE

Artikolu 366(4) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: kalkolu tan-numru tal-valur fir-riskju

Taqsima II, Kaptiolu 3 paragrafu 13 tal-Gwida tal-BĊE

Artikolu 383b(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskji delta u vega (sensittivitajiet alternattivi)

Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 14 tal-Gwida BĊE

Artikoli 383p, 383s u 384(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: użu ta’ klassifikazzjonijiet interni biex jiġu ddeterminati l-iskali tal-kwalità kreditizja għal aġġustamenti tal-valutazzjoni tal-kreditu approċċ standardizzat u aġġustamenti tal-valutazzjoni tal-kreditu approċċ bażiku

Taqsima II, Kapitolu 3 paragrafu 15 tal-Gwida BĊE

Skemi ta’ protezzjoni istituzzjonali

Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tneħħijiet ta’ likwidità għal membri ta’ skemi ta’ protezzjoni istituzzjonali

Taqsima II, Kapitolu 4 paragrafu 3 tal-Gwida BĊE

Skoperturi kbar

Artikolu 396(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: konformità ma rekwiżiti ta’ skoperturi kbar

Taqsima II, Kapitolu 5 paragrafu 3 tal-Gwida BĊE

Artikolu 400(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: konformità ma rekwiżiti ta’ skoperturi kbar

Taqsima II, Kapitolu 5, paragrafu 4 tal-Gwida BĊE

Likwidità

Artikolu 414 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: konformità ma’ rekwiżiti ta’ likwidità

Taqsima II, Kapitolu 6, paragrafu 3 tal-Gwida BĊE

Artikolu 422(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 29 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61: flussi ta’ ħruġ ta’ likwidità intragrupp

Taqsima II, Kapitolu 6, paragrafu 10 tal-Gwida BĊE

Artikolu 425(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 34 tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/61: flussi ta’ dħul ta’ likwidità intragrupp

Taqsima II, Kapitolu 6, paragrafu 14 tal-Gwida BĊE

Artikolu 8(1) tar-Regolament ta’ Delega (EU) 2015/61: diversifikazzjoni ta’ investimenti ta’ assi likwidi

Taqsima II, Kapitolu 6, paragrafu 5 tal-Gwida BĊE

Artikolu 8(3)(c) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/61: ġestjoni ta’ assi likwidi

Taqsima II, Kapitolu 6, paragrafu 6 tal-Gwida BĊE

Artikolu 8(6) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/61: diskrepanzi fil-muniti

Taqsima II, Kapitolu 6, paragrafu 4 tal-Gwida BĊE

Artikolu 17(4)(c) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/61: rinunzja tal-mekkaniżmu ta’ riversjar

Taqsima I, Kapitolu 5, paragrafu 1 tal-Gwida BĊE

Artikolu 23(2) of Regolament ta’ Delega (EU) 2015/61: flussi ta’ ħruġ minn prodotti u servizzi oħra

Taqsima II, Kapitolu 6 paragrafu 7 tal-Gwida BĊE

Artikolu 24(4) u (5) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 2015/61: flussi ta’ ħruġ minn depożiti stabbli fil-livell tal-konsumatur

Taqsima III, Kapitolu 3 paragrafu 1 tal-Gwida BĊE

L-Artikolu 24(6) tar-Regolament ta’ Delega (EU) 2015/61: multiplikatur għal depożiti fil-livell tal-konsumatur koperti minn skema ta’ garanzija tad-depożiti

Taqsima III, Kapitolu 3, paragrafu 3 tal-Gwida BĊE

Artikolu 25(3) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/61:rati ogħla ta’ flussi ta’ ħruġ

Taqsima II, Kapitolu 6, paragrafu 8 tal-Gwida BĊE

Artikolu 26 tar-Regolament ta’ Delega (EU) 2015/61: flussi ta’ ħruġ ma’ flussi ta’ dħul interdipendenti

Taqsima II, Kapitolu 6, paragrafu 9 tal-Gwida BĊE

Artikolu 29 tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/61:trattament preferenzjali fi ħdan grupp jew skema ta’ protezzjoni istituzzjonali (IPS)

Taqsima II, Kapitolu 6, paragrafu 10 tal-Gwida BĊE

Artikolu 30(2) of Regolament ta’ Delega (EU) 2015/61: flussi ta’ ħruġ kollaterali addizzjonali minn attivaturi ta’ downgrade

Taqsima II, Kapitolu 6, paragrafu 11 tal-Gwida BĊE

Artikolu 33(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/61: limitu fuq flussi ta’ dħul

Taqsima II, Kapitolu 6, paragrafu 12 tal-Gwida BĊE

Artikolu 33(3) sa (5) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/61: istituzzjonijiet ta’ kreditu speċjalizzati

Taqsima II, Kapitolu 6, paragrafu 13 tal-Gwida BĊE

Artikolu 34 tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/61: Flussi ta’ dħul fi grupp jew SPI

Taqsima II, Kapitolu 6, paragrafu 14 tal-Gwida BĊE

Artikolu 428b(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: rekwiżit ta’ finanzjament stabbli nett (NSFR) restrizzjoni ta’ diskrepanzi fil-muniti

Taqsima II, Kapitolu 6, paragrafu 15 tal-Gwida BĊE

Artikolu 428f(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: NSFR assi u obbligazzjonijiet interdipendenti

Taqsima II, Kapitolu 6, paragrafu 16 tal-Gwida BĊE

L-Artikolu 428h tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: NSFR Trattament preferenzjali fi ħdan grupp jew IPS

Taqsima II, Kapitolu 6, paragrafu 17 tal-Gwida BĊE

Artikolu 428p(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: NSFR trattament ta’ operazzjonijiet mhux standard tal-bank ċentrali

Taqsima I, Kapitolu 5, paragrafu 1 tal-Gwida BĊE

L-Artikolu 428ai tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: NSFR applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ finanzjament stabbli nett simplifikat (sNSFR)

Taqsima II, Kapitolu 6, paragrafu 18 tal-Gwida BĊE

Artikolu 428aq(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 NSFR trattament ta’ operazzjonijiet mhux standard tal-bank ċentrali (sNSFR)

Taqsima I, Kapitolu 5, paragrafu 1 tal-Gwida BĊE

Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: tneħħijiet ta’ likwidità

Taqsima II, Kapitolu 4 paragrafu 3 tal-Gwida BĊE

Lieva finanzjarja

Artikolu 429a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: trattament preferenzjali favur banek ta’ żvilupp pubbliku

Taqsima II, Kapitolu 7 paragrafu 3 tal-Gwida BĊE

Artikolu 429a(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: esklużjoni ta’ riżervi tal-bank ċentrali mill-kalkolu tal-proporzjon ta’ lieva finanzjarja

Taqsima I, Kapitolu 5, paragrafu 1 tal-Gwida BĊE

Artikolu 429b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: trattament preferenzjali għal arranġamenti ta’ aggregazzjoni nozzjonali ta’ flus kontanti

Taqsima II, Kapitolu 7 paragrafu 4 tal-Gwida BĊE

Rekwiżiti ta’ rapportar

Artikolu 430(11) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: rappurtar dwar rekwiżiti prudenzjali u informazzjoni finanzjarja

Taqsima II, Kapitolu 8 paragrafu 1 tal-Gwida BĊE

Rekwiżiti ġenerali għall-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu

Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2013/36/UE: tneħħija għal istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali

Taqsima II, Kapitolu 9 paragrafu 1 tal-Gwida BĊE

Artikolu 21b(2) tad-Direttiva 2013/36/UE: impriża prinċipali intermedjarja

Taqsima II, Kapitolu 9 paragrafu 3 tal-Gwida BĊE

Arranġamenti ta’ governanza u superviżjoni prudenzjali

Artikolu 91(6) tad-Direttiva 2013/36/EU: direttorat addizzjonali mhux eżekuttiv

Taqsima II, Kapitolu 10 paragrafu 4 tal-Gwida BĊE

Artikolu 108(1) tad-Direttiva 2013/36/EU: proċess ta’ valutazzjoni tal-adegwatezza kapitali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali

Taqsima II, Kapitolu 10 paragrafu 5 tal-Gwida BĊE

Artikoli 117 u 118 tad-Direttiva 2013/36/UE: obbligazzjonijiet ta’ kooperazzjoni

Taqsima II, Kapitolu 10 paragrafu 8 tal-Gwida BĊE

Artikolu 142 tad-Direttiva 2013/36/UE: pjanijiet ta’ konservazzjoni kapitali

Taqsima II, Kapitolu 10 paragrafu 11 tal-Gwida BĊE

”.

(*1)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2022/676 tat-3 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li f’konformità magħhom għandha titwettaq il-konsolidazzjoni fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 18 minn (3) sa (6) u fl-Artikolu 18(8) ta’ dan ir-Regolament (ĠU L 123, 26.4.2022, p.1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/676/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4190/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)